Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023DP0107

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2023 dwar l-emendi tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament rigward il-ħin għall-mistoqsijiet, ir-rostru ċentrali, il-proċedura tal-karta blu, l-ispjegazzjonijiet tal-vot, ir-reġistru ta’ trasparenza u l-Ombudsman (2023/2014(REG))

ĠU C, C/2023/454, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/454/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/454/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/454

1.12.2023

P9_TA(2023)0107

Emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament rigward il-ħin għall-mistoqsijiet, ir-rostru ċentrali, il-proċedura tal-karta blu, l-ispjegazzjonijiet tal-vot, ir-reġistru ta' trasparenza u l-Ombudsman

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2023 dwar l-emendi tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament rigward il-ħin għall-mistoqsijiet, ir-rostru ċentrali, il-proċedura tal-karta blu, l-ispjegazzjonijiet tal-vot, ir-reġistru ta’ trasparenza u l-Ombudsman (2023/2014(REG))

(C/2023/454)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu bid-data tal-24 ta’ Ġunju 2022,

wara li kkunsidra l-Artikoli 236 u 237 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0072/2023),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Emenda 1

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.   Il-Membri għandhom jadottaw il-prattika sistematika li jiltaqgħu biss ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jkunu rreġistrati fir- Reġistru ta’ Trasparenza stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea  (6).

2.   Il-Membri għandhom jadottaw il-prattika sistematika li jiltaqgħu biss ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li huma rreġistrati fir- reġistru ta’ trasparenza stabbilit permezz tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar reġistru obbligatorju ta’ trasparenza  (6).

Emenda 2

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.   Il-Membri għandhom jippublikaw online il-laqgħat skedati kollha ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jidħlu fl-ambitu tar-Reġistru ta’ Trasparenza . Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(6) tal-Anness I, ir-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati għandhom, għal kull rapport, jippubblikaw online il-laqgħat skedati kollha ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jidħlu fl-ambitu tar-reġistru ta’ Trasparenza . Il-Bureau għandhu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-websajt tal-Parlament.

3.   Il-Membri għandhom jippublikaw online il-laqgħat skedati kollha ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jidħlu fl-ambitu tal-Ftehim Interistituzzjonali . Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(6) tal-Anness I, ir-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati għandhom, għal kull rapport, jippubblikaw online il-laqgħat skedati kollha ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jidħlu fl-ambitu tal-Ftehim Interistituzzjonali . Il-Bureau għandu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-websajt tal-Parlament.

Emenda 3

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 123 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.   Il-kards ma għandhomx jinħarġu lil individwi f’entourage ta’ Membru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza.

2.   Il-kards ma għandhomx jinħarġu lil individwi f’entourage ta’ Membru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar reġistru obbligatorju tat-trasparenza.

Emenda 4

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 123 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

3.   L-entitajiet irreġistrati fir-reġistru ta’ trasparenza u r-rappreżentanti tagħhom li ngħataw kards għal aċċess fit-tul għall-Parlament Ewropew jeħtiġilhom josservaw:

3.   L-entitajiet imdaħħla fir-reġistru ta’ trasparenza u r-rappreżentanti tagħhom li ngħataw kards għal aċċess fit-tul għall-Parlament Ewropew jeħtiġilhom josservaw:

il-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reġistranti mehmuż mal-ftehim ;

il-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reġistranti mehmuż mal-Ftehim Interistituzzjonali ;

il-proċeduri u l-obbligi l-oħra stabbiliti fil-ftehim ; u

il-proċeduri u l-obbligi l-oħra stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali ; u

id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw dan l-Artikolu.

id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw dan l-Artikolu.

Emenda 5

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 123 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.   Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta r-reġistru ta’ trasparenza skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar l-istabbiliment tal-imsemmi reġistru .

5.   Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta r-reġistru ta’ trasparenza skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali .

