Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022PC0325

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) 2021/1060 fir-rigward ta’ aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) - CARE

COM/2022/325 final

Brussell, 29.6.2022

COM(2022) 325 final

2022/0208(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) 2021/1060 fir-rigward ta’ aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa
FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) - CARE


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna ġabet magħha sensiela ta’ sfidi mhux mistennija għall-Unjoni Ewropea eżatt meta l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jinsabu involuti fl-irkupru tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna wara l-pandemija tal-COVID-19.

Minn mindu r-Russja bdiet l-invażjoni mingħajr provokazzjoni fl-Ukrajna fl-24 ta’ Frar l-Unjoni laqgħet aktar minn 6.2 miljun ċittadin mill-Ukrajna li ħarbu mill-aggressjoni Russa. L-UE rreaġixxiet malajr billi appoġġat lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jimmaniġġjaw din il-wasla ta’ persuni billi mmobilizzat il-finanzjament kollu disponibbli. Madankollu, iż-żieda fil-wasliet turi biċ-ċar li hemm bżonn li tittieħed aktar azzjoni. Il-laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew f’Mejju 2022 stiednet lill-Kummissjoni biex “tippreżenta inizjattivi ġodda” fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali biex tappoġġa l-isforz li tingħata protezzjoni lil miljuni ta’ refuġjati li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna.

Minbarra li pprovdiet appoġġ lill-Istati Membri fil-kuntest tal-influss ta’ persuni spostati, il-Kummissjoni qiegħda wkoll timmonitorja mill-qrib l-impatt kontinwu tal-invażjoni mhux provokata tal-Ukrajna mir-Russja b’mod partikolari fuq l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni. B’mod partikolari ġew innotati l-konsegwenzi fuq il-proġetti infrastrutturali, kemm f’termini tad-disponibbiltà u l-kostijiet tal-materja prima kif ukoll tad-disponibbiltà tal-forza tax-xogħol. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u r-reġjuni kollha qajmu tħassib dwar l-effett li dawn il-kwistjonijiet jista’ jkollhom fuq il-finalizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi għal bejn l-2014 u l-2020 u l-iżgurar tal-bidu tal-programmi l-ġodda għal bejn l-2021 u l-2027.

Mill-24 ta’ Frar il-Kummissjoni diġà ressqet għadd ta’ proposti fl-ambitu tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (Cohesion’s Action for Refugees in Europe, CARE), biex tiżgura li l-finanzjament kollu disponibbli fil-kuntest tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għal bejn l-2014 u l-2020 u tal-Fond Ewropew għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn jiġu mobilizzati mill-aktar fis biex jindirizzaw l-isfidi immedjati li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri u partikolarment lil bosta mir-reġjuni tal-Lvant tagħhom, speċjlament fir-rigward ta’ dawk li qed jaħarbu mill-agressjoni Russa.

Dawn l-emendi żguraw il-possibbiltà li jimmobilizzaw il-finanzjament disponibbli biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi immedjati tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, filwaqt li jippermettu lill-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżguraw irkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomiji tagħhom mill-kriżi li tirriżulta mill-pandemija tal-COVID-19.

Il-possibbiltà li jintuża l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jintużaw għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tar-Russja skont ir-regoli tal-fond l-ieħor tippermetti l-użu tar-riżorsi disponibbli għall-ħtiġijiet eżistenti, mingħajr il-bżonn ta’ trasferiment. Barra minn hekk, dawn l-operazzjonijiet isiru eliġibbli mid-data tal-invażjoni b’mod li jippermetti appoġġ għall-bżonnijiet relatati kollha. Barra minn hekk, ġie introdott kost unitarju ġdid u l-arranġamenti ta’ rappurtar dwar il-parteċipanti ġew issimplifikati biex jitnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri fil-kuntest tal-indirizzar tal-isfidi migratorji. Fl-aħħar nett, il-possibbiltà li jintuża 100 % ta’ kofinanzjament ġiet estiża għal dawn il-miżuri għas-sena kontabilistika li ntemmet fit-30 ta’ Ġunju 2022 sabiex tikkontribwixxi biex jittaffa l-piż fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri, u ż-żieda sostanzjali ta’ prefinanzjament mir-riżorsi REACT-EU tat il-likwidità meħtieġa biex l-Istati Membri jkopru l-ħtiġijiet tar-refuġjati.

