EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022PC0549

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL Li jsaħħaħ is-solidarjetà permezz ta’ koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, tal-iskambji transfruntieri tal-gass u parametri referenzjarji affidabbli tal-prezzijiet

COM/2022/549 final

Strasburgu, 18.10.2022

COM(2022) 549 final

2022/0339(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

Li jsaħħaħ is-solidarjetà permezz ta’ koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, tal-iskambji transfruntieri tal-gass u parametri referenzjarji affidabbli tal-prezzijiet


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Risponsi għal kuntest li qed jinbidel

Il-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-użu tal-provvisti tal-enerġija min-naħa tar-Russja bħala arma, esponew id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-fjuwils fossili Russi, ittestjaw l-għodod tagħna biex niżguraw is-sigurtà tal-provvista, u xprunaw il-prezzijiet tal-enerġiji għal livelli mingħajr preċedent.

Matul l-aħħar sena, il-Kummissjoni ressqet u implimentat diversi inizjattivi, li gradwalment jimxu minn gwida għall-Istati Membri, għall-istabbiliment ta’ strateġija integrata għas-sigurtà tal-provvista 1 , mirfuda minn strumenti ġuridiċi meta meħtieġ. Dan kien jinkludi, riċentement, l-intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija, 2 li jinkludi pereżempju tnaqqis koordinat tad-domanda għall-elettriku (b’mod partikolari fis-sigħat l-aktar intensivi), sett ta’ għodod imtejjeb tal-Istati Membri biex il-konsumaturi u l-kumpaniji jiġu protetti mill-prezzijiet għoljin tal-enerġija, u kontribuzzjoni ta’ solidarjetà għas-settur fossili.

Wara l-Komunikazzjoni “REPowerEU”, il-Kummissjoni u l-Istati Membri talbu għall-ħolqien ta’ Pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija, 3 bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista. Din il-Pjattaforma, fi spirtu ta’ solidarjetà, għandha tappoġġa l-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija u impriżi tal-gass tagħhom fil-kisba ta’ provvisti addizzjoni ta’ LNG u gass mill-pipelines biex jissostitwixxu l-provvisti neqsin tal-gass Russu.

Il-ħtieġa għal aktar azzjoni ta’ emerġenza

Is-sitwazzjoni attwali qed tikkawża tbatija ekonomika u soċjali, u qed tpoġġi piż kbir fuq iċ-ċittadini u l-ekonomija. Iż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija qed twassal għal tnaqqis fil-kapaċità tal-akkwist għaċ-ċittadini 4 u telf ta’ kompetittività għall-kumpaniji 5 . L-iskarsezza fil-provvista tal-gass u tal-enerġija u d-domanda għall-enerġija relattivament inelastika wasslu għal żidiet sinifikanti fil-prezzijiet u l-volatilità tal-prezzijiet tal-gass u tal-elettriku fl-UE. Miżuri nazzjonali biex jikkumbattu dawn ix-xejriet jistgħu jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq intern u mhux bilfors jiggarantixxu solidarjetà.

Fl-istess waqt, l-użu tal-provvista tal-gass bħala arma u l-manipulazzjoni tas-swieq mill-Federazzjoni Russa permezz ta’ interruzzjonijiet intenzjonali fil-flussi tal-gass wasslu għal żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni, u dan ipperikola mhux biss l-ekonomija fl-Unjoni, iżda wkoll dgħajjef serjament is-sigurtà tal-provvista. Għalhekk meħtieġa tweġiba koordinata u malajr mill-UE. Il-provvisti tal-gass Russi naqsu b’mod sinifikanti, sa 9 % tal-provvista tal-gass mill-pipelines tagħna f’Settembru 2022 u 14 % meta jiġi inkluż l-LNG, meta mqabbel ma’ sehem ta’ 41 % tal-gass Russu mill-pipelines u ta’ 45 % meta jiġi inkluż l-LNG fl-2021. Is-sabotaġġ apparenti tal-pipeline Nord Stream 1 iżid il-ħtieġa li nissostitwixxu l-volumi tal-gass Russu malajr u fuq bażi dejjiema. Minbarra t-tnaqqis fid-domanda, il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u ż-żieda fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, meta ma jkun hemm l-ebda mezz ta’ sostituzzjoni disponibbli, id-distakk fil-provvista jeħtieġ jitneħħa permezz tax-xiri ta’ volumi ekwivalenti ta’ gass minn fornituri oħra, l-aktar l-LNG.

Meta mqabbla ma’ din ix-xitwa, l-impriżi jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet serji biex jegħlbu żewġ sfidi addizzjonali relatati mal-mili tal-ħżin tal-gass ix-xitwa ta’ wara (2023/2024). L-ewwel nett, x’aktarx inqas gass mill-pipelines jew saħansitra l-ebda mhu se jasal fl-UE mir-Russja minħabba s-sitwazzjoni politika attwali. It-tieni, il-mira hi li jimtlew 90 % tal-kapaċitajiet tal-ħżin tal-gass tal-UE meta mqabbel ma’ 80 % għal dix-xitwa kif stabbilit fir-Regolament dwar il-Ħżin tal-Gass (UE) 2022/1032. F’dis-sitwazzjoni, u abbażi tal-leġiżlazzjoni eżistenti u inizjattivi oħra, l-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-UE jistgħu jkunu għodda utli ta’ għajnuna għall-Istati Membri biex jissodisfaw it-trajettorji u l-miri għall-mili minquxa fir-Regolament dwar il-Ħżin tal-Gass.

Għanijiet ta’ din il-proposta

Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi dan ir-regolament ta’ emerġenza, li għandu l-għan li jtaffi l-impatt fuq il-prezzijiet għall-gass billi jindirizza d-domanda u l-provvista 6 , jiżgura s-sigurtà tal-provvista madwar l-Unjoni Ewropea kollha, u jsaħħaħ is-solidarjetà.

Ir-Regolament fih erba’ elementi ewlenin li se jaħdmu b’mod koerenti lejn it-tnaqqis fil-prezzijiet u t-tisħiħ tas-solidarjetà u s-sigurtà tal-provvista.

L-ewwel nett, l-aggregazzjoni tad-domanda tal-gass tal-UE u x-xiri konġunt tal-gass se jippermetti lill-UE tuża l-kapaċità tal-akkwist kollettiv biex tinnegozja prezzijiet aħjar, filwaqt li tnaqqas ir-riskju li l-Istati Membri jikkompetu ma’ xulxin f’suq li diġà huwa ristrett u li jwassal biex jiżdiedu l-prezzijiet b’mod kontroproduttiv. Se ttejjeb it-trasparenza u tgħin lill-Istati Membri żgħar b’mod partikolari, li jinsabu f’sitwazzjoni inqas favorevoli bħala xerrejja. L-enfasi fuq terminu qasir skont l-Artikolu 122 se tkun fuq il-koordinazzjoni u l-aggregazzjoni (akkomunament) tad-domanda biex jiġi appoġġat il-mili tal-ħżin tal-gass għall-istaġun tal-mili li jmiss li qed joqrob b’pass mgħaġġel. 

It-tieni, il-proposta fiha pakkett sħiħ ta’ miżuri dwar il-prezzijiet tal-gass, biex jiġu indirizzati l-livelli eċċessivi tal-prezzijiet u biex jiġu żgurati prezzijiet ġusti tal-gass u tal-elettriku anki f’sitwazzjoni ta’ kriżi. Il-proposta attwali tipprovdi ċertezza dwar il-prezz li għandu jintuża fil-kuntest ta’ skarsezza tal-gass, meta tiġi ddikjarata sitwazzjoni ta’ emerġenza. Tipproponi wkoll parametru referenzjarju komplementari fuq il-provvisti tal-gass naturali likwifikat (LNG) biex tiżgura parametru referenzjarju rappreżentattiv għall-importazzjonijiet tal-LNG li ma jkunx influwenzat mill-manipulazzjoni tar-Russja. Biex tiġi indirizzata l-volatilità eċċessiva fis-swieq, tinkludi mekkaniżmi li jtaffu l-volatilità fuq is-swieq tal-futuri permezz ta’ mekkaniżmu għall-volatilità tal-prezzijiet fl-istess jum li jillimita t-tibdil estrem f’perjodu qasir ta’ żmien (“interruttur taċ-ċirkwit”).

It-tielet, approċċ konġunt biex jiġu limitati l-prezzijiet jeħtieġ solidarjetà madwar l-Unjoni. Peress li mhux l-Istati Membri kollha għandhom fis-seħħ ftehimiet ta’ solidarjetà reċiproka, il-Kummissjoni tipproponi arranġamenti applikabbli direttament fin-nuqqas ta’ ftehimiet ta’ solidarjetà ta’ din it-tip. Se tipproponi wkoll li jiġi estiż l-obbligu li tingħata solidarjetà lill-Istati Membri mhux konnessi mal-faċilitajiet tal-LNG. Dan se jiżgura li nkunu mħejjija u lesti li naġixxu f’każ li jkunu meħtieġa dawn il-ftehimiet. Il-Kummissjoni qed teżamina wkoll il-ħtieġa għal aktar proposti għal sitwazzjonijiet fejn xi reġjuni qed iħabbtu wiċċhom ma’ kriżi akbar fil-provvista minn oħrajn.

Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jkun possibbli aktar tnaqqis fid-domanda tal-gass, filwaqt li jiġi żgurat li l-konsumaturi jkomplu jiġu protetti b’mod adegwat kontra l-iskarsezzi fil-provvista. L-UE diġà saħħet l-għodod tagħha għall-iffrankar tal-gass u l-elettriku. Madankollu, l-implimentazzjoni bis-sħiħ tar-regolamenti miftiehma hija meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri meħtieġa għat-tnaqqis fid-domanda. Dan se jgħin ir-reżistenza kontra interruzzjoni ulterjuri fil-provvista tal-gass, u jtaffi l-pressjoni fuq is-swieq internazzjonali tal-gass, u għaldaqstant fuq il-prezzijiet. Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib il-miżuri għat-tnaqqis fid-domanda u lesta li tiskatta l-allert tal-UE jew saħansitra tirrevedi l-miri għat-tnaqqis fid-domanda tal-gass jekk il-miżuri volontarji għat-tnaqqis fid-domanda juru li ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw provvisti tal-gass suffiċjenti matul ix-xitwa.

Elementi ewlenin ta’ din il-proposta

(1)Xiri konġunt u tħaddim effiċjenti tal-infrastruttura tal-gass

(a) Xiri konġunt

Din il-proposta tindirizza dawn il-kwistjonijiet urġenti billi tiżviluppa għodda temporanja għax-xiri konġunt, f’konformità mat-talba mill-Istati Membri 7 . Hemm pressjoni konsiderevoli rigward iż-żmien għal din l-għodda biex tkun lesta sa mhux aktar tard mill-bidu tar-rebbiegħa 2023, u b’mod partikolari qabel l-istaġun tal-mili tal-ħażniet li jmiss. Fid-dawl ta’ dan, qed jiġi propost li jsir progress mgħaġġel biex jiġu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun il-prinċipji ewlenin tax-xiri konġunt skont l-Artikolu 122, u għalhekk għadd minn dawn l-elementi għandhom japplikaw fuq bażi proviżorja.

Il-proposta għal xiri konġunt tistabbilixxi proċess magħmul minn żewġ passi: l-ewwel, l-aggregazzjoni tad-domanda tal-gass naturali; it-tieni, ix-xiri konġunt possibbli taħt il-Pjattaforma tal-Enerġija.

(i)L-ewwel pass: Aggregazzjoni tad-domanda

Fl-ewwel stadju, il-kumpaniji li jixtru l-gass jaggregaw id-domanda tagħhom bl-użu ta’ fornituri tas-servizzi li jorganizza dan il-proċess, ikkuntrattat permezz ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku mill-Kummissjoni għal dan l-għan. Il-kumpaniji jistgħu jippreżentaw id-domanda tagħhom għall-gass (f’termini ta’ volum, ħin tal-konsenja, durata u post) lill-fornitur tas-servizzi permezz ta’ għodda tal-IT biex tinġabar din id-data. Il-fornitur tas-servizzi jippubblika din id-data, bi protezzjoni xierqa tal-informazzjoni kunfidenzjali, fuq is-sit web tiegħu, u jfittex offerti permezz ta’ proċess ta’ offerti pubbliċi għall-volumi tal-gass naturali li jissodisfaw id-domanda aggregata. Dan il-pass se jkun volontarju ħlief li – minħabba l-importanza tal-mili tal-ħażniet – l-Istati Membri jkollhom jirrikjedu li l-volumi ekwivalenti għal mill-inqas 15 % (madwar 13,5 bcm għall-UE kollha kemm hi) tar-rekwiżiti tal-mili tal-ħażniet tagħhom għas-sena d-dieħla jkunu inklużi mill-kumpaniji tagħhom fil-proċess tal-aggregazzjoni tad-domanda 8 . Il-kumpaniji li pparteċipaw fl-aggregazzjoni tad-domanda taħt obbligu obbligatorju jistgħu xorta waħda jiddeċiedu jekk jixtrux realment il-gass jew le wara l-proċess ta’ aggregazzjoni. Barra minn hekk, il-gass mixtri mhux neċessarjament jeħtieġ li jintuża għall-mili tal-ħażniet.

Minħabba l-importanza tal-mili tal-ħażniet b’mod partikolari fis-sena li ġejja, dan il-mekkaniżmu għax-xiri konġunt tal-gass jibbenefika minn ingranaġġ tas-suq mix-xiri konġunt u jgħin biex jittaffew l-inċertezzi u l-prezzijiet għoljin b’mod anormali li dehru fl-aħħar staġun tal-mili dis-sena.

Minħabba l-ħtieġa urġenti, il-fornitur tas-servizzi għandu jkun kumpanija eżistenti b’għarfien dettaljat tas-swieq tal-enerġija u għodod u għarfien espert tal-IT xierqa biex jitwettqu dawn il-kompiti. Ix-xiri konġunt huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ kumpaniji mill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija (il-Balkani tal-Punent, l-Ukrajna, il-Moldova u l-Georgia).

(ii)It-tieni pass: Xiri koordinat tal-gass

Fit-tieni pass, il-kumpaniji li jkunu pparteċipaw fil-proċess tal-aggregazzjoni tad-domanda deskritt hawn fuq, jistgħu jiddeċiedu li jiffurmaw konsorzju għax-xiri tal-gass sabiex jidħlu f’kuntratti mal-fornituri li jkunu offrew il-gass taħt dan il-proċess. B’hekk huma jkunu jistgħu jiddeċiedu li jixtru l-gass fuq bażi konġunta, u jikkoordinaw elementi tal-pożizzjonijiet tagħhom bħall-volumi, il-prezzijiet, il-punti tal-konsenja, u l-ħin tal-konsenja. Konsorzju uniku għax-xiri tal-gass b’kapaċità qawwija tal-akkwist iżid il-probabbiltà li jinkisbu prezzijiet aħjar, iżda jista’ jfeġġ aktar minn konsorzju wieħed għax-xiri tal-gass minħabba x-xejra differenti ħafna tad-domanda tal-impriżi madwar l-UE. Għandu jiġi żgurat ir-rispett tar-regoli tal-kompetizzjoni (ara “Konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE” hawn taħt”).

(iii) Arranġamenti ta’ governanza ad hoc 

Il-miżuri msemmija hawn fuq għandhom ikunu akkumpanjati minn struttura ta’ governanza adegwata biex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva għall-ilħuq tal-objettivi. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit Bord ta’ Tmexxija fuq bażi ad hoc, magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, biex jissorvelja kemm il-proċess (a) tal-aggregazzjoni tad-domanda kif ukoll (b) tax-xiri koordinat tal-gass. Il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jiżgura t-trasparenza fil-proċess u jipprovdi gwida biex jiżgura li x-xiri konġunt jirrispetta b’mod effettiv is-sigurtà tal-provvista u l-prinċipju tas-solidarjetà enerġetika.

Il-proposta hija bbilanċjata bir-reqqa u tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. Hemm ċerti elementi obbligatorji meħtieġa – pereżempju dwar l-akkomunament tad-domanda għall-mili tal-ħażniet tal-gass – iżda dawn bl-ebda mod ma jillimitaw il-libertà tal-impriżi li jiddeċiedu jekk jixtrux jew le skont il-kundizzjonijiet offruti permezz tal-proċess tal-aggregazzjoni tad-domanda. L-objettiv tax-xiri konġunt huwa li jiġu appoġġati l-impriżi tal-UE fl-isforzi tagħhom biex jiksbu gass addizzjoni u jgħin biex jiġi żgurat aċċess aktar ugwali għal sorsi ġodda jew addizzjonali tal-gass fid-dawl tat-theddida akuta attwali għas-sigurtà tal-provvisti. Barra minn hekk, il-proposta tindirizza l-interess qawwi f’għadd ta’ Stat Membri li jkunu jistgħu joperaw f’konsorzji għax-xiri tal-gass, soġġetti għall-kunsiderazzjonijiet rilevanti tal-kompetizzjoni.

B’mod partikolari, kif deskritt, l-offerti tad-domanda aggregata għall-gass mill-fornituri tas-servizzi jista’ jkollhom rwol ċentrali biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jimlew il-ħażniet tal-gass għax-xitwa 2023/2024. Tabilħaqq, jistgħu wkoll għalhekk isaħħu s-solidarjetà tal-UE billi jgħinu jiżguraw distribuzzjoni aktar ġusta tal-gass. L-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt jistgħu wkoll inaqqsu r-riskju għall-impriżi individwali tal-gass f’xi Stati Membri li jħallsu żżejjed għall-gass ikkuntrattat fi swieq ristretti ta’ terminu qasir. Jistgħu jgħinu wkoll lil impriżi iżgħar tal-UE, inkluż f’pajjiżi mdawrin bl-art li ma għandhomx l-esperjenza meħtieġa fl-ikkuntrattar tal-LNG, biex ikunu jistgħu jagħmlu akkomunament tad-domanda tagħhom għall-ikkuntrattar tal-merkanziji ta’ LNG (li jistgħu jkunu kbar wisq għall-impriżi individwali biex jimmaniġġaw kollox f’daqqa), u jgħinuhom ukoll jistrutturaw il-provvista tal-LNG skont il-ħtiġijiet partikolari tagħhom. Ix-xiri konġunt jista’ jappoġġa b’mod partikolari lil dawk l-impriżi li qabel kienu jixtru l-gass mingħand fornituri Russi biss jew prinċipalment mingħandhom. Ix-xiri konġunt jista’ jagħti trattament jew appoġġ preferenzjali lill-provvista tal-gassijiet rinnovabbli bħall-bijometan u l-idroġenu, u lill-gass li kieku jiġi vventjat jew ivvampjat. L-impriżi li jikkonkludu kuntratti skont dan ir-Regolament jeħtieġ jiġu mħeġġa jużaw l-Istandard 2.0 tas-Sħubija dwar il-Metan miż-Żejt u mill-Gass biex ikejlu, jirrapportaw u jivverifikaw l-emissjonijiet tal-metan tul il-katina tal-provvista tal-Unjoni Ewropea. Fl-aħħar nett, ix-xiri konġunt fil-futur jista’ jsaħħaħ il-potenzjal għall-provvisti tal-enerġija rinnovabbli billi jgħin biex jiġi żgurat l-aċċess għall-importazzjonijiet futuri tal-idroġenu minn sorsi mhux tal-UE.

(b)Tħaddim effiċjenti tal-pipelines u t-terminals tal-LNG

Ir-regolament propost jindirizza wkoll modi għat-tħaddim l-aktar effiċjenti tal-pipelines u t-terminals tal-LNG.

Id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista lil hinn minn dawk Russi, qed tbiddel ix-xejriet tal-fluss tal-gass fl-UE. Għalhekk, ir-rotot mit-terminals tal-LNG lejn iċ-ċentri tal-konsum jistgħu jsiru aktar rilevanti mid-direzzjoni predominanti attwali tal-flussi tal-pipelines bejn il-Lvant u l-Punent. Madankollu, tali bidliet fil-flussi tal-gass jistgħu jwasslu għal konġestjoni (kuntrattwali u fiżika) tal-pipelines eżistenti u tat-terminals tal-LNG tal-UE.

Il-miżuri eżistenti għall-ġestjoni tal-konġestjoni għall-pipelines jipprevedu proċeduri ta’ “tużah jew titilfu”, li jieħdu mill-inqas sitt xhur qabel ma jkollhom effett. Barra minn hekk, hi meħtieġa proċedura ta’ piż amministrattiv li għandha titwettaq mill-Awtorità Regolatorja Nazzjonali fl-Istati Membri rilevanti. Din il-proposta tagħti lill-operaturi tas-sistemi tal-gass l-għodod biex jaġixxu b’ħeffa għall-bidliet fil-flussi tal-gass u l-konġestjoni kuntrattwali possibbli. B’mod partikolari, ir-regoli l-ġodda jistgħu jaċċelleraw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ kapaċitajiet fit-tul mhux użati f’każ ta’ konġestjoni għal żmien qasir.

Barra minn hekk, huwa importanti ferm li tiġi ottimizzata l-kapaċità ta’ assorbiment tat-terminals tal-LNG tal-UE u l-użu tal-faċilitajiet tal-ħżin. Huma meħtieġa pjattaforma ta’ trasparenza u l-iżvilupp ta’ suq organizzat tal-kapaċitajiet sekondarji, simili għal dawk eżistenti għat-trasport tal-gass permezz tal-pipelines. Il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi rivedut ir-Regolament dwar il-Gass tal-Pakkett ta’ Dekarbonizzazzjoni tas-Swieq tal-Idroġenu u tal-Gass 9 diġà fiha dispożizzjonijiet għal dan l-għan fl-Artikolu 10 u l-Artikolu 31. Il-proposta attwali tantiċipa dawn id-dispożizzjonijiet bħala parti mir-rispons għall-kriżijiet issa, sabiex tgħin ħalli jiġu evitati sitwazzjonijiet fil-futur fejn jiġu akkwistati sorsi ġodda tal-gass, iżda t-terminals tal-LNG jew il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass jintużaw b’mod ineffiċjenti mingħajr it-trasparenza meħtieġa.

(2) Is-sigurtà tal-provvista

(a)Tnaqqis fid-domanda

Parti integrali mir-rispons tal-UE għas-sigurtà tal-provvista fil-kuntest diffiċli attwali hija li titnaqqas b’mod proattiv id-domanda għall-gass, ħalli jsiru tħejjijiet għal kwalunkwe interruzzjoni potenzjali fil-provvista filwaqt li jiġi evitat it-tnaqqis tal-faċilitajiet tal-ħżin. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni se tipproponi li tiskatta l-allert tal-Unjoni skont ir-Regolament dwar it-Tnaqqis fid-Domanda (ir-Regolament (UE) 2022/1369).

Sabiex ikun hemm antiċipazzjoni u tħejjija bl-aħjar mod għax-xitwa 2023-24 u biex jimtlew il-ħażniet ta’ taħt l-art sa 90 %, kif kien miftiehem fir-Regolament (UE) 2022/1032, id-domanda kollha għall-gass li tista’ titnaqqas issa se tkun ta’ benefiċċju. Għalhekk, għandhom jitkomplew l-isforzi biex titnaqqas id-domanda għall-gass wara Marzu 2023, sabiex jimtlew il-ħażniet ta’ taħt l-art sa 90 %, kif kien miftiehem fir-Regolament (UE) 2022/1032. Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib il-miżuri għat-tnaqqis fid-domanda u lesta li tiskatta l-Allert tal-UE jew saħansitra tirrevedi l-miri għat-tnaqqis fid-domanda tal-gass jekk il-miżuri volontarji għat-tnaqqis fid-domanda ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw provvisti tal-gass suffiċjenti matul ix-xitwa. Sadanittant, l-Istati Membri għandhom jieħu l-miżuri kollha possibbli b’mod attiv f’konformità mar-Regolament dwar id-Domanda għall-Gass biex inaqqsu d-domanda għall-gass u skont il-Pjan Ewropew għat-Tnaqqis fid-Domanda għall-Gass “Niffrankaw il-Gass għal Xitwa Sikura”, adottat f’Lulju 2022. Tali miżuri jinkludu kampanji pubbliċi ta’ sensibilizzazzjoni, miżuri għat-tnaqqis fid-domanda fil-bini mħaddem mill-awtoritajiet pubbliċi u l-ispazji kummerċjali u esterni.

Biex tissaħħaħ it-tħejjija għal emerġenzi possibbli fix-xitwa, il-proposta tintroduċi d-dispożizzjonijiet il-ġodda hawn taħt relatati mas-sigurtà tal-provvista. Minħabba l-importanza li l-gruppi kollha tal-konsumaturi jikkontribwixxu għall-iffrankar tal-gass fil-kapaċità tagħhom, din il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri jieħdu azzjonijiet b’mod eċċezzjonali biex inaqqsu l-“konsum mhux essenzjali” tal-klijenti protetti dment li ma jnaqqsux il-protezzjoni tal-konsum essenzjali tagħhom. Dawn il-miżuri fl-ebda ċirkostanza mhuma se jaffettwaw lill-konsumaturi vulnerabbli li ma għandhom l-ebda marġni biex inaqqsu l-konsum tagħhom u mhuma se jwasslu għall-iskonnessjoni tal-ebda klijent protett. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu mill-ġdid min huma l-konsumaturi protetti, sakemm l-unitajiet domestiċi vulnerabbli jibqgħu jiġu protetti fiċ-ċirkostanzi kollha.

(b)Estensjoni tal-obbligu tal-protezzjoni mis-solidarjetà għal impjanti tal-enerġija kritiċi li jaħdmu bil-gass

Skont il-qafas regolatorju attwali, fl-Istati Membri fejn l-impjanti tal-enerġija kritiċi li jaħdmu bil-gass għandhom rwol ewlieni għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, l-ewwel ikollhom jiġu ristretti, possibbilment għad-detriment tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku ta’ Stat Membri oħrajn, qabel ma l-Istati Membri jitħallew jitolbu miżuri ta’ solidarjetà skont ir-Regolament (UE) 2017/1938. Biex jiġu evitati effetti konsegwenzjali negattivi fil-ġenerazzjoni tal-elettriku, qed jiġi propost li l-Istati Membri jistgħu jiskattaw talba ta’ solidarjetà, taħt ċerti kundizzjonijiet, jekk l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass meħtieġa biex tiġi żgurata l-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku, ikunu f’riskju li ma jiġux fornuti b’volumi kritiċi tal-gass. Għall-istess raġuni, l-Istati Membri li jipprovdu solidarjetà se jkunu intitolati li jiżguraw li t-tħaddim tal-impjanti tal-enerġija kritiċi tagħhom li jaħdmu bil-gass ma jiġix ipperikolat meta jipprovdu solidarjetà lil Stat Membru ieħor.

(c)Regoli prestabbiliti għas-solidarjetà bilaterali

Miżuri speċifiċi f’din il-proposta jintroduċu mekkaniżmu prestabbilit bejn l-Istati Membri biex jiżguraw li jgħinu lil xulxin fil-provvista lill-“klijenti protetti mis-solidarjetà” (l-unitajiet domestiċi, it-tisħin distrettwali u s-servizzi soċjali essenzjali taħt ċerti kundizzjonijiet) u lill-impjanti tal-enerġija kritiċi li jaħdmu bil-gass, f’każ ta’ emerġenza li twassal għal skarsezza kbira ħafna ta’ gass. Ir-regoli attwali dwar is-sigurtà tal-provvista introduċew il-prinċipju ta’ tali solidarjetà iżda l-użu attwali tagħha fi kriżi jeħtieġ arranġamenti tekniċi u finanzjarji dettaljati li kellhom jiġu miftiehma b’mod bilaterali bejn l-Istati Membri. Madankollu, s’issa ġew miftiehma biss sitta minn ’il fuq minn 40 arranġament meħtieġ. Għalhekk, ir-Regolament propost jispjega r-regoli u l-proċeduri li se japplikaw awtomatikament bejn l-Istati Membri li ma ftiehmux dwar arranġamenti bilaterali ta’ solidarjetà. Jibni fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/177 u l-mudell standard propost mill-Kummissjoni fl-Anness 2 tal-proposta COM (2021) 804, bl-aġġornamenti meħtieġa biex jirriflettu l-fatt li s-sitwazzjoni tas-suq u s-sigurtà tal-provvista marret għall-agħar b’mod konsiderevoli minn dak iż-żmien ’l hawn.

Dan il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà prestabbilit applikabbli fin-nuqqas ta’ arranġamenti bilaterali oħra jinkludi dan li ġej:

·Il-kumpens ta’ solidarjetà li għandu jitħallas mill-Istat Membru li jitlob is-solidarjetà lill-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà se jkun ibbażat fuq il-prezz medju tas-suq tal-gass tal-aħħar 30 jum qabel it-talba għall-assistenza mill-Istat Membru rikjedenti tal-iskambju l-aktar rilevanti. Dan il-kalkolu tal-medja jirrifletti l-volatilità estrema probabbli fil-prezzijiet f’sitwazzjoni ta’ emerġenza.

