Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023DC0102

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Pjan ta’ Azzjoni tal-UE : Nipproteġu u nirrestawraw l-ekosistemi tal-baħar għal sajd sostenibbli u reżiljenti

    COM/2023/102 final

    Brussell, 21.2.2023

    COM(2023) 102 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Pjan ta’ Azzjoni tal-UE : Nipproteġu u nirrestawraw l-ekosistemi tal-baħar għal sajd sostenibbli u reżiljenti






    1.Introduzzjoni

    L-oċeani u l-ibħra tagħna jkopru 70 % tas-superfiċje tal-pjaneta u aktar minn 65 % tat-territorju tal-UE. Ekosistemi tal-baħar f’saħħithom huma essenzjali għall-ħajja fid-Dinja u għandhom rwol ewlieni fil-benessri tal-Pjaneta. Huma wieħed mill-akbar sorsi ta’ bijodiversità u ta’ ikel, jirregolaw il-klima, u huma bir ewlieni ta’ karbonju ( 1 ). Daqstant importanti, dawn iġibu wkoll benefiċċji sostanzjali għas-saħħa, għas-soċjetà u għall-ekonomija fil-komunitajiet kostali.

    Skont rapport riċenti mill-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi ( 2 ), persuna waħda minn kull ħamsa madwar id-dinja tiddependi fuq l-ispeċijiet selvaġġi għall-ikel u għall-introjtu tagħha, bis-sajd li huwa sors ewlieni ta’ ikel minn speċijiet selvaġġi. Għalhekk, il-preservazzjoni ta’ dawn ir-riżorsi billi jiġu ġestiti b’mod sostenibbli hija aktar kritika minn qatt qabel sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

    Il-ħut ġestit u maqbud b’mod sostenibbli huwa sors ta’ proteina ta’ kwalità għolja u affordabbli b’impronta tal-karbonju relattivament baxxa ( 3 ). Huwa essenzjali għas-sigurtà tal-ikel ta’ ħafna nies u għaż-żamma tal-bażi ekonomika tal-komunitajiet tas-sajd. L-iżgurar tas-sajd sostenibbli u tal-istokkijiet tal-ħut ġestiti b’mod sostenibbli huwa kruċjali wkoll għall-protezzjoni tal-bijodiversità tal-oċeani u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

    Illum, l-ambjent tal-baħar, kif ukoll is-sajjieda u s-settur tas-sajd, jiffaċċjaw numru ta’ diffikultajiet. Minbarra t-theddid eżistenzjali għall-ambjent tal-baħar ikkawżat mit-tibdil fil-klima u mit-telfien tal-bijodiversità minħabba pressjonijiet antropoġeniċi multipli, is-settur kien qiegħed jittratta wkoll sensiela ta’ sfidi ewlenin, mill-Brexit, mill-pandemija tal-COVID-19 u, l-aktar reċentement, mir-riperkussjonijiet tal-agressjoni militari mingħajr ħniena tar-Russja kontra l-Ukrajna ( 4 ). Dawn ix-xokkijiet ikkawżaw tfixkil kbir fis-suq, nuqqas ta’ materja prima essenzjali, żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fjuwil u tal-għalf tal-ħut, minbarra l-periklu ovvju li jġibu magħhom l-operazzjonijiet militari u l-mini fil-Baħar l-Iswed.

    B’mod parallel mal-indirizzar ta’ dawn l-isfidi immedjati, l-UE ma tistax taffordja li tinsa l-ħtieġa vitali li tissalvagwardja s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-ikel tagħha. F’konformità mal-istrateġiji tal-UE għall-Bijodiversità( 5 ), dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima ( 6 ) u mill-Għalqa sal-Platt ( 7 ), l-UE jeħtiġilha tiżgura li r-riskji li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità ma jipperikolawx id-disponibbiltà tal-oġġetti u tas-servizzi li ekosistemi tal-baħar f’saħħithom jipprovdu lis-sajjieda, lill-komunitajiet kostali u lill-umanità b’mod ġenerali.

    Li s-sajd tal-UE jsir aktar reżiljenti jfisser ukoll li jiġi żgurat li jikkontribwixxi għall-protezzjoni u għar-restawr tal-ekosistemi tal-baħar li jiddependu fuqu. Ambjent tal-baħar f’saħħtu bi stokkijiet tal-ħut tajbin għas-saħħa u b’bijodiversità rikka huwa l-uniku mod li bih niżguraw li l-komunitajiet tas-sajd tagħna jkollhom futur prosperu fuq terminu medju u twil. L-ekosistemi tal-baħar jinsabu dejjem taħt theddida akbar mit-tibdil fil-klima ( 8 ) u mis-sajd mhux sostenibbli jew illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat ( 9 ). Pressjonijiet oħrajn ( 10 ) huma marbutin ukoll ma’ attivitajiet tal-bniedem, bħat-trasport marittimu, il-produzzjoni tal-enerġija, it-turiżmu, l-agrikoltura u l-industrija. Għalhekk, huwa importanti li jiġu indirizzati b’mod parallel ukoll dawk il-pressjonijiet l-oħrajn għas-sostenibbiltà tal-ekosistemi tal-baħar u tal-istokkijiet tal-ħut, inklużi forom differenti ta’ tniġġis, kemm jekk mill-kontaminanti, mill-prattiki agrikoli, mill-plastik jew mill-istorbju. L-UE qiegħda tiġġieled it-tniġġis tal-baħar permezz ta’ numru ta’ inizjattivi leġiżlattivi u ta’ politika taħt il-qafas usa’ tal-pjan ta’ azzjoni ta’ tniġġis żero ( 11 ). Dawn jinkludu l-iffissar ta’ limiti għall-iskart tal-baħar, għall-istorbju taħt l-ilma, għan-nutrijenti u għall-kontaminanti skont l-MSFD u l-miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex dawn jintlaħqu. Jinkludu wkoll l-istabbiliment ta’ numru ta’ miri ta’ tnaqqis tat-tniġġis għal żero ( 12 ) u t-teħid ta’ azzjoni għall-benefiċċju tal-ambjent tal-baħar. Ir-regoli tal-UE dwar il-faċilitajiet ta’ akkoljenza fil-portijiet jinċentivaw ukoll il-konsenja fil-portijiet ta’ skart mistad b’mod passiv ( 13 ) . 

    Hemm ħtieġa urġenti li tissaħħaħ l-azzjoni fil-livell tal-UE sabiex jitreġġa’ lura t-tnaqqis tal-ekosistemi tal-baħar billi jiġu indirizzati l-pressjonijiet kollha. Kif deskritt f’dan il-pjan ta’ azzjoni, dan irid jinkludi azzjoni sabiex il-ġestjoni tas-sajd issir aktar sostenibbli u moderna, sabiex jiġu protetti u rrestawrati l-ekosistemi tal-baħar u jinkiseb l-istatus ambjentali tajjeb tagħhom ( 14 ), kif ukoll sabiex id-dinja titħeġġeġ u tiġi ispirata sabiex issegwi ( 15 ).

    Dan il-pjan ta’ azzjoni huwa parti mill-isforzi tal-Kummissjoni sabiex tikseb implimentazzjoni aktar konsistenti tal-politika ambjentali tal-UE u tal-politika komuni tas-sajd bit-tliet pilastri tagħha – ambjentali, ekonomiku u soċjali – tas-sostenibbiltà. Dan jipprovdi strateġija li tħares ’il quddiem dwar kif għandu jiġi applikat aħjar l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd u jikkomplementa l-Komunikazzjoni dwar il-funzjonament tal-politika komuni tas-sajd ( 16 ) u l-Komunikazzjoni dwar it-Tranżizzjoni tal-Enerġija tas-Settur tas-Sajd u tal-Akkwakultura tal-UE, minn hawn ’il quddiem l-inizjattiva għat-tranżizzjoni tal-enerġija ( 17 ).

    Filwaqt li jibni fuq l-impenn tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 li tipproteġi legalment 30 % tal-ibħra tagħna, li terz minnhom għandhom jkunu strettament protetti, huwa jindirizza n-nuqqasijiet identifikati fir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri maħruġ dwar l-ambjent tal-baħar ( 18 ), billi jiffoka b’mod partikolari fuq iż-żoni marini protetti (MPAs) ( 19 ) u fuq modi li bihom il-ġestjoni tas-sajd tista’ tikkontribwixxi għal protezzjoni u għal restawr aktar effettivi tal-bijodiversità tal-baħar tagħhom, u b’hekk jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-liġi proposta dwar ir-Restawr tan-Natura ( 20 ).

    Il-pjan ta’ azzjoni jibbaża fuq il-kontribuzzjonijiet magħmulin mill-partijiet ikkonċernati u miċ-ċittadini matul il-konsultazzjoni wiesgħa ( 21 ).

    Wara l-ftehim storiku dwar qafas globali ġdid għall-bijodiversità li ntlaħaq f’Montreal fil-15-il Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bijodiversità tal-partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD COP15), u fil-proċess tan-negozjar ta’ ftehimiet legalment vinkolanti ġodda dwar il-protezzjoni tal-ibħra internazzjonali u dwar it-twaqqif tat-tniġġis tal-plastik, dan il-pjan ta’ azzjoni se jikkonsolida t-tmexxija globali tal-UE billi juri li l-UE twettaq dak li hija timpenja ruħha għalih. L-UE kienet qiegħda tmexxi l-isforzi lejn qafas globali ġdid ambizzjuż għall-bijodiversità miftiehem fis-COP15. Dan il-pjan ta’ azzjoni se jgħin sabiex jitwettqu xi wħud mill-impenji globali meħudin, inkluż l-impenn li jiġu protetti 30 % taż-żoni globali terrestri u tal-baħar u sabiex jiġu rrestawrati 30 % tal-ekosistemi degradati.

    Fl-aħħar nett, l-objettivi ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni huma konsistenti wkoll mal-impenji tal-UE deskritti fil-Komunikazzjoni Konġunta dwar il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani ( 22 ) u mad-dimensjoni esterna tal-politika komuni tas-sajd (PKS).

    2.Nagħmlu l-prattiki tas-sajd aktar sostenibbli

    Illum, l-ambjent tal-baħar qiegħed jiffaċċja pressjonijiet multipli li jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod koerenti( 23 ). F’konformità mal-objettivi tal-qafas globali l-ġdid għall-bijodiversità u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 sabiex tiġi protetta 30 % taż-żona tal-baħar tal-Ewropa, l-UE tista’ tnaqqas sehem sinifikanti ta’ din il-pressjoni billi toħloq MPAs ġodda u billi timmaniġġja b’mod effettiv dawk eżistenti kif ukoll billi tagħmel il-prattiki tas-sajd aktar sostenibbli, inkluż permezz tal-użu ta’ rkaptu tas-sajd b’impatt baxx. Żoni protetti ġestiti b’mod effettiv jimminimizzaw il-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi ( 24 ), jipproteġu ż-żoni ta’ riproduzzjoni u ta’ tkabbir tal-ħut u l-ferħ tal-ħut, u jnaqqsu l-impatti fuq ħabitats sensittivi, b’mod partikolari qiegħ il-baħar.

    Id-deċiżjonijiet dwar meta, fejn u kif għandu jsir is-sajd jaffettwaw mhux biss l-ispeċijiet fil-mira, iżda wkoll il-kwantità u d-daqs tal-ħut u l-qabdiet aċċessorji, u konsegwentement, is-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet tas-sajd. Ir-regoli li jirregolaw dan l-aspett tas-sajd, komunement imsejħin “miżuri tekniċi”, ġew aġġornati fl-2019( 25 ). Ir-regoli l-ġodda jipprovdu sett koerenti ta’ miżuri li jgħinu sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u jieħdu approċċ reġjonali sabiex tinħoloq il-flessibbiltà meħtieġa. Ir-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi fih sett ta’ regoli tal-linja bażi għas-sajd selettiv f’kull baċir tal-baħar. Pereżempju, jispeċifika daqsijiet u forom differenti tal-malja fix-xbieki tas-sajd sabiex jinqabdu biss ċerti daqsijiet ta’ ħut, ta’ għarbiel u ta’ pannelli li jippermettu lil ċerti speċijiet jaħarbu jew għeluq speċifiku għall-post u għaż-żmien taż-żoni tas-sajd, pereżempju matul il-perjodu ta’ riproduzzjoni tal-ħut ( 26 ).