Emenda 6

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 137

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 137

Artikolu 137

Ħin għall-mistoqsijiet

Ħin għall-mistoqsijiet

1.   Jista’ jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f’kull sessjoni parzjali għal tul ta’ mhux aktar minn 90 minuta dwar tema orizzontali speċifika waħda jew aktar minn waħda deċiżi mill-Konferenza tal-Presidenti xahar qabel is-sessjoni parzjali.

1.   Jista’ jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissarji f’kull sessjoni parzjali għal tul sa madwar 90 minuta dwar tema orizzontali speċifika waħda jew aktar minn waħda deċiżi minn qabel mill-Konferenza tal-Presidenti , u mhux aktar tard mill-Ħamis qabel is-sessjoni parzjali rilevanti .

2.   Il-Kummissarji mistiedna mill-Konferenza tal-Presidenti biex jipparteċipaw għandu jkollhom portafoll relatat mat-tema jew it-temi orizzontali speċifiċi li dwarhom ikunu se jsiru mistoqsijiet. In-numru ta’ Kummissarji li għandhom jiġu mistiedna għandu jkun limitat għal tnejn għal kull sessjoni parzjali. Manakollu għandu jkun possibbli li jiġi mistieden it-tielet Kummisarju , skont it-tema jew temi orizzontali speċifiċi magħżula għall-ħin għall-mistoqsijiet.

2.   Il-Kummissarji mistiedna mill-Konferenza tal-Presidenti biex jipparteċipaw għandu jkollhom portafoll relatat mat-tema jew it-temi li dwarhom ikunu se jsiru mistoqsijiet. In-numru ta’ Kummissarji li għandhom jiġu mistiedna għandu jkun limitat għal tnejn għal kull sessjoni parzjali. Madankollu, għandu jkun possibbli li jiġi mistieden it-tielet Kummissarju , skont it-tema jew temi magħżula għall-ħin għall-mistoqsijiet.

3.    Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti , jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għall-mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill , mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro.

3.    Il-Ħin għall-Mistoqsijiet jista’ jiġi organizzat ukoll , skont it-termini stipulati fil-paragrafu 1, mal-President tal-Kunsill Ewropew, mal-Presidenza tal-Kunsill , mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro.

4.   Il-ħin għall-mistoqsijiet ma għandux jiġi speċifikament allokat minn qabel. Il-President għandu jiżgura, sa fejn ikun possibbli, li l-Membri li jkollhom fehmiet politiċi differenti u li jkunu minn Stati Membri differenti jingħataw l-opportunità li jagħmlu mistoqsija skont kif imisshom.

4.   Il-ħin għall-mistoqsijiet ma għandux jiġi speċifikament allokat minn qabel. Il-President għandu jiżgura, sa fejn ikun possibbli, li l-Membri li jkollhom fehmiet politiċi differenti u li jkunu minn Stati Membri differenti jingħataw l-opportunità li jagħmlu mistoqsija skont kif imisshom.

5.   Il-Membru għandu jingħata minuta biex jifformula l-mistoqsija u  l-Kummissarju jingħata żewġ minuti biex iwieġeb . Dak il-Membru jista’ jagħmel mistoqsija supplimentari ta’ mhux aktar minn 30 sekonda u li jkollha relevanza diretta mal-mistoqsija prinċipali. Il-Kummissarju mbagħad għandu jingħata żewġ minuti biex jagħti tweġiba supplimentari.

5.   Il-Membru għandu jingħata minuta biex jifformula l-mistoqsija u  l-persuna mistoqsija tingħata żewġ minuti biex twieġeb . Dak il-Membru jista’ jagħmel mistoqsija supplimentari ta’ mhux aktar minn 30 sekonda u li jkollha relevanza diretta mal-mistoqsija prinċipali. Il-persuna mistoqsija mbagħad għandha tingħata żewġ minuti biex tagħti tweġiba supplimentari.

Il-mistoqsijiet u l-mistoqsijiet supplimentari jridu jkunu direttament relatati mat-tema orizzonatali speċifika magħżula skont il-paragrafu 1. Il-President jista’ jiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà.

