Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023AP0043

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2023 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (06739/2019 – C9-0366/2022 – 2018/0429(NLE))

ĠU C 283, 11.8.2023, p. 131–131 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 283, 11.8.2023, p. 94–94 (GA)

11.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/131


P9_TA(2023)0043

Protokoll tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni KE-Korea dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS): l-adeżjoni tal-Bulgarija, tal-Kroazja u tar-Rumanija

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2023 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (06739/2019 – C9-0366/2022 – 2018/0429(NLE))

(Approvazzjoni)

(2023/C 283/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06739/2019),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (06756/2019).

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 172 u l-Artikolu 218(6), it-tieni paragrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0366/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), l-Artikolu 114(7) u l-Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0006/2023),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea.

Top