    Titjib tas-selettività tal-irkaptu u tnaqqis tal-impatt tas-sajd fuq speċijiet sensittivi

    Wieħed mill-objettivi tar-regoli tal-linja bażi tar-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi huwa li jiġu mminimizzati u, fejn possibbli, eliminati l-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi tal-baħar. Il-ħut u speċijiet tal-baħar oħrajn jiffaċċjaw diversi theddidiet inkluż is-sajd eċċessiv, it-tniġġis, u d-disturb jew il-qerda u d-degradazzjoni tal-ħabitats tagħhom. Għal xi wħud, il-qbid aċċessorju fl-irkaptu tas-sajd huwa wieħed mit-theddidiet ewlenin. Dawn il-problemi kkontribwew għat-tnaqqis tal-popolazzjonijiet ta’ diversi speċijiet, u għalkemm il-biċċa l-kbira huma strettament protetti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura, xi wħud għadhom f’riskju ta’ estinzjoni.

    L-ispeċijiet vulnerabbli huma partikolarment mhedda. Dawn jinkludu diversi klieb il-baħar ( 27 ), fkieren tal-baħar, mammiferi tal-baħar, bħad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali u l-bumerin, u għasafar tal-baħar, bħall-garnija tal-Baleariku. Dawn kollha jinsabu f’riskju li jinqabdu f’sajd bix-xibka statika. Il-mammiferi tal-baħar spiss jinqabdu wkoll fi xbieki tat-tkarkir pelaġiċi kbar, għasafar tal-baħar fis-sajd bil-konz u fkieren tal-baħar fix-xbieki tat-tkarkir u fil-konzijiet.

    Madankollu, hemm soluzzjonijiet disponibbli b’mod wiesa’ sabiex jiġu evitati qabdiet aċċessorji li diġà huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE u r-regoli tal-politika komuni tas-sajd (PKS). Jinkludu t-twettiq ta’ bidliet tekniċi fl-irkapti tas-sajd jew ir-restrizzjoni tas-sajd fi żminijiet u f’żoni meta jkun hemm preżenza partikolarment għolja ta’ speċijiet sensittivi.

    Il-ħidma, inkluż permezz ta’ proġetti pilota, sabiex jiġu protetti aħjar speċijiet sensittivi madwar ir-reġjuni tal-baħar tal-UE hija ppjanata jew għaddejja, għalkemm b’livelli differenti ta’ ambizzjoni u ta’ veloċità ( 28 ). Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar sabiex jitwettqu b’mod effettiv l-impenji skont l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex ikunu aktar ambizzjużi u jisfruttaw bis-sħiħ l-għodod tal-PKS sabiex jimplimentaw b’mod urġenti miżuri li diġà huma disponibbli u vvalutati xjentifikament. Dawn jistgħu jinkludu l-għeluq għal terminu qasir ta’ ċerti żoni tas-sajd jew l-installazzjoni ta’ apparati akustiċi deterrenti, li, skont il-parir xjentifiku( 29 ), ikunu ta’ għajnuna fl-irkupru tad-dniefel suwed tal-Baltiku Ċentrali jew tad-dniefel komuni fil-Golf tal-Biskalja. Azzjoni rapida tgħin ukoll sabiex jitnaqqsu l-qabdiet aċċessorji ta’ għasafar tal-baħar fl-irkapti tas-sajd u sabiex jiġu protetti l-klieb il-baħar ( 30 ). Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom itejbu s-sistemi ta’ monitoraġġ sabiex jidentifikaw il-firxa u d-distribuzzjoni tal-qabdiet aċċessorji.

    Il-kisba ta’ livelli ta’ rendiment massimu sostenibbli ta’ speċijiet ta’ ħut sfruttati kummerċjalment hija prinċipju importanti tal-politika komuni tas-sajd u tikkontribwixxi għall-istatus ambjentali tajjeb tal-popolazzjonijiet ta’ ħut kummerċjali. Dan jista’ jsir billi jiġu limitati l-qabdiet jew l-isforz tas-sajd u billi jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd ikunu selettivi ħafna, sabiex is-sajjieda jaqbdu biss speċijiet fil-mira u biss f’ċerti kwantitajiet, etajiet u daqsijiet ta’ dawn l-ispeċijiet. Is-sajd jista’ jibbenefika wkoll mill-protezzjoni ta’ siti importanti ta’ riproduzzjoni u ta’ żoni ta’ tkabbir tal-ħut, inkluż permezz ta’ żoni strettament protetti, peress li ż-żieda fl-istokkijiet tal-ħut tinfirex f’żoni kontigwi.

    Issa hemm ħafna soluzzjonijiet ġodda u innovattivi disponibbli sabiex tittejjeb aktar is-sostenibbiltà tat-tekniki tas-sajd, bħall-użu ta’ rkaptu tas-sajd aktar selettiv, għodod ta’ monitoraġġ sabiex jiġu identifikati żoni ta’ konċentrazzjoni ta’ frieħ tal-ħut, u miżuri sabiex jiġu evitati żoni bħal dawn( 31 ). Hija neċessarja azzjoni konġunta mill-Istati Membri sabiex tiġi segwita u aċċellerata l-ħidma fuq miżuri nazzjonali u rakkomandazzjonijiet konġunti ( 32 ) u sabiex jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet maħruġin mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) dwar l-adozzjoni u t-tixrid ta’ tali għodod u prattiki innovattivi. Sabiex jinkiseb dan, huwa kruċjali li jiġu pprovduti inċentivi u appoġġ effettivi għall-komunitajiet tas-sajd ikkonċernati u li jsir użu tajjeb mill-fondi disponibbli tal-UE.

    Il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri billi tfittex parir mill-istituzzjonijiet xjentifiċi dwar kif jistgħu jtejbu x-xejriet tas-sajd kurrenti tal-flotta tal-UE. Fejn meħtieġ, fuq il-bażi ta’ parir xjentifiku ġdid, se tagħmel użu wkoll mis-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha skont ir-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi b’rabta mat-tfassil tal-irkapti tas-sajd ( 33 ) sabiex tiżgura kundizzjonijiet ekwi fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar is-selettività tal-irkaptu.

    Huwa partikolarment importanti u urġenti li tittejjeb il-konservazzjoni għal speċijiet f’periklu kritiku mistada kummerċjalment, bħas-sallura Ewropea. Il-ġestjoni u l-konservazzjoni ta’ din l-ispeċi migratorja tfisser l-indirizzar ta’ firxa ta’ attivitajiet tal-bniedem, u għalhekk huwa neċessarju li jittieħed approċċ komprensiv li jkopri politiki differenti.

    Azzjoni sabiex tittejjeb is-selettività tas-sajd u jitnaqqas l-impatt tas-sajd fuq speċijiet sensittivi

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex:

    -Sa tmiem l-2023, jiżviluppaw valuri ta’ limitu għar-rata massima permissibbli ta’ mortalità minn qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet magħżulin mill-Istati Membri ( 34 ), bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD)( 35 ). Jadottaw miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd sabiex jimplimentaw dawn il-valuri ta’ limitu mingħajr dewmien permezz ta’ miżuri nazzjonali jew, fejn rilevanti, billi jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti.

    -Jadottaw miżuri nazzjonali jew jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti lill-Kummissjoni sabiex jimminimizzaw il-qabda aċċessorja (jew inaqqsuha għal-livell li jippermetti l-irkupru sħiħ tal-popolazzjonijiet) ta’:

    osa tmiem l-2023: id-denfil iswed fil-Baltiku Ċentrali u fil-Baħar l-Iswed, fl-Atlantiku Iberiku u d-denfil komuni fil-Golf tal-Biskalja ( 36 );

    osa tmiem l-2024: xkatli, rebekkin skur, vjolin, raja ta’ Malta, kelb abjad, tawru, silfjun, raja farfett tax-xewka, sturjun, fkieren tal-baħar, garnija tal-Baleariku u bumerin;

    osal-2030: l-ispeċijiet tal-baħar sensittivi li jifdal li huma f’riskju ta’ qabdiet aċċessorji ( 37 ), filwaqt li tingħata prijorità lil dawk fi “stat ta’ konservazzjoni mhux favorevoli” jew mheddin minn estinzjoni.

    -Sal-aħħar ta’ Ġunju 2024, itejbu l-protezzjoni tas-sallura Ewropea billi jadottaw jew jaġġornaw il-Pjanijiet eżistenti għall-Ġestjoni tas-Sallura skont ir-Regolament dwar is-Sallura( 38 ), fid-dawl ta’ għarfien ġdid u fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament dwar is-Sallura, sabiex jissaħħu l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni.

    Dawn il-pjanijiet ta’ ġestjoni tas-sallura għandhom jindirizzaw: i) l-impatt tas-sajd (kemm kummerċjali kif ukoll rikreattiv u fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-ispeċijiet) u, ii) l-impatti mhux relatati mas-sajd bl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata, bħad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma ( 39 ), id-Direttiva dwar il-Ħabitats ( 40 ) u l-MSFD. Il-pjanijiet għandhom jinkludu sforzi sabiex jiġu rrestawrati l-ħabitats tas-sallura, tittejjeb il-konnettività tax-xmajjar u jiġu indirizzati l-ostakli għall-migrazzjoni, u għandhom itejbu l-kooperazzjoni transkonfinali.

    -Sa Marzu 2027, jaġġornaw il-programmi ta’ miżuri tal-MSFD sabiex jinkludu miżuri xierqa kontra t-telf u r-rimi ta’ rkaptu tas-sajd u ta’ skart tal-baħar relatat mas-sajd, fuq il-bażi ta’ approċċi identifikati fl-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni Komuni tal-MSFD. 

    -Sal-2030, fuq il-bażi tal-ħidma mill-Kumitat Xjentifiku Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), mill-GFCM u minn istituzzjonijiet xjentifiċi oħrajn, bħall-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), jippreżentaw u jimplimentaw miżuri addizzjonali sabiex jagħtu spinta lis-selettività, billi jibdew qabel kollox bl-istokkijiet tal-ħut bl-akbar gwadanji bijoloġiċi mistennijin. Il-miżuri għandhom jinkludu:

    otekniki ġodda u innovattivi tal-irkaptu sabiex jitnaqqsu l-qabdiet ta’ ħut żgħir;

    oil-post jew il-miżuri speċifiċi għaż-żmien fejn ikun hemm evidenza ċara ta’ konċentrazzjonijiet għoljin ta’ ħut iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni.

    -Sal-2030, jinħolqu żoni ġodda u ġestiti b’mod effettiv tal-MPAs kollha, filwaqt li tiġi żgurata protezzjoni stretta ta’ żoni importanti ta’ riproduzzjoni u ta’ tkabbir tal-ħut.

    Il-Kummissjoni se:

    -Fl-2023, titlob lill-STECF jipprovdi, bħala parti mill-ħidma li għaddejja tiegħu( 41 ), parir dwar:

    ol-evalwazzjoni tal-aħjar daqsijiet tal-ħut( 42 ) li għandu jinqabad fl-irkaptu tas-sajd, sabiex jinkiseb l-akbar rendiment fit-tul;

    oit-titjib tal-irkaptu tas-sajd, filwaqt li titqies is-selettività, it-taħlita ta’ speċijiet fil-mira, u kemm il-kisbiet fit-tul kif ukoll il-konsegwenzi tranżizzjonali f’termini soċjali u ekonomiċi.

    -Sa tmiem l-2024, tivvaluta, fil-kuntest tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi, il-qbid, iż-żamma, it-trażbord, il-ħatt l-art u l-bejgħ ta’ speċijiet mheddin b’estinzjoni jew fi “stat ta’ konservazzjoni mhux favorevoli” skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats.

    -Sa tmiem l-2024, tħejji l-adozzjoni ta’ regoli ta’ implimentazzjoni skont ir-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi sabiex:

    otitjieb is-selettività tal-irkaptu tas-sajd,

    ojiġu żviluppati speċifikazzjonijiet dettaljati għall-apparati ta’ esklużjoni tal-fkieren fix-xbieki tat-tkarkir għall-gambli fl-ilmijiet tal-UE tal-Oċean Indjan u tal-Atlantiku tal-Punent,

    ojiġu stabbiliti regoli dwar il-letti bl-infafar u l-letti mtaqqlin fil-baċiri kollha tal-baħar.

    -Hekk kif il-valuri ta’ limitu jiġu pprovduti skont l-MSFD, tuża l-għodod tal-PKS ( 43 ) sabiex tipproponi limiti għall-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet koperti mill-valuri ta’ limitu.

    Tnaqqis tal-impatt tas-sajd fuq qiegħ il-baħar

    Ħabitats f’qiegħ il-baħar f’saħħithom huma parti importanti minn ekosistemi tal-baħar f’saħħithom. Il-bijodiversità rikka tagħhom tipprovdi żoni ta’ tkabbir u ta’ riproduzzjoni għal ħafna speċijiet u tikkontribwixxi għaż-żamma tal-istruttura u tal-funzjonament tax-xbieki alimentari tal-baħar, kif ukoll għar-regolamentazzjoni tal-klima.

