This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023AP0102
P9_TA(2023)0102 Revision of the EU Emissions Trading System for aviation European Parliament legislative resolution of 18 April 2023 on the proposal for a directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 2003/87/EC as regards aviation’s contribution to the Union’s economy-wide emission reduction target and appropriately implementing a global market-based measure (COM(2021)0552 — C9-0319/2021 — 2021/0207(COD)) P9_TC1-COD(2021)0207 Position of the European Parliament adopted at first reading on 18 April 2023 with a view to the adoption of Directive (EU) 2023/… of the European Parliament and of the Council amending Directive 2003/87/EC as regards aviation’s contribution to the Union’s economy-wide emission reduction target and the appropriate implementation of a global market-based measure
P9_TA(2023)0102 Reviżjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE għall-avjazzjoni Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u li timplimenta b'mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq (COM(2021)0552 – C9-0319/2021 – 2021/0207(COD)) P9_TC1-COD(2021)0207 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta’ April 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq
P9_TA(2023)0102 Reviżjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE għall-avjazzjoni Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u li timplimenta b'mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq (COM(2021)0552 – C9-0319/2021 – 2021/0207(COD)) P9_TC1-COD(2021)0207 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta’ April 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq
ĠU C, C/2023/461, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/461/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/461 |
1.12.2023 |
P9_TA(2023)0102
Reviżjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE għall-avjazzjoni
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u li timplimenta b'mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq (COM(2021)0552 – C9-0319/2021 – 2021/0207(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2023/461)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0552), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0319/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata minn Seanad Éireann, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2021 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' April 2022 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta' Frar 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0155/2022), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
|
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 152.
(2) ĠU C 301, 5.8.2022, p. 116.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-8 ta’ Ġunju 2022 (ĠU C 493, 27.12.2022, p. 158).
P9_TC1-COD(2021)0207
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta’ April 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, id-Direttiva (UE) 2023/958.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fl-okkażjoni tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/958 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u li timplimenta b’mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq
Il-Kummissjoni se tippubblika d-data msemmija fl-Artikolu 14(6) tad-Direttiva 2003/87/KE mill-2023 ’il quddiem, b’mod faċli għall-utent, inkluż data f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni fejn xieraq kif stabbilit f’dak il-paragrafu.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/461/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)