Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M11026

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11026 — PARTNERS GROUP / GHO / STERLING PHARMA) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 60/17

    PUB/2023/164

    ĠU C 60, 17.2.2023, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 60/30


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.11026 — PARTNERS GROUP / GHO / STERLING PHARMA)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2023/C 60/17)

    1.   

    Fis-6 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Partners Group Holding AG (“Partners Group”, l-Iżvizzera),

    GHO Capital Management Limited (“GHO”, il-Gżejjer Cayman),

    Sterling Pharma Solutions Limited (“Sterling Pharma”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn GHO.

    Partners Group u GHO Media jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Sterling Pharma.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    GHO hija kumpanija privata b’responsabbiltà limitata li tiġġestixxi għadd ta’ fondi ta’ ekwità privata ta’ GHO. GHO għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Londra u għandha madwar EUR 5 biljun ta’ assi taħt il-ġestjoni tagħha, speċjalizzata fl-investiment fil-kura tas-saħħa globali,

    Partners Group huwa kumpanija globali ta’ ġestjoni tal-investiment fis-swieq privati inkorporata skont il-liġi Żvizzera u kkwotata fil-Borża Żvizzera SIX. Partners Group għandu aktar minn USD 131 biljun assi taħt il-ġestjoni tiegħu fl-oqsma tal-ekwità privata, il-proprjetà immobbli privata, l-infrastruttura privata u d-dejn privat,

    Sterling Pharma tipprovdi servizzi ta’ żvilupp kuntrattwali u organizzazzjoni tal-manifattura (contract development and manufacturing organisation, “CDMO”) fir-rigward ta’ ingredjenti farmaċewtiċi attivi (active pharmaceutical ingredients, “APIs”) għal farmaċewtiċi b’molekula żgħira u konjugati ta’ mediċini antikorpi (antibody drug conjugates, “ADCs”).

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.11026 — PARTNERS GROUP / GHO / STERLING PHARMA

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top