·Il-kostijiet possibbli li jirriżultaw minn proċedimenti ġudizzjarji jew ta’ arbitraġġ wara r-restrizzjoni tal-industrija mhux se jiġu inklużi fil-kumpens ta’ solidarjetà li għandu jitħallas bejn l-Istati Membri. Għalhekk, jekk ikun hemm tali kostijiet, dawn ikollhom jiġġarrbu mill-Istat Membru fornitur skont ir-regoli nazzjonali tiegħu stess. Ir-raġuni hija li l-kost tal-kumpens għall-industrija li jirriżulta mir-restrizzjoni huwa parzjalment kopert mill-prezz tal-gass, u jekk tibqa’ parti minn litigazzjoni, din il-parti tkun inċerta ħafna u tista’ taqbeż sew il-kostijiet tal-gass. L-inċertezza dwar il-kostijiet indiretti tal-kumpens għalhekk uriet li hija ostaklu kbir għall-ftehimiet ta’ solidarjetà. Madankollu, l-Istati Membri xorta se jkunu jistgħu jiftiehmu dwar kundizzjonijiet differenti ta’ kumpens.

·Il-proċedura biex tintalab u tingħata solidarjetà għandha kemm jista’ jkun tagħti prijorità lill-miżuri volontarji bbażati fuq is-suq filwaqt li tħaddem il-fatt li s-solidarjetà jista’ jkollha tinkludi miżuri bħar-rilaxx ta’ stokkijiet strateġiċi jew restrizzjoni bħala l-aħħar istanza fi kriżi. Il-proposta tagħmilha ċara li malli jirċievu talba ta’ solidarjetà, l-Istati Membri konnessi jridu jwieġbu fi żmien 12-il siegħa u jipprovdu l-miżuri ta’ solidarjetà miftiehma fi żmien tlett ijiem.

L-obbligu ta’ solidarjetà attwali japplika bejn l-Istati Membri li huma konnessi direttament jew permezz ta’ pajjiż terz. Din il-proposta se tapplika wkoll dan l-obbligu għall-Istati Membri b’faċilitajiet tal-LNG li anke jekk ma jkunux konnessi direttament, jistgħu jipprovdu solidarjetà lil Stat Membru f’każ ta’ emerġenza jekk ikollhom l-infrastruttura meħtieġa biex jirċievu dan l-LNG.

(d)Allokazzjoni tal-kapaċità f’każ ta’ emerġenza reġjonali jew fl-Unjoni

Fl-aħħar nett, il-proposta tindika l-possibbiltà ta’ emerġenza tal-Unjoni jew reġjonali b’interruzzjonijiet kbar tal-gass u skarsezzi kbar fil-provvista. F’każijiet bħal dawn, l-Unjoni trid tkun lesta li tapplika malajr il-mekkaniżmi ta’ solidarjetà b’mod ikkoordinat reġjonalment biex ittaffi s-sitwazzjoni ta’ emerġenza. F’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji, il-Kunsill għandu jkun jista’ jiddeċiedi dwar allokazzjoni effiċjenti tal-kapaċitajiet tal-gass disponibbli għal dawk l-Istati Membri affettwati minn emerġenza reġjonali jew fl-Unjoni, abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. F’każ bħal dan, u fin-nuqqas ta’ ftehim bilaterali ta’ solidarjetà, il-prezz għall-gass fornut taħt solidarjetà għandu jiġi definit bħala l-prezz medju tas-suq tal-aħħar 30 jum qabel it-talba għall-assistenza mill-Istat Membru rikjedenti tal-aktar skambju rilevanti (ara wkoll hawn taħt, 3a).

(3)Azzjoni dwar il-livell tal-prezzijiet tal-gass

(a)Formula tal-prezz fil-ftehimiet ta’ solidarjetà prestabbiliti

Kif imsemmi hawn fuq, is-solidarjetà għandha tkun ibbażata fuq kumpens ġust, kemm għall-Istati Membri rikjedenti kif ukoll għall-Istati Membri fornituri. Il-prezz tal-gass sar ħafna aktar volatili mill-2021, li jagħmel il-prezz spot tas-suq f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi inqas adattat bħala bażi għal kumpens ġust. Għalhekk, dan ir-Regolament jipproponi li jintuża prezz medju tas-suq tal-aħħar xahar qabel it-talba għall-assistenza mill-Istat Membru rikjedenti tal-iskambju l-aktar rilevanti biex jipprovdi ċertezza lill-partijiet differenti.

Bil-prezz medju tas-suq tal-aħħar xahar, il-kumpens jibqa’ bbażat fuq il-“prezz tas-suq” kif stipulat fir-Rakkomandazzjoni tal-2018. Madankollu, il-prezz medju tas-suq kull xahar huwa aktar indipendenti minn ambjent volatili u x’aktarx prezzijiet spot għoljin ħafna waqt sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u għalhekk, jillimita kwalunkwe inċentiv pervers. L-Istati Membri fornituri għadhom jirċievu kumpens ġust peress li l-flussi tal-gass ġejjin minn kuntratti u ħażniet fit-tul, li nxtraw kollha bi prezzijiet inqas minn dawk spot mistennija waqt il-kriżi.

(b)Żvilupp ta’ parametru referenzjarju ġdid għal-LNG

Is-suq tal-LNG tal-UE għadu emerġenti u l-indiċi tal-prezzijiet tal-hub għadu influwenzat mill-provvisti tal-pipelines u għalhekk mill-manipulazzjoni Russa tal-provvisti tal-gass naturali lill-UE, kif ukoll mill-konġestjonijiet infrastrutturali eżistenti. L-ipprezzar tal-importazzjonijiet tal-LNG fl-UE jitqies bħala influwenzat b’mod mhux xieraq minn dawn ir-restrizzjonijiet u għad hemm mistoqsijiet dwar ir-rappreżentattività tal-indiċijiet attwali. Fl-istess waqt, il-perċezzjonijiet ta’ funzjonament ħażin fis-swieq finanzjarji għall-enerġija idgħajfu l-fiduċja tal-pubbliku.

Hemm bżonn li jiġi previst ipprezzar stabbli u prevedibbli għall-importazzjonijiet tal-LNG, li huma indispensabbli biex jissostitwixxu n-nuqqasijiet fil-provvisti kkawżati mill-waqfien probabbli tal-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja. Din il-proposta tinkariga lill-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”) biex fi żmien qasir toħloq għodda oġġettiva għall-valutazzjoni tal-prezzijiet, u maż-żmien parametru referenzjarju, tal-importazzjonijiet tal-LNG tal-UE billi tiġbor informazzjoni f’ħin reali dwar it-tranżazzjonijiet kollha ta’ kuljum. Dan il-parametru referenzjarju ġdid se jiddependi fuq ir-rapportar fl-istess jum tal-importazzjonijiet tal-LNG - li jinkludu t-talbiet, l-offerti u t-tranżazzjonijiet tal-LNG li jispeċifikaw il-konsenja jew li jiġu kkonsenjati fl-UE - minn kwalunkwe persuna li tinvolvi ruħha f’tali attività, irrispettivament mill-post ta’ inkorporazzjoni jew domiċilju tagħha. Dan se jipprovdi informazzjoni aktar komprensiva lix-xerrejja u jżid it-trasparenza fil-prezzijiet.

Ir-Regolament propost jagħti lill-ACER is-setgħat neċessarji biex tiġbor id-data dwar it-tranżazzjonijiet meħtieġa għall-istabbiliment tal-parametru referenzjarju tal-LNG, filwaqt li ssaħħaħ u tibni fuq il-kompiti u s-setgħat li diġà għandha l-ACER skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2014 dwar ir-rapportar tad-data li jimplimenta l-Artikolu 8(2) u 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħa “REMIT”).

(c)Mekkaniżmu ta’ Korrezzjoni tas-Suq tal-Gass

It-Title Transfer Facility (TTF) huwa post virtwali tal-ipprezzar fin-Netherlands, li minħabba l-likwidità għolja tiegħu ta’ spiss iservi bħala referenza tal-prezz għas-suq tal-gass Ewropew, u b’hekk iħalli impatt fuq il-kuntratti u l-operazzjonijiet tal-iħħeġġjar madwar l-UE. Madankollu, it-TFF primarjament huwa indiċi fiżiku tal-pipeline għall-injezzjoni tal-gass fin-network Netherlandiż, li jservi prinċipalment bħala hub għall-Ewropa tal-Majjistral. Bħalissa, it-TFF qed jinnegozja bi primjum għall-biċċa l-kbira tal-hubs tan-negozjar tal-UE, li ħafna minnhom jirriflettu l-iskarsezza ta’ provvisti mir-Russi u l-konġestjonijiet infrastrutturali tar-reġjun.

Il-fatt li t-TFF jintuża bħala referenza għall-prezz u bażi għall-iħħeġġjar tal-kuntratti tal-gass tul il-hubs differenti tal-UE, juri r-rilevanza tiegħu fl-iffissar tal-prezz tal-gass naturali fl-UE.

Bħala miżura tal-aħħar istanza, din il-proposta ta’ emerġenza għandha l-għan li tindirizza sitwazzjoni ta’ prezzijiet eċċessivi tal-gass naturali, billi tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tipproponi miżura tal-Kunsill ħalli jiġi stabbilit prezz dinamiku massimu li bih it-tranżazzjonijiet tal-gass naturali jkunu jistgħu jseħħu fis-swieq spot tat-TFF taħt kundizzjonijiet speċifiċi. Hubs oħra tal-Unjoni għan-negozjar tal-gass għandhom ikunu marbuta mal-prezz spot tat-TFF ikkoreġut permezz ta’ kuritur dinamiku tal-prezzijiet. Sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda effett negattiv, il-miżura għandha tippermetti n-negozjar tal-gass barra l-borża, ma taffettwax is-sigurtà tal-UE tal-provvista tal-gass u l-flussi fl-UE, ma twassalx għal żieda fil-konsum tal-gass u ma taffettwax l-istabbiltà u l-funzjonament ordnat tas-swieq tad-derivattivi tal-enerġija.

(4)Azzjoni għat-tnaqqis fil-volatilità tal-prezzijiet

(a)Mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità tal-prezzijiet fl-istess jum:

Ir-Regolament Finanzjarju (MiFID II) diġà jirrikjedi sett ta’ mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti minn swieq regolati biex irażżnu l-volatilità sinifikanti fis-swieq finanzjarji u jipprevjenu xejriet tan-negozjar żbaljati. Madankollu, jidher li l-għadd ta’ drabi li ġew skattati minn ċentri tan-negozjar għadu baxx, li prinċipalment huwa minħabba l-fatt li l-mekkaniżmi fis-seħħ huma maħsuba biex jipprevjenu ordnijiet żbaljati u mhux varjazzjonijiet rapidi fil-prezzijiet li jirriflettu l-inċertezza tas-suq. Żidiet kbar fil-volatilità fis-swieq tal-gass u tal-elettriku qed jagħmluha diffiċli għad-ditti tal-enerġija biex ikomplu jipparteċipaw f’dawk is-swieq u jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom tal-iħħeġġjar filwaqt li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għall-konsumaturi finali. Għalhekk, din il-proposta tistabbilixxi ċentri tan-negozjar għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu temporanju ġdid ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum bl-għan li jillimita movimenti kbar tal-prezzijiet fil-kuntratti tad-derivattivi tal-elettriku u tal-gass fl-istess jum ta’ negozjar. Barra minn hekk, biex issir enfasi fuq il-kuntratti l-aktar likwidi u biex jiġi evitat interruzzjonijiet mhux intenzjonati fis-swieq għad-derivattivi inqas likwidi, il-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum għandu jiffoka fuq id-derivattivi tal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”). Sabiex iċ-ċentri tan-negozjar jingħataw iż-żmien meħtieġ biex jistabbilixxu l-mekkaniżmu, iċ-ċentri tan-negozjar mistennija jimplimentaw għodod preliminari li jistgħu jiksbu b’mod wiesa’ l-istess objettiv bħall-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum.

Dan il-mekkaniżmu l-ġdid għandu jissupplimenta kwalunkwe interruttur taċ-ċirkwit statiku jew dinamiku li ċ-ċentri tan-negozjar iridu jdaħħlu fis-seħħ u għandu japplika flimkien miegħu. Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu l-ġdid ta’ ġestjoni tal-volatilità, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tispeċifika ċerti elementi tekniċi tal-kalibrazzjoni tagħha f’att ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li l-mekkaniżmu l-ġdid ikun adattat sew għall-karatteristiċi speċifiċi tal-kuntratti tad-derivattivi affettwati, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom ikunu ħielsa li japplikaw limiti ta’ volatilità speċifiċi għall-kuntratt filwaqt li jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq se tiġi inkarigata, abbażi ta’ rapporti regolari ppreżentati regolarment mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, biex tikkoordina l-applikazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu fl-Unjoni, u tiddokumenta d-diverġenzi fil-mod kif dan il-mekkaniżmu jiġi implimentat.

(b)Azzjoni mhux leġiżlattiva li takkumpanja din il-proposta

L-azzjonijiet proposti f’dan ir-Regolament huma kkumplimentati minn azzjonijiet oħra li għandhom jittieħdu mill-ESMA u l-ACER bil-ħsieb li jsaħħu s-swieq tal-enerġija u t-trasparenza tagħhom.

L-ESMA u l-ACER qed itejbu l-kooperazzjoni tagħhom bil-ħsieb li jissaħħu l-kapaċitajiet tagħhom dwar il-monitoraġġ u d-detezzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq u l-abbuż possibbli. L-ESMA u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti qed isaħħu wkoll l-attivitajiet rispettivi tagħhom ta’ monitoraġġ u sorveljanza fis-suq tad-derivattivi tal-enerġija.

Il-kumpaniji tal-enerġija qed isibuha dejjem aktar diffiċli li jiħħeġġjaw b’mod effettiv ir-riskji kummerċjali tagħhom fuq swieq tal-enerġija kklirjati ċentralment. Iż-żieda fir-rekwiżiti tal-marġni u d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom xi kumpaniji tal-enerġija biex jiżguraw biżżejjed likwidità ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni, jistgħu jwassluhom biex inaqqsu l-attivitajiet tal-iħħeġġjar, u b’konsegwenza ta’ dan jesponuhom għal aktar riskji. Biex jittaffa dan l-istress, il-Kummissjoni adottat att delegat li jippermetti l-użu ta’ garanziji bankarji u garanziji pubbliċi mhux kollateralizzati, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, bħala kollateral eliġibbli għall-issodisfar tas-sejħiet għall-marġni. Dan l-att delegat huwa konformi mal-proposta tal-ESMA tal-14 ta’ Ottubru. L-ESME ċċarat ukoll li l-karti kummerċjali u l-bonds tal-UE huma inklużi fil-lista tal-kollateral eliġibbli għal kollateral mhux fi flus.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-inizjattiva proposta tistabbilixxi miżuri temporanji, proporzjonati u straordinarji. Tikkumplimenta inizjattivi u leġiżlazzjoni rilevanti eżistenti tal-UE, li tiżgura li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw minn provvisti tal-gass siguri u li l-klijenti jiġu protetti minn interruzzjonijiet kbar fil-provvista.

Dan jirriżulta loġikament minn inizjattivi eżistenti, bħall-“Pjan REPowerEU” u l-proposta għal Pakkett ta’ Dekarbonizzazzjoni tas-Swieq tal-Idroġenu u tal-Gass 10 . Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2022/1032 dwar il-Ħżin tal-Gass 11 , adottat reċentement, introduċa obbligi għall-ħżin b’rispons għall-invażjoni Russa tal-Ukrajna. Fl-Artikolu 6a, ir-Regolament 2022/1032 jippreskrivi l-obbligi għall-mili tal-ħażniet tal-gass f’konformità mat-trajettorji u l-miri prestabbiliti. L-inizjattiva proposta hija komplementari għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-suq intern u s-sigurtà tal-provvista.

Wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna, l-UE stabbiliet il-Pjan REPowerEU bl-għan li ttemm id-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili Russi malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-2027. Biex jinkiseb dan, il-Pjan REPowerEU jistabbilixxi l-Pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija, stabbilita mill-Kummissjoni u l-Istati Membri għax-xiri konġunt tal-gass, tal-LNG u tal-idroġenu. Ħabbar li l-Kummissjoni se tkun qed tiżviluppa mekkaniżmu ta’ xiri konġunt. F’dan ir-rigward, l-inizjattiva proposta hija konsistenti bis-sħiħ mal-għanijiet stabbiliti fir-REPowerEU.

Il-proposta ssaħħaħ u tikkomplementa r-Regolament (UE) 2017/1938 dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass. Dan tal-aħħar diġà jinkludi obbligu li tingħata solidarjetà, kif ukoll il-kunċett ta’ klijenti protetti mis-solidarjetà, li jinkludu l-unitajiet domestiċi u f’ċerti ċirkostanzi, is-servizzi soċjali essenzjali u t-tisħin distrettwali. Il-proposta testendi dan l-obbligu ta’ solidarjetà biex tissalvagwardja l-provvista ta’ volumi kritiċi għall-impjanti tal-enerġija mħaddma mill-gass u tħaddmu permezz ta’ mekkaniżmu prestabbilit f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehimiet ta’ solidarjetà miftiehma b’mod bilaterali.

Il-proposta tirrifletti bis-sħiħ ukoll l-għan tar-Regolament (UE) 2022/1369 dwar it-Tnaqqis fid-Domanda biex titnaqqas id-domanda għall-gass b’mod proattiv ħalli jittaffew l-interruzzjonijiet potenzjali fil-provvista minħabba l-invażjoni Russa tal-Ukrajna. It-tnaqqis fid-domanda għadu pilastru ewlieni tar-rispons tagħna għas-sigurtà tal-provvista u l-proposta ssaħħaħ dan il-pilastru billi tippermetti lill-Istati Membri jiffrankaw mill-konsum mhux essenzjali, filwaqt li jipproteġu xorta waħda lill-klijenti vulnerabbli u klijenti protetti oħrajn.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar is-swieq interni għall-gassijiet rinnovabbli u naturali u għall-idroġenu, adottata skont il-Pakkett ta’ Dekarbonizzazzjoni tas-Swieq tal-Idroġenu u tal-Gass, tinkludi miżuri biex jittejbu t-trasparenza u l-aċċess għat-terminals tal-LNG u għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass. Il-proposta attwali tinkludi l-istess dispożizzjonijiet bi skadenzi iqsar għall-implimentazzjoni tagħhom, ħalli tkun konsistenti bis-sħiħ mar-Regolament dwar il-Gass. Barra minn hekk, hija wkoll konsistenti mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2022/1032 dwar il-Ħżin tal-Gass, adottat reċentement, li introduċa obbligi għall-ħżin b’rispons għall-invażjoni Russa tal-Ukrajna.

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005, fl-Anness 1, il-punt 2.2.5 tiegħu, fih dispożizzjonijiet dwar mekkaniżmu fit-tul ta’ “tużah jew titilfu”. Dawn id-dispożizzjonijiet ġew adottati biex jiġi evitat l-imblukkar tal-kapaċitajiet tat-trasport mill-parteċipanti fis-suq fi żminijiet meta ma jkunux jistgħu jużawhom jew meta ma jkunux qed jippjanaw li jużawhom. Minħabba s-sitwazzjoni ta’ kriżi, il-proposta attwali tnaqqas il-piż amministrattiv u tantiċipa l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. B’mod partikolari, il-proposta attwali tnaqqas iż-żmien li jgħaddi meta l-kapaċità ma tintużax, minn sitt xhur għal xahar. Għalhekk il-proposta hija konsistenti mar-regoli tas-suq intern biex jiġi evitat l-użu ineffiċjenti tan-networks tal-gass.

Id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-ACER tippubblika parametru referenzjarju tal-LNG, jibnu fuq il-kompiti eżistenti tal-ACER u jikkomplementawhom skont il-qafas ġuridiku tar-REMIT. 

Minbarra l-intervent ta’ emerġenza fis-suq tal-elettriku biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin, il-Kummissjoni se ttejjeb it-tfassil tas-suq tal-elettriku fit-tul.

L-objettiv ewlieni ta’ din ir-riforma tad-disinn tas-suq tal-elettriku se jkun li ġġib il-benefiċċji ta’ teknoloġiji mhux fossili affordabbli għall-konsumaturi, filwaqt li tippreserva l-benefiċċji ta’ sistema tal-elettriku komuni bbażata fuq is-suq. L-għan ta’ din ir-riforma huwa li jiġi żgurat li l-ebda vettur tal-enerġija ma jista’ jikkawża tfixkil fis-suq bħal ma qed jagħmel bħalissa l-gass naturali, filwaqt li jitqiesu t-trasformazzjonijiet profondi meħtieġa għal kontinent dekarbonizzat u fil-biċċa l-kbira elettrifikat.

Il-Kummissjoni ħadet l-impenn li tippreżenta l-elementi ewlenin tar-riforma sa tmiem l-2022. Dan se jservi ta’ bażi biex jiġu kkonsultati l-Ministri u partijiet ikkonċernati oħra dwar sett ta’ ideat imressqin mill-Kummissjoni. Il-proċess attwalment mistenni li jwassal għal proposta tal-Kummissjoni fl-2023.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew

Il-proposta, li timmira li b’mod fundamentali ssaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u tindirizza l-prezzijiet tal-enerġija għoljin u volatili, hija konsistenti wkoll mal-objettiv aktar fit-tul tal-Patt Ekoloġiku sa fejn l-isforzi għat-tnaqqis fid-domanda jaċċelleraw il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u t-tibdil strutturali.

Il-Politika tas-Suq Intern

Il-proposta hija kompatibbli mar-regoli dwar is-suq intern għall-enerġija, inklużi r-regoli dwar il-kompetizzjoni tal-UE. Swieq tal-enerġija transfruntiera li jiffunzjonaw huma kruċjali għall-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija f’sitwazzjoni ta’ skarsezzi tal-forniment.

Politika tal-Kompetizzjoni

Fejn jidħlu r-regoli dwar l-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt, l-istabbiliment ta’ modi għax xiri konġunt tal-gass b’mod aktar koordinat huwa wkoll konformi mal-perkors tad-dekarbonizzazzjoni indikat fil-Patt Ekoloġiku u l-pjan REPowerEU. Il-Pjattaforma tal-Enerġija tinkludi l-idroġenu rinnovabbli fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

Id-dispożizzjonijiet li jippermettu lil ACER tistabbilixxi parametru referenzjarju għall-LNG jikkontribwixxu għat-trasparenza fis-suq u, b’mod indirett, biex ibaxxu l-prezzijiet bl-ingrossa tal-gass u b’hekk ikunu konsistenti mal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE.

Ir-regoli dwar l-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt jistgħu jiġu applikati b’mod kompatibbli mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni, li jippermettu x-xiri konġunt bejn impriżi konkorrenti skont ċerti kundizzjonijiet u li jiġu applikati fid-dawl ta’ ċirkostanzi prevalenti tas-suq.

Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ tħassib dwar il-kompetizzjoni, il-fornitur tas-servizzi ma għandux ikun parti minn impriża integrata vertikalment attiva fil-produzzjoni jew il-provvista jew il-konsum tal-gass naturali fi ħdan l-Unjoni jew il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija.

Fil-każ ta’ interruzzjoni serja fil-provvista jew skarsezza fil-provvista, ix-xiri konġunt fost impriża tal-gass naturali li joperaw fil-il-livell tal-bejgħ bl-ingrossa x’aktarx li jkun kompatibbli mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni fejn tali kooperazzjoni f’każ ta’ kriżi hija (i) neċessarja għar-raġunijiet ta’ indirizzar ta’ interruzzjoni serja fil-provvista jew skarsezza fil-provvista; (ii) ta’ natura temporanja; u (iii) proporzjonat mal-objettiv segwit.

B’mod ġenerali, ix-xiri konġunt huwa inqas probabbli jagħti lok għal tħassib dwar il-kompetizzjoni fejn l-impriżi parteċipi ma jkollhomx saħħa fis-suq fis-swieq tax-xiri u tal-bejgħ. Minkejja dan, skont il-kundizzjonijiet eċċezzjonali attwali tas-suq, l-impriżi Ewropej tal-gass u l-impriżi li jikkonsmaw il-gass qed iħabbtu wiċċhom ma’ restrizzjonijiet serji fil-provvista li jagħtu setgħa ta’ negozjar sostanzjali ħafna lill-partijiet min-naħa tal-provvista. Konsorzju tax-xiri bl-għan li jżid is-setgħa ta’ negozjar tax-xerrejja tal-gass jenħtieġ li jkun aċċessibbli għal kull parteċipant fis-suq b’termini mhux diskriminatorji, li jiġbor flimkien parteċipanti attivi f’varjetà kbira ta’ prodotti u swieq ġeografiċi mhux relatati, b’tali mod li r-rappreżentazzjoni ta’ kwalunkwe sett partikolari ta’ kompetituri, anki jekk sinifikanti f’termini ta’ ishma tas-suq f’suq partikolari downstream jew relatat, tkun limitata relattiv għall-parteċipazzjoni totali. Il-konsorzju tax-xiri jenħtieġ li jiġi stabbilit b’mod li ma jwassalx għal xi riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq downstream jew relatati li jistgħu jikkompetu fihom il-parteċipanti.

Il-parteċipazzjoni minn ditti li jagħmlu użu mill-fornitur tas-servizzi fil-mekkaniżmu ta’ aggregazzjoni tad-domanda tal-fornituri tas-servizzi se titqies bħala fattur pożittiv meta jiġu bbilanċjati r-riskji u l-benefiċċji possibbli tal-iskemi ta’ kooperazzjoni għax-xiri tal-gass skont il-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, sal-punt li tali parteċipazzjoni tikkontribwixxi għall-kisba ta’ effiċjenzi akbar, u b’hekk tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kontrobilanċ ta’ kwalunkwe riskju ta’ kompetizzjoni skont it-test ġenerali tal-ibbilanċjar.

Se jkun partikolarment importanti l-iżgurar tat-trasparenza meħtieġa biex l-aggregazzjoni tad-domanda tiffunzjona, bħal bejn l-impriżi parteċipi mal-fornitur tas-servizzi, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma ssarrafx fi trasparenza dwar il-volumi, l-iskedi tal-konsenja jew il-prezzijiet realizzati għal impriżi parteċipi individwali, jew tabilħaqq fil-livell ta’ settur jew sottosettur partikolari li jista’ jirrappreżenta suq downstream jew relatat li fih il-kompetizzjoni jenħtieġ li tkompli tiżvolġi. 

Filwaqt li l-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal akkordji ta’ kooperazzjoni orizzontali 12 jiddikjaraw li l-ishma tas-suq ikkombinati taħt il-15 % fis-suq (swieq) tax-xiri u tal-bejgħ huma indikattivi ta’ nuqqas ta’ saħħa fis-suq, sehem kombinat tas-suq ’il fuq minn dak il-limitu f’suq wieħed jew it-tnejn li huma ma jindikax awtomatikament li l-arranġament tax-xiri konġunt x’aktarx iwassal għal effetti restrittivi fuq il-kompetizzjoni. Arranġament ta’ xiri konġunt li ma jaqax taħt dak l-isfera ta’ sikurezza jeħtieġ valutazzjoni tal-effetti tiegħu fuq is-suq, li jinvolvi fatturi bħas-setgħa kumpensatorja possibbli ta’ fornituri b’saħħithom u l-arranġamenti meħtieġa ta’ governanza u skambju ta’ informazzjoni biex tiġi żgurata kompetizzjoni kontinwa fis-swieq downstream, fl-isfond taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali tas-suq.

Il-Kummissjoni hija lesta li takkumpanja lill-kumpaniji fit-tfassil ta’ konsorzju bħal dan u li toħroġ malajr deċiżjoni, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament 1/2003, dwar l-inapplikabbiltà tal-Artikoli 101 u/jew 102 tat-TFUE, jekk jiġu inkorporati u rispettati s-salvagwardji rilevanti. Il-Kummissjoni tinsab lesta wkoll tipprovdi gwida informali sal-punt li l-impriżi parteċipi fi kwalunkwe konsorzju ieħor jiffaċċjaw inċertezza fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ element wieħed jew aktar tal-arranġament ta’ xiri konġunt skont ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE 13 .