Il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari Russa żdiedu fl-ambitu u l-impatt tagħhom kiber. B’riżultat ta’ dan, l-Istati Membri qed jiffaċċjaw influssi sostanzjali kontinwi ta’ persuni li qed jaħarbu mill-aggressjoni Russa. Fl-istess waqt, xi Stati Membri qed iħabbtu wiċċhom nuqqas ta’ xogħol u skarsezza ta’ materjali ta’ input f’ċerti setturi. Din is-sitwazzjoni tkompli żżid mal-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari t-tfixkil tal-ktajjen tal-valur, li huwa ta’ sfida fuq baġits pubbliċi ffukati fuq l-irkupru ekonomiku, iżda jirriskja wkoll li ddewwem l-investimenti, speċjalment fl-infrastruttura, b’mod sostanzjali.

Filwaqt li l-miżuri li diġà ġew adottati kellhom rwol ewlieni fl-appoġġ lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jindirizzaw l-effetti immedjati tal-gwerra, huwa ċar li s-sitwazzjoni li qed tevolvi għandha bżonn azzjoni addizzjonali. B’mod partikolari, iż-żieda fil-flessibbiltà se tgħin biex ir-riżorsi li fadal għal bejn l-2014 u l-2020 jintużaw aħjar u se tippermetti li jitħaffef it-tqassim gradwali ta’ proġetti li ddewmu bejn il-programmi għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 u dawk għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027.

Konsegwentement, jenħtieġ li tiġi introdotta aktar flessibbiltà li tippermetti appoġġ aktar rapidu u aktar komplet mill-Fondi biex jittaffa l-piż fuq il-baġits nazzjonali u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet li jindirizzaw kemm l-isfidi migratorji kif ukoll it-tfixkil fis-suq ta’ setturi ekonomiċi ewlenin, bħas-sajd u l-akkwakultura.

Għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa, huwa għalhekk xieraq, bħala parti minn dak l-appoġġ aktar sħiħ u bħala miżura eċċezzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli li għandhom japplikaw taħt ċirkostanzi regolari, li ssir deroga mir-rekwiżiti marbuta mal-post tal-operazzjoni fi Stat Membru partikolari, peress li l-persuni li qed jaħarbu mill-gwerra jistgħu jiċċaqilqu l-post aktar minn darba. Barra minn hekk, minħabba li l-aggressjoni Russa kompliet għaddejja, l-estensjoni taż-żmien u ż-żieda fil-kost unitarju li għadu kif ġie stabbilit biex ikopri l-bżonnijiet bażiċi u l-appoġġ ta’ persuni li jingħataw protezzjoni temporanja jew protezzjoni adegwata oħra skont il-liġi nazzjonali f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 1 u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE 2 fl-Istati Membri, huma kollha ġustifikati.

Qed jiġi propost ukoll li r-riżorsi li jifdal mill-Fond ta’ Koeżjoni tal-2014-2020 jitħallew jappoġġaw operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEŻR jew tal-FSE, f’konformità mar-regoli applikabbli għal dawk il-Fondi. Dan jimplika l-estensjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni fir-rigward tal-flessibbiltà fl-użu tar-riżorsi tal-FEŻR u tal-FSE u li ġiet introdotta bir-Regolament (UE) 2022/562 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 . Bl-istess mod, minħabba li ġie stabbilit li data tal-eliġibbiltà għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji b’konsegwenza tal-aggressjoni militari Russa hija l-24 ta’ Frar 2022, jenħtieġ li tingħata l-possibbiltà li d-dikjarazzjoni tan-nefqa għal tali operazzjonijiet tkun tista’ ssir anki meta dawn ikunu diġà ġew kkompletati jew implimentati bis-sħiħ. Dawn il-possibbiltajiet jenħtieġ li jiġu estiżi wkoll għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) minħabba l-konsegwenzi fuq is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura.