6.    Il-mistoqsijiet u l-mistoqsijiet supplimentari jridu jkunu direttament relatati mat-tema magħżula skont il-paragrafu 1. Il-President jista’ jiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà.

Emenda 7

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 171 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.   Ebda membru ma jista’ jitkellem ħlief meta jissejjaħ biex jagħmel dan mill-President . Il-Membri għandhom jitkellmu minn posthom u għandhom jindirizzaw lill-President . Jekk kelliema joħroġu mis-suġġett, il-President għandu jitlobhom iżommu mad-diskussjoni.

2.   Ebda kelliem ma jista’ jitkellem ħlief meta jissejjaħ biex jagħmel dan mill-President. Jekk kelliema joħroġu mis-suġġett, il-President għandu jitlobhom iżommu mad-diskussjoni.

 

2a.     Kelliema li l-interventi tagħhom huma previsti fuq il-lista tal-kelliema għandhom jitkellmu mir-rostru ċentrali. Kelliema b’diżabilità jistgħu jitkellmu minn posthom jekk jippreferu.

 

Għall-interventi l-oħra kollha, il-kelliema għandhom jitkellmu minn posthom.

Emenda 8

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 171 – paragrafu 8

Test fis-seħħ

Emenda

8.   Il-President jista’ jagħti l-kelma lill-Membri li juru, billi jgħollu karta blu, ix-xewqa tagħhom li jressqu mistoqsija ta’ mhux aktar minn nofs minuta lil Membru ieħor waqt id-diskors tiegħu li tkun marbuta ma’ dak li jkun qal il-Membru. Il-President jista’ jagħmel dan jekk il-kelliem jaqbel u jekk il-President ikun sodisfatt li dan ma jkun la se jfixkel id-dibattitu u lanqas, permezz ta’ mistoqsijiet suċċessivi mressqa permezz ta’ karti blu, ma jwassal għal żbilanċ drastiku fl-affinitajiet tal-grupp politiku ta’ Membri li jitkellmu f’dak id-dibattitu.

8.   Il-President jista’ jagħti l-kelma lill-Membri li juru, billi jgħollu karta blu, ix-xewqa tagħhom li jressqu mistoqsija ta’ mhux aktar minn nofs minuta lil Membru ieħor waqt id-diskors tiegħu li tkun marbuta ma’ dak li jkun qal il-Membru. Il-President jista’ jagħmel dan jekk il-kelliem jaqbel u jekk il-President ikun sodisfatt li dan ma jkun la se jfixkel id-dibattitu u lanqas, permezz ta’ mistoqsijiet suċċessivi mressqa permezz ta’ karti blu, ma jwassal għal żbilanċ drastiku fl-affinitajiet tal-grupp politiku ta’ Membri li jitkellmu f’dak id-dibattitu. Il-membru li jqajjem karta blu u l-kelliem m’għandhomx ikunu mill-istess grupp politiku, u t-tnejn li huma m’għandhomx ikunu Membri mhux affiljati. Soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni sentenza, applikati mutatis mutandis, il-President jista’ jippermetti lill-Membru li jkun għamel tali mistoqsija jirreaġixxi għat-tweġiba tal-kelliem għal mhux aktar minn nofs minuta. Il-kelliem jista’ mbagħad isegwi dik ir-reazzjoni.

Emenda 9

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 194 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.    Malli s-sessjoni ta’ votazzjoni tintemm, kwalunkwe Membru jista’ jagħti spjegazzjoni bil-fomm ta’ mhux iżjed minn minuta dwar il-votazzjoni waħdanija u/jew aħħarija dwar punt sottomess lill-Parlament. Kull Membru jista’ jagħti mhux aktar minn tliet spjegazzjonijiet tal- vot orali f’kull sessjoni parzjali.