Il-parteċipanti fix-xiri konġunt tal-gass jistgħu jeħtieġu garanziji finanzjarji jekk kwalunkwe waħda mill-impriżi fl-aħħar mill-aħħar ma tkunx tista’ tħallas għall-ammont kkuntrattat finali. L-Istati Membri jew partijiet interessati oħra jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju, inklużi garanziji, lill-impriżi tal-gass naturali jew lill-impriżi li jikkonsmaw il-gass. Il-proposta legali ssemmi din il-possibbiltà ta’ għajnuna finanzjarja lill-impriżi li jipparteċipaw fix-xiri konġunt. Il-proposta tenfasizza li fejn applikabbli, tali appoġġ jeħtieġ li jkun f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

L-istabbiliment ta’ modi għax-xiri konġunt tal-gass b’mod aktar koordinat huwa wkoll konformi mal-perkors tad-dekarbonizzazzjoni indikat fil-Patt Ekoloġiku u l-pjan REPowerEU. Il-Pjattaforma tal-Enerġija tinkludi l-idroġenu rinnovabbli fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

Id-dispożizzjonijiet li jippermettu lil ACER tistabbilixxi parametru referenzjarju għall-LNG jikkontribwixxu għat-trasparenza fis-suq u, b’mod indirett, biex ibaxxu l-prezzijiet bl-ingrossa tal-gass u b’hekk ikunu konsistenti mal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE.

BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal dan l-istrument hija l-Artikolu 122(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Dan l-Artikolu jista’ jiġi applikat biss għal kwistjonijiet ta’ diffikultajiet serji u għandu jiġi applikat fl-ispirtu ta’ solidarjetà.

L-iskarsezza attwali ta’ provvisti tal-gass mill-Federazzjoni Russa jikkostitwixxi diffikultà serja fil-provvista ta’ prodott tal-enerġija skont it-tifsira tal-Artikolu 122. Il-mexxejja tal-UE u l-Kummissjoni, saħansitra fix-xhur tas-sajf, diġà identifikaw il-ħtieġa urġenti ta’ miżuri addizzjonali għal azzjoni aktar ikkoordinata, fuq bażi temporanja, ħalli fiż-żewġ xtiewi li ġejjin ikunu ppreparati aħjar għal interruzzjonijiet ulterjuri possibbli tal-gass.

Il-qafas regolatorju attwali dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2017/1938 dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass, ġie mfassal biex jittratta l-interruzzjonijiet fil-provvista fuq terminu qasir u mhux tnaqqis fit-tul mill-fornitur ewlieni tagħna. Għalhekk, huma meħtieġa għodod temporanji addizzjonali ta’ emerġenza għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, fost l-oħrajn biex jiġu evitati restrizzjonijiet transfruntieri bla bżonn u biex jiġi evitat li interruzzjoni fit-tul fil-provvista tal-gass ikollha effetti konsegwenzjali kbar li jagħmlu ħsara lill-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku. Bl-istess mod, il-kunċett ta’ klijenti protetti kien maħsub għal perjodi qosra ta’ skarsezzi, filwaqt li f’każ ta’ interruzzjonijiet fit-tul, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jħallu lill-klijenti protetti jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis fid-domanda permezz ta’ tnaqqis fil-konsum mhux essenzjali.

Id-dispożizzjonijiet ta’ solidarjetà stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/1938 dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn arranġamenti ta’ solidarjetà maqbula bilateralment, li jispjegaw id-dettalji legali, tekniċi u finanzjarji għas-solidarjetà. Dan l-obbligu ta’ solidarjetà mhuwiex operazzjonali, minħabba nuqqas ta’ ftehimiet, li jiġġustifika l-ħtieġa li d-dispożizzjonijiet eżistenti jiġu kkomplementati billi jiġi inkluż mekkaniżmu ta’ solidarjetà prestabbilit f’każ ta’ nuqqas ta’ arranġamenti miftiehma bilateralment.

Il-miżuri taħt l-istrument jippermettu lill-impriżi fl-Istati Membri kollha jippreparaw għal skarsezzi ulterjuri possibbli ta’ provvista b’mod koordinat u jużaw l-infrastruttura tal-gass b’mod aktar effiċjenti. Huwa mistenni li l-biċċa l-kbira tal-ħażniet Ewropej tal-gass jistgħu jiġu eżawriti matul il-perjodu tax-xitwa. Fin-nuqqas ta’ provvisti mill-Federazzjoni Russa, l-Istati Membri jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet biex jimlew il-ħażniet sal-livelli meħtieġa. Din is-sitwazzjoni titlob il-koordinazzjoni fix-xiri tal-gass u l-istabbiliment ta’ proċess ta’ xiri konġunt li jista’ jippermetti xiri konġunt fil-prattika.

Ix-xiri konġunt jgħin biex jiġi żgurat aċċess aktar ugwali għall-impriżi madwar l-Istati Membri għal sorsi ġodda jew addizzjonali tal-gass f’sitwazzjonijiet urġenti fejn tkun meħtieġa s-solidarjetà. Dan jista’, fl-ispirtu ta’ solidarjetà, inaqqas l-effett detrimentali ta’ offerti kompetittivi, li jgħollu l-prezzijiet u jgħinu wkoll lil impriżi iżgħar jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ xiri aktar vantaġġużi li jirriżultaw minn domanda aggregata.

L-użu ta’ xiri konġunt jista’ jgħin lill-Istati Membri jnaqqsu l-isfidi biex jimlew il-ħażniet tal-gass li jirriżultaw minn konsenji tal-gass li qed jonqsu mill-Federazzjoni Russa. Pereżempju, dan jista’ jgħin biex jikkoordina x-xiri tal-gass filwaqt li jżomm il-prezzijiet f’livelli sostenibbli. Dan jista’ jippermetti wkoll, permezz tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc, il-koordinazzjoni ta’ ġestjoni konġunta tal-mili u l-ħżin fid-dawl tal-istaġun tal-mili li jmiss. Għalhekk, ix-xiri konġunt jista’ jsaħħaħ is-solidarjetà tal-UE fix-xiri u d-distribuzzjoni tal-gass. Fl-ispirtu tas-solidarjetà, ix-xiri konġunt seta’ jappoġġa b’mod partikolari lil dawk l-impriżi, li kienu qed jixtru l-gass biss jew prinċipalment mingħand fornituri Russi.

Is-sitwazzjoni ta’ urġenza tiġġustifika bis-sħiħ l-użu tal-Artikolu 122 TFUE sabiex tiġi stabbilita entità malajr kemm jista’ jkun billi jiġu kkuntrattati s-servizzi meħtieġa minn entitajiet eżistenti.

Is-suċċess tax-xiri konġunt tal-gass se jiddependi fuq id-disponibbiltà tal-kapaċitajiet fit-terminals u l-pipelines tal-LNG. Dan huwa saħansitra aktar importanti fiċ-ċirkostanzi attwali, fejn il-konġestjoni tal-pipelines u t-terminals tikkawża restrizzjonijiet fil-provvista tal-gass, inkluż għall-mili tal-ħażniet. L-applikazzjoni ta’ regoli ta’ trasparenza u l-bejgħ ta’ kapaċità mhux użata ta’ terminals tal-LNG u kapaċitajiet mhux użati ta’ pipelines tippermetti li tiġi massimizzata l-kapaċità disponibbli tal-infrastruttura tal-gass. L-użu miftuħ, aktar effiċjenti u mhux diskriminatorju tal-infrastruttura jżid il-flussi transfruntieri u interni tal-gass u huwa kundizzjoni meħtieġa biex l-LNG jilħaq lill-konsumaturi madwar l-UE. Ir-regoli li bħalissa huma fis-seħħ mhumiex biżżejjed biex jiżguraw dan. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti u applikati malajr kemm jista’ jkun regoli li jippermettu l-kapaċitajiet tat-terminals u l-pipelines tal-LNG.

Il-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG jenħtieġ li tiġi ppubblikata kuljum u dan għandu jibda mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li tkun disponibbli referenza oġġettiva tal-prezz għall-parteċipanti tas-suq mill-istaġun tax-xitwa 2022/23. Din il-valutazzjoni tal-prezzijiet jenħtieġ li tiġi kkomplementata bil-pubblikazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-LNG sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2023. Għalkemm l-istabbiliment ta’ tali għodda fuq bażi permanenti jenħtieġ li fi stadju aktar tard jiġi inkluż f’reviżjoni aktar komprensiva tal-qafas ġuridiku tar-REMIT, is-sitwazzjoni ta’ kriżi li għaddejja bħalissa diġà teħtieġ azzjoni urġenti biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni immedjata ta’ diffikultajiet serji fil-provvista u l-ipprezzar preċiż tal-konsenji tal-LNG lill-Unjoni fuq bażi temporanja sakemm tali reviżjoni tal-qafas legali tar-REMIT tkun tista’ tiġi adottata. F’dan is-sens, il-proposta dwar il-parametru referenzjarju tal-LNG jenħtieġ li titqies ukoll bħala proviżorja sabiex taġixxi bħala “pont” għal arranġamenti aktar permanenti li għandhom jiġu proposti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Għaldaqstant huwa ġġustifikat li l-istrument propost jiġi bbażat fuq l-Artikolu 122(1) tat-TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-miżuri ppjanati ta’ din l-inizjattiva huma konformi għalkollox mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Minħabba l-iskala u l-effett sinifikanti ta’ tnaqqis ulterjuri fil-provvista tal-gass min-naħa tal-Federazzjoni Russa, hemm bżonn tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE. Approċċ koordinat permezz ta’ xiri konġunt b’kamp ta’ applikazzjoni reġjonali u usa’ u użu aktar effiċjenti tat-terminals tal-LNG, il-ħażniet tal-gass u l-pipelines huwa meħtieġ biex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ interruzzjonijiet kbar potenzjali matul din ix-xitwa u x-xitwa li jmiss u fejn l-Istati Membri u l-impriżi tagħhom se jkollhom bżonn ifittxu sostituzzjoni għall-provvisti Russi. Dan jista’ jiġi rregolat b’mod effiċjenti fil-livell tal-UE minflok fil-livell nazzjonali.

Huwa meħtieġ ukoll approċċ koordinat fil-livell tal-UE dwar miżuri ta’ sigurtà tal-provvista, inklużi miżuri għat-tnaqqis tad-domanda. Tali koordinazzjoni hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jirrispondu b’mod effiċjenti u f’waqtu għat-talbiet ta’ solidarjetà. Filwaqt li l-Istati Membri se jkomplu jkollhom il-possibbiltà li jidħlu f’arranġamenti bilaterali ta’ solidarjetà, se jkun hemm fis-seħħ regoli prestabbiliti sakemm jiġu konklużi tali arranġamenti, li jippermettu lill-Istati Membri kollha tal-UE jibbenefikaw mis-solidarjetà. Fl-aħħar mill-aħħar, dan se jiżgura li d-dispożizzjoni ta’ solidarjetà bilaterali ma tkunx imxekkla min-nuqqas ta’ arranġamenti amministrattivi u finanzjarji bejn l-Istati Membri, filwaqt li jippermetti wkoll lill-Istati Membri jikkomplementaw ir-regoli prestabbiliti b’kundizzjonijiet innegozjati.

Minħabba n-natura bla preċedent tal-kriżi tal-provvista tal-gass u l-effetti transfruntieri tagħha, kif ukoll il-livell ta’ integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija tal-UE, jeħtieġ tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni peress li l-Istati Membri waħedhom ma jistgħux jindirizzaw b’mod effettiv u b’mod ikkoordinat ir-riskju ta’ diffikultajiet ekonomiċi serji kkawżati minħabba żidiet fil-prezzijiet jew minħabba interruzzjonijiet sinifikanti fil-provvista.

Din il-proposta tistabbilixxi r-riżultat finali li għandu jinkiseb, fil-forma tal-estensjoni tal-protezzjoni tas-solidarjetà u l-istabbiliment ta’ regoli ta’ solidarjetà prestabbiliti, filwaqt li tagħti lill-Istati Membri awtonomija fl-għażla tal-mezzi l-aktar effettivi biex jissodisfaw dawn l-obbligi u biex jaqblu dwar miżuri ta’ solidarjetà b’mod bilaterali. Id-dispożizzjonijiet relatati mat-tnaqqis fid-domanda ma jaqbżux dak li huwa meħtieġ biex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà tal-provvista billi l-awtoritajiet fl-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu l-iffrankar mill-konsum mhux essenzjali mill-klijenti protetti, sakemm dan ma jaffettwax lill-klijenti vulnerabbli.

Ta’ min jenfasizza li l-proposta attwali tipprevedi li l-impriżi privati se jibqgħu partijiet għall-kuntratti għall-provvista tal-gass stabbiliti skont ix-xiri konġunt. La l-Unjoni u lanqas il-Kummissjoni mhuma se jidħlu f’kuntratti għall-provvista tal-gass bħala parti.

Minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, il-miżura tista’ titwettaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, u għalhekk l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

L-istabbiliment ta’ parametru referenzjarju għall-UE kollha għat-tranżazzjonijiet tal-LNG lanqas ma huwa possibbli fil-livell tal-Istati Membri iżda jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. L-esperjenza preċedenti bil-parametru referenzjarju tat-TTF, li huwa marbut ma’ hub tan-negozjar fi Stat Membru wieħed, turi li sistema ta’ parametri referenzjarji deċentralizzati tista’ tipprovdi lill-parteċipanti fis-suq b’informazzjoni mhux kompluta u twassal għal prezzijiet ogħla.

Proporzjonalità

L-inizjattiva tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità. L-intervent ta’ politika hu proporzjonali għad-dimensjoni u n-natura tal-problemi definiti u għall-kisba tal-objettivi stabbiliti.

Fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeopolitika bla preċedent u t-theddida sinifikanti għaċ-ċittadini u l-ekonomija tal-UE, hemm ħtieġa ċara ta’ azzjoni kkoordinata. Il-miżuri stabbiliti fil-proposta ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom u huma proporzjonati għal dawk l-objettivi. B’mod partikolari, huma jibnu kemm jista’ jkun fuq approċċi eżistenti, bħall-arranġamenti eżistenti tas-suq intern tal-gass.

B’mod aktar speċifiku, il-proposta attwali tipprevedi li l-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass isiru fuq bażi volontarja, b’eċċezzjoni limitata biss fir-rigward tal-parteċipazzjoni obbligatorja fl-aggregazzjoni tad-domanda għall-fini tal-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass. L-impriżi privati se jibqgħu partijiet għall-kuntratti għall-provvista tal-gass stabbiliti skont ix-xiri konġunt.

Il-gass naturali li jasal mill-punti ta’ dħul mill-Federazzjoni Russa huwa eskluż milli jipparteċipa fil-mekkaniżmu peress li l-inklużjoni tiegħu tikkontradixxi l-objettiv tar-Regolament propost li jfittex li jiżgura sorsi alternattivi għall-provvisti Russi. Barra minn hekk, impriżi kkontrollati mill-Gvern Russu jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika Russa; jew impriżi kkontrollati minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, elenkati fis-sanzjonijiet tal-Unjoni stabbiliti abbażi tal-Artikolu 215 tat-TFUE, huma esklużi milli jipparteċipaw f’xiri konġunt kif ukoll milli jipparteċipaw fix-xiri konġunt tal-operazzjoni tal-fornituri tas-servizzi

Il-miżuri li l-Istati Membri se jkunu jistgħu jieħdu biex inaqqsu l-konsum mhux essenzjali ta’ klijenti protetti jenħtieġ li jkunu meħtieġa u proporzjonati, li japplikaw b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi ddikjarata skont l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1938 jew ta’ allert tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/1369. Minkejja l-applikazzjoni ta’ miżuri għat-tnaqqis tal-konsum mhux essenzjali, il-klijenti protetti se jkomplu jibbenefikaw mill-protezzjoni kontra l-iskonnessjoni. Barra minn hekk, tali miżuri ma jistgħux jillimitaw il-protezzjoni meħtieġa għall-klijenti vulnerabbli, li l-konsum attwali tagħhom jenħtieġ li jitqies bħala essenzjali.

L-estensjoni tas-solidarjetà għall-impjanti kritiċi tal-enerġija li jaħdmu bil-gass timponi restrizzjonijiet fuq l-operaturi tas-suq li huma meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass matul sitwazzjoni ta’ provvista mnaqqsa tal-gass u żieda fid-domanda matul l-istaġun tax-xitwa. Dawn huma bbażati fuq miżuri eżistenti stabbiliti rispettivament fir-Regolamenti (UE) 2022/1369 u (UE) 2017/1938, u għandhom l-għan li dawk il-miżuri jsiru aktar effettivi fiċ-ċirkostanzi attwali.

L-obbligu tal-operaturi tas-suq li jipprovdu lill-ACER b’informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tal-LNG huwa meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħaq l-objettiv li l-ACER tkun tista’ tistabbilixxi parametru referenzjarju tal-LNG; hija allinjata mal-obbligi eżistenti tal-operaturi tas-suq skont ir-REMIT u l-ACER se żżomm informazzjoni kummerċjali sensittiva kunfidenzjali.

Il-miżura biex tiġi limitata l-volatilità tal-prezzijiet fl-istess jum tistabbilixxi rekwiżiti għaċ-ċentri tan-negozjar u n-negozjanti li huma meħtieġa sabiex il-kumpaniji tal-enerġija jkunu jistgħu jkomplu jipparteċipaw fis-swieq tal-gass u tal-elettriku u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-iħħeġġjar tagħhom, u b’hekk tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għall-konsumaturi finali.

Għażla tal-istrument

Filwaqt li qieset id-dimensjoni tal-kriżi tal-enerġija u l-iskala tal-impatt soċjali, ekonomiku u finanzjarju tagħha, il-Kummissjoni jidhrilha li jixraq taġixxi permezz ta’ Regolament li jkollu kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u jkun applikabbli direttament u minnufih. Dan jirriżulta f’mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni rapidu, uniformi u mifrux madwar l-Unjoni kollha.

RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Minħabba n-natura politikament sensittiva tal-proposta u l-urġenza biex titħejja l-proposta ħalli tkun tista’ tiġi adottata fil-ħin mill-Kunsill, ma setgħetx issir konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

Drittijiet fundamentali

Ma ġie identifikat l-ebda impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali. Il-miżuri skont din l-inizjattiva mhux se jaffettwaw id-drittijiet tal-klijenti li huma kategorizzati bħala protetti skont ir-Regolament (UE) 2017/1938, inkluż il-klijenti domestiċi kollha. Il-miżuri biex jitnaqqas il-konsum għandhom jimmiraw biss l-użi mhux essenzjali u ma jwasslux għall-iskonnessjoni tal-klijenti domestiċi jew għal protezzjoni mnaqqsa għall-klijenti li huma l-aktar vulnerabbli. L-esklużjoni mix-xiri konġunt ta’ impriżi minn stati li huma soġġetti għal sanzjonijiet imposti mill-UE se tkun limitata biex tapplika sakemm dawn is-sanzjonijiet ikunu fis-seħħ. L-inizjattiva se tippermetti tnaqqis fir-riskji assoċjati mal-iskarsezzi tal-gass li altrimenti jħallu implikazzjonijiet kbar fuq l-ekonomija u s-soċjetà. L-obbligu tal-operaturi tas-suq li jipprovdu lill-ACER b’informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tal-LNG huwa meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħaq l-objettiv li l-ACER tkun tista’ tistabbilixxi parametru referenzjarju tal-LNG; hija allinjata mal-obbligi eżistenti tal-operaturi tas-suq skont ir-REMIT u l-ACER se żżomm informazzjoni kummerċjali sensittiva kunfidenzjali.

IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

L-implikazzjonijiet għall-baġit huma limitati għall-ħtieġa li jiġi ffinanzjat, permezz ta’ kuntratti ta’ servizz jew inizjattivi oħra ġestiti direttament mill-Kummissjoni, l-istabbiliment tal-mekkaniżmu mill-fornitur tas-servizzi li se jkun qed jopera aggregazzjoni tad-domanda għal xiri konġunt. Madankollu, la l-Kummissjoni, u lanqas il-fornitur tas-servizzi li jopera xiri konġunt, ma jixtri l-gass f’isem l-impriżi parteċipi. Dawn l-impriżi se jidħlu f’kuntratti ta’ xiri ma’ fornituri magħżula permezz tal-mekkaniżmu tax-xiri. Ara d-dikjarazzjoni finanzjarja għal aktar dettalji.

L-impatt baġitarju fuq il-baġit tal-UE assoċjat ma’ din il-proposta jikkonċerna wkoll ir-riżorsi umani u nefqiet amministrattivi oħra tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) għall-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll tal-ACER.

Il-proposta tistabbilixxi arkitettura msaħħa għas-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass, b’obbligi ġodda għall-Istati Membri u, b’mod korrispondenti, rwol imsaħħaħ għad-DĠ Enerġija f’firxa wiesgħa ta’ oqsma – jiġifieri:

·Il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ġenerali tar-Regolament (3 FTE),

·It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proposta għal miżura tal-Kunsill li tipprevedi mekkaniżmu biex jiġu allokati kapaċitajiet tal-gass għall-provvista ta’ Stati Membri li għalihom tkun ġiet iddikjarata emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni; il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-proposta, inkluż l-involviment tal-grupp għall-ġestjoni tal-kriżijiet (2 FTE).

·Ħidma biex titfassal implimentazzjoni konformi mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-konsorzju tax-xiri tal-gass, li teħtieġ skambji mal-industrija (2 FTE)

·Valutazzjoni tat-talbiet tal-Istati Membri għal kwoti fir-rigward ta’ volumi kritiċi ogħla ta’ gass (1 FTE).

·Segwitu għat-talbiet ta’ solidarjetà; il-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ solidarjetà (1 FTE)

·Assistenza Amministrattiva (1 FTE)

·Il-proposta tistabbilixxi wkoll kompiti ġodda għall-ACER biex tiġbor data dwar it-tranżazzjonijiet tal-LNG bl-għan li tistabbilixxi parametru referenzjarju tal-LNG (5 FTE).

ELEMENTI OĦRA

Mhux rilevanti.

2022/0339 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

Li jsaħħaħ is-solidarjetà permezz ta’ koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, tal-iskambji transfruntieri tal-gass u parametri referenzjarji affidabbli tal-prezzijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 122(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)L-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna u t-tnaqqis bla preċedent tal-provvisti tal-gass naturali mill-Federazzjoni Russa lill-Istati Membri jheddu s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Fl-istess waqt, l-użu tal-provvista tal-gass bħala arma u l-manipulazzjoni tas-swieq mill-Federazzjoni Russa permezz ta’ interruzzjonijiet intenzjonali fil-flussi tal-gass wasslu għal żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni, u dan ipperikola mhux biss l-ekonomija fl-Unjoni, iżda wkoll dgħajjef serjament is-sigurtà tal-provvista.

(2)Dan jeħtieġ rispons b’saħħtu u kkoordinat mill-Unjoni, biex tipproteġi liċ-ċittadini tagħha u lill-ekonomija tagħha kontra prezzijiet tas-suq eċċessivi u manipulati u biex tiżgura li l-gass jgħaddi għand il-konsumaturi kollha fil-bżonn bejn il-fruntieri, anke f’sitwazzjonijiet ta’ skarsezza tal-gass. Biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-provvisti tal-gass naturali mill-Federazzjoni Russa u biex jitnaqqsu l-prezzijiet eċċessivi, hija kruċjali koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass minn fornituri esterni.

(3)L-Artikolu 122(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti lill-Kunsill jiddeċiedi, fuq proposta tal-Kummissjoni u bi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, dwar il-miżuri xierqa fis-sitwazzjoni ekonomika, b’mod partikolari jekk ikun hemm diffikultajiet serji fil-provvista ta’ ċerti prodotti, notevolment fil-qasam tal-enerġija. Ir-riskju għoli ta’ waqfien totali tal-provvisti tal-gass Russi u ż-żieda estrema fil-prezz tal-enerġija li jdgħajfu l-ekonomija tal-Unjoni jikkostitwixxu diffikultajiet serji bħal dawn.

(4)Fil-Komunikazzjoni REPowerEU tagħha, il-Kummissjoni ħabbret l-istabbiliment ta’ Pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija 14 flimkien mal-Istati Membri għax-xiri komuni tal-gass, il-Gass Naturali Likwifikat (LNG) u l-idroġenu. Din it-tħabbira ġiet approvata mill-Kunsill Ewropew tat-30 u l-31 ta’ Mejju 2022. Bħala parti mill-Pjan REPowerEU, il-Kummissjoni ppreżentat ukoll l-istrateġija għal impenn estern tal-UE fil-qasam tal-enerġija 15 , li tispjega kif l-UE tappoġġa tranżizzjoni tal-enerġija globali, nadifa u ġusta biex tiżgura enerġija sostenibbli, sigura u affordabbli, inkluż billi tiddiversifika l-provvista tal-enerġija tal-UE, b’mod partikolari billi tinnegozja impenji politiċi ma’ fornituri tal-gass eżistenti jew ġodda biex jiżdiedu l-konsenji tal-gass lejn l-Ewropa.

(5)Il-pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija jista’ jkollha rwol ċentrali fit-tfittxija ta’ sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista u jwasslu għal prezzijiet tal-importazzjoni aktar baxxi tal-gass mixtri minn pajjiżi terzi, bl-użu sħiħ tal-piż kollettiv tal-Unjoni. Għal dan il-għan, is-sensibilizzazzjoni internazzjonali mtejba għall-fornituri tal-gass (kemm tal-pipelines kif ukoll tal-LNG) kif ukoll għall-fornituri tal-idroġenu ekoloġiku tal-futur hija essenzjali. B’mod partikolari, koordinazzjoni ħafna aktar b’saħħitha ma’ u fost l-Istati Membri via-à-vis pajjiżi terzi permezz tal-Pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija tiżgura li l-piż kollettiv tal-Unjoni jkun aktar effettiv.

(6)Sa fejn tippersisti sitwazzjoni ta’ diffikultajiet serji fl-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista, jenħtieġ li x-xiri konġunt jgħin biex jiġi żgurat aċċess aktar ugwali għall-impriżi fl-Istati Membri kollha u fil-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija għal sorsi ġodda jew addizzjonali tal-gass u jgħin biex jiġu żgurati prezzijiet aktar baxxi minn dawk li altrimenti setgħu jagħmlu għal dawk li jixtru l-gass permezz tal-fornitur tas-servizzi għall-benefiċċju tal-konsumaturi finali.

(7)Ix-xiri konġunt jista’ jirriżulta fl-għoti ta’ trattament jew appoġġ aktar ta’ benefiċċju għall-provvista ta’ gassijiet rinnovabbli bħall-bijometan u l-idroġenu, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu injettati b’mod sikur fis-sistema tal-gass, u għall-provvista ta’ gass li altrimenti jiġi vventjat jew ivvampjat. Fin-nuqqas ta’ rekwiżit legali formali fi kwalunkwe ġuriżdizzjoni rilevanti, l-impriżi li jikkonkludu kuntratti skont dan ir-Regolament huma mħeġġa jużaw l-Istandard 2.0 tas-Sħubija tan-NU dwar il-Metan taż-Żejt u tal-Gass biex ikejlu, jirrapportaw u jivverifikaw l-emissjonijiet tal-metan tul il-katina tal-provvista lill-Unjoni Ewropea.

(8)Ix-xiri konġunt skont dan ir-Regolament, jikkonsisti fi proċess maqsum f’żewġ stadji. Fl-ewwel stadju, l-impriżi tal-gass naturali jew l-impriżi li jikkonsmaw il-gass stabbiliti fl-Unjoni jew il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jaggregaw id-domanda tagħhom għall-gass permezz ta’ fornitur tas-servizzi, ikkuntrattat mill-Kummissjoni. Dan jippermetti lill-fornituri tal-gass jagħmlu offerti abbażi ta’ volumi aggregati kbar, minflok ħafna offerti iżgħar ta’ xerrejja li javviċinawhom individwalment. Fit-tieni stadju, l-impriżi tal-gass naturali jew l-impriżi li jikkonsmaw il-gass stabbiliti fl-Unjoni jew il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jistgħu jikkonkludu kuntratti ta’ xiri tal-gass, individwalment jew b’mod koordinat ma’ oħrajn, ma’ fornituri jew produtturi tal-gass naturali li jkunu qablu mad-domanda aggregata.

(9)Meta sitwazzjoni ta’ diffikultajiet serji fl-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista tippersisti, jenħtieġ li x-xiri konġunt jgħin biex jiġi żgurat aċċess aktar ugwali għall-impriżi fl-Istati Membri kollha u fil-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija għal sorsi ġodda jew addizzjonali tal-gass u jgħin biex jiġu żgurati prezzijiet aktar baxxi minn dawk li altrimenti setgħu kienu għal dawk li jixtru l-gass permezz tal-fornitur tas-servizzi għall-benefiċċju tal-konsumaturi finali. L-ewwel referenza għall-possibbiltà ta’ forma limitata ħafna ta’ xiri konġunt tal-gass għal skopijiet ta’ bbilanċjar diġà hija inkluża fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar is-swieq interni għall-gassijiet rinnovabbli u naturali u għall-idroġenu 16 . Madankollu, il-proposta tmur lura għal żmien qabel l-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna; barra minn hekk, ma ġie inkluż l-ebda kunċett dettaljat fil-proposta, li kien jikkonċerna biss il-ħtiġijiet speċifiċi ħafna tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għall-ibbilanċjar tal-enerġija. Peress li hija meħtieġa soluzzjoni immedjata u ħafna aktar komprensiva għall-problema tal-istrutturi neqsin għax-xiri koordinat tal-gass, huwa xieraq li tiġi proposta soluzzjoni rapida temporanja.