    Is-sajd li juża ċertu tagħmir mobbli ta’ kuntatt mal-qiegħ (sajd mobbli tal-qiegħ)( 44 ), b’mod partikolari t-tkarkir tal-qiegħ, huwa fost l-aktar attivitajiet mifruxin u dannużi għal qiegħ il-baħar u għall-ħabitats assoċjati tiegħu ( 45 ). Bħalissa, 79 % ta’ qiegħ il-baħar kostali jitqies bħala disturbat fiżikament, prinċipalment minħabba t-tkarkir tal-qiegħ, u kwart taż-żona kostali tal-UE probabbilment tilfet il-ħabitats ta’ qiegħ il-baħar tagħha ( 46 ). Iż-żoni l-aktar mistada b’mod intens iġarrbu tkarkir aktar minn 10 darbiet fis-sena ( 47 ) .

    L-oċeani u l-ibħra tagħna huma bir ta’ karbonju naturali kbir, b’mod partikolari s-sedimenti tal-oċeani. Hemm rikonoxximent dejjem akbar tal-importanza tal-ħżin u taż-żamma tal-karbonju blu fil-ħabitats tal-baħar għall-indirizzar tat-tibdil fil-klima ( 48 ). Filwaqt li l-ħażniet tal-karbonju fil-baħar għadhom mifhumin anqas minn dawk ibbażati fuq l-art, l-evidenza reċenti ( 49 ) tissuġġerixxi li d-disturb tas-sediment ta’ qiegħ il-baħar għandu impatt dirett fuq il-kapaċità tiegħu li jaħżen il-karbonju.

    Madankollu, il-bijodiversità ta’ qiegħ il-baħar tista’ tirkupra jekk il-pressjoni tonqos, pereżempju billi jitnaqqas is-sajd mobbli tal-qiegħ ( 50 ). Dan iġib benefiċċji kbar għall-ekosistemi u għas-soċjetà, inkluż is-sajd permezz tal-irkupru tal-istokkijiet tal-ħut u ż-żieda tal-bijomassa tal-ħut u jgħin sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni tal-ambjent tal-baħar.

    Id-dritt tal-UE diġà jeħtieġ il-protezzjoni u r-restawr ta’ qiegħ il-baħar. Il-leġiżlazzjoni ambjentali tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jipproteġu qiegħ il-baħar sabiex jiksbu “status ambjentali tajjeb” tal-ilmijiet tal-UE ( 51 ). Jeħtiġilhom jieħdu wkoll il-miżuri neċessarji fis-siti marini ta’ Natura 2000 sabiex jikkontribwixxu għall-kisba jew għaż-żamma tal-“istat ta’ konservazzjoni favorevoli” ta’ ċerti ħabitats ta’ qiegħ il-baħar.

    L-għodod tal-ġestjoni tas-sajd jipprojbixxu s-sajd mobbli tal-qiegħ fil-Baħar Mediterran fiż-żoni kostali dojoq u aktar fond minn 1 000 metru, u fl-Atlantiku jipprojbixxu t-tkarkir tal-qiegħ aktar fond minn 800 metru, b’għeluq għas-sajd tal-qiegħ ta’ 16 419 km2 ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli( 52 ). Is-sajd tal-qiegħ huwa ristrett aktar f’żoni partikolarment sensittivi permezz ta’ varjetà ta’ miżuri u ta’ regolamenti ( 53 ).

    Barra minn hekk, xi Stati Membri ħadu passi sabiex jipprojbixxu jew jirrestrinġu s-sajd tal-qiegħ f’ċerti żoni permezz ta’ miżuri nazzjonali u s-sottomissjoni ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti tal-PKS ( 54 ), bħala bażi għal regolamenti delegati. F’Novembru 2022, fuq il-bażi ta’ proposta tal-UE, il-GFCM iddeċidiet li tivvaluta l-impatt potenzjali tat-tibdil tal-limiti tal-fond tar-restrizzjonijiet tas-sajd attwali f’fond ta’ bejn 600 u 800 m, bil-ħsieb li possibbilment jiġu stabbiliti restrizzjonijiet f’ilmijiet aktar baxxi.

    Madankollu, is-sajd mobbli kumplessiv tal-qiegħ għadu mifrux fl-ilmijiet tal-UE. Pereżempju, fl-Atlantiku tal-Grigal, iseħħ f’bejn 80 u 90 % taż-żoni fejn jista’ jsir is-sajd( 55 ), inkluż f’ħafna siti ta’ Natura 2000 u f’MPAs oħrajn. Dan jimmina l-ilħuq tal-miri ta’ konservazzjoni globali stabbiliti mill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika ( 56 ) u jirriskja li jhedded il-progress dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

    L-impatt tas-sajd mobbli tal-qiegħ fuq l-ambjent tal-baħar ipoġġi wkoll f’riskju s-sostenibbiltà tas-sajd u d-disponibbiltà tal-ħut fit-terminu medju u twil. Mhux biss jagħmel ħsara lill-ekosistemi li fuqhom jiddependi dak is-sajd, iżda huwa wkoll intensiv ħafna fil-fjuwil, u jiġġenera kostijiet konsiderevoli għas-settur u impronta tal-karbonju partikolarment għolja( 57 ). Min-natura tiegħu stess, is-sajd mobbli tal-qiegħ huwa fost l-anqas metodi tas-sajd selettivi u jipproduċi ammonti sproporzjonati ta’ qabdiet mhux mixtieqa ( 58 ) u ta’ qbid skartat. Il-qbid skartat huwa ta’ tħassib partikolari, speċjalment fi żmien meta l-UE qiegħda tfittex li tnaqqas il-ħela tal-ikel ( 59 ), kwistjoni rilevanti ħafna fid-dibattitu usa’ dwar is-sigurtà globali tal-ikel.

    Hija meħtieġa azzjoni determinata sabiex jiġi protett u rrestawrat qiegħ il-baħar, inkluż billi jitneħħa s-sajd mobbli tal-qiegħ, filwaqt li b’mod parallel jiġi żgurat li din it-teknika ma tiġix issostitwita b’alternattivi ugwali jew agħar. Huma meħtieġa protezzjoni u restawr urġenti tal-ħabitats ta’ qiegħ il-baħar fl-MPAs, b’mod partikolari minħabba l-importanza tagħhom bħala hotspots tal-bijodiversità tal-baħar tal-UE, il-potenzjal tagħhom li jikkontribwixxu għaż-żieda fl-istokkijiet tal-ħut u l-obbligi legali fit-tul għall-ġestjoni effettiva tagħhom.

    Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sabiex jiġu protetti 30 % tal-ibħra tal-UE, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-għodod tal-PKS disponibbli u sabiex is-sajd mobbli tal-qiegħ jiġi eliminat gradwalment fl-MPAs kollha sa mhux aktar tard mill-2030. L-ewwel nett, sal-aħħar ta’ Marzu 2024, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri nazzjonali jew, fejn xieraq, jipproponu rakkomandazzjonijiet konġunti lill-gruppi reġjonali sabiex jipprojbixxu s-sajd mobbli tal-qiegħ fl-MPAs li huma siti ta’ Natura 2000 iddeżinjati skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats li jipproteġu l-ispeċijiet ta’ qiegħ il-baħar u tal-baħar. Barra minn hekk, is-sajd mobbli tal-qiegħ ma għandux ikun permess fi kwalunkwe MPA stabbilita ġdida.

    Filwaqt li jibnu fuq l-eżiti tal-wegħdiet sottomessi mill-Istati Membri sabiex jilħqu l-mira tal-Istrateġija għall-Bijodiversità li jipproteġu tal-anqas 30 % tal-ibħra tal-UE, l-Istati Membri għandhom isegwu l-parir xjentifiku u jqisu l-effett kumplessiv tal-miżuri fuq l-ekosistema tal-baħar fid-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sajd. B’mod partikolari, jeħtiġilhom jevitaw li jiskattaw bidliet fil-prattiki tas-sajd li jistgħu jikkawżaw ħsara, bħaż-żieda fl-impatt fuq l-ekosistemi tal-baħar jew fuq speċijiet sensittivi minn tipi oħrajn ta’ rkaptu tas-sajd.

    Bl-iżvilupp ta’ għodod aktar innovattivi mfasslin sabiex jillimitaw l-impatti ta’ dawn it-tipi ta’ rkaptu tas-sajd, huwa essenzjali li jitkomplew id-diskussjonijiet mas-settur sabiex tiġi stimolata aktar innovazzjoni u jiġu adottati soluzzjonijiet ġodda fil-prattika. Dan huwa importanti wkoll sabiex jiġi żgurat li l-miżuri meħudin jibqgħu adatti għall-iskop tagħhom u jżommu l-pass tal-iżvilupp teknoloġiku.

    F’konformità mal-objettivi tal-MSFD u mal-Liġi proposta dwar ir-Restawr tan-Natura, qiegħ il-baħar irid jiġi protett u rrestawrat ukoll barra mill-MPAs. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jaqblu malajr u jimplimentaw il-valuri ta’ limitu għall-integrità ta’ qiegħ il-baħar, li bħalissa qegħdin jiġu żviluppati skont l-MSFD.

    Azzjoni sabiex jitnaqqas l-impatt tas-sajd fuq qiegħ il-baħar

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex:

    -Sa nofs l-2023, jiffinalizzaw l-adozzjoni ta’ valuri ta’ limitu għall-medda massima permissibbli ta’ qiegħ il-baħar li tista’ tintilef jew tiġi affettwata b’mod avvers mill-pressjonijiet umani, bħala parti mill-istrateġija komuni ta’ implimentazzjoni tal-MSFD( 60 ). Huma għandhom, mingħajr dewmien, jadottaw miżuri nazzjonali jew, fejn rilevanti, jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-valuri ta’ limitu.

    -Sal-aħħar ta’ Marzu 2024,

    ojadottaw miżuri nazzjonali jew, fejn xieraq, jipproponu rakkomandazzjonijiet konġunti lill-gruppi reġjonali sabiex jipprojbixxu s-sajd mobbli tal-qiegħ fl-MPAs li huma siti ta’ Natura 2000 iddeżinjati skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats li jipproteġu l-ispeċijiet ta’ qiegħ il-baħar u tal-baħar;

    ojipprovdu deskrizzjoni kumplessiva ( 61 ) ta’ kif kull wieħed minnhom għandu l-ħsieb li jiżgura li sal-2030 is-sajd mobbli tal-qiegħ jitneħħa gradwalment fl-MPAs kollha. Għandhom jipprovdu, għal tal-anqas 20 % tal-ilmijiet tal-baħar ta’ kull Stat Membru, pjan aktar dettaljat ta’ miżuri nazzjonali u ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti li għandhom jiġu żviluppati inklużi, tal-anqas, dettalji sabiex jiġu identifikati ż-żoni fejn għandu jiġi pprojbit is-sajd mobbli tal-qiegħ, u dettalji dwar l-Istati Membri u l-flotot ikkonċernati mill-miżuri f’dawk iż-żoni.

    -Jadottaw miżuri nazzjonali u, fejn rilevanti, jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti lill-Kummissjoni sabiex jiżguraw li s-sajd mobbli tal-qiegħ jiġi eliminat gradwalment fl-MPAs kollha sal-2030.

    Il-Kummissjoni se:

    -Timmonitorja u ssegwi l-progress fir-rakkomandazzjonijiet konġunti fil-gruppi reġjonali tal-Istati Membri.

    -Tappoġġa l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi mmirati sabiex jillimitaw l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ, filwaqt li tibni fuq talba għal parir tal-ICES dwar l-irkaptu tas-sajd innovattiv, mistennija sa tmiem l-2023.

    3.L-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta għal kulħadd

    Il-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija l-ġdida tal-Ewropa għat-tkabbir ekonomiku jistabbilixxi miżuri sabiex tinkiseb tranżizzjoni ġusta tas-soċjetà u tal-ekonomija sabiex jintlaħaq mudell ta’ żvilupp inklużiv u verament sostenibbli. Il-ġustizzja u l-inklużività huma l-prekundizzjonijiet għal tranżizzjoni ekoloġika b’suċċess.

    Konservazzjoni u protezzjoni aħjar tal-ispeċijiet u tal-ħabitats tal-baħar għandhom benefiċċji ċari għas-soċjetà u għall-ekonomija, b’mod partikolari għall-komunitajiet tas-sajd u kostali li l-għajxien tagħhom jiddependi direttament fuq ekosistemi tal-baħar f’saħħithom. Pereżempju, ix-xjenzati jistmaw li jekk ikunu protetti 30 % tal-oċeani, il-qabdiet globali annwali jistgħu jiżdiedu bi 8 miljun tunnellata, madwar 10 % tal-qabdiet tal-lum ( 62 ).  