Fl-istess spirtu u bl-intenzjoni li jittaffa l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri li qegħdin il-ħin kollu jaġġustaw għall-ħtiġijiet li qed jevolvu, jenħtieġ li t-trasferimenti bejn l-objettivi tematiċi fi ħdan prijorità u fi ħdan Fond u kategorija ta’ reġjun isiru possibbli mingħajr il-bżonn li l-Kummissjoni tagħti deċiżjoni li temenda l-programm. Barra minn hekk, qiegħed jiġi propost li jiżdied il-limitu tal-flessibbiltà bejn il-prijoritajiet għall-kalkolu tal-bilanċ finali tal-kontribuzzjoni mill-Fondi. Barra minn hekk, għall-prijoritajiet li jippromwovu l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi dawk iddedikati għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji bħala riżultat tal-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-possibbiltà ta’ rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % fiż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni, sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ persuni spostati kemm issa kif ukoll fil-futur.

Sabiex jiġu riflessi l-kundizzjonijiet aktar faċli għat-tqassim gradwali tal-proġetti bejn il-perjodi ta’ programmazzjoni, huwa meħtieġ ukoll li jiġu introdotti flessibbiltajiet immirati għall-perjodu ta’ programmazzjoni għal bejn l-2021 u l-2027.

Sabiex l-Istati Membri kollha jiġu megħjuna jindirizzaw l-impatt tal-gwerra bil-programmi tagħhom tal-2021–2027, l-appoġġ mill-FEŻR, mill-FSE + u mill-Fond ta’ Koeżjoni taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir jenħtieġ li jiġi mobilizzat malajr billi tiżdied ir-rata ta’ prefinanzjament.

Barra minn hekk, ir-rata ta’ kofinanzjament sa 100 % għandha tiġi introdotta għal prijoritajiet li jippromwovu l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi mill-programmi 2021-2027 sa nofs l-2024 u għandha tiġi riveduta abbażi ta’ kif intużat.

B’mod partikolari, il-limitu massimu tal-possibbiltà li l-operazzjonijiet ta’ bejn l-2014 u l-2020 isiru fil-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2021 u l-2027 jenħtieġ li jitnaqqas biex ikun aktar possibbli li dan isir għal aktar operazzjonijiet li qed jiffaċċjaw dewmien. Barra minn hekk, it-tieni fażi tal-operazzjonijiet taħt il-programmi għal bejn l-2021 u l-2027 jenħtieġ li ssir eliġibbli f’konformità mar-regoli ta’ bejn l-2014 u l-2020 u li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jingħataw il-possibbiltà li jagħtu appoġġ dirett lil tali operazzjonijiet, dment li jiġu ssodisfati għadd limitat ta’ kundizzjonijiet ewlenin. Flessibilità gradwali bħal din mhux se taffettwa l-obbligi tal-Istati Membri li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika u l-miri tal-kontribuzzjoni klimatika.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hija konsistenti mal-qafas legali ġenerali stabbilit għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (European Structural and Investment, ESI) u għall-politika ta’ koeżjoni u hija limitata għal emenda fil-mira u eċċezzjonali tar-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 2021/1060. Il-proposta tikkomplementa wkoll l-emendi preċedenti għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 permezz tar-regolamenti ta’ emenda tas-6 ta’ April 2022 u tat-12 ta’ April 2022 kif ukoll il-miżuri l-oħrajn kollha mmirati lejn l-indirizzar tas-sitwazzjoni attwali mingħajr preċedent.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija limitata għal emendi mmirati u eċċezzjonali tar-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 2021/1060 u hija konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hi msejsa fuq l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u għandha l-għan li tiffaċilita l-użu u żżid il-flessibbiltà fl-implimentazzjoni tar-riżorsi tal-politika ta’ koeżjoni min-naħa tal-Istati Membri u tar-reġjuni biex tappoġġa miżuri li jindirizzaw l-isfidi migratorji kkawżati mill-aggressjoni militari Russa kemm fil-programmi ta’ bejn l-2014 u l-2020 u dawk ta’ bejn l-2021 u l-2027. Dawn l-isfidi ma jistgħux jiġu indirizzati mill-Istati Membri għal rashom u jistgħu jinksibu aħjar fil-livell tal-Unjoni.