(10)Għalhekk, ix-xiri konġunt jista’ jsaħħaħ is-solidarjetà tal-Unjoni fix-xiri u d-distribuzzjoni tal-gass. Fl-ispirtu ta’ solidarjetà, jenħtieġ li x-xiri konġunt jappoġġa b’mod partikolari lil dawk l-impriżi li qabel kienu qed jixtru l-gass biss jew prinċipalment mingħand fornituri Russi billi jgħinhom jiksbu provvisti minn fornituri jew fornituri alternattivi tal-gass naturali f’kundizzjonijiet vantaġġużi, bħala riżultat tal-offerti tad-domanda aggregata.

(11)Is-sejħa għall-offerti tad-domanda aggregata għall-gass mill-fornitur tas-servizzi għandha tgħin biex jimtlew il-ħażniet tal-gass fis-sitwazzjoni ta’ emerġenza attwali, jekk il-biċċa l-kbira tal-ħażniet tal-gass Ewropej jitnaqqsu wara x-xitwa li ġejja. Barra minn hekk, għandha tgħin biex jinxtara l-gass b’mod aktar koordinat fl-ispirtu ta’ solidarjetà.

(12)Il-proposta attwali hija bbażata fuq l-Artikolu 122 TFUE bil-ħsieb tal-ħtieġa urġenti li jiġi stabbilit xiri konġunt malajr u fuq bażi temporanja. Dan jippermetti l-istabbiliment rapidu ta’ fornitur tas-servizzi, li jippermetti l-aggregazzjoni tad-domanda. Il-fornitur tas-servizzi ikkuntrattat mill-Kummissjoni jkollu biss xi funzjonalitajiet bażiċi u l-proċess li jorganizza huwa jkollu biss elementi obbligatorji rigward il-parteċipazzjoni fl-aggregazzjoni tad-domanda iżda jkun għadu ma jinkludix koordinazzjoni obbligatorja tal-kundizzjonijiet kuntrattwali jew obbligu li jiġu ppreżentati offerti vinkolanti għax-xiri tal-gass permezz tiegħu.

(13)Jenħtieġ li ma jkun hemm ebda rekwiżit fuq l-impriżi tal-gass naturali jew l-impriżi li jikkonsmaw il-gass biex jixtru l-gass permezz tal-fornitur tas-servizzi, billi jikkonkludu kuntratti għall-provvista tal-gass jew memoranda ta’ qbil mal-fornituri jew il-produtturi tal-gass li jkunu qablu mad-domanda aggregata. Madankollu, l-impriżi tal-gass naturali jew l-impriżi li jikkonsmaw il-gass huma mħeġġa sew biex jesploraw forom ta’ kooperazzjoni li jkunu kompatibbli mal-liġi tal-kompetizzjoni, u biex jagħmlu użu mill-fornitur tas-servizzi biex igawdu bis-sħiħ il-benefiċċji kollha tax-xiri konġunt. Għalhekk, jista’ jiġi żviluppat mekkaniżmu bejn il-fornitur tas-servizzi u l-impriżi parteċipanti, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ewlenin li skonthom l-impriżi parteċipanti jidħlu f’impenn li jixtru l-gass li jaqbel mad-domanda aggregata.

(14)Huwa importanti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkollhom stampa ċara tal-kuntratti ta’ provvista previsti u konklużi fl-Unjoni kollha, sabiex jivvalutaw jekk l-objettivi tas-sigurtà tal-provvista u tas-solidarjetà enerġetika u jintlaħqux. Għalhekk, jenħtieġ li l-impriżi jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar xiri ta’ gass kbir ippjanat ta’ aktar minn 5 TWh. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri rilevanti, filwaqt li twissi kontra kwalunkwe impatt negattiv tax-xiri ppjanat fuq il-funzjonament tax-xiri konġunt, fuq is-sigurtà tal-provvista, is-suq intern jew is-solidarjetà enerġetika.

(15)L-Istati Membri jenħtieġ li jassistu lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta’ jekk ix-xiri tal-gass rilevanti jsaħħaħx is-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni u jekk huwiex kompatibbli mal-prinċipju tas-solidarjetà enerġetika. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit Bord ta’ Tmexxija ad hoc magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni biex jgħin fil-koordinazzjoni.

(16)Il-proċess ta’ aggregazzjoni tad-domanda għall-fini ta’ xiri konġunt jenħtieġ li jitwettaq minn fornitur tas-servizzi xieraq. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkuntratta fornitur tas-servizzi permezz ta’ proċess ta’ akkwist pubbliku 17 , li jista’ jiżviluppa għodda xierqa tal-IT u jorganizza l-proċess ta’ aggregazzjoni tad-domanda. Jistgħu jinġabru miżati mill-parteċipanti tax-xiri konġunt biex ikopru l-kostijiet operatorji.

(17)L-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri tal-gass naturali huma proċessi kumplessi, li jeħtieġ li jqisu diversi elementi, li mhumiex limitati għall-prezzijiet, iżda wkoll għall-volumi, il-punti tal-konsenja u parametri oħra. Għalhekk, il-fornitur tas-servizzi magħżul jenħtieġ li jkollu l-livell meħtieġ ta’ esperjenza fil-ġestjoni u l-aggregazzjoni tax-xiri tal-gass naturali jew tas-servizzi assoċjati fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, l-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri tal-gass naturali huma element kruċjali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass lejn l-Unjoni.

(18)Ix-xiri konġunt jista’ jieħu forom differenti. Jista’ jseħħ permezz ta’ sejħiet għall-offerti jew irkantijiet organizzati mill-fornitur tas-servizzi li jaggrega d-domanda tal-impriżi tal-gass naturali u tal-impriżi li jikkonsmaw il-gass, sabiex dan jitqabbel ma’ offerti minn fornituri jew produtturi tal-gass naturali, permezz tal-użu ta’ Għodda tal-IT għax-Xiri Konġunt.

(19)Wieħed mill-objettivi tal-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt hu li jitnaqqas ir-riskju ta’ żidiet mhux meħtieġa fil-prezzijiet ikkawżati minn kumpaniji li jagħmlu offerti għall-istess segment tal-gass. L-iżgurar li l-benefiċċji kollha tax-xiri konġunt jgħaddu għand il-konsumaturi finali fl-aħħar mill-aħħar jiddependi fuq id-deċiżjonijiet li jieħdu l-impriżi nfushom. Jenħtieġ li l-kumpaniji l-kbar jiġu mrażżna anke jekk ikunu jistgħu jbigħu bil-gass bi prezzijiet ogħla. L-impriżi li jibbenefikaw minn prezzijiet orħos għax-xiri tal-gass minn xiri konġunt jenħtieġ li jgħaddu dawn il-benefiċċji lill-konsumaturi. It-trasferiment ta’ prezzijiet aktar baxxi jkun indikatur importanti għas-suċċess tax-xiri konġunt, peress li huwa kruċjali għall-konsumaturi.

(20)Kwalunkwe azzjoni meħuda skont ir-Regolament propost għandha tikkonforma mal-miżuri restrittivi tal-Unjoni stabbiliti abbażi tal-Artikolu 215 TFUE. B’mod partikolari, impriżi kkontrollati mill-Gvern Russu jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika Russa, jew impriżi fil-mira ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni (sanzjonijiet) tal-Unjoni stabbiliti abbażi tal-Artikolu 215 TFUE, jew proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp soġġetti għal tali miżuri restrittivi jenħtieġ li jkunu esklużi milli jipparteċipaw f’xiri konġunt kif ukoll milli jorganizzaw il-proċess ta’ xiri konġunt. Dawk il-miżuri restrittivi ġew adottati bl-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni, b’mod partikolari dik li tippreserva l-paċi, tipprevjeni l-kunflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali u tal-Unjoni, f’konformità mal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal sanzjonijiet futuri adottati kontra r-Russja jew pajjiżi oħra.

(21)Il-gass naturali li joriġina mill-Federazzjoni Russa jew li jidħol fl-Istati Membri jew fil-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija permezz tal-punti tad-dħul mill-Federazzjoni Russa jenħtieġ li ma jinxtarax b’xiri konġunt. Dan huwa konsistenti mal-objettiv tar-Regolament propost, jiġifieri l-iżgurar ta’ sorsi alternattivi għall-provvisti Russi.

(22)Il-parteċipanti fix-xiri konġunt tal-gass jistgħu jeħtieġu garanziji finanzjarji jekk kwalunkwe waħda mill-impriżi ma tkunx tista’ tħallas għall-ammont kkuntrattat finali. L-Istati Membri jew partijiet ikkonċernati oħra jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju, inklużi garanziji, lill-parteċipanti fix-xiri konġunt. L-għoti ta’ għajnuna finanzjarja jenħtieġ li jsir f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, inkluż il-Qafas Temporanju ta’ Għajnuna mill-Istat għall-kriżijiet, fejn applikabbli.

(23)Il-mili tal-ħażniet tal-gass huwa essenzjali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni. Minħabba t-tnaqqis fil-provvisti tal-gass naturali mill-Federazzjoni Russa, l-Istati Membri jistgħu jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi biex jimlew il-faċilitajiet tal-ħżin biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-gass għax-xitwa 2023/2024 kif preskritt mir-Regolament (UE) 2022/1032 18 . L-użu tal-possibbiltà ta’ aggregazzjoni tad-domanda tal-fornitur tas-servizzi jista’ jgħin lill-Istati Membri jnaqqsu dawn l-isfidi; dan jista’, fil-limiti tal-liġi tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari jappoġġa l-ġestjoni kkoordinata tal-mili u tal-ħżin fid-dawl tal-istaġun tal-mili li jmiss, filwaqt li jiġu evitati l-ogħla prezzijiet eċċessivi kkawżati, fost l-oħrajn, minn mili mhux ikkoordinat tal-ħażniet.

(24)Sabiex jiġi żgurat li x-xiri konġunt jista’ jikkontribwixxi għall-mili tal-ħażniet tal-gass f’konformità mal-miri intermedjarji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/1032, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-impriżi tal-gass naturali taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom jużaw il-proċess organizzat mill-fornitur tas-servizzi bħala mezz wieħed possibbli biex jintlaħqu l-miri għall-mili.

(25)Ir-Regolament (UE) 2022/1032 jirrikjedi li l-Istati Membri jimlew il-ħażniet tagħhom sa 90 % sa Novembru 2023. Din il-mira hija ogħla mill-mira għal Novembru 2022 (80 %). Ix-xiri konġunt jista’ jgħin lill-Istati Membri jilħqu din il-mira l-ġdida. Meta jagħmlu dan l-Istati Membri jenħtieġ li jirrikjedu li l-impriżi domestiċi jużaw il-fornitur tas-servizzi biex jaggregaw id-domanda b’volumi għoljin biżżejjed ta’ gass sabiex jitnaqqas ir-riskju li l-ħażniet ma jkunux jistgħu jimtlew. L-Istati Membri jenħtieġ li jirrikjedu li volumi ekwivalenti għal mill-inqas 15 % (madwar 13,5 bcm għall-UE kollha kemm hi) tal-volum fil-mira għall-mili tal-ħażniet tagħhom għas-sena li jmiss ikunu inklużi mill-kumpaniji tagħhom fil-proċess tal-aggregazzjoni tad-domanda. L-Istati Membri mingħajr ħżin taħt l-art fit-territorju tagħhom jenħtieġ li jipparteċipaw fil-proċess tal-aggregazzjoni tad-domanda b’volumi ekwivalenti għall-obbligi tagħhom ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet.

(26)Sabiex jużaw b’mod effettiv ix-xiri konġunt u jikkonkludu ftehimiet tal-gass ma’ fornituri li joffru l-gass lill-fornitur tas-servizzi, l-impriżi jistgħu jikkoordinaw il-kundizzjonijiet tax-xiri, bħal pereżempju l-volumi, il-prezz tal-gass, il-punti tal-konsenja u l-ħin, fi ħdan il-limiti tal-liġi tal-Unjoni. Madankollu, l-impriżi tal-gass naturali li jipparteċipaw f’konsorzju għax-xiri tal-gass jenħtieġ li jiżguraw li l-informazzjoni skambjata direttament jew indirettament tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv segwit, f’konformità mal-Artikolu 101 tat-TFUE. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-governanza f’dan ir-Regolament se jiżguraw li l-kuntratti tal-konsorzju għax-xiri ma jipperikolawx is-sigurtà tal-provvista jew ixekklu s-solidarjetà enerġetika, b’mod partikolari fejn l-Istati Membri jkunu involuti direttament jew indirettament fil-proċess tax-xiri.

(27)Filwaqt li jista’ jiġi ffurmat aktar minn konsorzju wieħed għax-xiri tal-gass, l-aktar għażla effettiva tkun li jiġi ffurmat konsorzju uniku għax-xiri tal-gass li jinkludi kemm jista’ jkun kumpaniji biex jaggregaw id-domanda permezz tal-fornitur tas-servizzi u mfassal b’mod li jkun kompatibbli mad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE. Barra minn hekk, jekk jingħaqdu l-forzi f’konsorzju uniku għax-xiri tal-gass l-Unjoni jkollha aktar saħħa ta’ negozjar fis-suq u tkun tista’ tikseb kundizzjonijiet vantaġġużi li bilkemm ikunu jistgħu jinkisbu minn impriżi iżgħar tal-Unjoni jew fil-każ ta’ aġir b’mod aktar frammentat.

(28)L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ konsorzji għax-xiri tal-gass skont dan ir-Regolament għandhom isiru f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, kif applikabbli fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali tas-suq. Il-Kummissjoni indikat li tinsab lesta li takkumpanja lill-kumpaniji fit-tfassil ta’ tali konsorzju għax-xiri tal-gass u li toħroġ deċiżjoni, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament 1/2003, dwar l-inapplikabbiltà tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE jekk jiġu inkorporati u rispettati s-salvagwardji rilevanti. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll ir-rieda tagħha li tipprovdi gwida informali jekk l-impriżi parteċipi fi kwalunkwe konsorzju ieħor jiffaċċjaw inċertezza fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ element wieħed jew aktar tal-arranġament tax-xiri konġunt tagħhom skont ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE 19 .

(30)F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-miżuri fir-rigward tal-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jilħqu l-objettiv tagħhom, peress li se jiġu implimentati fuq bażi volontarja, b’eċċezzjoni limitata biss fir-rigward tal-parteċipazzjoni obbligatorja fl-aggregazzjoni tad-domanda għall-iskop li jimtlew il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass, u l-impriżi privati se jibqgħu partijiet għall-kuntratti għall-provvista tal-gass stabbiliti skont ix-xiri konġunt.

(31)Sabiex tiġi ottimizzata l-kapaċità ta’ assorbiment tal-LNG tat-terminals tal-LNG tal-UE u l-użu tal-faċilitajiet tal-ħżin, huma meħtieġa arranġamenti ta’ trasparenza mtejba u suq organizzat li jiffaċilita l-kummerċ sekondarju fil-kapaċitajiet tal-ħżin tal-gass u l-kapaċitajiet tal-faċilitajiet tal-LNG, simili għal dawk li jeżistu għat-trasport tal-gass permezz ta’ pipelines. Dan huwa partikolarment importanti fiż-żminijiet ta’ emerġenza u l-bidliet fil-flussi tal-gass minn gass mill-pipeline mill-Federazzjoni Russa għal LNG. Il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi rivedut ir-Regolament dwar il-Gass tal-Pakkett ta’ Dekarbonizzazzjoni tas-Swieq tal-Idroġenu u tal-Gass 20 fiha dispożizzjonijiet għal dan l-għan fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 31. L-antiċipar ta’ dawn id-dispożizzjonijiet bħala parti mir-rispons għall-kriżijiet huwa kruċjali biex jintużaw it-terminals tal-LNG u l-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass bit-trasparenza meħtieġa u b’mod aktar effiċjenti.

(32)Fir-rigward ta’ prenotazzjonijiet fit-tul tal-kapaċitajiet ta’ trasportazzjoni tal-gass, ir-regoli eżistenti dwar il-ġestjoni tal-konġestjoni jipprevedu proċeduri ta’ “tużah jew titilfu”. Madankollu, dawn il-proċeduri jimxu bil-mod (jieħdu mill-inqas sitt xhur qabel ma jkollhom effett) u jeħtieġu proċeduri amministrattivi ibsin tal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali. Għalhekk dawn ir-regoli jenħtieġ li jissaħħu u jiġu ssimplifikati sabiex l-operaturi tas-sistema tal-gass jingħataw għodod biex jirreaġixxu malajr għall-bidliet fil-flussi tal-gass u biex jindirizzaw konġestjonijiet possibbli. B’mod partikolari, ir-regoli l-ġodda jistgħu jaċċelleraw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ kapaċitajiet fit-tul mhux użati li altrimenti jibqgħu mhux utilizzati, u b’hekk l-użu ta’ pipelines isir aktar effiċjenti.

(33)L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jenħtieġ li janalizzaw l-informazzjoni disponibbli dwar l-użu tan-network ta’ trażmissjoni mill-utenti tan-network u jenħtieġ li jiddeterminaw jekk hemmx nuqqas ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità kostanti kkuntrattata. Tali nuqqas ta’ utilizzazzjoni jista’ jiġi definit bħala s-sitwazzjoni fejn utent tan-network uża jew offra fis-suq inqas minn medja ta’ 80 % tal-kapaċità kostanti riżervata fl-aħħar 30 jum. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ utilizzazzjoni, l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jenħtieġ li jippubblika l-kapaċità disponibbli għall-irkant ta’ kull xahar li jmiss u sussegwentement jirkantaha.

(34)L-invażjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa wasslet għal inċertezzi u tfixkil kbar fis-swieq Ewropej tal-gass naturali. B’riżultat ta’ dan, għal dawn l-aħħar xhur dawn is-swieq sarrfu l-inċertezza dwar il-provvista, u l-aspettattiva tas-suq li tirriżulta fi prezzijiet estremament għoljin u volatili tal-gass natural. Dan imbagħad poġġa pressjoni addizzjonali fuq il-parteċipanti tas-suq u dgħajjef il-funzjonament bla xkiel tas-swieq tal-enerġija tal-Unjoni.

(35)Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 tistabbilixxi regoli biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq taċ-ċentri tan-negozjar, li fihom jiġu nnegozjati wkoll derivattivi ta’ komoditajiet relatati mal-enerġija. Id-Direttiva tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat ikollu fis-seħħ mekkaniżmi li jiggarantixxu funzjonament ġust u ordnat tas-swieq finanzjarji. Madankollu, tali mekkaniżmi mhumiex maħsuba biex jistabbilixxu limitu fuq l-evoluzzjoni tal-prezzijiet fl-istess jum u naqsu milli jipprevjenu l-episodji ta’ volatilità eċċezzjonali osservati fis-swieq tad-derivattivi tal-gass u tal-elettriku. 

(36)Minħabba d-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-parteċipanti fis-suq fiċ-ċentri tan-negozjar li fihom jiġu li fihom jiġu nnegozjati d-derivattivi ta’ komoditajiet relatati mal-enerġija, u l-urġenza li jiġi żgurat li s-swieq tad-derivattivi tal-enerġija jkomplu jissodisfaw ir-rwol tagħhom li jipprovdu għall-ħtiġijiet ta’ ħħeġġjar tal-ekonomija reali, jixraq li jkun meħtieġ li ċ-ċentri tan-negozjar li fihom jiġu nnegozjati d-derivattivi ta’ komoditajiet relatati mal-enerġija jistabbilixxu mekkaniżmi temporanji ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum biex jiġu perċepiti l-movimenti eċċessivi tal-prezzijiet b’mod aktar effiċjenti. Sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmu japplika għall-aktar kuntratti likwidi, u sabiex jiġi evitat tfixkil mhux intenzjonat fis-swieq għad-derivattivi inqas likwidi, il-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum jenħtieġ li japplika biss għal derivattivi relatati mal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”).

(37)Iċ-ċentri tan-negozjar li joffru derivattivi ta’ komoditajiet relatati mal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”) ta’ spiss jaċċettaw il-parteċipazzjoni ta’ diversi ditti tal-enerġija mill-Istati Membri kollha. Tali ditti tal-enerġija jiddependu ħafna fuq derivattivi nnegozjati fuq tali ċentri tan-negozjar biex jiżguraw provvisti kruċjali ta’ gass u elettriku fl-Unjoni kollha. Għalhekk, il-movimenti eċċessivi tal-prezzijiet li jseħħu fiċ-ċentri tan-negozjar tal-komoditajiet jaffettwaw it-tħaddim tad-ditti tal-enerġija fl-Unjoni kollha, u fl-aħħar mill-aħħar jaffettwaw ukoll b’mod negattiv il-konsumaturi finali. Għalhekk, fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li ssir koordinazzjoni tal-implimentazzjoni u tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum, biex jiġi żgurat li l-operaturi essenzjali għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Istati Membri kollha jibbenefikaw minn salvagwardji kontra movimenti kbar fil-prezzijiet li huma ta’ detriment għat-tħaddim kontinwu tan-negozju tagħhom, li jkun ukoll ta’ detriment għall-konsumaturi finali.

(38)Il-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum jenħtieġ li jiżgura li jiġu evitati movimenti eċċessivi fil-prezzijiet f’jum ta’ negozjar. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu jkun ibbażat fuq il-prezz tas-suq osservat f’intervalli regolari. Minħabba d-diversità wiesgħa tal-istrumenti fis-swieq tad-derivattivi tal-enerġija u l-pekuljaritajiet taċ-ċentri tan-negozjar assoċjati ma’ tali strumenti, il-mekkaniżmi ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet ta’ dawk l-istrumenti u s-swieq. Għalhekk, iċ-ċentri tan-negozjar jenħtieġ li jistabbilixxu limiti tal-prezzijiet filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull derivattiv ta’ komoditajiet relatat mal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”), il-profil ta’ likwidità tas-suq għal tali derivattiv u l-profil ta’ volatilità tiegħu.

(39)Il-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum jenħtieġ li jikkumplementa kull interruttur taċ-ċirkwit statiku jew dinamiku li ċ-ċentri tan-negozjar ikunu diġà stabbilew f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(40)Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza dwar il-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum li jimplimentaw, jenħtieġ li ċ-ċentri tan-negozjar jippubblikaw deskrizzjoni tal-karatteristiċi ġenerali tiegħu. Madankollu, biex jiġi ssalvagwardjat negozjar ġust u ordnat, jenħtieġ li ċ-ċentri tan-negozjar ma jkunux meħtieġa jippubblikaw il-parametri tekniċi kollha tal-mekkaniżmu li stabbilew.

(41)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum, u sabiex jiġi żgurat it-tħaddim bla xkiel taċ-ċentri tan-negozjar li joffru negozjar f’derivattivi ta’ komoditajiet relatati mal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”), jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum, inkluż biex tispeċifika l-frekwenza li biha jiġġeddu l-limiti tal-prezzijiet, jew il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk in-negozjar jiċċaqlaq lil hinn minn dawk il-limiti tal-prezzijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tqis l-ispeċifiċitajiet ta’ kull derivattiv ta’ komoditajiet relatat mal-enerġija, il-profil ta’ likwidità tas-suq għal tali derivattiv u l-profil ta’ volatilità tiegħu.

(42)Sabiex iċ-ċentri tan-negozjar jingħataw biżżejjed żmien biex jimplimentaw b’mod robust il-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum kif speċifikat f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li ċ-ċentri tan-negozjar ikollhom sal-31 ta’ Jannar 2023 biex jistabbilixxu l-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum. Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċentri tan-negozjar ikunu kapaċi jittrattaw movimenti eċċessivi fil-prezzijiet malajr anki qabel ma jiġi stabbilit dak il-mekkaniżmu, jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ mekkaniżmu preliminari li jista’ jilħaq b’mod wiesa’ l-istess objettiv bħall-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum.

(43)L-obbligi u r-restrizzjonijiet imposti fuq iċ-ċentri tan-negozjar u fuq in-negozjanti b’din il-miżura ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex il-kumpaniji tal-enerġija jkunu jistgħu jkomplu jipparteċipaw fis-swieq tal-gass u tal-elettriku u jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom tal-iħħeġġjar, u b’hekk jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għall-konsumaturi finali.

(44)Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni effiċjenti tal-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jissorveljaw l-implimentazzjoni tiegħu miċ-ċentri tan-negozjar, u jirrapportaw regolarment lill-Aġenzija Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) dwar tali implimentazzjoni. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti tal-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw ukoll li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu miċ-ċentri tan-negozjar ikunu debitament ġustifikati.

(45)Sabiex jiġu indirizzati d-diverġenzi potenzjali fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum bejn l-Istati Membri, u abbażi tar-rapporti sottomessi mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-ESMA tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u tiddokumenta kwalunkwe diverġenza osservata fil-mod kif il-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum jiġi implimentat miċ-ċentri tan-negozjar bejn il-ġurisdizzjonijiet fl-Unjoni.

(46)Minħabba t-tnaqqis bla preċedent tal-provvista tal-gass naturali mill-Federazzjoni Russa u r-riskju persistenti ta’ aktar interruzzjonijiet f’daqqa fil-provvista, l-Unjoni qed tiffaċċja l-ħtieġa urġenti li tiddiversifika l-provvisti tagħha tal-gass. Madankollu, is-suq tal-LNG għall-Ewropa għadu qed ifeġġ u huwa diffiċli li tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-prezzijiet li jipprevalu f’dan is-suq. Sabiex tinkiseb valutazzjoni preċiża, oġġettiva u affidabbli tal-prezz għall-konsenji tal-LNG fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”) tiġbor id-data kollha tas-suq tal-LNG li hija meħtieġa biex tiġi stabbilita valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum.

(47)Din il-valutazzjoni tal-prezz jenħtieġ li ssir abbażi tat-tranżazzjonijiet kollha relatati mal-konsenji tal-LNG fl-Unjoni. L-ACER jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tiġbor din id-data tas-suq mill-parteċipanti kollha attivi fil-konsenji tal-LNG fl-Unjoni. Dawn il-parteċipanti kollha jenħtieġ li jkunu obbligati jirrapportaw id-data kollha tagħhom tas-suq tal-LNG lill-ACER qrib il-ħin reali kemm jista’ jkun teknoloġikament possibbli jew wara l-konklużjoni ta’ tranżazzjoni jew wara talba jew offerta biex jidħlu fi tranżazzjoni. Il-valutazzjoni tal-prezzijiet tal-ACER jenħtieġ li tinkludi l-aktar sett ta’ data komplut inklużi l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet u, mill-1 ta’ Marzu 2023, il-prezzijiet tat-talbiet u tal-offerti għall-konsenji tal-LNG lejn l-Unjoni. Il-pubblikazzjoni ta’ kuljum ta’ din il-valutazzjoni oġġettiva tal-prezzijiet, u tal-firxa stabbilita bi tqabbil ma’ prezzijiet ta’ referenza oħra fis-suq fil-forma ta’ parametru referenzjarju tal-LNG, twitti t-triq għall-adozzjoni volontarja tagħha mill-parteċipanti fis-suq bħala prezz ta’ referenza fil-kuntratti u t-tranżazzjonijiet tagħhom. Ladarba jiġu stabbiliti, il-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG u l-parametru referenzjarju tal-LNG jistgħu wkoll isiru rata ta’ referenza għall-kuntratti tad-derivattivi użati għall-iħħeġġjar tal-prezz tal-LNG jew id-differenza fil-prezz bejn il-prezz tal-LNG u prezzijiet oħra tal-gass. Fid-dawl tal-urġenza tal-miżura, l-ewwel pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG jenħtieġ li ssir mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(48)Is-setgħat attwali mogħtija lill-ACER permezz tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 li jimplimenta l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 (aktar ’il quddiem flimkien imsejħa “REMIT”) mhumiex biżżejjed biex jinħoloq sett ta’ data komplut u komprensiv tal-konsenji kollha tal-LNG fl-Unjoni. Madankollu, sett ta’ data komprensiv u komplut bħal dan għall-valutazzjoni tal-prezz ta’ kuljum huwa meħtieġ biex l-Unjoni tiġġestixxi, fi spirtu ta’ solidarjetà, il-politiki tal-akkwist tagħha għall-importazzjonijiet internazzjonali tal-LNG, b’mod partikolari matul is-sitwazzjoni ta’ kriżi li għaddejja. Id-data u l-informazzjoni rilevanti dwar il-kuntratti tal-LNG huma meħtieġa wkoll biex jiġi żgurat il-monitoraġġ tal-iżviluppi tal-prezzijiet kif ukoll biex jitwettqu l-kontroll tal-kwalità tad-data u l-assigurazzjoni tal-kwalità. Dan l-istrument ad hoc għandu jippermetti lill-ACER tiġbor id-data kollha tas-suq li hija meħtieġa biex tiġi stabbilita valutazzjoni komprensiva u rappreżentattiva tal-prezz tal-konsenji tal-LNG lejn l-Unjoni.