1.   Kwalunkwe Membru jista’ jagħti spjegazzjoni bil-fomm ta’ mhux iżjed minn minuta dwar il-votazzjoni waħdanija u/jew aħħarija dwar punt sottomess lill-Parlament. Tali spjegazzjonijiet tal-vot għandhom jingħataw fi tmiem is-seduta li matulha tkun saret il-votazzjoni kkonċernata, sakemm ma titteħidx, fuq bażi eċċezzjonali, id-deċiżjoni mill-President li dawn jiġu posposti għal aktar tard fis-sessjoni parzjali. Kull Membru jista’ jagħti mhux aktar minn tliet spjegazzjonijiet tal- voti orali f’kull sessjoni parzjali.

Emenda 10

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 216 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.   L-Artikolu 171(2) għandu japplika mutatis mutandis għall-kumitati. Madankollu, it-tieni sentenza tal-Artikolu 171(2) ma għandhiex tapplika għall-Membri li jkunu qed jattendu l-laqgħa b’mod remot.

4.   L-Artikolu 171(2) għandu japplika mutatis mutandis għall-kumitati.

Emenda 11

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 231 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.   In-nomini jrid ikollhom l-appoġġ ta’ mhux anqas minn 38 Membru li jkollhom nazzjonalità ta’ mhux anqas minn żewġ Stati Membri.

2.   In-nomini jrid ikollhom l-appoġġ ta’ mhux anqas minn 38 Membru li jkollhom nazzjonalità ta’ mhux anqas minn żewġ Stati Membri.

Kull membru jista’ jappoġġja biss nomina waħda.

Kull membru jista’ jappoġġja biss nomina waħda. L-appoġġ ta’ Membru għandu jkun validu biss jekk indikat fuq formola standardizzata, ipprovduta mis-servizzi tal-Parlament immedjatament wara li avviż li jsejjaħ għal nominazzjonijiet jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din il-formola standardizzata għandha tiddikjara b’mod ċar id-data tal-firma. Din id-data għandha tkun fil-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tan-nomini stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 1.

 

Il-membri jistgħu jirtiraw il-firem ta’ appoġġ tagħhom billi jinnotifikaw lill-President dwar l-irtirar qabel it-tmiem ta’ dak il-limitu ta’ żmien. Jekk, fi tmiem dak il-limitu ta’ żmien, Membru jinstab li jkun ta firem b’appoġġ għal aktar minn nomina waħda, l-ebda waħda minn dawk il-firem ma għandha tgħodd għal kwalunkwe nomina.

In-nomini għandhom jinkludu d-dokumenti kollha ta’ prova meħtieġa sabiex juru b’mod ċert li l-persuna nominata tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet tal-Ombudsman (53).

In-nomini għandhom jinkludu d-dokumenti kollha ta’ prova meħtieġa sabiex juru b’mod ċert li l-persuna nominata tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163 tal-Parlament Ewropew (53).

Emenda 12

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 231 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.    In-nominu għandhom jintbagħtu il-kumitat responsabbli. Lista sħiħa tal-Membri li jkunu taw l-appoġġ tagħhom lill-persuni nominati għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku meta jkun il-waqt .

3.    In-nominazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-kumitat responsabbli. Lista sħiħa tal-Membri li jkunu taw l-appoġġ tagħhom lill-persuni nominati għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fil-jum tax-xogħol wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tan-nomini stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 1 .

Emenda 13

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 231 – paragrafu 3a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a.     Il-persuni nominati għandhom, fuq talba, tinħarġilhom badge temporanja li tagħtihom aċċess għall-bini tal-Parlament.

Emenda 14

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 231 – paragrafu 8

Test fis-seħħ

Emenda

8.     L-Ombudsman għandu jeżerċita d-dmirijiet tiegħu sakemm is-suċċessur tiegħu jieħu l-kariga, ħlief fil-każ ta’ mewt jew tat-tneħħija mill-kariga.

imħassar

Emenda 15

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 232

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 232

Artikolu 232

Attivitajiet tal-Ombudsman

Attivitajiet tal-Ombudsman

1.   Il-kumitat responsabbli għandu jeżamina l-każi ta’ amministrazzjoni ħażina li bihom l-Ombudsman ikun għarfu skont l-Artikolu 3 ( 6) u (7 ) tad-Deċiżjoni 94/262/KEFA , KE, Euratom , u b’segwitu jista’ jiddeċiedi li jfassal rapport skont l-Artikolu 54.