Proporzjonalità

Il-proposta hija limitata għal dak li huwa meħtieġ u mmirata biex tiżgura li r-riżorsi kollha disponibbli taħt il-politika ta’ koeżjoni jkunu jistgħu jappoġġaw miżuri li jinidirizzaw l-isfidi migratorji kkaġunati mill-aggressjoni militari mir-Russja. Il-flessibbiltajiet proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ ir-riżorsi mill-programmi tal-Fond SIE għal bejn l-2014 u l-2020 jintużaw b’mod sħiħ u biex jippermettu tqassim gradwali tal-operazzjonijiet għall-programmi ta’ bejn l-2021 u l-2027.

Għażla tal-istrument

Regolament li jemenda r-Regolamenti eżistenti huwa l-istrument xieraq għall-faċilitazzjoni tal-użu tal-politika ta’ koeżjoni u tar-riżorsi għall-appoġġ ta’ miżuri li jindirizzaw l-isfidi migratorji kkawżati mill-aggressjoni militari mir-Russja u għall-estensjoni tal-possibbiltà tat-tqassim ta’ operazzjonijiet b’kost totali aktar baxx, li huma meħtieġa minħabba dawn iċ-ċirkostanzi bla preċedent.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux Applikabbli

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-proposta hija s-segwitu ta’ skambji ta’ livell għoli ma’ istituzzjonijiet u Stati Membri oħrajn. Konsultazzjoni pubblika mhijiex meħtieġa minħabba li ma hemmx bżonn ta’ valutazzjoni tal-impatt.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux Applikabbli

Valutazzjoni tal-impatt

Saret valutazzjoni tal-impatt biex titħejja l-proposta għar-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 2021/1060. Din il-bidla mmirata kurrenti b’reazzjoni għal sitwazzjoni kritika ma teħtieġx valutazzjoni tal-impatt separata.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux Applikabbli

Drittijiet fundamentali

Mhux Applikabbli

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta tikkonċerna programmi tal-politika ta’ koeżjoni kemm mill-perjodu bejn l-2014 u l-2020 kif ukoll mill-perjodu bejn l-2021 u l-2027 u ma timmodifikax l-impenji baġitarji eżistenti.

Għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027, iżżid il-livell ta’ prefinanzjament għall-programmi li jirċievu appoġġ mill-FEŻR, mill-FSE+, u mill-Fond ta’ Koeżjoni taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi fl-2022 u l-2023. Dan se jirriżulta f’antiċipazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2022 u l-2023 u huwa newtrali għall-baġit matul il-perjodu 2021–2027.

Il-prefinanzjament addizzjonali ta’ EUR 1.74 biljun għall-2023 ma kienx previst fl-abbozz tal-baġit. Għalhekk, il-Kummissjoni se tikkunsidra li tipproponi li tkopri l-ħtiġijiet ta’ pagament addizzjonali permezz ta’ ittra emendatorja għall-abbozz tal-baġit tal-2023 li tqis il-previżjonijiet riveduti tal-Istati Membri.

Il-modifika proposta ma teħtieġx bidliet fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal impenji u pagamenti skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093, u ma timplikax bidliet fil-ħtiġijiet ta’ pagament kumplessivi matul il-perjodu ta’ programmazzjoni rilevanti.