    Filwaqt li t-tranżizzjoni hija meħtieġa u ġġib benefiċċji soċjoekonomiċi u filwaqt li l-isfidi attwali kkawżati mill-COVID u mill-gwerra li jaffettwaw is-settur tas-sajd, inklużi ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, ma humiex marbutin mal-azzjonijiet dettaljati f’dan il-pjan ta’ azzjoni, inkluża l-eliminazzjoni gradwali tas-sajd tal-qiegħ fl-MPAs kollha, din l-azzjoni tal-aħħar b’mod partikolari se jkollha impatti soċjali u ekonomiċi fuq ċerti operaturi u komunitajiet ( 63 ) u trid tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta. L-impatti jistgħu jvarjaw minn bidliet żgħar fl-operazzjonijiet tas-sajd li jistgħu jiġu assorbiti faċilment għal bidliet akbar fl-operazzjonijiet li jkunu jeħtieġu azzjoni ta’ mitigazzjoni sabiex jgħinu lis-sajjieda, lill-komunitajiet u lill-operaturi tagħhom tul il-katina tal-provvista sabiex jaġġustaw għal bidliet strutturali usa’. L-impatti jistgħu jiġu parzjalment paċuti billi l-attività tas-sajd tiċċaqlaq lejn żoni oħrajn tas-sajd fejn dan ikun possibbli.

    Fl-istess ħin, l-impatti huma mistennijin ikunu aktar sinifikanti f’komunitajiet dipendenti fuq is-sajd fejn id-diversifikazzjoni ekonomika bħalissa hija limitata. Din hija r-raġuni għaliex huwa importanti li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun gradwali u li l-Istati Membri jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-komunitajiet lokali u jappoġġawhom f’din it-tranżizzjoni, inkluż permezz ta’ appoġġ finanzjarju. Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li, b’mod simili għall-esperjenza meta jiġi introdott l-objettiv tar-rendiment massimu sostenibbli, il-bidliet fil-prattiki tas-settur tas-sajd se jiġu kkumpensati fit-terminu medju sa itwal, hekk kif l-istokkijiet tal-ħut jirkupraw u l-ispeċijiet mistada kummerċjalment jiċċaqilqu mill-MPAs għal żoni oħrajn tas-sajd permezz ta’ effetti konsegwenzjali.

    Fit-terminu qasir, l-impatti ekonomiċi għas-settur jirriżultaw ukoll miż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. Il-bidla gradwali mit-tkarkir tal-qiegħ b’użu intensiv tal-fjuwil għal metodi tas-sajd anqas intensivi fl-enerġija tista’ tiġġenera wkoll iffrankar kbir. Dan huwa kompletament allinjat mal-għan tal-Kummissjoni li titbiegħed mill-fjuwils fossili kemm jista’ jkun malajr u mal-ambizzjoni tagħha li tappoġġa lill-flotta tas-sajd tal-UE u lis-settur tal-akkwakultura fit-tranżizzjoni strutturali tal-enerġija tagħhom. Sabiex takkumpanja din it-tranżizzjoni, il-Kummissjoni pproponiet ukoll l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq il-fjuwil fir-reviżjoni tad-Direttiva tal-UE dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija ( 64 ) u qiegħda tippreżenta, fl-istess ħin bħal dan il-pjan ta’ azzjoni, l-inizjattiva għat-tranżizzjoni tal-enerġija.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex iħeġġu u jappoġġaw lill-komunitajiet tas-sajd fit-tranżizzjoni stabbilita f’dan il-pjan ta’ azzjoni u jgħinuhom isaħħu r-reżiljenza, l-innovazzjoni u l-adattament tagħhom. Dan jinkludi l-użu aħjar tal-appoġġ disponibbli permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE, b’mod partikolari l-appoġġ għall-innovazzjoni u għad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi, l-appoġġ għat-tranżizzjoni tal-enerġija u ż-żieda fis-selettività tal-irkaptu. Bosta eżempji juru li l-użu effettiv tal-fondi tal-UE jista’ jagħmel differenza, iżda fil-passat, is-sehem tal-finanzjament tal-UE użat sabiex tiġi appoġġata l-konservazzjoni tal-baħar kien żgħir wisq ( 65 ). Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Awdituri, jidher ċar li hemm lok sabiex isir użu aħjar mill-baġit disponibbli tal-UE.

    Il-fondi li għandhom jintużaw għal dak l-għan huma primarjament il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA)( 66 ) u l-programm LIFE( 67 ). Dawn għandhom rwol ċentrali fl-appoġġ tal-objettivi ta’ politika għall-klima u għall-bijodiversità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Istati Membri sabiex tiżgura li kull programm jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-miri orizzontali stabbiliti fil-qafas finanzjarju pluriennali għal dawn l-objettivi ( 68 ).

    Sorsi oħrajn ta’ finanzjament, kif enfasizzati f’“Find your EU funding programme for the environment” ( 69 ) tal-Kummissjoni, jinkludu Orizzont Ewropa ( 70 ), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (inkluż Interreg)( 71 ), il-Fond Soċjali Ewropew+ ( 72 ), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali( 73 ), il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ( 74 ). L-Istati Membri għandhom jużaw dawn b’mod strateġiku, iżidu l-finanzjament nazzjonali u jħeġġu l-investimenti mis-settur privat sabiex jgħaddu l-appoġġ għat-tranżizzjoni, pereżempju, strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti għal ekonomija blu sostenibbli. Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa bis-sħiħ lill-Istati Membri f’dan ir-rigward.

    Huwa importanti li jsir użu sħiħ mill-opportunitajiet għad-diversifikazzjoni u għall-innovazzjoni, li jibdew minn dawk identifikati fl-istrateġija l-ġdida għal Ekonomija Blu Sostenibbli fl-UE ( 75 ). Din l-istrateġija tħares lejn l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda tan-negozju sabiex titnaqqas l-impronta ambjentali tas-settur permezz tad-diġitalizzazzjoni u l-użu ta’ rkapti u ta’ tekniki innovattivi. Sabiex jiġi żgurat li l-komunitajiet tas-sajd fi tranżizzjoni jkunu jistgħu jaċċessaw bis-sħiħ il-firxa ta’ opportunitajiet għad-diversifikazzjoni ekonomika li jinħolqu f’setturi oħrajn tal-ekonomija blu, f’Mejju 2023, il-Kummissjoni se tniedi diskussjoni fil-Forum Blu li jmiss, li jinvolvi partijiet ikkonċernati u gruppi differenti li joperaw fuq il-baħar u fl-oċeani tagħna.

    Programmi mmirati ta’ taħriġ u ta’ titjib tal-ħiliet immexxijin b’appoġġ tal-UE taħt il-fondi Erasmus+, il-FEMSA jew il-FSE+ jistgħu jgħinu wkoll fil-bini ta’ konnessjonijiet ma’ setturi oħrajn tal-ekonomija blu, bħall-produzzjoni tal-algi u l-marikultura riġenerattiva( 76 ), l-enerġija rinnovabbli u l-akkwakultura sostenibbli. Sostenibbiltà ambjentali mtejba, pereżempju permezz ta’ MPAs ġestiti b’mod effettiv, tista’ tipprovdi għajxien addizzjonali jew alternattiv għall-komunitajiet tas-sajd lokali, bħat-turiżmu tan-natura u s-sajd rikreattiv ġestit tajjeb. Is-sajjieda jistgħu jaċċessaw ukoll l-appoġġ tal-UE sabiex jgħinuhom fir-rwol tagħhom bħala kustodji tal-baħar. Diversi eżempji pożittivi ( 77 ) diġà juru kif din is-sħubija tista’ tgħinhom jirkupraw u jiġbru l-iskart u l-irkaptu tas-sajd mitluf.

    Azzjoni sabiex tinkiseb tranżizzjoni ġusta u jiġi mmassimizzat l-użu tal-fondi disponibbli

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex:

    -Jieħdu miżuri rigward l-adozzjoni ta’ finanzjament suffiċjenti billi jimmobilizzaw b’mod strateġiku r-riżorsi disponibbli minn sorsi ta’ finanzjament tal-UE, nazzjonali jew privati, b’mod partikolari sabiex jippromwovu proġetti bil-għan li:

    ojappoġġaw l-użu ta’ tekniki tas-sajd li jagħmlu anqas ħsara u ta’ proġetti li jimplimentaw in-network Natura 2000 madwar l-UE kollha, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni u jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet identifikati fl-oqfsa ta’ azzjoni prijoritizzata tal-Istati Membri( 78 );

    ojgħinu lill-komunitajiet tas-sajd fit-tranżizzjoni lejn prattiki tas-sajd aktar selettivi, anqas dannużi u li jikkonsmaw anqas fjuwil.

    Il-Kummissjoni se:

    -Tiffaċilita l-aċċess għall-opportunitajiet ta’ finanzjament, billi:

    omatul l-2023, torganizza u tospita workshop għall-Istati Membri sabiex tiggwida u tippromwovi l-użu tal-finanzjament għall-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni;

    otaħdem mill-qrib mal-Istati Membri meta timmonitorja l-implimentazzjoni tal-FEMSA, sabiex tħeġġeġ it-twettiq ta’ azzjonijiet speċifiċi li jappoġġaw l-objettivi ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni, kif ukoll billi tuża possibbiltajiet ta’ finanzjament komplementari disponibbli minn programmi oħrajn, inkluż LIFE;

    otimplimenta strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti sabiex tingħata prijorità lir-riċerka u lill-investiment reġjonali fl-innovazzjoni fis-setturi tal-ekonomija blu, inkluż is-sajd.

    -    Sa tmiem l-2023, twaqqaf għotjiet taħt il-ġestjoni diretta tal-FEMSA b’valur ta’ aktar minn EUR 7 miljun sabiex tappoġġa proġetti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ ħiliet tal-ekonomija blu tal-ġenerazzjoni li jmiss u tipprovdi opportunitajiet għal karrieri marittimi attraenti u sostenibbli.

    4.Tisħiħ tal-bażi tal-għarfien u tar-riċerka u tal-innovazzjoni

    It-tfassil u l-iżvilupp ta’ inizjattivi għall-ġestjoni tas-sajd u għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar jeħtieġu bażi ta’ għarfien soda. Min-naħa tagħha, din teħtieġ ġbir sistematiku tad-data u monitoraġġ xjentifiku, fuq il-bażi ta’ metodoloġiji robusti. Għalkemm in-nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika kompluta ma jistax jiġġustifika l-posponiment jew in-nuqqas ta’ teħid tal-miżuri neċessarji, huwa jenfasizza l-ħtieġa għal investiment akbar fl-identifikazzjoni u fl-għeluq ta’ lakuni fl-għarfien.

    L-Istati Membri jużaw firxa ta’ approċċi u taħlita ta’ strumenti għall-monitoraġġ tal-ekosistemi tal-baħar u tal-pressjonijiet ambjentali, b’mod partikolari permezz tal-Qafas għall-Ġbir ta’ Data (DCF)( 79 ) u l-programmi ta’ monitoraġġ skont l-MSFD, id-Direttiva dwar l-Għasafar ( 80 ) u d-Direttiva dwar il-Ħabitats. Madankollu, hemm bżonn ta’ aktar sforzi sabiex jiġi żgurat li l-monitoraġġ u l-ġbir tad-data jkunu adegwati għall-valutazzjoni tal-impatti tas-sajd fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet tal-baħar.

    Din il-ħidma għandha tinkludi t-tfassil ta’ programmi ta’ monitoraġġ immirati sabiex jittejbu l-osservazzjonijiet u r-rapportar ta’ speċijiet maqbudin b’mod aċċessorju. Il-programmi għandhom ikopru s-sajd b’riskju għoli u l-impatti potenzjali tas-segmenti tal-flotta rilevanti kollha, inklużi l-bastimenti iżgħar. Għandhom iħarsu wkoll lejn id-data dwar is-sajd rikreattiv, inklużi d-dgħajjes tas-sajd rikreattiv, u l-impatt tagħhom fuq l-istokkijiet u fuq l-ambjent tal-baħar. Ir-Regolament ta’ Kontroll aġġornat u mmodernizzat ( 81 ), ladarba jiġi adottat mill-koleġiżlaturi, se jkollu rwol importanti sabiex isir dan it-titjib.

    Hemm bżonn ukoll ta’ aktar riċerka u ġbir tad-data sabiex jinbena l-għarfien dwar l-istatus ta’ qiegħ il-baħar u l-impatti tas-sajd fuq il-ħabitats ta’ qiegħ il-baħar, inklużi d-distribuzzjoni u l-frekwenza tal-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ ( 82 ) u l-impatt tagħhom fuq is-sekwestru tal-karbonju. Il-Kummissjoni se tniedi studju sabiex tikkwantifika l-kapaċità tal-ħżin tal-karbonju ta’ tipi differenti ta’ ħabitats ta’ qiegħ il-baħar fl-ilmijiet tal-UE u l-impatti potenzjali tas-sajd tal-qiegħ fuq din il-kapaċità.