(49)Għalkemm l-istabbiliment ta’ valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum u parametru referenzjarju tal-LNG fuq bażi permanenti għandu, fi stadju aktar tard, jiġi inkluż f’reviżjoni aktar komprensiva tal-qafas ġuridiku tar-REMIT, is-sitwazzjoni ta’ kriżi li għaddejja bħalissa tirrikjedi azzjoni urġenti issa biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni immedjata ta’ diffikultajiet serji fil-provvista u l-ipprezzar preċiż tal-konsenji tal-LNG lejn l-Unjoni fuq bażi temporanja sakemm tali reviżjoni tal-qafas ġuridiku tar-REMIT tkun tista’ tiġi adottata f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

(50)Sabiex tiżdied minnufih it-trasparenza tal-prezzijiet u s-sigurtà tal-ippjanar fis-suq tal-importazzjoni tal-LNG, jenħtieġ li jiġi speċifikat li s-sett ta’ data rilevanti jenħtieġ li jinkludi kemm informazzjoni dwar il-prezz u l-kwantità ta’ tranżazzjonijiet tal-LNG kompluti, il-prezzijiet u l-kwantitajiet tat-talbiet u tal-offerti relatati mal-konsenji tal-LNG fl-Unjoni, kif ukoll il-formula tal-prezz fil-kuntratt fit-tul li minnu jiġi derivat il-prezz, jekk rilevanti.

(51)Il-parteċipant kollha fis-suq soġġetti għal obbligu ta’ rappurtar jenħtieġ li jiġu definiti bħala dawk involuti jew fix-xiri jew fil-bejgħ ta’ merkanziji ta’ LNG destinati għall-konsenja fl-Unjoni. Dawn il-parteċipanti fis-suq tal-LNG jenħtieġ li jiġu soġġetti għall-obbligi u l-projbizzjonijiet li japplikaw għall-parteċipanti fis-suq f’konformità mar-REMIT.

(52)L-ACER, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jenħtieġ li jkollha mandat wiesa’ biex tispeċifika l-kwalità u s-sustanza tad-data tas-suq li tiġbor biex tiġi stabbilita valutazzjoni tal-prezz ta’ kuljum għall-konsenji tal-LNG fl-Unjoni. Jenħtieġ ukoll li tgawdi minn diskrezzjoni wiesgħa fl-għażla tal-protokoll ippreferut tagħha ta’ trażmissjoni. Sabiex tinkiseb l-ogħla kwalità possibbli fid-data tas-suq li għandha tiġi rrapportata, jenħtieġ li l-ACER tingħata s-setgħa li tispeċifika l-parametri kollha tad-data tas-suq li jenħtieġ li tiġi rrapportata lilha. Tali parametri jenħtieġ li jinkludu, mingħajr ma jkunu limitati għalihom, l-unitajiet ta’ referenza li fihom tiġi rrapportata d-data dwar il-prezzijiet, l-unitajiet ta’ referenza li fihom tiġi rrapportata d-data dwar il-kwantità, il-perjodi ta’ maturità bil-quddiem tat-talba ta’ tranżazzjoni jew ta’ qabel it-tranżazzjoni u d-data tal-offerta, kif ukoll il-protokolli ta’ trażmissjoni li għandhom jintużaw biex tintbagħat id-data meħtieġa lill-ACER.

(53)L-ACER jenħtieġ li tistabbilixxi wkoll il-metodoloġija li tuża biex tipprovdi valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum u parametru referenzjarju tal-LNG, kif ukoll il-proċess għal rieżami regolari ta’ din il-metodoloġija.

(54)Il-valutazzjoni tal-prezz ippubblikata skont dan ir-Regolament għandha tipprovdi aktar trasparenza lill-Istati Membri u lil parteċipanti oħra fis-suq dwar il-prezz prevalenti tal-importazzjonijiet tal-LNG lejn l-Ewropa. Aktar trasparenza fil-prezzijiet għandha min-naħa tagħha tippermetti lill-Istati Membri u lill-entitajiet privati domiċiljati fl-Unjoni jaġixxu b’mod aktar infurmat u kkoordinat meta jixtru l-LNG fis-swieq globali u b’mod partikolari,, meta jużaw il-fornitur tas-servizzi. Aktar koordinazzjoni fix-xiri tal-LNG għandha tippermetti lill-Istati Membri jevitaw li jagħmlu offerti għoljin wisq għal xulxin jew li joffru prezzijiet li ma jkunux konformi mal-prezz prevalenti tas-suq. Għalhekk, il-valutazzjonijiet tal-prezzijiet u l-firxiet tal-parametri referenzjarji ppubblikati skont dan ir-Regolament huma kruċjali biex tinħoloq aktar solidarjetà bejn l-Istati Membri fl-akkwist ta’ provvisti limitati tal-LNG.

(55)L-obbligu tal-operaturi tas-suq li jipprovdu lill-ACER informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tal-LNG huwa meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħaq l-objettiv li l-ACER tkun tista’ tistabbilixxi parametru referenzjarju tal-LNG, b’mod partikolari peress li huwa allinjat mal-obbligi eżistenti tal-operaturi tas-suq skont ir-REMIT u l-ACER se żżomm l-informazzjoni kummerċjali sensittiva kunfidenzjali.

(56)It-Title Transfer Facility (TTF) hija post virtwali tal-ipprezzar fin-Netherlands, li minħabba l-likwidità għolja tagħha spiss isservi bħala indikatur tal-ipprezzar għas-suq Ewropew tal-gass, u għandha impatt fuq il-kuntratti u l-operazzjonijiet ta’ ħħeġġjar fl-UE kollha. Taħt kundizzjonijiet speċifiċi, wara li jkunu ġew implimentati l-miżuri l-oħra dwar il-prezzijiet tal-gass, jista’ jkun meħtieġ intervent ta’ emerġenza mmirat fil-prezzijiet spot tat-TTF. Fuq proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill jenħtieġ li jadotta miżura ta’ deċiżjoni biex jiġi stabbilit mekkaniżmu dinamiku ta’ korrezzjoni tas-suq għat-tranżazzjonijiet tal-gass naturali fis-suq spot tat-TTF. Il-prezz massimu li għandu jiġi stabbilit irid jiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni u l-flussi intra-UE tal-gass naturali, u jqis l-impatt tal-prezzijiet tal-gass fuq il-prezzijiet tal-elettriku. Sabiex ma jiġux affettwati l-flussi intra-UE li jenħtieġ li jkomplu jippermettu li l-gass naturali jmur fejn huwa l-aktar meħtieġ, hubs oħra tal-Unjoni għan-negozjar tal-gass jistgħu jkunu marbuta mal-prezz spot tat-TTF permezz ta’ kuritur dinamiku tal-prezzijiet. Meta tittieħed deċiżjoni dwar proposti għall-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq għall-hubs għan-negozjar tal-gass fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati għażliet alternattivi, bħal pereżempju interventi regolatorji fil-mekkaniżmu tal-iffissar tal-prezzijiet użat fil-kuntratti tax-xiri tal-gass.

(57)L-Unjoni hija suq attraenti għall-provvisti internazzjonali tal-gass u titqies bħala sieħeb affidabbli fin-negozjar tal-enerġija. Qabel ma jiġi implimentat kwalunkwe intervent tas-suq li jaffettwa l-importazzjonijiet, jenħtieġ li l-azzjoni tiffoka fuq l-involviment mas-sħab internazzjonali u fuq approċċi nnegozjati biex jiġu limitati r-riskji possibbli.

(58)Filwaqt li tiffaċċja l-possibbiltà ta’ interruzzjonijiet kbar tal-gass u ta’ skarsezzi kbar fil-provvista, jenħtieġ li l-Unjoni tkun lesta tapplika b’mod rapidu mekkaniżmi ta’ solidarjetà differenti sabiex ittaffi s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. F’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista’ jiddeċiedi dwar mekkaniżmu effiċjenti ta’ allokazzjoni tal-gass, inklużi regoli dwar l-ipprezzar, disponibbli għall-Istati Membri f’każ ta’ emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni.

(59)Ir-Regolament (UE) 2017/1938 diġà jipprovdi l-possibbiltà li l-Istati Membri, matul emerġenza, jagħtu prijorità lill-provvista tal-gass lil ċerti impjanti kritiċi tal-enerġija li jaħdmu bil-gass, minħabba l-importanza tagħhom li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u jevitaw l-iżbilanċi fil-grilja. L-impjanti kritiċi tal-enerġija li jaħdmu bil-gass u l-volumi ta’ gass assoċjati jista’ jkollhom impatt importanti fuq il-volumi ta’ gass disponibbli għas-solidarjetà f’emerġenza. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li temporanjament l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu miżuri ta’ solidarjetà ta’ emerġenza meta ma jkunux jistgħu jiżguraw dawk il-volumi kritiċi ta’ gass meħtieġa biex jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku f’impjanti kritiċi li jaħdmu bil-gass. Għall-istess raġuni, l-Istati Membri li jipprovdu solidarjetà jenħtieġ li jkunu wkoll intitolati li jiżguraw li t-tħaddim tal-impjanti kritiċi tagħhom li jaħdmu bil-gass ma jiġix ipperikolat meta tiġi pprovduta solidarjetà lil Stat Membru ieħor.

(60)Il-volumi tal-gass meħtieġa għall-impjanti tal-enerġija identifikati mill-Istati Membri bħala kritiċi għall-adegwatezza Ewropea tas-sistema tal-enerġija biss jenħtieġ li jitħallew jintalbu meta jiġi attivat il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà. Jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu massimu tal-volumi kritiċi tal-gass meħtieġa f’kull Stat Membru biex tiġi ppreservata s-sigurtà tal-provvista. Il-metodoloġija użata fil-Prospettiva tax-Xitwa tal-ENTSO-E tipprovdi bażi għall-istabbiliment ta’ tali limiti. F’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jaqbżu l-limitu massimu stabbilit f’dan ir-Regolament. 

(61)Ir-restrizzjonijiet imposti fuq l-operaturi tas-suq b’din il-miżura huma meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass matul sitwazzjoni ta’ provvista mnaqqsa tal-gass u żieda fid-domanda matul l-istaġun tax-xitwa. Dawn huma bbażati fuq miżuri eżistenti stabbiliti rispettivament fir-Regolamenti (UE) 2022/1369 u (UE) 2017/1938, u għandhom l-għan li dawk il-miżuri jsiru aktar effettivi fiċ-ċirkostanzi attwali.

(62)Ċerti klijenti, li jinkludu unitajiet domestiċi u klijenti li jipprovdu servizzi soċjali essenzjali, huma partikolarment sensittivi għall-effetti negattivi tat-interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass. Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (UE) 2017/1938 jintroduċi mekkaniżmu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri biex jittaffew l-effetti ta’ emerġenza serja fl-Unjoni u jiġi żgurat li l-gass ikun jista’ jasal għand il-klijenti protetti mis-solidarjetà. Madankollu, f’ċerti każijiet, l-użu tal-gass mill-klijenti protetti wkoll jista’ jitqies bħala mhux essenzjali; it-tnaqqis ta’ dan it-tip ta’ użu li b’mod ċar imur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ ma jdgħajjifx l-objettivi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/1938, b’mod partikolari peress li l-gass nieqes ikkunsmat għal skopijiet mhux essenzjali jista’ jwassal għal ħsara kbira f’setturi privati jew kummerċjali oħra. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiffrankaw il-gass anki billi jnaqqsu l-konsum mhux essenzjali ta’ klijenti protetti f’ċirkostanzi speċifiċi. Madankollu, kwalunkwe miżura ta’ tnaqqis meħuda mill-Istati Membri jenħtieġ li tkun strettament limitata għall-konsum mhux essenzjali u bl-ebda mod ma għandha tnaqqas l-użu bażiku tal-klijenti protetti u lanqas tillimita l-kapaċità tagħhom li jsaħħnu djarhom b’mod adegwat.

(63)L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jenħtieġ li jkunu liberi li jiddeterminaw il-miżuri ta’ tnaqqis applikabbli u l-attivitajiet li jikkorrispondu għall-konsum mhux essenzjali, bħat-tisħin fuq barra, it-tisħin ta’ pixxini residenzjali u faċilitajiet residenzjali komplementari oħra. Bil-possibbiltà li jillimitaw il-konsum mhux essenzjali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jsaħħu s-salvagwardji u jiżguraw li l-gass ikun qed jiġi fornut lil setturi, servizzi u industriji essenzjali oħra, u b’hekk ikunu jistgħu jkomplu joperaw matul kriżi.

(64)Kwalunkwe miżura biex jitnaqqas il-konsum mhux essenzjali tal-klijenti protetti jenħtieġ li tkun meħtieġa u proporzjonata, u tapplika b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi ddikjarata skont l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1938 jew ta’ allert tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/1369. Minkejja l-applikazzjoni ta’ miżuri għat-tnaqqis tal-konsum mhux essenzjali, il-klijenti protetti jenħtieġ li jkomplu jibbenefikaw mill-protezzjoni kontra l-iskonnessjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li tali miżuri ma jillimitawx il-protezzjoni meħtieġa għall-klijenti vulnerabbli li l-konsum attwali tagħhom jenħtieġ li jitqies bħala essenzjali.

(65)Fil-każ ta’ emerġenza, l-Istati Membri, kif ukoll l-Unjoni, jenħtieġ li jiżguraw li l-flussi tal-gass jibqgħu għaddejjin fis-suq intern. Dan ifisser li l-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali jenħtieġ li ma jwasslux għal kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-provvista fi Stat Membru ieħor filwaqt li l-aċċess għall-infrastruttura transfruntiera jenħtieġ li jibqa’ sikur u teknikament possibbli fi kwalunkwe ħin. Il-qafas leġiżlattiv attwali ma jipprevedix proċess li jista’ jsolvi b’mod effettiv il-kunflitti bejn żewġ Stati Membri dwar miżuri li jaffettwaw b’mod negattiv il-flussi transfruntieri. Peress li l-grilji tal-gass u tal-elettriku tal-UE huma interkonnessi, dan mhux biss jista’ jwassal għal problemi serji ta’ sigurtà tal-provvista, iżda wkoll idgħajjef l-unità tal-Unjoni vis-à-vis il-pajjiżi terzi. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda u tarbitra, fejn meħtieġ, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ titlob li jiġu mmodifikat f’każ li tosserva theddid għas-sigurtà tal-provvista tal-gass ta’ Stati Membri oħra jew tal-Unjoni. Minħabba n-natura eċċezzjonali tal-kriżi attwali tal-enerġija, il-konformità mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jenħtieġ li ssir mingħajr dewmien li potenzjalment jista’ jfixkel il-provvista tal-gass tal-Unjoni. Għalhekk, għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-proċeduri ta’ rikonċiljazzjoni jiġu sospiżi sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern.

(66)Il-prinċipju tas-solidarjetà enerġetika huwa prinċipju ġenerali skont id-dritt tal-Unjoni 22 u japplika għall-Istati Membri kollha, u mhux biss għall-Istati Membri ġirien. Barra minn hekk, l-użu effiċjenti tal-infrastruttura eżistenti, inkluż il-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni transfruntiera u l-faċilitajiet tal-LNG, huwa importanti għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fi spirtu ta’ solidarjetà. Fi żminijiet ta’ interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass fil-livell nazzjonali, reġjonali jew tal-Unjoni, u bidla sinifikanti mill-gass mill-pipeline għal-LNG, jenħtieġ li l-Istati Membri mhux biss ikunu jistgħu jibbenefikaw minn possibbiltajiet ta’ provvista minn pipelines ġirien, iżda wkoll minn provvisti minn pajjiżi li jkollhom faċilità tal-LNG. Xi Stati Membri jenħtieġ li jkunu f’pożizzjoni li jipprovdu solidarjetà lil Stati Membri oħra, anki jekk ma jkunux konnessi direttament permezz ta’ pipeline tal-gass u lanqas permezz ta’ pajjiż terz jew Stati Membri oħra. Għalhekk jixraq li jiġi estiż l-obbligu li tiġi pprovduta solidarjetà lill-Istati Membri mhux konnessi b’faċilitajiet tal-LNG.

(67)Bl-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-solidarjetà enerġetika, ir-Regolament (UE) 2017/1938 introduċa mekkaniżmu ta’ solidarjetà maħsub biex isaħħaħ il-kooperazzjoni u l-fiduċja bejn l-Istati Membri f’każ ta’ kriżi serja. Meta jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà, l-Istati Membri jridu jaqblu fuq għadd ta’ kwistjonijiet tekniċi, ġuridiċi u finanzjarji fl-arranġamenti bilaterali tagħhom, skont l-Artikolu 13(10) tal-istess Regolament.

(68)Madankollu, minkejja obbligu legali li jiġu konklużi arranġamenti bilaterali ta’ solidarjetà sal-1 ta’ Diċembru 2018, ftit biss minn dawn l-arranġamenti ġew iffinalizzati, u dan poġġa f’riskju l-implimentazzjoni tal-obbligu legali li jiġi pprovdut appoġġ ta’ solidarjetà f’emerġenza. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu minn Diċembru 2020 kienet tinkludi l-ewwel mudell ta’ ftehim ta’ solidarjetà 23 . Madankollu, peress li dan il-mudell ġie żviluppat qabel l-aggressjoni mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali ta’ skarsezza estrema tal-gass u prezzijiet esplożivi u l-ħtieġa urġenti li diġà jkun hemm regoli prestabbiliti temporanji fis-seħħ għax-xitwa li ġejja, jixraq li jinħoloq qafas temporanju ta’ regoli prestabbiliti għall-forniment tal-miżuri ta’ solidarjetà meħtieġa skont l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1938 li huma effettivi u implimentabbli malajr, ma jiddependux minn negozjati bilaterali twal u huma adattati għas-sitwazzjoni attwali ta’ prezzijiet eċċessivi u volatili ħafna tal-gass.

(69)Fil-prinċipju, jenħtieġ li s-solidarjetà tiġi pprovduta abbażi ta’ kumpens ġust imħallas direttament mill-Istat Membru rikjedenti jew mill-entitajiet delegati tiegħu. Il-kumpens jenħtieġ li jkopri l-prezz tal-gass, kwalunkwe kost reali/potenzjali tal-ħżin, it-trasport transfruntier u l-kostijiet assoċjati. Il-kumpens jenħtieġ li jkun ġust, kemm għall-Istati Membri rikjedenti kif ukoll għall-Istati Membri fornituri.

(70)Il-kriżi attwali twassal għal livelli tal-prezzijiet u żidiet qawwija regolari tal-prezzijiet li huma ferm lil hinn mis-sitwazzjoni ta’ kriżi possibbli tal-provvista fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista. Għalhekk, il-volatilità tal-prezzijiet li bħalissa tikkaratterizza s-suq tal-gass bħala riżultat tal-kriżi tal-gass eżistenti jenħtieġ li tiġi kkunsidrata meta jiġi ddeterminat l-ammont ta’ kumpens għall-Istati Membri li jipprovdu solidarjetà. Abbażi tas-solidarjetà, u sabiex jiġi evitat l-ipprezzar f’ċirkostanzi estremi tas-suq, ikun problematiku li jittieħed il-prezz tas-suq li jvarja bħala l-bażi għall-prezz prestabbilit tal-miżura ta’ solidarjetà. Il-prezz tal-gass jenħtieġ li jirrifletti l-prezz medju tas-suq tal-Istat Membru li qed jipprovdi s-solidarjetà matul perjodu speċifiku. Jekk jittieħed il-prezz medju tas-suq tal-perjodu ta’ 30 jum qabel it-talba, il-kumpens jibqa’ bbażat fuq il-“prezz tas-suq”, kif stipulat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/177 tat-2 ta’ Frar 2018. Il-prezz medju tas-suq huwa aktar indipendenti mill-volatilità u l-prezzijiet spot għoljin ħafna matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u b’hekk, jillimita kwalunkwe inċentiv pervers. L-użu tal-prezzijiet tas-suq spot tal-kriżi għoljin ħafna bħala bażi għall-kumpens idgħajjef id-dimensjoni tas-solidarjetà. L-Istati Membri fornituri xorta jirċievu kumpens ġust peress li l-akbar parti tal-gass joriġina minn kuntratti u ħżin fit-tul, mixtri bi prezzijiet inqas għoljin mill-prezzijiet tas-suq spot tal-kriżi.

(71)Kif enfasizzat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/177 tat-2 ta’ Frar 2018, il-kost tad-danni għall-industrija ristretta jista’ biss jiġi kopert minn kumpens jekk ma jkunx rifless fil-prezz tal-gass li l-Istat Membru li jitlob is-solidarjetà jkollu iħallas; l-Istat Membru li jkun talab solidarjetà jenħtieġ li ma jħallasx kumpens għall-istess kostijiet darbtejn. B’kont meħud taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fejn il-prezzijiet tal-gass laħqu livelli mingħajr preċedent, Stat Membru li jirċievi solidarjetà jenħtieġ li ma jkunx awtomatikament obbligat li jkopri kostijiet oħra, bħad-danni jew il-kostijiet tal-proċedimenti ġudizzjarji, li jseħħu fl-Istat Membru fornitur.

(72)Madankollu, l-Istati Membri jżommu l-possibbiltà li jaqblu bilateralment dwar kumpens addizzjonali, li jkopri kostijiet oħra, bħall-kostijiet imġarrba minn obbligu li jitħallas kumpens fl-Istat Membru fornitur, inklużi d-danni lill-industrija ristretta. It-tali kostijiet jistgħu jiġu inklużi fil-kumpens jekk il-qafas ġuridiku nazzjonali jipprevedi l-obbligu li jitħallsu d-danni lill-industrija ristretta, inkluż il-kumpens għad-dannu ekonomiku, minbarra l-prezz tal-gass.

(73)Bħala miżura li tintuża bħala l-aħħar alternattiva, is-solidarjetà tista’ tibda topera biss minn Stat Membru rikjedenti meta s-suq jonqos milli joffri l-volumi ta’ gass meħtieġa, inklużi dawk offruti volontarjament minn klijenti mhux protetti, biex jissodisfa d-domanda mill-klijenti protetti mis-solidarjetà. Barra minn hekk, il-miżuri fil-pjan ta’ emerġenza tal-Istat Membru rikjedenti, inkluża r-restrizzjoni furzata għal-livell tal-klijenti protetti mis-solidarjetà, jeħtieġ li jkunu ġew eżawriti.

(74)In-natura urġenti u l-konsegwenzi ta’ attivazzjoni potenzjali tal-mekkaniżmu ta’ solidarjetà jenħtieġ li jinvolvu l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri involuti, il-Kummissjoni u l-maniġers ta’ kriżi kompetenti kif maħtura mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 10(1)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1938. Għalhekk, jenħtieġ li t-talba tiġi kkomunikata lill-partijiet kollha fi żmien debitu u jkun fiha sett minimu ta’ elementi li jippermettu lill-Istati Membri fornituri jirrispondu mingħajr dewmien. Ir-rispons tal-Istati Membri fornituri jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar l-ammont ta’ gass li jista’ jiġi kkonsenjat lill-Istat Membru rikjedenti, inklużi wkoll dawk il-volumi li jistgħu jinħelsu meta jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq. L-Istati Membri jistgħu jaqblu dwar arranġamenti tekniċi u ta’ koordinazzjoni addizzjonali biex jiffaċilitaw ir-rispons f’waqtu għal talba ta’ solidarjetà. Meta jipprovdu solidarjetà, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jenħtieġ li jiżguraw is-sikurezza u l-affidabbiltà operazzjonali tan-network.

(75)L-Istat Membru rikjedenti jenħtieġ li jkun jista’ jirċievi solidarjetà minn diversi Stati Membri. Il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà prestabbilit jenħtieġ li jkun fis-seħħ biss f’każ li l-Istat Membru fornitur ma jkun ikkonkluda l-ebda arranġament bilaterali mal-Istat Membru rikjedenti. Fil-każ ta’ ftehim bilaterali bejn l-Istat Membru rikjedenti u fornitur, jenħtieġ li dan l-arranġament jipprevali u japplika bejniethom.

(76)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ solidarjetà prestabbilit u, jekk jitqies meħtieġ, jenħtieġ li tkun tista’ tiffaċilita t-tqabbil tat-talbiet għal domanda ta’ solidarjetà. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprevedi pjattaforma interattiva, li jenħtieġ li sservi bħala mudell u tippermetti s-sottomissjoni kontinwa u f’ħin reali tat-talbiet għas-solidarjetà u l-akkoppjament tagħhom mal-volumi rispettivi disponibbli.

(77)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(78)Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jirrikjedi kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u kif stabbilit fl-Artikolu msemmi qabel, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I - SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-istabbiliment rapidu ta’ faċilità li tippermetti l-aggregazzjoni konġunta tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass minn impriżi stabbiliti fi ħdan l-Unjoni jew il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, kif ukoll pjattaforma ta’ prenotazzjoni u trasparenza għal-LNG u għall-ħażniet tal-gass, u regoli dwar il-ġestjoni tal-konġestjoni fin-networks tat-trażmissjoni tal-gass;

jintroduċi wkoll mekkaniżmi għall-protezzjoni taċ-ċittadini u tal-ekonomija kontra prezzijiet eċċessivament għoljin, permezz ta’ parametru referenzjarju ad hoc tal-prezz tal-LNG, li għandu jiġi żviluppat mill-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”), mekkaniżmu temporanju ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum għall-movimenti estremi tal-prezzijiet u l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq għall-iskambji tal-gass;

jistabbilixxi regoli għall-każ tad-dikjarazzjoni ta’ emerġenza tal-gass biex il-gass jitqassam b’mod ġust bejn il-fruntieri, biex jiġi ssalvagwardjat il-gass għall-aktar klijenti kritiċi u biex jiġi żgurat il-forniment ta’ miżuri ta’ solidarjetà transfruntiera.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“impriża tal-gass naturali” tfisser kwalunkwe persuna naturali fiżika jew ġuridika legali li twettaq għall-inqas waħda mill-funzjonijiet li ġejjin: produzzjoni, trażmissjoni, distribuzzjoni, provvista, xiri jew ħżin tal-gass naturali, inkluż l-LNG, li hija responsabbli għall-kompiti kummerċjali, tekniċi u/jew tal-manutenzjoni relatati ma’ dawk il-funzjonijiet, iżda ma għandhiex tinkludi l-klijenti finali;

(1)“faċilità tal-LNG” tfisser terminal li jintuża għal-likwefazzjoni tal-gass naturali jew l-importazzjoni, il-ħatt u l-gassifikazzjoni mill-ġdid tal-LNG, u li jinkludi servizzi anċillari u ħażna temporanja meħtieġa għall-proċess tal-gassifikazzjoni mill-ġdid u l-konsenja sussegwenti sas-sistema ta’ trażmissjoni, iżda ma jinkludi l-ebda parti mit-terminals tal-LNG użati għall-ħżin;

(2)“faċilità tal-ħżin tal-gass” tfisser faċilità użata għall-ħażna tal-gass naturali u proprjetà ta’ impriża tal-gass naturali u/jew operata minnha, inkluża l-parti tal-faċilitajiet tal-LNG użati għall-ħżin iżda eskluż il-porzjon użat għall-operazzjonijiet tal-produzzjoni, u esklużi l-faċilitajiet riżervati esklużivament għall-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;

(3)“fornitur tas-servizzi” tfisser impriża stabbilita fl-Unjoni u kkuntrattata mill-Kummissjoni permezz ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku skont ir-Regolament (UE) 2018/1046 biex torganizza x-xiri konġunt u twettaq il-kompiti elenkati fl-Artikolu 7;

(4)“għodda tal-IT għax-Xiri Konġunt” tfisser għodda tal-IT li permezz tagħha l-impriża kkuntrattata mill-Kummissjoni taġixxi bħala l-fornitur tas-servizzi billi taggrega d-domanda tal-impriżi tal-gass naturali u tal-impriżi li jikkonsmaw il-gass u tfittex offerti minn fornituri jew produtturi tal-gass naturali biex tlaħħaq mad-domanda aggregata msemmija;

(5)“ACER” tfisser l-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija kif stabbilita mir-Regolament (UE) 2019/942;

(6)“negozjar tal-LNG” tfisser talbiet, offerti jew tranżazzjonijiet għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ LNG:

(a)li jispeċifikaw il-konsenja fl-Unjoni, jew

(b)li jirriżultaw f’konsenja fl-Unjoni, jew

(c)fejn kontroparti waħda tiggassifika mill-ġdid l-LNG f’terminal fl-Unjoni;

(7)data tas-suq tal-LNG” tfisser rekords ta’ talbiet, offerti jew tranżazzjonijiet għan-negozjar tal-LNG b’informazzjoni korrispondenti kif speċifikat fl-Artikolu 21(1).