Il-Kummissjoni se timmonitorja bir-reqqa l-impatt tal-modifika proposta fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2022 u l-2023, filwaqt li tqis l-implimentazzjoni kumplessiva tal-baġit, il-previżjonijiet riveduti tal-Istati Membri, kif ukoll kwalunkwe ħtieġa jew prijorità emerġenti possibbli.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Se jkun hemm monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri u se jsiru rapporti dwarha fil-qafas tal-mekkaniżmi ġenerali tar-rapportar stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 2021/1060.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux Applikabbli

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Qed jiġi propost li jiġu emendati r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) 2021/1060 għal:

·Deroga mir-rekwiżiti dwar il-post fi ħdan Stat Membru partikolari għall-operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji bħala riżultat tal-aggressjoni militari Russa, hekk kif in-nies li jaħarbu mill-gwerra jiċċaqalqu aktar minn darba (emenda tal-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013);

·Possibbiltà li tiġi ddikjarata n-nefqa għal tali operazzjonijiet li diġà huma fiżikament ikkompletati jew implimentati bis-sħiħ (emenda tal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013);

·Permezz ta’ notifika lill-Kummissjoni dwar it-tabelli finanzjarji riveduti approvati mill-kumitat ta’ monitoraġġ u mingħajr deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-programm, tiġi permessa l-applikazzjoni ta’ kofinanzjament sa 100 % għal assi prijoritarju separat li jkun ġie stabbilit għall-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż ta’ dawk dedikati għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji kkawżati mill-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa (l-Artikolu 120, paragrafu ġdid (9) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013);

·L-introduzzjoni ta’ aktar flessibbiltà bejn il-Fondi, li tippermetti speċifikament l-użu tar-riżorsi tal-Fond ta’ Koeżjoni 2014-2020 għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji kkawżati mill-aggressjoni militari Russa u skont il-kamp ta’ applikazzjoni u r-regoli speċifiċi għall-Fondi tal-FEŻR u l-FSE, dment li tingħata allokazzjoni finanzjarja minima ta’ 30 % tal-baġit tal-assi prijoritarju lill-benefiċjarji li jkunu organizzazzjonijiet mhux governattivi jew awtoritajiet lokali sabiex jiġi żgurat li dawn it-tipi ta’ benefiċjarji jirċievu sehem xieraq ta’ tali riżorsi minħabba r-rwol attiv tagħhom f’azzjonijiet biex jilqgħu u jintegraw ir-refuġjati (emenda tal-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013);

·L-użu ta’ stimi infurmati limitati għan-numru totali ta’ persuni appoġġati u l-għadd ta’ tfal taħt it-18-il sena meta jkun hemm l-obbligu li tiġi rrapportata data dwar il-parteċipanti taħt l-assi prijoritarju separat li jappoġġa operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji kkawżati mill-aggressjoni militari tar-Federazzjoni Russa (emenda tal-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013);

·L-estensjoni tal-kost unitarju stabbilit reċentement għall-appoġġ ta’ miżuri li jindirizzaw l-isfidi migratorji kkawżati mill-aggressjoni militari min-naħa tal-Federazzjoni Russa għal EUR 100 fil-ġimgħa għal kull ġimgħa sħiħa jew ġimgħa parzjali li l-persuna tkun fl-Istat Membru kkonċernat, għal massimu totali ta’ 26 ġimgħa mid-data tal-wasla tal-persuna fl-Unjoni (emenda tal-Artikolu 68c tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013);

·It-tisħiħ tal-flessibbiltà għall-pagamenti tal-bilanċ finali minn 10 % għal 15 % għal kull prijorità għal kull Fond u għal kull kategorija ta’ reġjuni fl-aħħar sena kontabilistika (emenda tal-Artikolu 130(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013);

·Il-possibbiltà ta’ trasferimenti fi programmi ta’ allokazzjoni bejn objettivi tematiċi fl-istess prijorità u l-istess Fond u kategorija ta’ reġjun mingħajr il-bżonn ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-programm (emenda tal-Artikoli 30 u 96 (10) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013);