1.   Il-kumitat responsabbli għandu jeżamina l-każi ta’ amministrazzjoni ħażina li bihom l-Ombudsman ikun għarfu skont l-Artikolu 4 ( 1 ) u ( 3 ) tar-Regolament (UE , Euratom) 2021/1163 , u b’segwitu jista’ jiddeċiedi li jfassal rapport skont l-Artikolu 54.

Il-kumitat responsabbli għandu jeżamina r-rapport imressaq mill-Ombudsman fi tmiem kull sessjoni annwali dwar ir-riżultat tal-inkjesti tiegħu, skont l-Artikolu 3(8) tad-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom .Il-kumitat responsabbli jista’ jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni lill-Parlament jekk iqis li l-Parlament jeħtieġlu jieħu pożizzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe aspett ta’ dak ir-rapport.

1a.    Il-kumitat responsabbli għandu jeżamina r-rapport imressaq mill-Ombudsman fi tmiem kull sessjoni annwali dwar ir-riżultat tal-inkjesti tiegħu, skont l-Artikolu 4 ( 5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2021 / 1163. Il-kumitat responsabbli jista’ jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni lill-Parlament jekk iqis li l-Parlament jeħtieġlu jieħu pożizzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe aspett ta’ dak ir-rapport .

2.   L-Ombudsman jista’ wkoll jagħti tagħrif lill-kumitat responsabbli fuq talba ta’ dan tal-aħħar , jew jinstema’ mill-istess kumitat fuq inizjattiva tiegħu.

2.    Skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163, l-Ombudsman jista’, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba tal-kumitat responsabbli , jinstema’ minn dak il-kumitat jew jipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu jew tagħha .

 

2a.     Meta l-Ombudsman jikkonsulta lill-Parlament dwar abbozz ta’ dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għar-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163 skont l-Artikolu 18 tiegħu, il-kumitat responsabbli għal dak ir-Regolament għandu jippreżenta rapport lill-Parlament skont l-Artikolu 51. L-Artikolu 59(1), (2), (4) u (5) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Emenda 16

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 233 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.   It-talba għandha tintbagħat lill-Ombudsman u lill-kumitat responsabbli li, jekk jiddeċiedi b’maġġoranza tal-membri tiegħu li r-raġunijiet huma fondati, għandu jippreżenta rapport lill-Parlament. Jekk jitlob li jinstema’, l-Ombudsman għandu jinstema’ qabel ma jittieħed vot fuq ir-rapport. Il-Parlament għandu, wara li jsir dibattitu, jieħu deċiżjoni permezz ta’ vot sigriet.

2.   It-talba għandha tintbagħat lill-Ombudsman u lill-kumitat responsabbli li, jekk jiddeċiedi b’maġġoranza tal-membri tiegħu li r-raġunijiet huma fondati, għandu jippreżenta rapport lill-Parlament. L-Ombudsman għandu jinstema’ qabel ma jittieħed vot fuq ir-rapport. Il-Parlament għandu, wara li jsir dibattitu, jieħu deċiżjoni permezz ta’ vot sigriet.


(6)  Ftehim tas-16 ta’ April 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġstru tat-trasparenza għl organizzazzjonijiet individwi li jaħmu għl rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE ( Ġ 277 , 19 . 9 . 2014 , p.  11 ).

(6)  Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew , il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u  l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru obbligatorju ta’ trasparenza ( ĠU 207 , 11 . 6 . 2021 , p.  1 ).

(53)   Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta’ l-obbligi ta’ l-Ombudsman (ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15) .

(53)   Ir-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163 tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom (ĠU L 253, 16.7.2021, p. 1) .


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/454/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top