    It-tranżizzjoni għal prattiki tas-sajd aktar selettivi u anqas dannużi għall-ambjent teħtieġ valutazzjoni sistematika tal-kostijiet u tal-benefiċċji, sabiex tgħin lis-sajjieda, lil negozji oħrajn fis-settur u lis-soċjetà kollha kemm hi. Dan jeħtieġ metodi ta’ mmudellar aħjar sabiex jitbassru u jiġu vvalutati l-effetti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tal-miżuri ta’ konservazzjoni kurrenti u futuri. Sa tmiem l-2023, il-Kummissjoni se tibda tiżviluppa għodda ta’ mmudellar sabiex tinkorpora l-kunċett ta’ “kapital naturali” fid-deċiżjonijiet ekonomiċi. Dan jinvolvi l-valutazzjoni u l-kwantifikazzjoni kemm tal-valur ekonomiku tas-servizzi tal-ekosistema tal-baħar kif ukoll tal-kostijiet u tal-benefiċċji soċjoekonomiċi li jirriżultaw miż-żamma tal-ambjent tal-baħar f’saħħtu.

    Huwa essenzjali li jintbagħtu talbiet għal parir xjentifiku lil korpi bħall-ICES u l-STECF, sabiex jiġi żgurat li l-politika tkun iggwidata mill-aqwa parir xjentifiku disponibbli. Għal din ir-raġuni u minħabba r-rekwiżit legali tal-PKS li l-STECF jiġi kkonsultat dwar leġiżlazzjoni sekondarja, il-kompożizzjoni tal-STECF il-ġdid (2022-2025) tipprovdi għarfien espert fl-oqsma partikolarment rilevanti għall-implimentazzjoni u għall-appoġġ ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni.

    L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tipprovdi wkoll appoġġ essenzjali lill-Kummissjoni fl-immappjar u fil-valutazzjoni tal-koerenza tan-network taż-żona marina protetta fl-ilmijiet tal-UE u fil-valutazzjoni tal-istat tal-ispeċijiet, tal-ħabitats u tal-ekosistemi tal-baħar u tal-pressjonijiet fuqhom. L-appoġġ tal-EEA fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Bijodiversità jiffoka fuq żoni protetti, inkluż it-trekkjar tal-miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd fl-MPAs, u se jkun partikolarment rilevanti għall-ħidma deskritta f’dan il-pjan ta’ azzjoni. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-EEA sabiex tgħin fl-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni, inkluż billi tadatta s-sistemi kurrenti ta’ rapportar ambjentali.

    In-Network Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima (EMODnet) se jsostni wkoll l-implimentazzjoni effiċjenti ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni, peress li huwa għodda essenzjali oħra għall-bini tal-bażi ta’ għarfien għall-Ibħra Ewropej. Jipprovdi aċċess mingħajr ħlas u mhux ristrett għad-data marittima miġbura fuq il-post, u jkopri seba’ dixxiplini tematiċi ( 83 ). EMODnet u Copernicus Marine se jipprovdu d-data fil-qalba tad-Digital Twin Ocean Ewropew, pjattaforma ta’ mmudellar diġitali li se tagħti spinta lill-kapaċità tagħna li nivvalutaw u nevalwaw l-alternattivi ta’ politika għall-ambjent tal-baħar permezz tal-ittestjar ta’ xenarji differenti ta’ ġestjoni. Sabiex tagħmel dan, il-pjattaforma se tinkorpora informazzjoni ambjentali, soċjali u finanzjarja.

    L-aġenda tal-UE għar-riċerka u għall-innovazzjoni tappoġġa s-sostenibbiltà tas-sajd, il-konservazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità tal-baħar. B’mod partikolari, l-appoġġ huwa disponibbli permezz ta’ Orizzont Ewropa, kemm fi ħdan il-programm ta’ ħidma ġenerali tiegħu( 84 ) kif ukoll permezz tal-Missjoni “Nirrestawraw l-Oċean u l-Ilmijiet Tagħna sal-2030” (il-Missjoni tal-Oċean u tal-Ilmijiet) u l-proġetti fanal tal-baċiri reġjonali tiegħu ( 85 ). Jista’ jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni dwar is-sostenibbiltà tas-sajd u l-konservazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità tal-baħar.

    Il-Missjoni tal-Oċean u tal-Ilmijiet tistabbilixxi objettivi ambizzjużi għall-protezzjoni u għar-restawr tal-ekosistemi u tal-bijodiversità tal-baħar u tal-ilma ħelu. Il-prijoritajiet jinkludu rkaptu tas-sajd intelliġenti u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, użu b’diversi skopijiet tal-ispazju tal-baħar, bastimenti tas-sajd fuq skala żgħira ekoloġiċi u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li qegħdin isiru jaħdmu dejjem aktar bi fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u operazzjonijiet relatati. Kollox ma’ kollox, se jinvolvi l-bini ta’ għarfien dwar diversi komponenti tal-ekosistemi, l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet rivoluzzjonarji għall-protezzjoni tar-riżorsi u tal-ħabitats tal-baħar, u t-titjib tal-metodi ta’ monitoraġġ, inkluż permezz tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali.

    Appoġġ addizzjonali għall-ġbir tad-data, għar-riċerka u għall-innovazzjoni huwa disponibbli permezz tal-programmi tal-FEMSA u LIFE.

    Azzjoni sabiex jissaħħu l-bażi tal-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex:

    -Jidentifikaw u jiżviluppaw soluzzjonijiet u inċentivi sabiex inaqqsu l-impatti ambjentali tas-sajd, bħal irkaptu tas-sajd innovattiv, xejriet ġodda tas-sajd, u prattiki tas-sajd imtejbin. Għal dan, l-Istati Membri jistgħu jużaw finanzjament nazzjonali u tal-UE ddedikat għar-riċerka u għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari sabiex jiffinanzjaw is-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ speċjalizzat (u reġjonali), pereżempju dwar prattiki tajbin fil-kustodja tal-baħar.

    -Sal-aħħar tal-2023, skont il-liġi ambjentali u tas-sajd tal-UE, jiddefinixxu l-objettivi u l-ħtiġijiet speċifiċi tad-data għal kull baċir tal-baħar sabiex jimmonitorjaw l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi u fuq is-sekwestru tal-karbonju, billi jinvolvu lill-awtoritajiet fil-livell reġjonali kif xieraq, u mbagħad jallokaw fondi suffiċjenti għal dawn l-attivitajiet.

    -Sal-aħħar tal-2024( 86 ), jissottomettu pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali aġġornati dwar id-DCF ( 87 ) sabiex itejbu l-ippjanar u l-isforzi għall-ġbir tad-data, inkluż fir-rigward tal-qabda aċċessorja ta’ speċijiet sensittivi u tal-impatt tas-sajd fuq qiegħ il-baħar.

    Il-Kummissjoni se:

    -Matul il-perjodu baġitarju tal-2021-2027 (u l-programmi ta’ ħidma li jmiss għal Orizzont Ewropa, inklużi l-Missjoni tal-Oċean u tal-Ilmijiet, il-FEMSA u LIFE, b’mod partikolari) tippromwovi l-użu tal-finanzjament għall-konsulenza, għar-riċerka u għall-innovazzjoni. Il-finanzjament għandu jimmira speċifikament lejn l-azzjoni għat-tfassil u għall-ittestjar ta’ rkaptu u ta’ tekniki innovattivi li jindirizzaw il-qabdiet aċċessorji, u għall-kwantifikazzjoni tal-kapaċità tal-UE ta’ sekwestru tal-karbonju f’qiegħ il-baħar u tal-impatti potenzjali tas-sajd tal-qiegħ.

    -Sa tmiem l-2023, tibda tiġi żviluppata għodda ta’ mmudellar sabiex tinkorpora l-kunċett ta’ “kapital naturali” fid-deċiżjonijiet ekonomiċi. Dan jimplika l-valutazzjoni u l-kwantifikazzjoni kemm tal-valur ekonomiku tas-servizzi tal-ekosistema tal-baħar kif ukoll tal-kostijiet u tal-benefiċċji soċjoekonomiċi li jirriżultaw miż-żamma tal-ambjent tal-baħar f’saħħtu.

    -Sal-aħħar tal-2023, tiġbor is-seba’ oqsma tematiċi tal-EMODnet tal-batimetrija, tal-ġeoloġija, tal-ħabitat ta’ qiegħ il-baħar, tal-kimika, tal-bijoloġija, tal-fiżika u tal-attivitajiet tal-bniedem fuq portal ta’ dħul uniku, sabiex jittejbu l-viżibbiltà u l-faċilità għall-utenti.

    -Fl-2024, tniedi studju li jikkwantifika l-kapaċità tal-ħżin tal-karbonju f’qiegħ il-baħar tal-UE u l-impatti possibbli tal-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fuq din il-kapaċità.

    -Fl-2024, tniedi ħidma preparatorja sabiex tiżviluppa pjattaforma interattiva dwar irkaptu tas-sajd selettiv u innovattiv, fejn jiġu kondiviżi l-għarfien u l-prattiki tajbin.

    -Sal-aħħar tal-2025, permezz tal-programmi ta’ ħidma li jmiss ta’ Orizzont Ewropa 2025-2027, inkluż il-pjan ta’ ħidma tal-Missjoni tal-Oċean u tal-Ilmijiet, tiżviluppa soluzzjonijiet skalabbli mfasslin sabiex jippreservaw ir-riżorsi tas-sajd u jipproteġu l-ekosistemi tal-baħar b’mod li joħolqu żoni marini protetti, inaqqsu u jwaqqfu t-tniġġis tal-baħar, u jnaqqsu l-impatt ambjentali tas-sajd.

    5.Monitoraġġ u infurzar

    Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sajd u l-ambjent tkun tajba daqskemm tkun tajba l-implimentazzjoni tagħha. L-Istati Membri jeħtieġ li jieħdu azzjoni sabiex jimplimentaw, jimmonitorjaw u jinfurzaw ir-regoli, u l-Kummissjoni jeħtieġ li timmonitorja l-konformità tal-Istati Membri magħhom.

    Il-monitoraġġ u l-infurzar mill-Istati Membri tar-regoli tal-PKS ( 88 ) huma prinċipalment regolati bir-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd, li l-Kummissjoni pproponiet li ssaħħaħ fl-2018 ( 89 ). Wara kważi 5 snin ta’ diskussjonijiet u ta’ negozjati interistituzzjonali, hemm ħtieġa urġenti li tiġi ffinalizzata r-reviżjoni u li tiġi stabbilita sistema ta’ monitoraġġ aġġornata, aktar moderna u aktar effettiva sabiex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni għal sajd aktar sostenibbli.

    Minbarra l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali ( 90 ), l-azzjoni ta’ infurzar tal-Kummissjoni matul dawn l-aħħar 20 sena kienet ċentrali għall-progress fl-implimentazzjoni korretta tal-liġijiet tal-UE dwar il-bijodiversità u r-regoli tal-PKS ( 91 ). L-Istrateġija għall-Bijodiversità saħħet l-impenn tal-Kummissjoni li tinforza dawn il-liġijiet, pereżempju, dwar it-tlestija u l-ġestjoni effettiva tas-siti ta’ Natura 2000 u l-qabda aċċessorja ta’ speċijiet protetti.

    Il-Kummissjoni se żżid l-infurzar skont l-MSFD, li s’issa ffokat biss fuq l-obbligi ta’ rapportar, u se ssegwi każijiet aktar sostantivi ta’ implimentazzjoni mhux korretta tad-Direttiva. Fil-kuntest tar-rieżami li għaddej tad-Direttiva, il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll jekk hemmx bżonn li jiġu ċċarati ċerti obbligi legali.

    L-Istati Membri s’issa ma użawx biżżejjed id-dispożizzjoni li tippermetti li tintalab azzjoni mill-istituzzjonijiet tal-UE kull meta jidentifikaw kwistjoni li għandha impatt fuq l-istatus ambjentali tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom li ma jistgħux jindirizzaw permezz ta’ miżuri nazzjonali jew li tkun marbuta ma’ politika oħra, bħas-sajd( 92 ). Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri kkonkludiet li dan idgħajjef il-koordinazzjoni bejn l-oqsma ta’ politika ( 93 ). Il-Kummissjoni qiegħda tivvaluta d-dispożizzjoni ta’ hawn fuq bħala parti mir-rieżami tal-MSFD u, fuq il-bażi tas-sejbiet tagħha, tista’ tipproponi reviżjoni sabiex ittejjeb l-effettività tagħha.