·Iżżid ir-rata ta’ prefinanzjament għall-progammi mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir b’ 0.5 % fl-2022 u 0.5 % fl-2023 tal-appoġġ totali mill-Fondi stabbiliti fid-deċiżjoni li tapprova l-programm fl-Istati Membri kollha (emenda tal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060);

·Tiġi stabbilita l-applikazzjoni għal-rata ta’ kofinanzjament sa 100 % sat-30 ta’ Ġunju 2024 fi ħdan programm biex tappoġġa operazzjonijiet li jippromwovu l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Mill-inqas 30 % tal-appoġġ fi ħdan il-prijorità jenħtieġ li jingħata lil benefiċjarji li huma awtoritajiet lokali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw f’komunitajiet lokali sabiex jiġi żgurat li dawn it-tipi ta’ benefiċjarji jirċievu sehem xieraq ta’ tali riżorsi minħabba r-rwol attiv tagħhom f’azzjonijiet biex jilqgħu u jintegraw ir-refuġjati. L-ammont totali pprogrammat taħt dawn il-prijoritajiet fi Stat Membru ma jistax jaqbeż il-5 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali ta’ dak l-Istat Membru mill-FEŻR u l-FSE+ flimkien. Ir-rata ta’ kofinanzjament sa 100 % se tiġi rieżaminata sat-30 ta’ Ġunju 2024 (emenda tal-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 2021/1060);

·L-eliġibbiltà ta’ appoġġ anki taħt l-operazzjonijiet tal-programmi ta’ bejn l-2021 u l-2027, b’kost totali li jaqbeż il-EUR 1 000 000, li jkunu ntgħażlu biex jingħataw appoġġ mill-programmi ta’ bejn l-2014 u l-2020 u li jkunu nbdew qabel id-29 ta’ Ġunju 2022, u l-possibbltà tal-għoti dirett mill-awtorità ta’ ġestjoni, dment li jiġu ssodisfati għadd limitat ta’ kundizzjonijiet ewlenin (l-Artikolu 118a il-ġdid tar-Regolament (UE) 2021/1060);

·Iż-żieda fl-oqsma ta’ intervent allokati biex ikopru operazzjonijiet f’fażijiet li altrimenti ma jkunux eliġibbli għal appoġġ bejn l-2021 u l-2027 (emenda tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1060).

2022/0208 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) 2021/1060 fir-rigward ta’ aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa
FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) - CARE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 4 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 5 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Istati Membri, u b’mod partikolari r-reġjuni ċentrali u tal-Lvant tal-Unjoni Ewropea, ġew affettwati serjament mill-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, fi żmien meta l-ekonomiji tal-Istati Membri għadhom qed jirkupraw mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. Fl-istess ħin li qed jiffaċċjaw influss kontinwu ta’ persuni li qed jaħarbu mill-aggressjoni Russa, ħafna Stati Membri huma affettwati wkoll minn nuqqas ta’ ħaddiema, diffikultajiet fil-katina tal-provvista u prezzijiet u kostijiet tal-enerġija li qed jogħlew. Minn naħa, dan joħloq problemi għall-baġits pubbliċi u, min-naħa l-oħra, idewwem b’mod sostanzjali l-implimentazzjoni tal-investimenti. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata b’miżuri speċifiċi u mmirati sew, sabiex ma jkunx meħtieġ tibdil fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-impenji u l-pagamenti skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 6 , u biex jiġi evitat li jiddgħajjef l-irkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija li għaddej bħalissa.

(2)Sabiex jittaffa l-piż li qed dejjem jiżdied fuq il-baġits nazzjonali, ir-Regolament (UE) 2022/562 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 għamel għadd ta’ emendi mmirati għar-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 8 u (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 sabiex jagħmilha aktar faċli għall-Istati Membri biex jużaw il-bqija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (il-“FEŻR”), il-Fond Soċjali Ewropew (il- “FSE”) u l-allokazzjonijiet tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (Fund for European Aid to the Most Deprived,FEAD) taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014–2020, kif ukoll biex jużaw ir-riżorsi REACT-EU, biex jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa bl-aktar mod effettiv u rapidu possibbli.