(8)“parteċipant fis-suq tal-LNG” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post ta’ inkorporazzjoni jew mid-domiċilju tal-persuna, li jipparteċipa fin-negozjar tal-LNG;

(9)“valutazzjoni tal-prezz tal-LNG” tfisser id-determinazzjoni ta’ prezz ta’ referenza ta’ kuljum għan-negozjar tal-LNG f’konformità ma’ metodoloġija li trid tiġi stabbilita mill-ACER;

(10)“parametru referenzjarju tal-LNG” għall-fini ta’ dan ir-Regolament tfisser id-determinazzjoni ta’ firxa bejn il-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum u l-prezz tas-saldu ta’ kuljum għall-kuntratt bl-eqreb skadenza (“front-month”) TTF Gas Futures li l-ICE tagħmel disponibbli għal kulħadd bħala rapport ta’ tmiem il-jum mingħajr ħlas fuq is-sit web tagħha;

(11)“ċentru tan-negozjar” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)“suq regolat” kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (21), tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b)“faċilità multilaterali ta’ negozjar” kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (22), tad-Direttiva 2014/65/UE;

(c)“faċilità organizzata tan-negozjar” kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (23), tad-Direttiva 2014/65/UE;

(12)“derivattiv ta’ komoditajiet relatat mal-enerġija bl-eqreb skadenza (‘front-month’)” tfisser derivattiv ta’ komoditajiet, kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (30), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 , innegozjat f’ċentru tan-negozjar u li l-bażi tiegħu huwa l-elettriku jew il-gass, u li d-data ta’ skadenza tiegħu hija l-eqreb fost id-derivattivi b’maturità ta’ xahar innegozjata f’ċentru tan-negozjar partikolari;

(13)“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (26), tad-Direttiva (UE) 2014/65/UE;

(14)“volum kritiku tal-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku” tfisser il-konsum massimu tal-gass meħtieġ fis-settur tal-enerġija biex tiġi żgurata l-adegwatezza fl-agħar xenarju possibbli simulat fil-valutazzjoni tal-adegwatezza tax-xitwa skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/941 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku.

(15)“klijent protett” tfisser klijent protett kif definita fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/1938;

(16)“klijent protett mis-solidarjetà” tfisser klijent protett mis-solidarjetà kif definita fil-punt 6 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/1938.

KAPITOLU II – Koordinazzjoni Aħjar tax-Xiri tal-Gass

Taqsima 1

Koordinazzjoni tax-xiri tal-gass fl-Unjoni

Artikolu 3

Trasparenza u skambju ta’ informazzjoni

(1)L-impriżi tal-gass naturali jew l-impriżi li jikkonsmaw il-gass stabbiliti fl-UE jew l-awtoritajiet jew l-entitajiet regolati tal-Istati Membri, li beħsiebhom jidħlu f’negozjati ma’ produtturi jew fornituri tal-gass naturali dwar ix-xiri, in-negozju jew il-provvista tal-gass ta’ volum ta’ aktar minn 5 TWh, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jikkonkludu kuntratt għall-provvista tal-gass jew memorandum ta’ qbil qabel ma jikkonkludu tali kuntratt jew memorandum ta’ qbil f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

(2)L-impriżi tal-gass naturali jew l-impriżi li jikkonsmaw il-gass stabbiliti fl-UE jew l-awtoritajiet jew l-entitajiet regolati tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mill-inqas sitt ġimgħat qabel ma jikkonkludu kuntratt legalment vinkolanti jew memorandum ta’ qbil imsemmija fil-paragrafu 1, dwar l-identità tas-sieħeb jew tas-sħab fil-kuntratt, il-volumi rilevanti, id-dati rilevanti u, fejn applikabbli, il-fornitur tas-servizzi li jorganizza tali xiri f’isem Stat Membru.

(3)Jekk il-Kummissjoni tqis li x-xiri tal-gass ippjanat ta’ impriżi tal-gass naturali jew ta’ impriżi li jikkonsmaw il-gass stabbiliti fl-UE jew ta’ awtoritajiet jew entitajiet regolati tal-Istati Membri jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-funzjonament tax-xiri konġunt, is-suq intern jew fuq is-sigurtà tal-provvista jew is-solidarjetà enerġetika, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjoni lill-Istati Membri rilevanti biex jieħdu miżuri xierqa ħalli jevitaw tali impatt negattiv.

(4)Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord ta’ Tmexxija ad hoc imsemmi fl-Artikolu 4 qabel ma toħroġ kwalunkwe rakkomandazzjoni stabbilita fil-paragrafu 3.

(5)Meta jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 1 u 2, l-entitajiet li jipprovdu l-informazzjoni jistgħu jindikaw jekk xi parti mill-informazzjoni, kemm jekk tkun ta’ natura kummerċjali kif ukoll informazzjoni oħra li l-iżvelar tagħha jista’ jkun ta’ ħsara għall-attivitajiet tal-partijiet involuti, għandhiex titqies bħala kunfidenzjali u jekk l-informazzjoni pprovduta tistax tkun kondiviża ma’ Stati Membri oħra.

(6)It-talbiet għall-kunfidenzjalità skont dan l-Artikolu ma għandhomx jillimitaw l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali jkun strettament limitat għas-servizzi tal-Kummissjoni li jeħtieġu assolutament li jkollhom l-informazzjoni disponibbli. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jittrattaw informazzjoni sensittiva bil-kunfidenzjalità dovuta.

(7)Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 346 tat-TFUE, l-informazzjoni li hija kunfidenzjali għandha tiġi skambjata mal-Kummissjoni u ma’ awtoritajiet rilevanti oħra biss meta tali skambju jkun meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-informazzjoni skambjata għandha tkun limitata għal dak li huwa rilevanti u proporzjonat għall-fini ta’ dan l-iskambju. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jippreserva l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni u jipproteġi s-sigurtà u l-interessi kummerċjali tal-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Faċilità ma għandhiex tuża l-informazzjoni miġbura għal kwalunkwe fini ieħor għajr għat-twettiq tal-kuntratt.

(8)Is-servers u l-informazzjoni kollha għandhom jinsabu fiżikament u jinħażnu fit-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 4

Bord ta’ Tmexxija ad hoc 

(1)Għandu jiġi stabbilit Bord ta’ Tmexxija ad hoc biex jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt.

(2)Il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni fi żmien sitt ġimgħat wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u wieħed tal-Kummissjoni. Ir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jistgħu jipparteċipaw fil-Bord ta’ Tmexxija fuq stedina mill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ tħassib reċiproku. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-Bord ta’ Tmexxija ad hoc.

(3)Il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu b’maġġoranza kwalifikata fi żmien xahar mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(4)Il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandu jassisti fil-valutazzjoni tal-informazzjoni provduta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3, b’mod partikolari dwar jekk ix-xiri tal-gass rilevanti jsaħħaħx is-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni u jekk huwiex kompatibbli mal-prinċipju tas-solidarjetà enerġetika. Il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandu jqis l-impatti pożittivi tal-parteċipazzjoni tal-impriżi fix-xiri konġunt organizzat mill-fornitur tas-servizzi dwar is-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni u, fejn applikabbli, is-solidarjetà enerġetika.

Taqsima 2

Offerti konġunti u aggregazzjoni tad-domanda

Artikolu 5

Kuntratt ta’ servizz temporanju ma’ fornitur tas-servizzi

(1)Il-Kummissjoni għandha tikkuntratta s-servizzi meħtieġa ta’ entità stabbilita fl-UE permezz ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku skont ir-Regolament (UE) 2018/1046 li taġixxi bħala fornitur tas-servizzi biex twettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 7.

(2)Il-kuntratt ta’ servizz mal-fornitur tas-servizzi magħżul għandu jiddetermina s-sjieda tal-informazzjoni miksuba mill-fornitur tas-servizzi u għandu jipprevedi t-trasferiment possibbli ta’ din l-informazzjoni lill-Kummissjoni hekk kif jintemm jew jiskadi l-kuntratt ta’ servizz.

(3)Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi fil-kuntratt ta’ servizz, l-aspetti prattiċi tat-tħaddim tal-fornitur tas-servizzi inkluż l-użu tal-għodda tal-IT għax-Xiri Konġunt, il-miżuri ta’ sigurtà, il-munita jew il-muniti, ir-reġim għall-pagamenti u l-obbligazzjonijiet.

(4)Il-kuntratt ta’ servizz mal-fornitur tas-servizzi għandu jirriserva d-dritt għall-Kummissjoni li timmonitorjah u tawditjah. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess sħiħ għall-informazzjoni miżmuma mill-fornitur tas-servizzi.

(5)Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-fornitur tas-servizzi biex jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti elenkati fl-Artikolu 7 u biex jippermetti lill-Kummissjoni tivverifika li l-impriżi tal-gass naturali u l-impriżi li jikkonsmaw il-gass jissodisfaw l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 6b tar-Regolament (UE) 2017/1938.

Artikolu 6

Kriterji għall-għażla tal-fornitur tas-servizzi

(1)Il-fornitur tas-servizzi għandu jintgħażel mill-Kummissjoni abbażi tal-kriterji tal-eliġibbiltà li ġejjin:

(a)Il-fornitur tas-servizzi għandu jiġi stabbilit u jkollu s-sede operattiva tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru.

(b)Il-fornitur tas-servizzi ma għandux ikun:

(i)fil-mira ta’ restrizzjonijiet skont il-miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 215 tat-TFUE, b’mod partikolari l-miżuri restrittivi adottati fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li ddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, jew fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna;

(ii)direttament jew indirettament proprjetà ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-mira ta’ tali miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew ikkontrollat minnhom jew li jaġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom; jew

(iii)direttament jew indirettament proprjetà tal-Federazzjoni Russa jew tal-Gvern tagħha jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika Russa jew entità jew korp stabbilit fir-Russja, jew ikkontrollat minnhom jew li jaġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom.

(2)Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra ta’ diliġenza dovuta, għandhom jiġu stabbiliti obbligi kuntrattwali biex jiġi żgurat li l-fornitur tas-servizzi ma jagħmel l-ebda fond jew riżorsa ekonomika disponibbli, kemm direttament kif ukoll indirettament, għall-benefiċċju ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi:

(a)fil-mira ta’ restrizzjonijiet skont il-miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 215 tat-TFUE, b’mod partikolari l-miżuri restrittivi adottati fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li ddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, jew fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna;

(b)direttament jew indirettament proprjetà ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-mira ta’ tali miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew ikkontrollat minnhom jew li jaġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom; jew

(c)direttament jew indirettament proprjetà tal-Federazzjoni Russa jew tal-Gvern tagħha jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika Russa jew entità jew korp stabbilit fir-Russja, jew ikkontrollat minnhom jew li jaġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom.

(3)Il-fornitur tas-servizzi ma għandux ikun parti minn impriża integrata vertikalment attiva fil-produzzjoni jew fil-provvista ta’ gass naturali fl-Unjoni jew fil-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija.

(4)Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tal-għażla u tal-għoti tagħha filwaqt li tqis, inter alia, il-kriterji li ġejjin li għandhom jiġu speċifikati fis-sejħa għall-offerti:

(a)Il-livell ta’ esperjenza fl-istabbiliment u fit-tmexxija tal-proċessi tal-offerti jew tal-irkantar għall-gass naturali jew is-servizzi assoċjati, bħas-servizzi tat-trasport, bl-użu ta’ għodod dedikati tal-IT;

(b)Il-livell ta’ esperjenza fit-tfassil tal-proċessi tal-offerti jew tal-irkantar għal ħtiġijiet differenti bħall-fokus ġeografiku jew it-twaqqit;

(c)Il-livell ta’ esperjenza fl-iżvilupp ta’ għodod tal-IT biex jaggregaw id-domanda minn parteċipanti multipli u biex iqabbluha mal-provvista;

(d)Il-kwalità tas-sigurtà tas-sistema tal-informazzjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ protezzjoni tad-data u ta’ sigurtà tal-internet; u

(e)Il-kapaċità ta’ identifikazzjoni u akkreditazzjoni tal-parteċipanti, kemm f’termini ta’ entità legali kif ukoll ta’ kapaċità finanzjarja.

Artikolu 7

Kompiti tal-fornitur tas-servizzi

(1)Il-fornitur tas-servizzi għandu jorganizza x-xiri konġunt u b’mod partikolari:

(a)jaggrega d-domanda tal-impriżi tal-gass naturali u tal-impriżi li jikkonsmaw il-gass bl-appoġġ tal-għodda tal-IT għax-Xiri Konġunt;

(b)ifittex offerti minn fornituri jew produtturi tal-gass naturali biex iqabblu d-domanda aggregata bl-appoġġ tal-għodda tal-IT għax-Xiri Konġunt, u jalloka d-drittijiet ta’ aċċess għall-provvista;

(c)jivverifika, jakkredita u jirreġistra l-utenti tiegħu; u

(d)jipprovdi kwalunkwe servizz anċillari lill-utenti tiegħu jew lill-Kummissjoni meħtieġ għall-prestazzjoni korretta tal-operazzjonijiet kif previst fil-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 5.

(2)Il-kundizzjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni tal-utenti, il-pubblikazzjoni u r-rappurtar għandhom jiġu ddeterminati fil-kuntratt.

Artikolu 8

Parteċipazzjoni fix-xiri konġunt

(1)Il-parteċipazzjoni fix-xiri konġunt għandha tkun miftuħa għall-impriżi kollha tal-gass naturali u għall-impriżi kollha li jikkonsmaw il-gass stabbiliti fl-Unjoni jew fil-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. L-impriżi tal-gass naturali u l-impriżi li jikkonsmaw il-gass ma għandhomx jipparteċipaw fl-aggregazzjoni tad-domanda jekk ikunu:

(a)fil-mira ta’ restrizzjonijiet skont il-miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 215 tat-TFUE, b’mod partikolari l-miżuri restrittivi adottati fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li ddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, jew fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna;

(b)direttament jew indirettament proprjetà ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-mira ta’ tali miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew ikkontrollat minnhom jew li jaġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom; jew

(c)direttament jew indirettament proprjetà tal-Federazzjoni Russa jew tal-Gvern tagħha jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika Russa jew entità jew korp stabbilit fir-Russja, jew ikkontrollat minnhom jew li jaġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom.

(2)Għandhom jiġu stabbiliti obbligi kuntrattwali biex jiġi żgurat li l-ebda fond jew riżorsa ekonomika li tirriżulta mill-parteċipazzjoni fil-proċess ta’ xiri konġunt organizzat mill-fornitur tas-servizzi ma tkun disponibbli, kemm direttament kif ukoll indirettament, għall-benefiċċju ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma:

(a)fil-mira ta’ restrizzjonijiet skont il-miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 215 tat-TFUE, b’mod partikolari l-miżuri restrittivi adottati fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li ddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, jew fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna;

(b)direttament jew indirettament proprjetà ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-mira ta’ tali miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew ikkontrollat minnhom jew li jaġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom; jew

(c)direttament jew indirettament proprjetà tal-Federazzjoni Russa jew tal-Gvern tagħha jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika Russa jew entità jew korp stabbilit fir-Russja, jew ikkontrollat minnhom jew li jaġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom.

(3)Stati Membri jew partijiet ikkonċernati oħra jistgħu jipprovdu appoġġ ta’ likwidità, inklużi garanziji, lill-parteċipanti fil-proċess ta’ xiri konġunt organizzat mill-fornitur tas-servizzi, u fejn applikabbli, f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dan jista’ jinkludi garanziji biex ikopru l-ħtiġijiet kollaterali jew biex ikopru r-riskju ta’ kostijiet addizzjonali wara l-insolvenza ta’ xerrejja oħra taħt l-istess kuntratt ta’ xiri konġunt.

(4)Ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għat-Taqsima 2 u għat-Taqsima 3 dwar il-Konsorzji għax-Xiri tal-Gass u, speċifikament, għall-Artikoli 5, 7, 10, 11 u 12.

Artikolu 9

Provvisti ta’ gass naturali esklużi mix-xiri konġunt

(1)Il-provvisti tal-gass naturali li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa li jidħlu fl-Istati Membri jew fil-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija permezz tal-punti tad-dħul li ġejjin ma għandhomx ikunu soġġetti għal xiri konġunt:

(a)Greifswald

(b)Lubmin II

(c)Imatra

(d)Narva

(e)Värska

(f)Luhamaa

(g)Sakiai

(h)Kotlovka

(i)Kondratki

(j)Wysokoje

(k)Tieterowka

(l)Mozyr

(m)Kobryn

(n)Sudha (RU)/l-Ukrajna

(o)Belgorod RU/l-Ukrajna

(p)Valuyki RU/l-Ukrajna

(q)Serebryanka RU/l-Ukrajna

(r)Pisarevka RU/l-Ukrajna

(s)Sokhranovka RU/l-Ukrajna

(t)Prokhorovka RU/l-Ukrajna

(u)Platovo RU/l-Ukrajna

(v)Strandzha 2 (BG) /Malkoclar (TR)

Artikolu 10

Użu obbligatorju tal-fornitur tas-servizzi

(1)L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-impriżi tal-gass naturali taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jipparteċipaw fil-proċess ta’ aggregazzjoni tad-domanda organizzat mill-fornitur tas-servizzi bħala wieħed mill-mezzi possibbli biex jintlaħqu l-miri tal-mili elenkati fl-Artikolu 6a tar-Regolament (UE) 2017/1938 u biex jiġu implimentati l-miżuri stipulati fl-Artikolu 6b ta’ dak ir-Regolament għal dak l-għan.

(2)L-Istati Membri bi ħżin taħt l-art għandhom jesiġu li l-impriżi tal-gass naturali taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jipparteċipaw fil-proċess ta’ aggregazzjoni tad-domanda organizzat mill-fornitur tas-servizzi b’volumi ta’ mill-inqas 15 % tal-volum totali meħtieġ biex tintlaħaq il-mira ta’ 90 % tal-faċilitajiet tal-ħżin imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 6a tar-Regolament (UE) 2017/1938.

(3)L-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin taħt l-art għandhom jesiġu li l-impriżi tal-gass naturali taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jipparteċipaw fil-proċess ta’ aggregazzjoni tad-domanda organizzat mill-fornitur tas-servizzi b’volumi ta’ mill-inqas 15 % tal-volumi li jikkorrispondu għall-obbligi ta’ mili transfruntier imsemmija fl-Artikolu 6c(1) tar-Regolament (UE) 2017/1938.

Artikolu 11

Konsorzju għax-Xiri tal-Gass

L-impriżi tal-gass naturali u l-impriżi li jikkonsmaw il-gass li jipparteċipaw fl-aggregazzjoni tad-domanda organizzata mill-fornitur tas-servizzi jistgħu jikkoordinaw elementi tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt tax-xiri jew jużaw kuntratti ta’ xiri konġunt sabiex jiksbu kundizzjonijiet aħjar mal-fornituri tagħhom, dment li jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, inkluż il-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, kif jista’ jiġi speċifikat mill-Kummissjoni f’deċiżjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament 1/2003, kif ukoll mar-rekwiżit ta’ trasparenza skont l-Artikolu 3.

Taqsima 3

Miżuri biex jissaħħaħ l-użu tat-terminals u tal-pipelines tal-LNG

Artikolu 12

Pjattaforma sekondarja ta’ prenotazzjoni tal-kapaċità għall-utenti tal-faċilitajiet tal-LNG u tal-ħżin

L-utenti tal-faċilitajiet tal-LNG u tal-faċilitajiet tal-ħżin li jixtiequ jerġgħu jbigħu l-kapaċità kuntrattata tagħhom fis-suq sekondarju, kif definit fir-Regolament 715/2009, għandhom ikunu intitolati li jagħmlu dan. L-operaturi tal-faċilitajiet tal-LNG u tal-faċilitajiet tal-ħżin, individwalment jew reġjonalment, għandhom jistabbilixxu pjattaforma ta’ prenotazzjoni trasparenti u nondiskriminatorja għall-utenti tal-faċilitajiet tal-LNG u tal-faċilitajiet tal-ħżin biex jerġgħu jbigħu l-kapaċità kuntrattata tagħhom fis-suq sekondarju sa mhux aktar tard minn xahrejn wara [id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Artikolu 13

Pjattaforma ta’ trasparenza għall-faċilitajiet tal-LNG u tal-ħżin

(1)L-operaturi tal-faċilitajiet tal-LNG u tal-faċilitajiet tal-ħżin għandhom fi żmien xahrejn minn [id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament] jistabbilixxu rispettivament Pjattaforma Ewropea ta’ Trasparenza tal-LNG u pjattaforma ta’ Trasparenza tal-Ħżin, biex jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 19 tar-Regolament 715/2009 b’mod trasparenti u faċli għall-utent. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jitolbu lil dawk l-operaturi jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali għall-utenti tas-sistema.

(2)Il-faċilitajiet tal-LNG li ngħataw eżenzjoni mir-regoli dwar l-aċċess għal partijiet terzi skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE, u l-operaturi tal-ħżin tal-gass naturali skont ir-reġim ta’ aċċess negozjat għal partijiet terzi msemmi fl-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2009/73/KE, għandhom jippubblikaw it-tariffi għall-infrastruttura fi żmien xahar minn [id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Artikolu 14

Użu aktar effettiv ta’ kapaċitajiet ta’ trażmissjoni

(1)L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom joffru kapaċità kostanti kuntrattata mhux utilizzata biżżejjed skont il-paragrafu 2 bħala prodott ta’ kapaċità fix-xahar u bħala prodotti ta’ kapaċità ta’ kuljum u tal-istess jum għax-xahar f’każ ta’ nuqqas ta’ utilizzazzjoni skont il-paragrafu 2.

(2)Il-kapaċità kostanti kuntrattata għandha titqies mhux utilizzata biżżejjed jekk, fl-aħħar 30 jum, utent tan-network uża jew offra inqas minn medja ta’ 80 % tal-kapaċità kostanti kuntrattata. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jimmonitorja kontinwament il-kapaċità mhux użata u għandu jinforma lill-utent tan-network dwar l-ammont ta’ kapaċità li għandu jiġi rtirat sa mhux aktar tard minn qabel ma jinnotifika l-ammont ta’ kapaċità li għandu jiġi offrut għall-irkant rikorrenti tal-kapaċità ta’ kull xahar li jmiss f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459.

(3)L-ammont ta’ kapaċità li għandha tiġi offruta huwa ugwali għad-differenza bejn l-użu medju għax-xahar preċedenti u 80 % tal-kapaċità kostanti li ġiet kuntrattata għal durata itwal minn xahar.

(4)Il-kapaċità disponibbli offruta f’irkant għandu jkollha prijorità fuq il-kapaċità inkluża f’irkant minn dan il-mekkaniżmu meta tiġi allokata l-kapaċità.

(5)Jekk il-kapaċità offruta mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni tinbiegħ, din se tiġi rtirata mid-detentur oriġinali tal-kapaċità kuntrattata. Id-detentur oriġinali jista’ juża l-kapaċità kostanti rtirata fuq bażi interrompibbli.

Kapitolu III – Miżuri biex jipprevjenu prezzijiet eċċessivi tal-gass u volatilità eċċessiva fl-istess jum fis-swieq tad-derivattivi tal-enerġija

Taqsima 1

Għodda temporanja tal-istess jum biex tiġi ġestita l-volatilità eċċessiva fis-swieq tad-derivattivi tal-enerġija

Artikolu 15

Mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum

(1)Sal-31 ta’ Jannar 2023, kull ċentru tan-negozjar li fuqhom jiġu negozjati derivattivi ta’ komoditajiet relatati mal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”), għandu jistabbilixxi għal kull derivattiv ta’ komoditajiet relatat mal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”) innegozjat fuqu, mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum ibbażat fuq limitu massimu u minimu tal-prezz (“limiti tal-prezz”) li jiddefinixxi l-prezzijiet li ’l fuq minnhom u taħthom ma jistgħux jiġu eżegwiti l-ordnijiet (“mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum”). Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità tal-prezz fl-istess jum jipprevjeni movimenti eċċessivi tal-prezzijiet f’jum ta’ negozjar għal dan id-derivattiv ta’ komoditajiet relatat mal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”).

(2)Għal kull derivattiv ta’ komoditajiet relatat mal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”) innegozjat fuqhom, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jistabbilixxu l-metodu ta’ kalkolu applikabbli biex jiddeterminaw il-limiti tal-prezz relattivi għal prezz ta’ referenza. L-ewwel prezz ta’ referenza tal-ġurnata għandu jkun ugwali għall-prezz tal-ftuħ. Il-prezzijiet ta’ referenza sussegwenti għandhom ikunu l-aħħar prezz tas-suq osservat f’intervalli regolari. F’każ ta’ interruzzjoni fin-negozjar matul il-jum ta’ negozjar, l-ewwel prezz ta’ referenza wara l-interruzzjoni għandu jkun il-prezz tal-ftuħ hekk kif jitkompla n-negozjar.

(3)Il-limiti tal-prezz għandhom jiġu espressi f’valur assolut jew f’termini relattivi fil-forma ta’ varjazzjoni perċentwali relattiva għall-prezz ta’ referenza. Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jaġġustaw dak il-metodu ta’ kalkolu għall-ispeċifiċitajiet ta’ kull derivattiv ta’ komoditajiet relatat mal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”), għall-profil ta’ likwidità tas-suq għal dan id-derivattiv u għall-profil ta’ volatilità tiegħu. Iċ-ċentru tan-negozjar għandu jinforma mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti dwar il-metodu.

(4)Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom iġeddu l-limiti tal-prezz f’intervalli regolari matul is-sigħat tan-negozjar, abbażi tal-prezz ta’ referenza.

(5)Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien żejjed, il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum li implimentaw.

(6)Il-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum ma għandu jissostitwixxi l-ebda wieħed mil-interrutturi taċ-ċirkwit diġà stabbiliti miċ-ċentri tan-negozjar f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u għandu japplika flimkien magħhom.

(7)Meta ċentru tan-negozjar ikun beħsiebu jimmodifika l-metodu ta’ kalkolu għal-limiti tal-prezz applikabbli għal derivattiv partikolari ta’ komoditajiet relatat mal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”), għandu jinforma mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti dwar il-modifiki maħsuba.

(8)Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum, filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull derivattiv ta’ komoditajiet relatat mal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”), il-profil ta’ likwidità tas-suq għal dan id-derivattiv u l-profil ta’ volatilità tiegħu. B’mod partikolari, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim bla xkiel taċ-ċentri tan-negozjar li joffru negozjar f’derivattivi ta’ komoditajiet relatati mal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”), il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-intervalli li fihom se jiġġeddu l-limiti tal-prezz jew il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk in-negozjar imur lil hinn minn dawn il-limiti tal-prezz. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33.

Artikolu 16

Rwol tal-awtoritajiet kompetenti

(1)L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum miċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Istati Membri tagħhom ikunu debitament ġustifikati mill-ispeċifiċitajiet taċ-ċentri tan-negozjar jew tad-derivattiv ta’ komoditajiet ikkonċernati.

(2)L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li ċ-ċentri tan-negozjar jimplimentaw mekkaniżmi preliminari xierqa li jiżguraw li l-volatilità eċċessiva fis-swieq tad-derivattivi ta’ komoditajiet relatati mal-enerġija bl-eqreb skadenza (“front-month”) tkun mitigata sal-istabbiliment tal-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum, kif imsemmi fl-Artikolu 15(1).

(3)L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli (ESMA) dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum minn ċentri tan-negozjar li jissorveljaw fi żmien tliet ġimgħat mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u f’intervalli regolari minn hemm ’il quddiem.

Artikolu 17

Rwol ta’ koordinazzjoni tal-ESMA

(1)L-ESMA għandha tikkoordina u timmonitorja l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum abbażi tar-rapporti sottomessi lilha mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 3(3).

(2)L-ESMA għandha tiddokumenta kwalunkwe diverġenza fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum bejn il-ġuriżdizzjonijiet fl-Unjoni abbażi tar-rapporti mill-NCAs. Sa [ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data = 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-ESMA għandha tissottometti rapport lill-Kummissjoni li jevalwa l-effiċjenza tal-mekkaniżmi ta’ ġestjoni tal-volatilità fl-istess jum. Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis jekk tissottomettix proposta għal emenda ta’ dan ir-Regolament lill-Kunsill.

Taqsima 2

L-ACER tingħata l-kompitu li tiġbor u tippubblika data oġġettiva dwar il-prezzijiet

 Artikolu 18

Kompiti u setgħat tal-ACER biex twettaq valutazzjonijiet u parametri referenzjarji tal-prezzijiet

(1)Bħala kwistjoni urġenti, l-ACER għandha tipproduċi u tippubblika valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum li tibda mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG, l-ACER għandha tiġbor u tipproċessa b’mod sistematiku d-data tas-suq tal-LNG dwar it-tranżazzjonijiet.