    L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA)( 94 ), appoġġata f’ċerti oqsma mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (FRONTEX), tassisti wkoll lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti u tal-obbligi tagħhom mandati mill-PKS. Fil-futur, il-programm ta’ ħidma tal-EFCA għandu jinkludi azzjoni dwar il-monitoraġġ tas-sajd li speċifikament tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni. Dan għandu jinvolvi azzjoni speċifika fil-pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunt tal-EFCA, f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni ( 95 ) li tistabbilixxi programmi speċifiċi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni (SCIPs).

    Azzjoni sabiex jittejbu l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex:

    -Fir-rigward tan-negozjati dwar ir-Regolament il-ġdid dwar il-Kontroll tas-Sajd, itejbu l-monitoraġġ tas-sajd, pereżempju, billi jużaw għodod innovattivi bħall-monitoraġġ elettroniku mill-bogħod, permezz ta’ reġistrazzjoni u rapportar imtejbin tal-qabdiet ta’ speċijiet sensittivi u d-distribuzzjoni tal-isforz tas-sajd. Għandhom jiżguraw ukoll li l-allokazzjonijiet tal-FEMSA jiġu allokati għal azzjoni effettiva u b’saħħitha dwar il-monitoraġġ, l-ispezzjoni u l-infurzar.

    -Jallokaw biżżejjed riżorsi sabiex jivvalutaw il-konformità mar-regoli ambjentali u tas-sajd u jirrieżaminaw jew jadattaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni.

    Il-Kummissjoni se:

    -Issaħħaħ l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli ambjentali u dwar is-sajd billi:

    otkompli jew tiftaħ proċedimenti ta’ ksur;

    otuża l-għodod disponibbli skont il-PKS, bħall-awditi u l-pjanijiet ta’ azzjoni ta’ monitoraġġ flimkien mal-Istati Membri.

    -Tkompli taħdem mal-koleġiżlaturi sabiex jiġi adottat malajr Regolament ta’ Kontroll ambizzjuż u rivedut.

    -Fl-2023, tibda tirrevedi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi programmi speċifiċi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni (SCIPs) għal ċertu sajd( 96 ), bl-objettiv li tallinjaha ma’ dan il-pjan ta’ azzjoni sal-2024.

    -Taħdem mal-EFCA sabiex tallinja l-pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunt mal-SCIPs riveduti u tallinja l-programm ta’ ħidma futur mal-objettivi ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni.

    6.Governanza, involviment tal-partijiet ikkonċernati u sensibilizzazzjoni

    L-implimentazzjoni b’suċċess tal-miżuri ta’ ġestjoni ambjentali u tas-sajd teħtieġ l-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari tas-sajjieda. Għalhekk, meta l-miżuri jiġu żviluppati u implimentati, huwa essenzjali li l-ħidma ssir bi trasparenza, b’kooperazzjoni, b’sensibilizzazzjoni, b’informazzjoni u b’inklużività.

    L-Istati Membri għandhom responsabbiltajiet u obbligi ċari għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar. Il-PKS tipprovdi għodod għall-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sajd meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati dawn l-obbligi. B’mod partikolari, il-PKS tipprovdi l-bażi għall-partijiet ikkonċernati kollha sabiex jaħdmu flimkien permezz ta’ gruppi reġjonali u Kunsilli Konsultattivi sabiex jiddefinixxu u jaqblu dwar l-aktar miżuri tas-sajd xierqa għal kull fattur lokali jew reġjonali. Dan l-approċċ għandu l-potenzjal li jikseb it-tranżizzjoni u jittraduċiha minn ambizzjoni politika f’azzjoni reali fil-prattika.

    Għalkemm, fil-bidu, meta l-Istati Membri implimentaw l-approċċ reġjonali kienu fil-biċċa l-kbira ffokati fuq l-obbligu ta’ ħatt l-art, dan wassal għal kisbiet aktar mifruxin f’dawn l-aħħar snin, b’mod partikolari mill-adozzjoni tar-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi fl-2019. Madankollu, il-ħidma fuq il-miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd meħtieġa fis-siti marini ta’ Natura 2000 skont l-Artikolu 11 tal-PKS ( 97 ) għamlet progress b’pass irregolari ħafna f’baċiri tal-baħar differenti.

    Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti għall-miżuri tas-sajd fi ħdan l-MPAs bdew jaċċelleraw biss mill-2021, iżda n-numru kumplessiv għadu baxx ħafna u l-ambitu ta’ konservazzjoni tagħhom huwa limitat. L-adozzjoni ma hijiex biżżejjed, minħabba l-importanza ta’ dawn il-miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd għall-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni u r-restawr tal-ambjent tal-baħar u għall-konformità magħha.

    Huwa ċar li, sabiex jiġu indirizzati l-kriżijiet planetarji u l-aċċellerazzjoni tat-telfien tal-bijodiversità u tal-integrità tal-ekosistema tal-baħar, li għandu konsegwenzi soċjoekonomiċi detrimentali minħabba tnaqqis fl-istokkijiet tal-ħut u r-riskji għas-sigurtà tal-ikel, l-Istati Membri jridu jħaffu u jżidu l-ambizzjoni tal-approċċ reġjonali. Hemm bżonn li jiġġedded l-impenn kollettiv tal-UE għall-konservazzjoni tal-baħar u għall-iżgurar ta’ impenn politiku ċar tal-partijiet ikkonċernati u tal-istituzzjonijiet kollha sabiex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni ambjentali b’mod effettiv, jużaw l-għodod ta’ politika kurrenti tal-PKS u jħaddmuhom.

    Huwa essenzjali li dan il-proċess ikun trasparenti u jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati u lill-awtoritajiet kollha. Skont it-trattati tal-UE, il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar hija l-kompetenza esklużiva tal-UE, iżda l-politika ambjentali hija kompetenza kondiviża mal-Istati Membri. B’riżultat ta’ dan, proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet separati u mhux koordinati żviluppaw fil-livelli kollha, u dan jimpedixxi l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni koerenti. Huwa kruċjali li jittejbu r-rabtiet bejn iż-żewġ oqsma ta’ politika u li jittejbu b’mod sinifikanti t-trasparenza u l-koordinazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet u partijiet ikkonċernati. Dan jippermetti lill-UE tfassal u tiżviluppa soluzzjonijiet ta’ benefiċċju għal kulħadd li jkunu ta’ benefiċċju kemm għas-sajjieda kif ukoll għall-ambjent.

    Sabiex jirriflettu l-impenn li jaċċelleraw l-azzjoni u jtejbu t-trasparenza, l-Istati Membri għandhom iħejju u jippubblikaw pjanijiet direzzjonali, bi skeda ta’ żmien, li tiddeskrivi miżuri nazzjonali u miżuri oħrajn li jippjanaw li jippreżentaw permezz ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti, li huma neċessarji sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni. Dan għandu jinkludi l-miżuri rilevanti definiti fil-Kapitoli 2, 3 u 6 ta’ din il-Komunikazzjoni. Il-pjanijiet direzzjonali għandhom jibnu fuq il-wegħdiet tal-Istati Membri li jilħqu l-objettivi tal-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030. Sabiex tiffaċilita l-proċess, il-Kummissjoni se tipprovdi mudell għall-pjanijiet direzzjonali.

    Sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni u tiżgura l-koerenza u l-effettività, il-Kummissjoni se toħloq grupp speċjali konġunt ġdid għall-Istati Membri, bil-partijiet ikkonċernati bħala osservaturi. L-għan se jkun li jiġu ffaċilitati l-kondiviżjoni tal-għarfien u d-diskussjonijiet bejn il-komunitajiet tas-sajd u dawk ambjentali, kif ukoll li l-Istati Membri jingħataw pjattaforma għat-trasparenza u għad-djalogu dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet direzzjonali tagħhom. Il-Kummissjoni se tkompli wkoll tħeġġeġ lil istituzzjonijiet oħrajn tal-UE u lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex iżidu t-trasparenza u l-kooperazzjoni bejn il-partijiet u l-esperti tas-sajd u dawk ambjentali.

    Sabiex ittejjeb iċ-ċarezza u tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-qafas legali kurrenti, il-Kummissjoni pprovdiet gwida dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi kollha fil-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 11 tal-PKS ( 98 ). Il-Kummissjoni se tipprovdi wkoll gwida ulterjuri dwar l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats u l-leġiżlazzjoni dwar is-sajd. 

    Sabiex jitnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, il-konsumaturi u s-swieq jeħtiġilhom jieħdu rwol attiv huma wkoll. Dan huwa kruċjali sabiex tiġi stimolata d-domanda għall-ħut li jinkiseb b’impatti ambjentali u klimatiċi minimi. L-inizjattivi tal-ekotikkettar tas-settur privat huma popolari, u juru li l-konsumaturi huma ħerqana li jixtru prodotti li jieħdu approċċ aktar sostenibbli għall-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut. Huwa importanti li dawn l-inizjattivi jkunu metodoloġikament sodi sabiex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu żgwidati. Dan se jiġi żgurat ulterjorment permezz tal-proposta adottata dwar l-Awtonomizzazzjoni tal-Konsumatur għat-Tranżizzjoni Ekoloġika u l-proposta li ġejja sabiex jiġu indirizzati asserzjonijiet ekoloġiċi foloz.

    Kif imħabbar fl-istrateġija mill-għalqa sal-platt, huwa importanti li titkompla l-ħidma fuq l-inizjattiva tas-sistema tal-ikel sostenibbli li l-Kummissjoni qiegħda tippjana li tipproponi fl-2023 għal approċċ armonizzat tal-UE għall-produzzjoni tal-ikel sostenibbli.

    Filwaqt li ttejjeb l-istandards ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u tal-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar kif deskritti hawn fuq, l-UE għandha żżomm il-bastimenti tagħha tal-anqas għall-istess standards meta jistadu fl-ibħra internazzjonali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ pajjiżi terzi bħal meta jistadu fl-ilmijiet tal-UE. Minbarra l-ħidma li saret fl-RFMOs, il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs) jikkontribwixxu wkoll għat-trawwim tal-governanza internazzjonali tas-sajd permezz tal-promozzjoni ta’ sajd sostenibbli f’pajjiżi sħab. L-MSFD teħtieġ ukoll it-teħid ta’ deċiżjonijiet reġjonalizzat, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b’mod bilaterali u/jew permezz ta’ strumenti internazzjonali rilevanti bħall-konvenzjonijiet reġjonali dwar il-baħar ( 99 ).

    Titjib tal-governanza, involviment tal-partijiet ikkonċernati u sensibilizzazzjoni

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex:

    -sal-aħħar ta’ Marzu 2024, iħejju u jippubblikaw pjanijiet direzzjonali ( 100 ) li jiddeskrivu l-miżuri kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni, inklużi l-iskedi ta’ żmien għall-adozzjoni / għas-sottomissjoni tagħhom, u proposti sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati.

    Il-Kummissjoni se:

    -Fl-2023, tistabbilixxi grupp speċjali konġunt għall-Istati Membri, bil-partijiet ikkonċernati bħala osservaturi, speċifikament bil-kompiti li jipprovdu appoġġ lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni u fil-monitoraġġ tal-progress tiegħu.

    -Sa tmiem l-2024, tadotta dokument ta’ gwida dwar Natura 2000 u s-sajd

    -Tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni.

    7.qafas għall-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni

    Dan il-pjan ta’ azzjoni jistabbilixxi firxa ta’ azzjonijiet u miżuri ta’ appoġġ sabiex jiġu protetti aħjar ir-riżorsi tas-sajd u l-ekosistemi tal-baħar u sabiex jittejbu l-koerenza u l-koordinazzjoni bejn il-politiki ambjentali u tas-sajd fil-livelli kollha. Huwa mfassal sabiex jiffaċilita t-tranżizzjoni tas-settur tas-sajd favur prattiki tas-sajd aktar sostenibbli u jgħinuh jikseb reżiljenza akbar. Huwa gwida għall-Istati Membri sabiex jgħinuhom jipprijoritizzaw il-miżuri, b’enfasi fuq il-protezzjoni ta’ speċijiet sensittivi, ta’ qiegħ il-baħar u fuq it-titjib tas-selettività tas-sajd.

    Sabiex jimplimentaw dawn il-miżuri u jagħmluhom jaħdmu b’mod effettiv, is-settur tas-sajd, il-korpi ambjentali, il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri jeħtiġilhom jaħdmu mill-qrib flimkien. Filwaqt li huwa neċessarju impenn politiku u impetu mġeddin, l-approċċ reġjonali tal-PKS jibqa’ l-qafas it-tajjeb għall-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni, peress li jqis bis-sħiħ id-differenzi u ċ-ċirkostanzi reġjonali. F’dan il-proċess, il-ħidma li għaddejja fil-kuntest tal-RFMOs teħtieġ attenzjoni partikolari, minħabba l-istat tal-istokkijiet kondiviżi u transżonali u l-ħtieġa li ssir ħidma ma’ pajjiżi terzi li joperaw fl-ilmijiet tal-UE.