(3)Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2022/613 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 ta aktar possibbiltajiet biex ir-riżorsi jiġu mobilizzati malajr biex ipattu għall-kostijiet baġitarji immedjati mġarrba mill-Istati Membri u stabbilixxa kost unitarju biex jiffaċilita l-finanzjament tal-ħtiġijiet bażiċi u l-appoġġ għall-persuni li jingħataw protezzjoni temporanja.

(4)Madankollu, minħabba n-natura estiża tal-invażjoni Russa, speċjalment fir-rigward ta’ operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji bħala riżultat tal-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà ta’ arranġamenti eċċezzjonali addizzjonali biex ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq ir-rispons meħtieġ għas-sitwazzjoni soċjoekonomika mingħajr preċedent.

(5)Minħabba l-pressjoni addizzjonali fuq il-baġits pubbliċi kkawżata mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa, il-flessibbiltà rigward l-użu tal-FEŻR u l-FSE prevista fl-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għal tali operazzjonijiet jenħtieġ li tiġi estiża biex tkopri wkoll il-Fond ta’ Koeżjoni sabiex ir-riżorsi tiegħu jkunu jistgħu jintużaw ukoll biex jappoġġaw operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEŻR jew tal-FSE f’konformità mar-regoli applikabbli għal dawk il-Fondi. Barra minn hekk, huwa xieraq li r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ ħafif stabbiliti fl-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġu estiżi għall-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE li jindirizzaw l-isfidi migratorji, fejn dawn l-operazzjonijiet ikunu pprogrammati f’assi prijoritarju li jindirizza din l-isfida biss. Barra minn hekk, għall-prijoritajiet li jippromwovu l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi dawk iddedikati għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji bħala riżultat tal-aggressjoni Russa, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-possibbiltà ta’ rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % fiż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni, sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ persuni spostati kemm issa kif ukoll fil-futur. Bl-istess mod, l-ammont għall-kost unitarju għall-faċilitazzjoni tal-finanzjament tal-ħtiġijiet bażiċi u l-appoġġ tar-refuġjati jenħtieġ li jiżdied filwaqt li l-applikazzjoni tiegħu tittawwal.

(6)Barra minn hekk, jidher li l-iffissar tad-data tal-24 ta’ Frar 2022 bħala d-data ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji bħala riżultat tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa ma kienx biżżejjed biex jiżgura li l-operazzjonijiet rilevanti kollha li jindirizzaw dawn l-isfidi jiġu appoġġati mill-Fondi. Għalhekk ikun xieraq li, b’mod eċċezzjonali, l-għażla ta’ tali operazzjonijiet tkun tista’ ssir qabel l-approvazzjoni ta’ emenda ta’ programm relatat filwaqt li n-nefqa għal tali operazzjonijiet li jkunu tlestew fiżikament jew ikunu ġew implimentati bis-sħiħ tkun eliġibbli - u dawn il-flessibbiltajiet jiġu estiżi wkoll għal operazzjonijiet appoġġati mill-FEMS li jindirizzaw il-konsegwenzi fuq is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura li jirriżultaw mill-aggressjoni Russa. Barra minn hekk, b’kunsiderazzjoni tal-finanzjament limitat disponibbli fir-reġjuni l-aktar affettwati, jenħtieġ li jkun possibbli li tali operazzjonijiet jiġu appoġġati lil hinn mil-limiti taż-żona tal-programm fi ħdan Stat Membru partikolari, peress li s-sitwazzjoni tal-persuni li qed jaħarbu mill-agressjoni Russa u li jiċċaqilqu fi ħdan u bejn l-Istati Membri hija ta’ sfida għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni kollha kemm hi. Għaldaqstant, tali operazzjonijiet jenħtieġ li jkunu eliġibbli irrispettivament minn fejn jiġu implimentati fi ħdan Stat Membru partikolari peress li l-post fejn jinsabu fl-aħħar mill-aħħar mhuwiex kriterju deċiżiv meta jiġu indirizzati l-bżonnijiet immedjati.

