Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M10971

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10971 – ILS / DANX / JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 49/09

    PUB/2023/157

    ĠU C 49, 9.2.2023, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 49/11


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10971 – ILS / DANX / JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2023/C 49/09)

    1.   

    Fit-2 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    ILS sp. z o.o (“ILS”, il-Polonja), ikkontrollata minn Inter Cars S.A. (“Inter Cars”, il-Polonja),

    DANX Group A/S (“DANX”, id-Danimarka), ikkontrollat minn Axcel VI (“Axcel”, id-Danimarka),

    kumpanija ġdida (“il-JV fil-Mira”, il-Polonja).

    ILS u DANX jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV fil-Mira.

    Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    ILS hija kumpanija tal-loġistika, li toffri servizzi u soluzzjonijiet dedikati relatati mal-ħżin tal-merkanzija, kif ukoll mat-trasport domestiku u internazzjonali (trasport fuq l-art, bil-baħar u intermodali), għas-setturi tal-karozzi, tal-kimika, petrokimiċi u tal-FMCG. ILS hija kkontrollata minn Inter Cars, grupp attiv fil-bejgħ ta’ spare parts tal-karozzi għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali,

    DANX hija kumpanija tal-loġistika, speċjalizzata fid-distribuzzjoni billejl ta’ spare parts li topera fid-Danimarka, fl-Iżvezja, fin-Norveġja, fil-Finlandja, fl-Estonja, fil-Litwanja u fil-Latvja. DANX hija kumpanija tal-portafoll ta’ Axcel VI, fond ta’ ekwità privata b’enfasi partikolari fuq kumpaniji ta’ daqs medju fin-Nordiċi.

    3.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-JV fil-Mira huma: is-swieq tal-loġistika fil-Polonja, b’mod partikolari (i) id-distribuzzjoni billejl, (ii) il-ġbir, it-twassil, (iii) il-postijiet ta’ stokk bil-quddiem, u (iv) il-ħżin.

    4.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    5.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10971 – ILS / DANX / JV

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top