(2) L-ACER għandha tipproduċi u tippubblika parametru referenzjarju tal-LNG ta’ kuljum li jibda mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu. Għall-finijiet tal-parametru referenzjarju tal-LNG, l-ACER għandha tiġbor u tipproċessa b’mod sistematiku d-data tas-suq tal-LNG.

(3)Għall-fini li twettaq il-kompiti tagħha skont din it-taqsima, l-ACER għandu jkollha s-setgħat mogħtija lilha skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 u l-obbligi u l-projbizzjonijiet ta’ parteċipant fis-suq tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 għandhom japplikaw għall-parteċipanti fis-suq tal-LNG.

Artikolu 19

Valutazzjonijiet u parametru referenzjarju tal-prezz tal-LNG

(1)Il-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG għandha tiġi ppubblikata kuljum, u mhux aktar tard mis-18:00 CET għall-valutazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjonijiet definittivi. Sal-1 ta’ Marzu 2023, flimkien mal-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG, l-ACER għandha tippubblika kuljum ukoll, il-parametru referenzjarju tal-LNG, sa mhux aktar tard mis-19:00 jew malli jkun teknikament possibbli.

(2)Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-ACER tista’ tuża s-servizzi ta’ parti terza.

Artikolu 20

Forniment ta’ data tas-suq tal-LNG lill-ACER 

(1)Il-parteċipanti fis-suq tal-LNG għandhom jissottomettu kuljum lill-ACER id-data tas-suq tal-LNG f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21, f’format standardizzat, permezz ta’ protokoll ta’ trażmissjoni ta’ kwalità għolja u kemm jista’ jkun teknoloġikament possibbli qrib il-ħin reali, qabel il-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-prezz ta’ kuljum (18:00).

(2)Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-mument sa meta d-data tas-suq għandha tiġi sottomessa qabel il-pubblikazzjoni ta’ kuljum tal-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33.

(3)Meta jkun xieraq, l-ACER wara li tikkonsulta mal-Kummissjoni, għandha toħroġ gwida dwar:

(a) id-dettalji tal-informazzjoni li għandha rrappurtata, flimkien mad-dettalji attwali tat-tranżazzjonijiet rapportabbli u d-data fundamentali skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014, inklużi t-talbiet u l-offerti, u

(b) il-proċedura, il-format standard u elettroniku u r-rekwiżiti tekniċi u organizzazzjonali biex tiġi sottomessa d-data li trid tintuża għall-forniment tad-data tas-suq meħtieġa.

(4)Il-parteċipanti fis-suq tal-LNG għandhom jissottomettu d-data tas-suq tal-LNG meħtieġa lill-ACER mingħajr ħlas u permezz tal-kanali ta’ rapportar stabbiliti mill-ACER.

Artikolu 21

Kwalità tad-data tas-suq 

(1)Id-data tas-suq tal-LNG għandha tinkludi:

(a)il-partijiet għall-kuntratt, inkluż indikatur tax-xiri/tal-bejgħ;

(b)il-parti li tirrapporta;

(c)il-prezz tat-tranżazzjoni;

(d)il-kwantitajiet tal-kuntratt;

(e)il-valur tal-kuntratt;

(f)it-tieqa tal-wasla għall-merkanzija ta’ LNG;

(g)it-termini tal-konsenja;

(h)il-punti tal-konsenja;

(i)l-informazzjoni dwar il-kronogramma dwar dan kollu li ġej:

(i)il-ħin ta’ meta ssir it-talba jew l-offerta;

(ii)il-ħin tat-tranżazzjoni;

(iii)il-ħin tar-rapportar tat-talba, tal-offerta jew tat-tranżazzjoni;

(iv)il-wasla tad-data tas-suq tal-LNG mill-ACER.

(2)Il-parteċipanti fis-suq tal-LNG għandhom jipprovdu lill-ACER b’data tas-suq tal-LNG fl-unitajiet u l-muniti li ġejjin:

(a)il-prezzijiet tal-unità tat-tranżazzjoni, tat-talba u tal-offerta għandhom jiġu rrapportati fil-munita speċifikata fil-kuntratt u f’EUR/MWh u jekk applikabbli, jinkludu r-rati tal-konverżjoni u tal-kambju applikati;

(b)il-kwantitajiet tal-kuntratt għandhom jiġu rrapportati fl-unitajiet speċifikati fil-kuntratti u f’MWh;

(c)it-twieqi tal-wasla għandhom jiġu rrapportati f’termini tad-dati tal-konsenja espressi f’format UTC;

(d)il-punt tal-konsenja għandu jindika identifikatur validu elenkat mill-ACER (lista tal-faċilitajiet tal-LNG soġġetta għar-rapportar u r-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014); l-informazzjoni dwar il-kronogramma għandha tiġi rrapportata f’format UTC;

(e)jekk rilevanti, il-formula tal-prezz fil-kuntratt fit-tul li minnha huwa derivat il-prezz għandha tiġi rrapportata fl-integrità tagħha.

(3)L-ACER għandha toħroġ gwida dwar il-kriterji li skonthom sottomittent uniku jirrappreżenta porzjon sinifikanti tad-data tas-suq tal-LNG sottomessa f’ċertu perjodu ta’ referenza u kif din is-sitwazzjoni għandha tiġi indirizzata fil-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG u fil-parametri referenzjarji tal-LNG ta’ kuljum tagħha.

Artikolu 22

Kontinwità tan-negozju

L-ACER għandha tirrieżamina u taġġorna regolarment il-valutazzjoni tal-prezz ta’ referenza tal-LNG u l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju tal-LNG kif ukoll il-metodoloġija użata għar-rappurtar tad-data tas-suq u għall-pubblikazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-prezz tal-LNG u tal-parametri referenzjarji tal-LNG tagħha, filwaqt li tqis il-fehmiet tal-kontributuri tad-data tas-suq.

Taqsima 3

Artikolu 23

Mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq 

(1)Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jadotta deċiżjoni li tipprevedi mekkaniżmu temporanju biex jillimita l-episodji ta’ prezzijiet eċċessivi tal-gass.

(2)Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:

(a)tiddetermina mekkaniżmu dinamiku ta’ korrezzjoni tas-suq għal tranżazzjonijiet ta’ gass naturali fil-Punt ta’ Negozjar Virtwali tat-Title Transfer Facility (TTF), operat minn Gasunie Transport Services B.V. Hubs oħra tal-Unjoni għan-negozjar tal-gass jistgħu jkunu marbuta mal-prezz spot tat-TTF ikkoreġut permezz ta’ kuritur dinamiku tal-prezzijiet.

(b)tkun mingħajr preġudizzju għan-negozjar tal-gass barra l-borża;

(c)ma tipperikolax is-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Unjoni;

(d)tiddependi fuq il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-mira tal-iffrankar tal-gass;

(e)ma twassalx għal żieda ġenerali fil-konsum tal-gass;

(f)tkun imfassla b’tali mod li ma tipprevjenix il-flussi tal-gass intra-UE bbażati fuq is-suq;

(g)ma taffettwax l-istabbiltà u l-funzjonament ordnat tas-swieq derivattivi tal-enerġija; u

(h) tqis il-prezzijiet tas-suq tal-gass fid-diversi swieq organizzati madwar l-Unjoni.

Artikolu 24

Sospensjoni tal-Mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq

Il-Kunsill, li jaġixxi immedjatament f’konformità ma’ proposta tal-Kummissjoni u wara rakkomandazzjoni possibbli mill-ACER, għandu jadotta deċiżjoni biex jissospendi l-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq, jekk ma jibqgħux validi r-raġunijiet għall-introduzzjoni tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward ta’ episodji ta’ prezzijiet eċċessivi tal-gass, jew jekk iseħħu disturbi fis-suq mhux intenzjonati li jaffettwaw b’mod negattiv is-sigurtà tal-provvista u l-flussi intra-UE. Il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq għandu japplika biss sakemm dan ir-Regolament ikun fis-seħħ.

KAPITOLU IV – MIŻURI F’KAŻ TA’ EMERĠENZA TAL-GASS

Taqsima 1 

Mekkaniżmu ta’ allokazzjoni f’każ ta’ emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni 

Artikolu 25

Proposta għal mekkaniżmu ta’ allokazzjoni

(1)Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jadotta deċiżjoni li tipprevedi mekkaniżmu dwar l-iffissar tal-prezzijiet, allinjat mal-kundizzjonijiet prestabbiliti għall-arranġamenti ta’ solidarjetà, u li jalloka kapaċitajiet tal-gass biex jipprovdu lill-Istati Membri li għalihom tkun ġiet iddikjarata emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/1938.

(2)Id-deċiżjoni għandha tiżgura li matul interruzzjoni sinifikanti fil-provvista tal-gass li taffettwa reġjun sħiħ, l-aċċess għas-sorsi disponibbli tal-gass jinqasam b’mod adegwat bejn l-Istati Membri.

Artikolu 26

Involviment tal-grupp għall-ġestjoni tal-kriżijiet

Il-proposta għandha tinvolvi l-grupp għall-ġestjoni tal-kriżijiet kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2017/1938 fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni.

Taqsima 2 

Solidarjetà tal-gass għall-provvista tal-elettriku, l-industriji essenzjali u l-klijenti protetti 

Artikolu 27

Estensjoni tal-protezzjoni tas-solidarjetà
għall-volumi kritiċi tal-gass għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku

(1)Miżura ta’ solidarjetà skont l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1938 għandha tapplika biss jekk l-Istat Membru rikjedenti ma jkunx kapaċi jkopri:

(a)id-defiċit fil-provvista tal-gass lill-klijenti protetti mis-solidarjetà jew

(b)il-volum kritiku tal-gass għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku kif stabbilit fl-Anness 1, minkejja l-applikazzjoni tal-miżura msemmija fl-Artikolu 11(3). Għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(3)(b) sa (d).

(2)L-Istati Membri li huma obbligati jipprovdu solidarjetà skont l-Artikolu 13(1) jew (2) tar-Regolament (UE) 2017/1938 għandhom ikunu intitolati li jnaqqsu mill-offerta ta’ solidarjetà:

(a)provvisti għall-klijenti protetti tagħhom sa fejn jiġu affettwati l-volumi essenzjali; u

(b)provvisti tal-volumi kritiċi tal-gass għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku.

(3)Il-volumi kritiċi tal-gass għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku ma għandhomx jaqbżu l-volumi indikati fl-Anness 1. F’każ li Stat Membru jista’ juri li jkun meħtieġ volum ogħla ta’ gass biex tiġi evitata kriżi tal-elettriku ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni fuq talba motivata kif xieraq, tista’ tiddeċiedi li tippermetti t-tnaqqis ta’ volumi ogħla.

Artikolu 28

Miżuri għat-tnaqqis fid-domanda li jikkonċernaw klijenti protetti

(1)L-Istati Membri jistgħu, eċċezzjonalment u għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jieħdu miżuri biex inaqqsu l-konsum mhux essenzjali tal-klijenti protetti, kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2017/1938, b’mod partikolari meta jkun ġie ddikjarat wieħed mil-livelli ta’ kriżi skont l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1938 jew l-allert tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2022/1369. Dawn il-miżuri għandhom ikunu limitati għal użi mhux essenzjali tal-gass u għandhom iqisu l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1369 tal-5 ta’ Awwissu 2022 dwar miżuri kkoordinati għal tnaqqis fid-domanda għall-gass.

(2)Il-konsum ta’ konsumaturi vulnerabbli, kif definit mill-Istati Membri skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali, ma għandu jitnaqqas taħt l-ebda ċirkostanza, u l-Istati Membri ma għandhomx jiskonnettjaw klijenti protetti b’riżultat tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

Artikolu 29

Salvagwardji għall-flussi transfruntieri

F’każ ta’ talba tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(6), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) 2017/1938 biex jintemmu restrizzjonijiet bla bżonn ta’ flussi transfruntieri tal-gass jew ta’ aċċess għall-infrastruttura tal-gass, jew miżuri li jipperikolaw il-provvista tal-gass fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti, kif definita fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) 2017/1938, jew Stat Membru, għandu jimmodifika l-azzjoni tiegħu jew jieħu azzjoni biex jiżgura l-konformità mal-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) 2017/1938. Ma għandhiex tapplika l-proċedura skont l-Artikolu 12(6), it-tieni subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament.

Taqsima 3

Regoli għall-forniment ta’ miżuri ta’ solidarjetà 

Artikolu 30

Estensjoni temporanja tal-obbligi ta’ solidarjetà lill-Istati Membri b’faċilitajiet tal-LNG

(1)L-obbligu li jiġu pprovduti miżuri ta’ solidarjetà skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2017/1938 ma għandux japplika biss għall-Istati Membri konnessi direttament mal-Istat Membru rikjedenti, iżda wkoll għall-Istati Membri b’faċilitajiet tal-LNG, dejjem jekk l-infrastruttura meħtieġa tkun disponibbli biex jiġi ttrasportat il-gass lejn l-Istat Membru rikjedenti.

(2)L-Istati Membri b’faċilitajiet tal-LNG li mhumiex konnessi direttament ma’ Stat Membru rikjedenti jistgħu jiftiehmu bilateralment ma’ kwalunkwe Stat Membru ieħor dwar l-arranġamenti ta’ solidarjetà tekniċi, legali u finanzjarji li japplikaw għall-għoti ta’ solidarjetà.

(3)Ir-regoli prestabbiliti għall-forniment ta’ miżuri ta’ solidarjetà skont l-Artikolu 31 għandhom japplikaw ukoll għall-Istati Membri mhux konnessi sakemm ma jiġix konkluż ftehim bilaterali fil-mument tal-wasla ta’ talba ta’ solidarjetà.

Artikolu 31

Regoli prestabbiliti għall-miżuri ta’ solidarjetà

(1)Meta żewġ Stati Membri ma jkunux qablu dwar l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji meħtieġa skont l-Artikolu 13(10) tar-Regolament (UE) 2017/1938 (“ftehim ta’ solidarjetà”), il-konsenja tal-gass skont l-obbligu fl-Artikolu 13(1) f’każ ta’ emerġenza, għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet f’dan l-Artikolu.

(2)Il-kumpens għall-miżura ta’ solidarjetà skont l-Artikolu 13(8) tar-Regolament 2017/1938 ma għandux jaqbeż il-kostijiet raġonevoli. Fi kwalunkwe każ għandu jinkludi:

(a)il-prezz fl-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà;

(b)il-kostijiet tal-ħżin u tat-trasport lejn il-punt tal-konsenja;

(c)kostijiet oħra, jekk maqbula bejn l-Istat Membru rikjedenti u l-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà.

(3)Sakemm l-Istat Membru rikjedenti u l-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà ma jaqblux dwar prezz ieħor, il-prezz għall-gass provdut lill-Istat Membru rikjedenti, għandu jikkorrispondi għall-prezz medju tas-suq fl-Istat Membru fornitur matul it-30 jum ta’ qabel it-talba għas-solidarjetà; jew il-prezz medju tas-suq li jikkorrispondi għall-eqreb punt ta’ negozjar virtwali ta’ skambju aċċessibbli, jew f’hub maqbul matul l-aħħar xahar.

(4)L-Istati Membri li jirrikjedu s-solidarjetà għandhom iġarrbu l-kost tat-trasport u tal-ħżin. L-Istat Membru rikjedenti u l-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà huma liberi li jaqblu dwar kostijiet u kundizzjonijiet ulterjuri.

(5)Sakemm l-Istat Membru rikjedenti u l-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà ma jaqblux dwar kundizzjonijiet ta’ kumpens differenti, il-kumpens dovut skont l-Artikolu 13(8) tar-Regolament 2017/1938 ma għandux jinkludi

(a)kostijiet għal danni finanzjarji jew danni oħra li jirriżultaw mit-tnaqqis infurzat tat-tagħbija tal-klijenti mid-ditti b’rabta mal-għoti ta’ solidarjetà;

(b)kostijiet għal proċedimenti ġudizzjarji jew ta’ arbitraġġ fl-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà.

(6)Il-kumpens għall-volumi tal-gass ikkonsenjati fil-kuntest ta’ talba ta’ solidarjetà skont l-Artikolu 13(8) tar-Regolament (UE) 2017/1938 għandu jitħallas direttament mill-Istat Membru li jirrikjedi s-solidarjetà lill-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà jew lill-entità li dan tal-aħħar jindika fl-offerta ta’ solidarjetà tiegħu.

(7)L-Istat Membru li lilu tkun indirizzata t-talba għal miżura ta’ solidarjetà għandu jipprovdi l-miżuri ta’ solidarjetà mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn [3] ijiem wara t-talba. Stat Membru jista’ jirrifjuta li jipprovdi s-solidarjetà lil Stat Membru li jirrikjediha biss jekk juri li hu

(a)stess ma għandux biżżejjed gass biex jipprovdih lill-klijenti tiegħu protetti mis-solidarjetà jew għall-volumi kritiċi tal-gass għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, jew

(b)ma għandux biżżejjed kapaċità ta’ interkonnessjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 13(7) tar-Regolament 2017/1938 u ma għandux il-possibbiltà li jipprovdi l-LNG.

(8)Minbarra r-regoli prestabbiliti previsti f’dan l-artikolu, l-Istati Membri jistgħu jaqblu dwar l-arranġamenti tekniċi u l-koordinazzjoni tal-għoti ta’ solidarjetà.

(9)Id-dispożizzjonijiet f’dan l-artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti eżistenti għat-tħaddim sikur u affidabbli tas-sistema tal-gass.

Artikolu 32

Proċedura għal miżuri ta’ solidarjetà fin-nuqqas ta’ ftehim ta’ solidarjetà

(1)L-Istat Membru li jirrikjedi l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ solidarjetà skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/1938 għandu joħroġ talba ta’ solidarjetà lil Stat Membru ieħor, li tindika mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: il-volumi tal-gass mitluba, l-informazzjoni dwar il-pressjoni tal-gass, il-valur kalorifiku, il-punt tal-konsenja, il-ħin tal-ewwel konsenja possibbli u d-durata antiċipata tal-konsenji.

(2)It-talba għal solidarjetà għandha tintbagħat simultanjament lill-Istati Membri li potenzjalment ikunu jistgħu jipprovdu miżuri ta’ solidarjetà, lill-Kummissjoni u lill-maniġers nazzjonali tal-kriżijiet iddeżinjati skont l-Artikolu 10(1)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1938.

(3)L-Istati Membri li jirċievu talba ta’ solidarjetà għandhom jibagħtu rispons li jindika l-volum li jista’ jiġi pprovdut lill-punti tal-konsenja u fil-ħin mitlub, inkluż il-volum li jirriżulta minn tnaqqis jew rilaxx possibbli ta’ stokkijiet strateġiċi f’każ li l-volum li jkun jista’ jiġi pprovdut permezz ta’ miżuri volontarji tas-suq ma jkunx biżżejjed.

(4)It-talbiet ta’ solidarjetà għandhom jintbagħtu mill-inqas 24 siegħa qabel il-ħin tal-konsenja indikat. Ir-rispons għat-talbiet ta’ solidarjetà għandu jsir fi żmien 24 siegħa. Il-konferma tal-wasla u tal-volum meħud mill-Istat Membru rikjedenti għandha ssir fi żmien 24 siegħa mill-ħin meħtieġ għall-konsenja.

(5)It-talba tista’ tintbagħat għal perjodu ta’ jum jew diversi jiem, u r-rispons għandu jaqbel mad-durata mitluba.

(6)Meta jkun hemm diversi Stati Membri li jipprovdu s-solidarjetà u jkunu fis-seħħ arranġamenti bilaterali ta’ solidarjetà ma’ wieħed jew aktar minnhom, dawk l-arranġamenti għandhom jipprevalu bejn l-Istati Membri li jkunu qablu b’mod bilaterali. Ir-regoli prestabbiliti previsti f’dan l-artikolu għandhom ikunu applikabbli biss fir-rigward tal-Istati Membri l-oħra li jipprovdu s-solidarjetà.

(7)Il-Kummissjoni tista’ tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ solidarjetà, b’mod partikolari permezz ta’ mudell fil-forma ta’ pjattaforma online sigura li tippermetti t-trażmissjoni f’ħin reali tat-talbiet u tal-offerti.

KAPITOLU V – DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 33

Proċedura ta’ Kumitat

(1)Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(2)Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 14 għandu japplika tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

Għandu japplika għal perjodu ta’ sena mid-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 35

Rieżami 

Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tas-sitwazzjoni ġenerali tal-provvista tal-gass lejn l-Unjoni u għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar is-sejbiet ewlenin ta’ dak ir-rieżami. Il-Kummissjoni tista’, abbażi ta’ dak ir-rapport, tipproponi li ttawwal il-validità ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar ix-xiri konġunt tal-gassijiet u l-użu effiċjenti tal-infrastruttura tal-gass naturali matul il-kriżi tal-enerġija

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Qasam ta’ politika: Enerġija

Attività:

Pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija

Stabbiliment ta’ valutazzjoni/parametru referenzjarju tal-prezz tal-LNG

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

X azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 25  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Fil-kuntest ta’ interruzzjoni fil-provvisti tal-gass mill-Federazzjoni Russa, il-Komunikazzjoni “REPowerEU” tħabbar l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ xiri konġunt għax-xiri konġunt tal-gass, tal-LNG u tal-idroġenu.

Għalhekk, din il-proposta jenħtieġ li tgħin lill-impriżi tal-gass fl-Istati Membri u lill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija biex jiksbu provvisti addizzjonali tal-LNG u tal-gass mill-pipeline sabiex jissostitwixxu l-provvisti tal-gass neqsin mill-Federazzjoni Russa. Dan il-mekkaniżmu jenħtieġ li joħloq ukoll il-bażi għax-xiri konġunt tal-idroġenu fil-futur.

Il-proposta għandha l-għan ukoll li ssaħħaħ il-miżuri eżistenti dwar il-ġestjoni tal-konġestjoni għall-pipelines sabiex l-operaturi tas-sistema tal-gass jingħataw l-għodod biex jirreaġixxu malajr fid-dawl tal-bidliet li jkun hemm fil-flussi tal-gass u l-konġestjoni kuntrattwali possibbli. B’mod partikolari, ir-regoli l-ġodda jistgħu jaċċelleraw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ kapaċitajiet fit-tul mhux użati.

Barra minn hekk, huwa ferm importanti li tiġi ottimizzata l-kapaċità ta’ assorbiment tal-LNG tat-terminals tal-LNG tal-UE u l-użu tal-faċilitajiet tal-ħżin. Huma meħtieġa pjattaforma ta’ trasparenza u suq organizzat tal-kapaċitajiet sekondarji, simili għal dawk li jeżistu għat-trasport tal-gass permezz tal-pipelines.

Parametru referenzjarju tal-LNG

Barra minn hekk, hemm bżonn li jiġi previst ipprezzar stabbli u prevedibbli għall-importazzjonijiet tal-LNG, li huma indispensabbli biex jissostitwixxu n-nuqqasijiet fil-provvista kkawżati mill-waqfien probabbli tal-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja. Din il-proposta tinkariga lill-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”) biex toħloq għodda oġġettiva għall-valutazzjoni tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-LNG tal-UE, billi tiġbor informazzjoni f’ħin reali dwar it-tranżazzjonijiet kollha ta’ kuljum. Dan se jipprovdi informazzjoni aktar komprensiva lix-xerrejja u jżid it-trasparenza fil-prezzijiet.

Titjib fis-sigurtà tal-provvista

Parti integrali mir-rispons tal-UE għas-sigurtà tal-provvista fil-kuntest diffiċli attwali hu li titnaqqas b’mod proattiv id-domanda għall-gass, sabiex nippreparaw lilna nfusna għal kwalunkwe interruzzjoni potenzjali fil-provvista filwaqt li nevitaw l-eżawriment tal-faċilitajiet tal-ħżin. Sabiex nilqgħu u nkunu ppreparati bl-aħjar mod għax-xitwa 2023-24 u sabiex nimlew il-ħażniet taħt l-art tagħna sa 90 %, kif kien miftiehem fir-Regolament (UE) 2022/1032, id-domanda kollha għall-gass li tista’ titnaqqas issa se tkun ta’ benefiċċju. Għalhekk, il-validità tar-Regolament dwar it-Tnaqqis fid-Domanda jenħtieġ li tiġi estiża lil hinn minn Awwissu 2023 u l-isforzi biex titnaqqas id-domanda għall-gass jenħtieġ li jinżammu lil hinn minn Marzu 2023.

Sadanittant, sabiex tissaħħaħ it-tħejjija għal emerġenzi possibbli fix-xitwa, u minħabba l-importanza li l-gruppi kollha tal-konsumaturi jikkontribwixxu għall-iffrankar tal-gass skont kemm ikunu jistgħu, din il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri jieħdu miżuri b’mod eċċezzjonali biex inaqqsu l-“konsum mhux essenzjali” tal-klijenti protetti diment li ma titnaqqasx il-protezzjoni tal-konsumaturi vulnerabbli li ma jkollhom l-ebda marġni biex inaqqsu l-konsum tagħhom u diment li dan ma jwassalx għall-iskonnessjoni ta’ xi klijent protett.

Din il-proposta tintroduċi mekkaniżmu prestabbilit bejn l-Istati Membri biex jiġi żgurat li jgħinu lil xulxin biex jipprovdu gass lill-klijenti protetti mis-solidarjetà u lill-impjanti tal-enerġija kritiċi li jaħdmu bil-gass, f’emerġenza li twassal għal skarsezza serja ħafna ta’ gass. Barra minn hekk, ġie propost li l-Istati Membri jistgħu jiskattaw talba ta’ solidarjetà, taħt ċerti kundizzjonijiet, jekk l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass, li huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku, ikunu f’riskju li ma jiġux pprovduti b’volumi kritiċi tal-gass.

Fl-aħħar nett, il-proposta tindika l-possibbiltà ta’ emerġenza tal-Unjoni jew reġjonali b’interruzzjonijiet kbar tal-gass u skarsezzi kbar fil-provvista. F’każ bħal dan, l-Unjoni jenħtieġ li tkun lesta li tapplika malajr mekkaniżmi ta’ solidarjetà differenti b’mod ikkoordinat reġjonalment biex ittaffi s-sitwazzjoni ta’ emerġenza.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku nru 1

Tiġi stabbilita Faċilità li timplimenta x-xiri konġunt tal-gass naturali u tal-LNG

Objettiv speċifiku nru 2

Jiġi appoġġat l-evitar tal-konġestjoni (kuntrattwali u fiżika) tal-pipelines eżistenti u tat-terminals tal-LNG tal-UE.

Objettiv speċifiku nru 3

Tiġi aċċellerata l-kummerċjalizzazzjoni ta’ kapaċitajiet fit-tul mhux użati fil-flussi tal-gass.

Objettiv speċifiku nru 4

Jinħolqu pjattaforma ta’ trasparenza u suq organizzat tal-kapaċitajiet sekondarji, simili għal dawk li jeżistu għat-trasport tal-gass permezz tal-pipelines.

Objettiv speċifiku nru 5

Jiġi/Tiġi stabbilit(a) parametru referenzjarju/valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum mill-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”)

Objettiv speċifiku nru 6

Jinħoloq mekkaniżmu ta’ solidarjetà prestabbilit bejn l-Istati Membri f’emerġenza li twassal għal skarsezza serja ħafna ta’ gass; jiġu definiti f’dan il-kuntest dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass.

Objettiv speċifiku nru 7

L-Istati Membri jitħallew jieħdu miżuri b’mod eċċezzjonali biex jitnaqqas il-“konsum mhux essenzjali” tal-klijenti protetti diment li ma titnaqqasx il-protezzjoni tal-konsumaturi vulnerabbli.

Objettiv speċifiku nru 8

Tiġi indirizzata l-possibbiltà ta’ emerġenza tal-Unjoni jew reġjonali b’interruzzjonijiet kbar tal-gass u skarsezzi kbar fil-provvista, sabiex l-Unjoni tkun lesta li tapplika malajr mekkaniżmi ta’ solidarjetà differenti b’mod ikkoordinat reġjonalment sabiex ittaffi s-sitwazzjoni ta’ emerġenza.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta hija miżura straordinarja biex jittejjeb l-użu effiċjenti tal-infrastruttura tal-gass tal-Unjoni fl-ispirtu ta’ solidarjetà u biex tgħin fit-tfittxija ta’ sorsi u ta’ modi ġodda għall-provvista tal-gass, u jekk ikun meħtieġ anke tal-idroġenu fil-futur.

Il-proposta toħloq parametru referenzjarju tal-LNG, li se jipprovdi informazzjoni aktar komprensiva lix-xerrejja u se jżid it-trasparenza tal-prezzijiet.