    Il-Kummissjoni tipproponi l-qafas li ġej sabiex jiġi implimentat dan il-pjan ta’ azzjoni.

    -Fir-rebbiegħa tal-2023, il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Istati Membri mudell u gwida sabiex tiffaċilita t-tħejjija tal-pjanijiet direzzjonali

    -Fil-ħarifa tal-2023, il-Kummissjoni se torganizza l-ewwel laqgħa tal-grupp speċjali konġunt il-ġdid sabiex jappoġġa lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-pjanijiet direzzjonali nazzjonali tagħhom u sabiex jibdew il-proċess ta’ trekkjar.

    -Sal-aħħar ta’ Marzu 2024, l-Istati Membri jissottomettu pjanijiet direzzjonali lill-Kummissjoni u jippubblikawhom. Dawn il-pjanijiet direzzjonali għandhom jiddeskrivu l-miżuri nazzjonali u miżuri oħrajn li beħsiebhom jipproponu permezz ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni, inkluża skeda ta’ żmien sal-2030.

    -Matul l-ewwel nofs tal-2024, il-Kummissjoni se tadotta t-tieni rapport tagħha dwar ir-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi. Dan jikkontribwixxi għar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija għall-Bijodiversità, li għandu jitlesta fl-ewwel nofs tal-2024, u li se jivvaluta l-progress fl-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni. Il-progress fl-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni se jiġi vvalutat skont (1) il-miżuri mħabbrin u deskritti fil-pjanijiet direzzjonali għall-2030, u (2) il-miżuri nazzjonali jew ir-rakkomandazzjonijiet konġunti, meħudin jew sottomessi sa Marzu 2024.

    -Skont il-valutazzjoni tagħha tal-progress li jkun sar, u f’konformità mad-dritt ta’ inizjattiva tagħha, il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk hijiex meħtieġa azzjoni ulterjuri sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri ppreżentati f’dan il-pjan ta’ azzjoni, inkluż billi toħroġ proposta leġiżlattiva bbażata fuq valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa.

    8.Konklużjoni

    L-UE kienet forza mexxejja wara l-isforzi sabiex jintlaħaq ftehim dwar miri ambizzjużi għall-qafas globali l-ġdid dwar il-bijodiversità u issa jeħtieġ li ssarrafhom f’riżultati tanġibbli.

    Il-ġlieda kontra l-kriżijiet tripli li qiegħda tiffaċċja l-pjaneta tagħna: it-tibdil fil-klima, it-telfien tal-bijodiversità u t-tniġġis, saret aktar urġenti minn qatt qabel sabiex jiġu protetti u rrestawrati l-ibħra u l-oċeani tal-Ewropa u jiġu żgurati s-sigurtà tal-ikel u l-benessri soċjoekonomiku tal-Ewropa għas-sajjieda, għall-komunitajiet kostali u għas-soċjetajiet b’mod ġenerali. Hemm ħtieġa urġenti li jiġi appoġġat is-settur tas-sajd tal-UE u li dan jiġi megħjun iżid ir-reżiljenza tiegħu u jikkontribwixxi għall-protezzjoni u għar-restawr tal-ekosistemi tal-baħar li fuqhom jiddependi.

    Bħala parti mill-Patt tas-Sajd skont il-Komunikazzjoni dwar il-PKS ( 101 ) u flimkien mal-azzjonijiet li jirriżultaw mill-inizjattiva għat-tranżizzjoni tal-enerġija, il-Kummissjoni tistieden lil dawk kollha involuti – l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill - sabiex ikunu ambizzjużi fl-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni u jaħdmu flimkien f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati, sabiex jimplimentaw il-politiki ambjentali u tas-sajd tal-UE b’koerenza sħiħa sabiex jiġi żgurat settur tas-sajd sostenibbli li jistagħna f’koeżistenza u f’sinerġija ma’ ekosistema tal-baħar f’saħħitha u bijodiversa.

    (1) ()    Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (id-Direttiva 2008/56/KE) COM(2020) 259.
    (2) () IPBES (2022): Summary for policymakers of the thematic assessment of the sustainable use of wild species of the Intergovernmental Science-Policy Platform on Biodiversity and Ecosystem Services. J.-M. Fromentin, M.R. Emery, J. Donaldson, M.-C. Danner, A. Hallosserie, D. Kieling, G. Balachander, E.S. Barron, R.P. Chaudhary, M. Gasalla, M. Halmy, C. Hicks, M.S. Park, B. Parlee, J. Rice, T. Ticktin, u D. Tittensor (eds.). Segretarjat tal-IPBES, Bonn, il-Ġermanja. 33 paġna. https://doi.org/10.5281/zenodo.6425599
    (3) ()    Bianchi, M., Hallström, E., Parker, R.W.R. et al. Assessing seafood nutritional diversity together with climate impacts informs more comprehensive dietary advice. Commun Earth Environ 3, 188 (2022). https://doi.org/10.1038/s43247-022-00516-4 .
    (4) ()    Inklużi l-akkwakultura u l-industrija tal-ipproċessar tal-ħut.
    (5) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna (COM/2020/380)
    (6) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima — L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (COM(2021) 82 final).
    (7) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (COM/2020/381)
    (8)

    ()    Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (id-Direttiva 2008/56/KE) COM(2020) 259 final.

    (9) ()    L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, 2019, Marine messages II, Navigating the course towards clean, healthy and productive seas through implementation of an ecosystem-based approach.
    (10) ()    L-aktar rapporti riċenti mill-IPBES (Global Assessment Report on Biodiversity and Ecosystem Services (2019); Methodological Assessment Report on the Diverse Values and Valuation of Nature, (2022)) jindikaw li s-saħħa tal-ekosistemi li fuqhom niddependu aħna u l-ispeċijiet kollha l-oħrajn qiegħda tiddeterjora aktar malajr minn qatt qabel u li qegħdin innaqqru l-pedamenti tal-ekonomiji, tal-għajxien, tas-sigurtà tal-ikel, tas-saħħa u tal-kwalità tal-ħajja tagħna madwar id-dinja kollha.
    (11) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, COM/2021/400 final.
    (12) ()    Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, it-tnaqqis b’50 % tal-iskart u tal-iskart tal-plastik fil-baħar, it-tnaqqis bi 30 % tal-mikroplastiks rilaxxati fl-ambjent; it-tnaqqis b’50 % tat-telf tan-nutrijenti u tal-użu tal-pestiċidi kimiċi; it-tnaqqis b’25 % tal-ekosistemi tal-UE fejn it-tniġġis tal-arja jhedded il-bijodiversità.
    (13) ()    Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).
    (14) ()    Kif mitlub mid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (id-Direttiva 2008/56/KE).
    (15) ()    Il-pjan ta’ azzjoni huwa rilevanti wkoll għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE (kif elenkati fl-Artikolu 249 tat-TFUE), li għandhom jirċievu wkoll attenzjoni speċjali, f’konformità mas-sejħa tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 sabiex issir enfasi fuq il-protezzjoni u r-restawr urġenti tal-ekosistemi ta’ dawn ir-reġjuni, minħabba l-valur tal-bijodiversità eċċezzjonalment rikk tagħhom.
    (16) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Il-politika komuni tas-sajd illum u għada: Patt dwar is-Sajd u l-Oċeani favur ġestjoni tas-sajd sostenibbli, ibbażata fuq ix-xjenza, innovattiva u inklużiva, COM(2023)103
    (17) () Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-Tranżizzjoni tal-Enerġija tas-Settur tas-Sajd u tal-Akkwakultura tal-UE, COM(2023)100
    (18) ()    Ir-Rapport Speċjali tal-QEA 26/2020, Ambjent tal-baħar: il-protezzjoni tal-UE hija wiesgħa iżda mhux approfondita, https://op.europa.eu/webpub/eca/special-reports/marine-environment-26-2020/mt/index.html .
    (19) () Iż-żoni marini protetti (MPAs) huma żoni ġeografikament distinti li għalihom huma stabbiliti objettivi ta’ protezzjoni (EEA, 2018 ). Ara l-aħħar analiżi spazjali tal-EEA dwar l-MPAs fl-ibħra tal-Ewropa: https://www.eionet.europa.eu/etcs/etc-icm/products/etc-icm-reports/etc-icm-report-3-2020-spatial-analysis-of-marine-protected-area-networks-in-europe2019s-seas-iii
    (20) ()    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restawr tan-natura, Brussell, 22.6.2022 COM(2022) 304 final 2022/0195 (COD)
    (21) ()    Sommarju tal-konsultazzjoni mehmuż bħala anness għal din il-Komunikazzjoni.
    (22) ()    Il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Inwittu t-triq lejn pjaneta blu sostenibbli, Komunikazzjoni Konġunta dwar l-aġenda tal-UE għall-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani JOIN(2022) 28 final
    (23) ()    Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (id-Direttiva 2008/56/KE), COM(2022) 259final.
    (24) () Kif definit fl-Artikolu 6(8) tar-Regolament (UE) 2019/1241.
    (25) ()    Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198 25.7.2019, p. 105).
    (26) ()    L-Annessi V sa XI tar-Regolament (UE) 2019/1241.
    (27) ()    Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, ir-referenzi għal “klieb il-baħar” f’dan id-dokument għandhom jinftiehmu bħala li jkopru l-ispeċijiet kollha tal-klassi Chondrichthyes (klieb il-baħar, raj, rebekkini u kimeri).
    (28) ()    Fil-Baħar Baltiku, l-Istati Membri qegħdin iħejju sabiex jadottaw miżuri sabiex inaqqsu l-qabdiet aċċessorji tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali li jinsab f’periklu kritiku billi jagħlqu ż-żoni f’konformità mal-parir xjentifiku. Fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, l-Istati Membri qegħdin iħejju aktar miżuri ta’ mitigazzjoni fil-kuntest tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) sabiex jipproteġu speċijiet sensittivi, bħat-tnaqqis tal-qabdiet ta’ klieb il-baħar fil-periklu u l-protezzjoni taż-żoni ta’ tkabbir. Fil-Baħar l-Iswed, qegħdin jitħejjew ukoll miżuri sabiex jiġu protetti l-isturjuni u d-denfil iswed. Fl-Atlantiku tal-Grigal, il-partijiet kontraenti stabbilew miżuri skont il-Konvenzjoni ta’ Oslo-Pariġi (OSPAR) sabiex jippermettu l-irkupru ta’ speċijiet u ta’ għasafar tal-baħar mheddin jew li qegħdin jonqsu. Għall-Baħar Baltiku, il-Konvenzjoni ta’ Ħelsinki (HELCOM) għandha l-għan li timmappja ż-żoni ta’ riskju għoli għall-għasafar tal-baħar, tivvaluta l-effettività tal-isforzi ta’ konservazzjoni għall-protezzjoni tal-ispeċijiet tal-ħut kostali tal-għasafar tal-ilma u li tillimita l-pressjonijiet.
    (29) ()    Talba tal-UE dwar miżuri ta’ emerġenza sabiex tiġi evitata l-qabda aċċessorja tad-denfil komuni (Delphinus delphis) u d-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali (Phocoena phocoena) fl-Atlantiku tal-Grigal (ICES Special Request Advice, Northeast Atlantic ecoregions, ippubblikata fis-26 ta’ Mejju 2020)
    (30) ()    L-Artikolu 21 u l-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2019/1241.
    (31) ()    Bħal dawk eżaminati skont il-parir ta’ DISCARDLESS, ta’ MINOW, u tal-ICES dwar l-irkaptu innovattiv.
    (32) ()    Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2019/1241 jew l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 (PKS). Ara wkoll https://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/marine/docs/Marine%20SWD%20288%20final.pdf
    (33) ()    L-Artikoli 8(5) u 24(1)(a), (c), (d), (g) tar-Regolament (UE) 2019/1241.
    (34) ()    Jiġifieri, “[s]peċijiet ta’ għasafar, mammiferi, rettili u speċijiet ta’ ħut u ċefalopodi mhux sfruttati b’mod kummerċjali, li huma f’riskju minn qabda aċċessorja inċidentali fir-reġjun jew fis-subreġjun”, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848, l-Anness, il-Parti II, Kriterji u standards metodoloġiċi, speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali u tal-istatus ambjentali attwali tal-ilmijiet tal-baħar skont l-Artikolu 8(1)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE
    (35) ()    Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)
    (36) ()    Pereżempju, permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri rrakkomandati fl-ICES, 2023, talba addizzjonali tal-UE dwar miżuri ta’ mitigazzjoni sabiex jitnaqqsu l-qabdiet aċċessorji tad-denfil komuni (Delphinus delphis) fil-Golf tal-Biskalja. Fir-Rapport tal-Kumitat Konsultattiv tal-ICES, 2023. Il-Parir tal-ICES 2023, sr.2023.01. https://doi.org/10.17895/ices.advice.21946634  jew miżuri b’effett ekwivalenti.
    (37) ()    Kif definiti fin-nota 35 f’qiegħ il-paġna
    (38) ()    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17).
    (39) ()    Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
    (40) ()    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
    (41) ()    Li tibni fuq il-ħidma tal-STECF dwar miżuri tekniċi: STECF EWG 20-02, https://stecf.jrc.ec.europa.eu/web/stecf/ewg2002  u STECF 21-07: https://stecf.jrc.ec.europa.eu/ewg2107 .
    (42) ()    Speċijiet kummerċjali kif elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) 2019/1241
    (43) ()    Bħar-regolamenti dwar l-opportunitajiet tas-sajd, f’konformità mal-parir xjentifiku.
    (44) ()    Kif imsemmi fit-Tabella 1 tar-rapport mill-STECF, “Support of the Action plan to conserve fisheries resources and protect marine ecosystems” (STECF-OWP-22-01), Bastardie, F. u Doerner, H. editur(i), EUR 28359 EN, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022, ISBN 978-92-76-52911-8, doi:10.2760/25269, JRC129455. Il-lista tinkludi gangmi tad-dgħajjes, gangmi mekkanizzati inklużi gangmi tal-ġbid, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti, xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti tewmin, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bil-paranzi, tartaruni tax-xatt, tartaruni Daniżi (tartarun ankrat), tartaruni tas-sajd bil-paranzi, tartaruni Skoċċiżi, tartaruni u xbieki tat-tkarkir bi travu.
    (45) ()    Instab li s-sajd kien l-aktar attività umana estensiva fil-baħar li tfixkel qiegħ tal-baħar fl-ibħra reġjonali tal-Ewropa. Fil-Baħar tat-Tramuntana, valutazzjoni preliminari wriet li s-sajd tal-qiegħ kien jirrappreżenta madwar 95 % tad-disturb li jikkawża brix fiżiku (ICES 2019). Barra minn hekk, l-EEA vvalutat li 79 % ta’ qiegħ il-baħar kostali tal-UE huwa ddisturbat mit-tkarkir tal-qiegħ (il-Kummissjoni tal-UE, ir-rapport ta’ implimentazzjoni tal-MSFD, 2020).
    (46) ()    Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (id-Direttiva 2008/56/KE), COM/2020/259 final
    (47) ()     https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/figures/bottom-trawl-fishing-intensity-in .
    (48) ()    Il-Konferenza tal-2022 tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex Tappoġġa l-Implimentazzjoni tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 14, “ Our ocean, our future, our responsibility: draft declaration” , Lisbona, is-27 ta’ Ġunju sal-1 ta’ Lulju 2022.
    (49)

    ()    EEA, Carbon stocks and sequestration in terrestrial and marine ecosystems: a lever for nature restoration? A quick scan for terrestrial and marine EUNIS habitat type, Wageningen, Novembru 2020; ara wkoll: Cavan u Hill, 2021 ; Duarte et al., 2020 ; Luisetti et al., 2019 ; Pusceddu et al., 2014 .

    (50) ()    Ara, pereżempju: Hiddink, J.G., et al, “ Global analysis of depletion and recovery of seabed biota after bottom trawling disturbance ”, Proceedings of the National Academy of Sciences, 2017.
    (51) ()    Kif meħtieġ mid-Direttiva 2008/56/KE
    (52) ()    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1614 tal-15 ta’ Settembru 2022 li jiddetermina ż-żoni eżistenti tas-sajd fil-baħar fond u l-istabbiliment ta’ lista taż-żoni fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar, ĠU L 242, 19.9.2022, p. 1-141.
    (53) ()    Pereżempju, l-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1241.
    (54) ()    Mill-2013, l-Istati Membri qablu f’ħames Rakkomandazzjonijiet Konġunti sabiex jillimitaw it-tkarkir tal-qiegħ f’diversi żoni tal-Baħar tat-Tramuntana l-Kbir u tal-Baħar Baltiku, parzjalment sabiex jipproteġu sikek ekoloġikament sensittivi. Hemm ukoll miżuri nazzjonali adottati f’xi Stati Membri, miżuri inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni skont ir-Regolament tal-Mediterran u miżuri tal-GFCM fis-seħħ.
    (55) ()    Il-parir tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) għall-ilmijiet Ewropej tal-Atlantiku u għall-Baħar Baltiku, EU request on how management scenarios to reduce mobile bottom fishing disturbance on seafloor habitats affect fisheries landing and value, ICES Special Request Advice, l-24 ta’ Ġunju 2021.Skont dan il-parir tal-ICES, ġew identifikati xejriet simili fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għalkemm id-differenzi fil-metodoloġija jfissru li r-riżultati ma humiex direttament komparabbli.
    (56) ()     Dureuil et al ., Elevated trawling inside protected areas undermines conservation outcomes in a global fishing hot spot, Science 362, 1403–1407 (2018), DOI: 10.1126/science.aau05.
    (57) ()    Sala, A., Damalas, D., Labanchi, L. et al. Energy audit and carbon footprint in trawl fisheries. Sci Data 9, 428 (2022). https://doi.org/10.1038/s41597-022-01478  
    (58) ()    IPBES (2022): Summary for policymakers of the thematic assessment of the sustainable use of wild species of the Intergovernmental Science-Policy Platform on Biodiversity and Ecosystem Services. J.-M. Fromentin, M.R. Emery, J. Donaldson, M.-C. Danner, A. Hallosserie, D. Kieling, G. Balachander, E.S. Barron, R.P. Chaudhary, M. Gasalla, M. Halmy, C. Hicks, M.S. Park, B. Parlee, J. Rice, T. Ticktin, u D. Tittensor (eds.). Segretarjat tal-IPBES, Bonn, il-Ġermanja. 33 paġna. https://doi.org/10.5281/zenodo.6425599
    (59) ()    Ir-reviżjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, ippjanata għall-2023, se tgħin sabiex titnaqqas il-ħela tal-ikel f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-2023.
    (60) ()    Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/848.
    (61) ()    Dan l-ippjanar għandu jikkostitwixxi parti mill-pjanijiet direzzjonali msemmijin fil-Kapitolu 7.
    (62) ()    Sala, E., Mayorga, J., Bradley, D. et al. Protecting the global ocean for biodiversity, food and climate. Nature 592, 397–402 (2021). https://doi.org/10.1038/s41586-021-03371-z
    (63) ()     Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) – Support of the Action plan to conserve fisheries resources and protect marine ecosystems (STECF-OWP-22-01). L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022. Disponibbli fuq: https://www.researchgate.net/publication/360642059_Scientific_Technical_and_Economic_Committee_for_Fisheries_STECF_-_Support_of_the_Action_plan_to_conserve_fisheries_resources_and_protect_marine_ecosystems  
    (64) ()    Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku. Ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 283, 51 fil-31 ta’ Ottubru 2003.
    (65) ()    Ir-Rapport Speċjali 26/2020 tal-Qorti tal-Awdituri, Ambjent tal-baħar: il-protezzjoni tal-UE hija wiesgħa iżda mhux approfondita, paġna 46.
    (66) ()    Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004. 13 % tal-fond huwa ġestit direttament mill-Kummissjoni.
    (67) ()    Ir-Regolament (UE) 2021/783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013, ĠU L 172, 17.5.2021.
    (68) ()    Fir-rigward tal-baġit tal-FEMSA ta’ EUR 5,3 biljun disponibbli għall-Istati Membri għas-snin 2021 – 2027, l-abbozz tal-programmi tal-Istati Membri jippjanaw li jallokaw 29 % tal-baġit għall-bijodiversità, u 56 % għat-tibdil fil-klima (sitwazzjoni attwali fit-28 ta’ Settembru 2022). Il-programm LIFE għandu baġit ta’ EUR 5,43 biljun għall-2021-2027 u jiffinanzja proġetti għall-protezzjoni u għall-konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar u għat-tnaqqis tal-pressjoni fuq l-ekosistemi tal-baħar.
    (69) ()    DOI 10.2779/768079.
    (70) ()    Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni
    (71) ()    Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi
    (72) ()    Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)
    (73) ()    Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
    (74) ()    Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
    (75) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar approċċ ġdid għal ekonomija blu sostenibbli fl-UE It-trasformazzjoni tal-Ekonomija Blu tal-UE għal Futur Sostenibbli. COM/2021/240 final.
    (76) ()    It-trobbija riġenerattiva tal-baħar tfisser it-tkabbir ta’ makroalga u ta’ frott tal-baħar f’ġonna kostali taħt l-ilma.
    (77) ()     https://oceans-and-fisheries.ec.europa.eu/news/joining-hands-eu-fight-marine-litter-2021-09-29_en ; u https://audiovisual.ec.europa.eu/en/video/I-175441?&lg=EN/EN .
    (78) ()    Adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats.
    (79) ()    Ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008. ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1-21. Il-programm pluriennali tal-UE għall-ġbir tad-data kif stabbilit fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167.
    (80) ()    Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (id-Direttiva dwar l-Għasafar) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (id-Direttiva dwar il-Ħabitats).
    (81) ()    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006. ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1-50.
    (82) ()    Ir-reġistrazzjoni tad-data skont ir-Regolament ta’ Kontroll aġġornat u mmodernizzat għandha rwol kruċjali f’dan il-kuntest.
    (83) ()    Bħal dwar il-ħabitats ta’ qiegħ il-baħar, il-batimetrija, il-ġeoloġija, l-attivitajiet tal-bniedem (eż. parks eoliċi, akkwakultura, traffiku tal-bastimenti) kif ukoll parametri fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi tal-ambjent tal-baħar.
    (84) ()    U b’mod aktar speċifiku permezz tar-“Raggruppament 6: Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent” tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Orizzont Ewropa.
    (85) ()    Missjoni tal-UE: Nirrestawraw l-Oċeani u l-Ilmijiet Tagħna: https://research-and-innovation.ec.europa.eu/funding/funding-opportunities/funding-programmes-and-open-calls/horizon-europe/eu-missions-horizon-europe/restore-our-ocean-and-waters_mt
    (86) ()    Jew għal xi Stati Membri l-2027, skont il-perjodu ta’ żmien tal-pjanijiet ta’ ħidma kurrenti.
    (87) () Kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/1004
    (88) ()    Regoli tal-politika komuni tas-sajd tfisser il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttament tar-riżorsi ħajjin tal-baħar, dwar l-akkwakultura u dwar l-ipproċessar, it-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009).
    (89) ()    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1005/2008, u r-Regolament (UE) Nru 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontroll tas-sajd {SEC(2018) 267 final} - {SWD(2018) 279 final} - {SWD(2018) 280 final}
    (90) ()    Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali, ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28-37.
    (91) ()    It-tieni rapport ta’ 5 snin dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Kontroll jipprovdi s-sitwazzjoni attwali dwar l-azzjoni ta’ infurzar meħuda mill-Kummissjoni bejn l-2015 u l-2019: EUR-Lex - 52021DC0316 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
    (92) ()    L-Artikolu 15 tal-MSFD.
    (93) ()    Ir-Rapport Speċjali 26/2020 , Ambjent tal-baħar: il-protezzjoni tal-UE hija wiesgħa iżda mhux approfondita, paġna 47, ir-rakkomandazzjoni 87, referenza għall-Artikolu 15 tal-MSFD.
    (94) () Ir-Regolament (UE) 2019/173.
    (95) ()    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1986 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi programmi speċifiċi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni għal ċertu sajd u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2012/807/UE, 2013/328/UE, 2013/305/UE u 2014/156/UE, ĠU L 317/29 tal-14 ta’ Diċembru 2018.
    (96) () Imsemmi fl-Artikolu 95 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009
    (97) ()    Ara n-Nota 29 f’qiegħ il-paġna dwar l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 (PKS).
    (98) ()    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont il-Politika Komuni tas-Sajd għas-siti ta’ Natura 2000 u għall-finijiet tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, SWD 288 final.
    (99) ()    Erba’ konvenzjonijiet dwar l-ibħra reġjonali jkopru l-ilmijiet tal-baħar tal-UE: il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku (il-Konvenzjoni ta’ Ħelsinki - HELCOM), il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal (il-Konvenzjoni ta’ Oslo-Pariġi - OSPAR), il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona – UNEP-MAP) u l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Baħar l-Iswed Kontra t-Tniġġis (il-Konvenzjoni ta’ Bukarest). L-UE hija parti kontraenti għall-ewwel tlieta.
    (100) ()    Il-Kummissjoni se tipprovdi mudelli għall-pjanijiet direzzjonali sabiex jiggwidaw lill-Istati Membri fil-proċess.
    (101) ()    COM(2023)103
    Top