Il-proposta ssaħħaħ is-sigurtà tal-gass fl-arkitettura tal-provvista tal-Unjoni, sabiex tkun ippreparata aħjar biex tindirizza sitwazzjoni ta’ emerġenza, jekk tinqala’.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Objettiv speċifiku nru 1

Il-ħolqien tal-Faċilità u l-użu konġunt tagħha minn parteċipanti differenti fis-suq.

Objettiv speċifiku nru 2

Il-livell ta’ konġestjoni (kuntrattwali u fiżika) tal-pipelines eżistenti u t-terminals tal-LNG tal-UE.

Objettiv speċifiku nru 3

It-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ kapaċitajiet fit-tul mhux użati fil-flussi tal-gass.

Objettiv speċifiku nru 4

Huma meħtieġa pjattaforma ta’ trasparenza u suq organizzat tal-kapaċitajiet sekondarji, simili għal dawk li jeżistu għat-trasport tal-gass permezz tal-pipelines.

Objettiv speċifiku nru 5

Il-pubblikazzjoni ta’ kuljum mill-ACER tal-valutazzjoni/parametru referenzjarju tal-prezz tal-LNG

Objettiv speċifiku nru 6

L-Istati Membri jkunu kapaċi jindirizzaw emerġenza li twassal għal skarsezza serja ħafna ta’ gass permezz ta’ mekkaniżmu ta’ solidarjetà prestabbilit.

Objettiv speċifiku nru 7

Id-definizzjoni mill-Istati Membri tal-“konsum mhux essenzjali” ta’ klijenti protetti pprovduta b’tali mod li ma tnaqqasx il-protezzjoni tal-konsumaturi vulnerabbli.

Objettiv speċifiku nru 8

Il-kapaċità tal-Istati Membri li jaġixxu b’mod ikkoordinat reġjonalment sabiex itaffu sitwazzjoni ta’ emerġenza.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Filwaqt li qieset id-dimensjoni tal-kriżi tal-enerġija u l-iskala tal-impatt soċjali, ekonomiku u finanzjarju tagħha, il-Kummissjoni jidhrilha li jixraq taġixxi permezz ta’ Regolament li jkollu kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u jkun applikabbli direttament u minnufih. Dan jirriżulta f’mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni rapidu, uniformi u mifrux madwar l-Unjoni kollha.

Il-proposta se teħtieġ riżorsi addizzjonali għad-DĠ ENER, għad-DĠ COMP u għall-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, ACER.

B’mod partikolari, il-proposta tistabbilixxi kompiti ġodda għall-ACER biex tistabbilixxi u tippubblika valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum u parametru referenzjarju tal-LNG. L-ACER jeħtieġ li tikkonforma mal-prinċipji tal-IOSCO għall-Aġenziji tar-Rapportar tal-Prezzijiet (PRA - Price Reporting Agencies), u b’hekk teħtieġ valutaturi b’esperjenza, ippjanar tal-kontinwità u tas-suċċessjoni, superviżjoni tal-valutaturi, rendikonti tal-awditjar u indirizzar tal-ilmenti. Għadd ta’ ħames ekwivalenti full-time addizzjonali se jkunu meħtieġa fil-forma ta’ ħames Aġenti Temporanji (AT) biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-IOSCO.

L-AT il-ġodda huma meħtieġa biex jipprovdu gwida dwar ir-rapportar tal-LNG fl-istess jum, inkluż it-talbiet u l-offerti, biex tiġi żgurata l-kwalità tad-data rrapportata dwar l-LNG u biex ikun hemm konformità mal-aħjar prattiki minn aġenziji oħra li jirrapportaw il-prezzijiet f’konformità mal-prinċipji tal-IOSCO — kompitu kontinwu li attwalment mhux kopert mir-riżorsi eżistenti fl-ACER. Il-valutazzjonijiet tal-prezzijiet skont il-prinċipji tal-IOSCO jiġu stabbiliti mill-ewwel rapportatur li jkopri dak is-suq speċifiku, isirilhom rieżami bejn il-pari minn rapportatur ieħor, u jiġu approvati dejjem minn rapportatur anzjan jew editur qabel il-pubblikazzjoni. Għandhom jiġu żgurati backups biex tiġi aċċertata l-kontinwità tal-operat u l-proċeduri tal-ilmenti għandhom jiġu indirizzati b’mod indipendenti. Dan il-proċess ta’ rieżami bejn il-pari għall-valutazzjonijiet tal-prezzijiet jeħtieġ li jkun fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-proċeduri u l-metodoloġiji tal-ipprezzar skont il-prinċipji tal-IOSCO jiġu applikati b’mod korrett u konsistenti u biex jiġu żgurati l-integrità u l-kwalità tal-prezzijiet ippubblikati.

L-ACER teħtieġ ukoll riżorsi finanzjarji addizzjonali (1) għal konsulenza biex tiżviluppa l-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-prezzijiet, (2) għal konsulenza tal-IT biex is-sistema ta’ rapportar tal-IT tal-ACER tiġi adattata mill-ġbir attwali tad-data ex post skont ir-REMIT għall-ġbir tad-data u l-analiżi tat-talbiet, tal-offerti u tan-negozji fl-istess jum kif meħtieġ skont il-biċċa leġiżlazzjoni l-ġdida, (3) biex tiżgura r-rendikont tal-awditjar, (4) għal awditi esterni mill-konsulenza mit-tieni sena ta’ implimentazzjoni ’l quddiem, u (5) għal infrastruttura tal-IT u għal appoġġ għall-utenti tal-IT mit-tieni sena ta’ implimentazzjoni ’l quddiem, abbażi tas-suppożizzjoni li jkun possibbli l-użu mill-ġdid/l-immodernizzar tal-infrastruttura attwali tar-REMIT.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

It-tnaqqis bla preċedent tal-provvisti tal-gass naturali mill-Federazzjoni Russa lill-Istati Membri jeħtieġ tweġiba kkoordinata tal-UE. Il-provvisti tal-gass Russi naqsu b’mod sinifikanti, sa 9 % tal-provvista tal-gass mill-pipelines tagħna f’Settembru 2022 u 14 % meta jiġi inkluż l-LNG, meta mqabbel ma’ sehem ta’ 41 % tal-gass Russu mill-pipelines u ta’ 45 % meta jiġi inkluż l-LNG fl-2021.

Din il-proposta jenħtieġ li tgħin lill-Istati Membri u lill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija u l-impriżi tal-gass tagħhom biex jiksbu provvisti addizzjonali tal-LNG u tal-gass mill-pipeline sabiex jissostitwixxu l-provvisti tal-gass neqsin mill-Federazzjoni Russa. Minbarra t-tnaqqis fid-domanda għall-gass, il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u l-użu ta’ sorsi rinnovabbli, din id-diskrepanza jeħtieġ li tiġi indirizzata permezz tax-xiri ta’ sorsi addizzjonali ta’ gass, l-aktar l-LNG.

Barra minn hekk, dan il-mekkaniżmu jista’ jservi bħala bażi għax-xiri konġunt tal-idroġenu fil-futur.

L-istabbiliment ta’ valutazzjoni/parametru referenzjarju tal-prezz tal-LNG mill-ACER se jipprovdi informazzjoni aktar komprensiva lix-xerrejja u se jżid it-trasparenza tal-prezzijiet.

Id-dispożizzjonijiet għal qafas imsaħħaħ għas-sigurtà tal-provvista tal-gass ikunu jippermettu li tiġi indirizzata aħjar kwalunkwe emerġenza futura potenzjali b’mod ikkoordinat u fi spirtu ta’ solidarjetà — u b’hekk iwasslu valur miżjud mill-perspettiva soċjali, ekonomika u politika.

 

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-esperjenza bix-Xiri Konġunt fil-qasam tal-gass naturali hija pjuttost limitata. Madankollu, l-esperjenza bix-Xiri Konġunt għall-vaċċini kontra l-COVID-19 uriet li huwa għodda utli. Madankollu huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-vaċċini nxtraw mill-Istati Membri mentri l-gass jeħtieġ li jinxtara mill-impriżi. Dan jimponi sfidi speċifiċi.

L-ACER għandha esperjenza estensiva bil-ġbir u bl-ipproċessar tad-data tas-suq fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u fil-qafas tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 (“REMIT”).

Id-dispożizzjonijiet għal qafas imsaħħaħ għas-sigurtà tal-provvista tal-gass huma bbażati fuq l-esperjenza bl-implimentazzjoni tal-qafas ġuridiku u x-xogħol ta’ tħejjija mwettqa matul l-2022.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta hija kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, għalkemm se teħtieġ riprogrammazzjoni fl-Intestatura 1 fir-rigward tal-kontribuzzjoni lill-ACER. L-approprjazzjonijiet operazzjonali meħtieġa mid-DĠ ENER se jiġu ssodisfati mill-allokazzjoni eżistenti fil-linji baġitarji tad-DĠ ENER.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-ħtiġijiet addizzjonali fir-riżorsi umani huma meħtieġa għal kompiti ġodda li se jsiru permanenti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass u għall-implimentazzjoni konformi mad-dritt tal-kompetizzjoni tal-konsorzju għax-xiri tal-gass, filwaqt li l-kompiti eżistenti mhux se jonqsu fil-futur prevedibbli. Madankollu, skont il-QFP attwali, il-Kummissjoni trid topera f’kuntest ta’ persunal stabbli, u għalhekk jeħtieġ li jkun hemm riallokazzjoni fi ħdan l-istituzzjoni.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

X durata limitata

X    effettiva minn [Jum tad-Dħul fis-Seħħ] sa [Sentejn wara d-Dħul fis-Seħħ]

X    Impatt finanzjarju mill-2022 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2022 sal-2028 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 26

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

X Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

X lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-kompiti direttament implimentati mid-DĠ ENER u mill-COMP se jsegwu ċ-ċiklu annwali tal-ippjanar u tal-monitoraġġ, kif implimentat fil-Kummissjoni u fl-aġenziji eżekuttivi, inkluż ir-rapportar tar-riżultati permezz tar-Rapporti Annwali tal-Attività tad-DĠ ENER u tad-DĠ COMP.

Barra minn hekk, il-prestazzjoni tal-mekkaniżmu se tiġi mmonitorjata f’konformità mal-Artikolu 5 tal-proposta.

Fl-Artikolu 6c, il-proposta tinkludi wkoll rekwiżiti speċifiċi ta’ rapportar.

Skont ir-regolament finanzjarju tagħha, l-ACER għandha tipprovdi, fil-kuntest tad-Dokument ta’ Programmazzjoni tagħha, Programm ta’ Ħidma annwali li jinkludi d-dettalji dwar ir-riżorsi, kemm finanzjarji kif ukoll umani, għal kull waħda mill-attivitajiet imwettqa. L-ACER tirrapporta kull xahar lid-DĠ ENER dwar l-eżekuzzjoni baġitarja, inkluż l-impenji, il-pagamenti skont it-titolu baġitarju, u r-rati tal-pożizzjonijiet vakanti skont it-tip ta’ persunal. Id-DĠ ENER huwa direttament irrappreżentat fil-korpi ta’ governanza tal-ACER. Permezz tar-rappreżentanti tiegħu fil-Bord Amministrattiv, id-DĠ ENER se jiġi infurmat dwar l-użu tal-baġit u t-tabella tal-persunal f’kull waħda mil-laqgħat tiegħu matul is-sena.

Finalment, f’konformità wkoll mar-regoli finanzjarji, l-ACER hija soġġetta għal rekwiżiti annwali għar-rapportar dwar l-attivitajiet u l-użu tar-riżorsi permezz tal-Bord Amministrattiv u r-Rapport Annwali tal-Attività tagħha.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-Kummissjoni se tiffinanzja, permezz ta’ kuntratti ta’ servizzi jew strumenti oħra ġestiti direttament, l-istabbiliment tal-mekkaniżmu mill-entità li se tkun qed topera x-xiri konġunt. Madankollu, il-Kummissjoni, jew l-entità li tkun qed topera x-xiri konġunt, ma tixtrix il-gass f’isem l-impriżi parteċipi.

Il-Kummissjoni se tfittex li tagħżel din l-entità mill-iskambji eżistenti tal-enerġija u mill-pjattaformi eżistenti tal-allokazzjoni tal-kapaċità. In-nefqa se tiġi implimentata taħt ġestjoni diretta, b’applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju. L-istrateġija ta’ kontroll għall-akkwisti u għall-għotjiet fid-DĠ ENER tinkludi kontrolli legali, operazzjonali u finanzjarji ex ante speċifiċi rigward il-proċeduri (inkluż, għall-proċeduri tal-akkwist u fejn ikun xieraq, rieżami mill-kumitat konsultattiv għall-akkwist u għall-kuntratti) kif ukoll rigward l-iffirmar tal-kuntratti u tal-ftehimiet. Barra minn hekk, in-nefqa li ssir għall-akkwist ta’ oġġetti u ta’ servizzi hija soġġetta għal kontrolli ex ante u, fejn ikun meħtieġ, għal kontrolli ex post u finanzjarji.

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG u l-parametraġġ referenzjarju u abbażi tal-għarfien espert tal-ACER, huwa aktar kosteffettiv li l-kompitu l-ġdid jiġi allokat lil aġenzija eżistenti li diġà taħdem fuq kompiti simili. Id-DĠ ENER stabbilixxa strateġija ta’ kontroll għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet tiegħu mal-ACER, bħala parti mill-Qafas ta’ Kontroll Intern għall-2017 tal-Kummissjoni. L-ACER irrevediet u adottat il-Qafas ta’ Kontroll Intern tagħha stess f’Diċembru 2018.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kompiti relatati mal-istabbiliment tal-mekkaniżmu, ir-riskji identifikati huma marbuta mal-użu tal-proċeduri tal-akkwist: dewmien, disponibbiltà tad-data, informazzjoni f’waqtha lis-suq, eċċ. Dawn ir-riskji huma koperti fil-qafas tar-Regolament Finanzjarju u huma mmitigati mis-sett ta’ kontrolli interni użati mid-DĠ ENER għal akkwist ta’ dan il-valur.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

Id-DĠ ENER jirrapporta kull sena, fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu, dwar il-kost tal-kontroll tal-attivitajiet tiegħu. Il-profil tar-riskju u l-kost tal-kontrolli għall-attivitajiet tal-akkwist huma konformi mar-rekwiżiti.

Il-kompiti assenjati b’rabta mal-istabbiliment tal-mekkaniżmu mid-DĠ ENER u mid-DĠ COMP mhux se jirriżultaw f’kontrolli addizzjonali jew f’bidla fil-proporzjon tal-kostijiet tal-kontroll. B’mod simili, l-allokazzjoni ta’ kompiti addizzjonali mal-mandat eżistenti tal-ACER mhux mistenni jiġġenera kontrolli addizzjonali speċifiċi fl-ACER, u għalhekk il-proporzjon tal-kostijiet tal-kontroll fuq il-valur tal-fondi ġestiti jibqa’ mhux mimsus.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Id-DĠ ENER adotta Strateġija Kontra l-Frodi (AFS - Anti-Fraud Strategy) riveduta fl-2020. L-AFS tad-DĠ ENER hija bbażata fuq l-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi u internament twettqet valutazzjoni speċifika tar-riskji biex tidentifika l-aktar oqsma vulnerabbli għall-frodi, il-kontrolli li diġà huma fis-seħħ u l-azzjonijiet meħtieġa biex tittejjeb il-kapaċità tad-DĠ ENER li tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi l-frodi.

L-ACER tapplika l-prinċipji kontra l-frodi tal-aġenziji deċentralizzati tal-UE, f’konformità mal-approċċ tal-Kummissjoni. F’Marzu 2019, l-ACER adottat Strateġija Kontra l-Frodi, li tħassar id-Deċiżjoni 13/2014 tal-Bord Amministrattiv tal-ACER. L-istrateġija l-ġdida, mifruxa fuq perjodu ta’ tliet snin, hija bbażata fuq l-elementi li ġejjin: valutazzjoni tar-riskji annwali, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, ir-regoli interni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, il-politika u l-proċedura għall-ġestjoni ta’ funzjonijiet sensittivi, kif ukoll miżuri relatati mal-etika u l-integrità.

Kemm ir-Regolament tal-ACER kif ukoll id-dispożizzjonijiet kuntrattwali applikabbli għall-akkwist pubbliku jiżguraw li l-awditi u l-verifiki fuq il-post jistgħu jitwettqu mis-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, permezz tad-dispożizzjonijiet standard irrakkomandati mill-OLAF.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff. 27

mill-pajjiżi tal-EFTA 28

mill-pajjiżi kandidati 29

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

01

02 20 04 02

Diff.

LE

LE

LE

LE

01

02 10 06

Diff.

IVA

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

1

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

DĠ: ENER

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 30 02 20 04 02

Impenji

(1a)

1.000

1.000

Pagamenti

(2 a)

0.500

0.500

1.000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 31  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ ENER

Impenji

=1a+1b +3

1.000

1.000

Pagamenti

=2a+2b

+3

0.500

0.500

1.000

 



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

1.000

1.000

Pagamenti

(5)

0.500

0.500

1.000

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 1 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

1.000

1.000

Pagamenti

=5+ 6

0.500

0.500

1.000

Pagamenti

=5+ 6

Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

1

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

2023

2024

2025

2026

2027

2028

TOTAL

Titolu 1:

Impenji

(1)

0.785

0.785

0.785

0.785

0.785

3.925

Pagamenti

(2)

0.785

0.785

0.785

0.785

0.785

3.925

Titolu 2:

Impenji

(1a)

0.100

0.100

0.100

0.100

0.400

Pagamenti

(2 a)

0.100

0.100

0.100

0.100

0.400

Titolu 3:

Impenji

(3 a)

1.045

0.102

0.104

0.106

0.108

1.465

Pagamenti

(3b)

1.045

0.1020

0.104

0.106

0.108

1.465

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għall-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

Impenji

=1+1a +3a

1.830

0.987

0.989

0.991

0.993

5.790

Pagamenti

=2+2a

+3b

1.830

0.987

0.989

0.991

0.993

5.790





Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ ENER

□ Riżorsi umani

1.413

1.413

1.413

1.413

5.652

□ Nefqa amministrattiva oħra

0.030

0.030

0.030

0.030

0.120

TOTAL TAD-DĠ ENER

Approprjazzjonijiet

1.443

1.443

1.443

1.443

5.772

DĠ COMP

□ Riżorsi umani

0.314

0.314

0.314

0.314

1.256

□ Nefqa amministrattiva oħra

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

TOTAL TAD-DĠ COMP

Approprjazzjonijiet

0.314

0.314

0.314

0.314

1.256

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

1.757

1.757

1.757

1.757

7.028

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

2.757

3.587

2.744

2.746

0.991

0.993

13,818

Pagamenti

1.757

4.087

3.244

2.746

0.991

0.993

13,818

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 32

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 1 33

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-ACER 

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

0.785

0.785

0.785

0.785

0.785

3.925

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)

Persunal bil-Kuntratt

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

0.785

0.785

0.785

0.785

0.785

3.925

Rekwiżiti tal-persunal (FTE):

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

5

5

5

5

5

5

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)

Persunal bil-Kuntratt

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

5

5

5

5

5

5

Ir-reklutaġġ ippjanat huwa fl-ewwel nofs tal-2023.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għall-Kummissjoni

Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 34

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

1.727

1.727

1.727

1.727

6.908

Nefqa amministrattiva oħra

0.030

0.030

0.030

0.030

0.120

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

1.757

1. 757

1.757

1.757

7.028

Barra mill-INTESTATURA 7 35   
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0

0

0

0

0

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

0

0

0

0

0

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0

0

0

0

0

TOTAL

1.757

1. 757

1.757

1.757

7.028

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

□ Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

11

11

11

11

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 36

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   37

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

11

11

11

11

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Il-proposta tistabbilixxi arkitettura msaħħa għas-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass, b’obbligi ġodda għall-Istati Membri u, b’mod korrispondenti, rwol imsaħħaħ għad-DĠ Enerġija f’firxa wiesgħa ta’ oqsma – jiġifieri:

·Il-ġestjoni u l-implimentazzjoni kumplessiva tar-Regolament (3 FTE)

·It-tħejjija ta’ proposta għal miżura tal-Kunsill li tipprevedi mekkaniżmu biex jiġu allokati kapaċitajiet tal-gass għall-provvista tal-Istati Membri li għalihom tkun ġiet iddikjarata emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni; il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-proposta, inkluż l-involviment tal-grupp għall-ġestjoni tal-kriżijiet (2 FTE).

·Il-valutazzjoni tat-talbiet tal-Istati Membri għal kwoti fir-rigward ta’ volumi kritiċi ogħla tal-gass (1 FTE).

·Segwitu għat-talbiet ta’ solidarjetà; il-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ solidarjetà (1,5 FTE)

·Assistenza Amministrattiva (1.5 FTE)

Barra minn hekk, il-proposta tinvolvi rwol imsaħħaħ għad-DĠ Kompetizzjoni, fosthom:

·Il-ħidma biex jitfassal id-dritt tal-kompetizzjoni f’konformità mal-implimentazzjoni tal-konsorzju għax-xiri tal-gass, bil-ħtieġa ta’ skambji mal-industrija (2 FTE)

Persunal estern

mhux disponibbli

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X    Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Filwaqt li d-DĠ ENER se juża l-linja baġitarja 02 20 04 02 “Attivitajiet ta’ sostenn għall-politika Ewropea tal-enerġija u s-suq intern tal-enerġija” għan-nefqa operazzjonali relatata mal-mekkaniżmu ta’ xiri konġunt, il-kompiti allokati lill-ACER se jirrikjedu r-riprogrammazzjoni tal-kontribuzzjoni lill-ACER li għandha tiġi kkumpensata minn linji baġitarji tal-programm ġestiti mid-DĠ ENER.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 38 .

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 39

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 40

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    Il-Kummissjoni ressqet is-Sett ta’ Għodod għall-Prezzijiet tal-Enerġija f’Ottubru 2021, il-Komunikazzjoni u l-Pjan REPowerEU f’Marzu u f’Mejju 2022, inkluż proposti leġiżlattivi fil-qafas ta’ “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, ir-Regolament dwar il-Ħżin tal-Gass, il-pjan “Niffrankaw il-Gass għal Xitwa Sikura” b’Regolament dwar it-Tnaqqis fid-Domanda tal-Gass, u r-Regolament dwar il-miżuri ta’ emerġenza rigward il-prezzijiet għoljin tal-elettriku.
(2)    Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija, 14 ta’ Settembru 2022, COM(2022) 473.
(3)    COM(2022)230 final
(4)    Pubblikazzjonijiet reċenti mill-Eurostat juru li l-enerġija rrappreżentat madwar nofs punt perċentwal tal-inflazzjoni totali taż-żona tal-Euro ta’ 9,1 % f’Awwissu 2022.
(5)    Id-distakk fil-prezzijiet industrijali fl-UE meta mqabbel maċ-Ċina, pereżempju, żdied bi 42 u b’60 punt perċentwali għall-elettriku u l-gass, rispettivament, fit-tieni kwart tal-2022 meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2021; id-distakk fil-prezzijiet huwa saħansitra ħafna ogħla meta mqabbel mal-Istati Uniti.
(6)    Barra minn hekk, biex jiġu indirizzati l-isfidi marbuta mal-prezzijiet tal-gass fl-UE, din il-proposta tiffoka fuq il-prezzijiet attwali tal-gass iżda għandha wkoll fil-mira l-volatilità tal-prezzijiet tas-swieq tal-enerġija billi tintroduċi għodda li tikkomplementa l-mekkaniżmi eżistenti ta’ volatilità u tillimita ż-żidiet qawwija fil-prezzijiet.
(7)    Kif previst mill-Kunsill Ewropew [konklużjonijiet ta’ referenza], il-parteċipazzjoni fil-Pjattaforma tal-Enerġija għandha tkun miftuħa wkoll għall-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija.
(8)    Il-mira għall-mili tal-ħażniet hija ta’ 90 % għall-pajjiżi b’faċilitajiet tal-ħżin taħt l-art; għal Stati Membri oħrajn jiġi applikat obbligu ekwivalenti għax-xitwa 2023/24.
(9)    Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu, COM/2021/803 final; Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu (riformulazzjoni), COM/2021/804 final.
(10)    Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu, COM/2021/803 final; Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu (riformulazzjoni), COM/2021/804 final.
(11)    Ir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass, ĠU L 173/17 tat-30 ta’ Ġunju 2022.
(12)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-akkordji dwar kooperazzjoni orizzontali Test b’rilevanza għaż-ŻEE, ĠU C 11, 14.1.2011, p. 1:
(13)    Avviż tal-Kummissjoni dwar gwida informali relatata ma’ kwistjonijiet ġodda jew mhux solvuti li jikkonċernaw l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jinqalgħu f’każijiet individwali (ittri ta’ gwida) (ĠU C xx).
(14)    COM(2022) 108 final.
(15)    JOIN(2022) 23 final.
(16)    Ara l-Artikolu 64 tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu (riformulazzjoni), COM/2021/804 final.
(17)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1–222.
(18)    Ir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass, ĠU L 173, 30.6.2022, p. 17.
(19)    Avviż tal-Kummissjoni dwar gwida informali relatat ma’ kwistjonijiet ġodda jew mhux solvuti li jikkonċernaw l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jinqalgħu f’każijiet individwali (ittri ta’ gwida) (ĠU C xx).
(20)    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu COM/2021/803 final; Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu (riformulazzjoni), COM/2021/804 final.
(21)

   Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(22)

   Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Lulju 2021, Il-Ġermanja vs Il-Polonja C-848/19 P, ECLI:EU:C:2021:598.

(23)    Ara l-Artikolu 64 tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu (riformulazzjoni) COM/2021/804 final.
(24)    Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(25)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(26)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(27)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(28)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(29)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(30)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
(31)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(32)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(33)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(34)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(35)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(36)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(37)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(38)    Ara l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2093/2020 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027.
(39)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(40)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Strasburgu, 18.10.2022

COM(2022) 549 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament tal-Kunsill

Li jsaħħaħ is-solidarjetà permezz ta’ koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, tal-iskambji transfruntieri tal-gass u parametri referenzjarji affidabbli tal-prezzijiet


ANNESS 1

a) Volumi kritiċi massimi ta’ gass għas-sigurtà tal-provvista elettrika skont l-Artikolu 27 għall-perjodu bejn Diċembru 2022 u Marzu 2023 1

Valuri f’mcm

Diċembru 2022

Jannar 2023

Frar 2023

Marzu 2023

AT

23.63

190.62

128.70

92.15

BE

301.43

385.33

355.18

351.35

BG

52.20

71.07

60.89

60.32

CY

-

-

-

-

CZ

4.47

49.64

34.80

28.28

DE

954.00

1,486.91

1,278.59

1,174.13

DK

223.49

266.47

229.26

240.13

EE

0.46

5.15

5.00

1.05

EL

191.87

272.49

257.23

180.03

ES

1,378.23

1,985.66

1,523.00

1,189.29

IE

327.82

336.05

325.06

337.76

FI

8.76

39.55

44.66

12.97

FR

757.04

786.51

737.04

670.75

HR

8.11

52.73

47.18

26.28

HU

12.01

77.83

53.59

34.50

IT

1,614.02

2,595.56

2,455.07

2,085.03

LV

71.54

72.70

70.46

63.05

LT

2.24

20.22

18.81

4.21

LU

-

-

-

-

MT

16.77

20.49

20.40

17.66

NL

284.60

550.35

413.20

402.55

PL

62.04

61.08

52.16

59.19

PT

384.15

397.92

350.12

380.53

RO

102.70

179.35

162.41

159.71

SI

11.17

13.67

11.86

9.27

SK

31.81

47.26

34.80

34.76

SE

14.99

16.15

14.23

13.50



b) Volumi kritiċi massimi ta’ gass għas-sigurtà tal-provvista elettrika skont l-Artikolu 27 għall-perjodu bejn April 2023 u Diċembru 2023

Valuri f’mcm

Valur mensili

AT

108.78

BE

348.32

BG

61.12

CY

-

CZ

29.29

DE

1,223.41

DK

239.84

EE

2.91

EL

225.40

ES

1,519.05

IE

331.67

FI

26.48

FR

737.83

HR

33.57

HU

44.48

IT

2,187.42

LV

69.44

LT

11.37

LU

-

MT

18.83

NL

412.68

PL

58.62

PT

378.18

RO

151.04

SI

11.49

SK

37.16

SE

14.72

(1)    Iċ-ċifri fl-Anness I a) u b) huma bbażati fuq data mill-valutazzjoni tal-adegwatezza tax-xitwa skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/941 min-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E). L-Anness I a) jirrappreżenta l-volumi individwali mensili kkalkulati mill-ENTSO-E għax-xhur ta’ Diċembru 2022 sa Marzu 2023; iċ-ċifri fit-Tabella 1 b) għax-xhur minn April 2023 sa Diċembru 2023 jirrappreżentaw il-medja tal-valuri fil-perjodu bejn Diċembru 2022 u Marzu 2023.
Top