(7)Barra minn hekk, minħabba l-piż kbir biex jiġu indirizzati l-isfidi migratorji kkaġunati mill-agressjoni militari tal-Federazzjoni Russa li jinsab fuq spallejn l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jenħtieġ jitwarrab il-livell minimu ta’ appoġġ ta’ 30% għal tali korpi fil-kuntest tar-riżorsi li jintużaw biex jappoġġaw operazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEŻR jew tal-FSE jitwarrab f’konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(8)Bil-ħsieb li jittaffa l-piż amministrattiv għall-Istati Membri biex iqisu l-ħtiġijiet li qed jevolvu u l-konformità mal-allokazzjonijiet finanzjarji fi programm operazzjonali, jenħtieġ li tiġi pprovduta miżura ġenerali li tneħħi l-ħtieġa għal emenda formali ta’ programm operazzjonali taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2014 u l-2020 biex ikunu jistgħu jsiru trasferimenti bejn l-objettivi tematiċi fi prijorità tal-istess Fond u kategorija ta’ reġjun.

(9)Fl-aħħar nett, sabiex jiġi ottimizzat l-użu tal-allokazzjonijiet ta’ bejn l-2014 u l-2020 fil-kuntest tal-għeluq tal-programmi taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2014 u l-2020, il-limitu tal-flessibbiltà bejn il-prijoritajiet għall-kalkolu tal-bilanċ finali tal-kontribuzzjoni mill-Fondi jenħtieġ li jiżdied.

(10)Jenħtieġ li jiġu previsti wkoll ċerti flessibbiltajiet biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni bla preċedent fil-qafas legali li jirregola l-programmi taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2021 u l-2027. Għal darb’ oħra bil-ħsieb li jittaffa l-piż fuq il-baġits nazzjonali, il-pagamenti ta’ prefinanzjament għall-programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għandhom jiżdiedu. Barra minn hekk, minħabba l-isfidi kkawżati mill-ispostamenti ta’ persuni u r-risponsi integrati meħtieġa mill-Istati Membri, meta Stat Membru jalloka prijorità taħt wieħed mill-programmi ta’ koeżjoni tiegħu ta’ bejn l-2021 u l-2027 biex jappoġġa operazzjonijiet li jippromwovu l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jenħtieġ li tkun possibbli rata ta’ kofinanzjament sa 100 % għal dik il-prijorità, sat-30 ta’ Ġunju 2024, dment li livell xieraq ta’ appoġġ jiġi dirett lejn l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw f’komunitajiet lokali u li l-ammont totali pprogrammat taħt dawn il-prijoritajiet fi Stat Membru ma jaqbiżx 5% tal-allokazzjoni nazzjonali inizzjali ta’ dak l-Istat Membru mill-FEŻR u l-ESF+ flimkien. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jipprogrammaw ammonti addizzjonali għal tali prijoritajiet b’rati ta’ kofinanzjament regolari. Barra minn hekk, b’kunsiderazzjoni għat-tfixkil fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2014 u l-2020 ikkaġunat mill-aggressjoni militari, minbarra l-konsegwenzi dejjiema tal-pandemija fuq l-implimentazzjoni tal-proġetti u t-tfixkil kontinwu tal-ktajjen tal-valur, jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll flessibbiltà addizzjonali li tippermetti l-għoti dirett ta’ appoġġ u t-tlestija tal-operazzjonijiet li jkunu bdew jiġu implimentati f’konformità mal-qafas leġiżlattiv ta’ bejn l-2014 u l-2020 qabel id-data ta’ din il-proposta leġiżlattiva, anki fejn tali operazzjonijiet ma jkunux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond korrispondenti kkonċernat taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2021 u l-2027, bl-eċċezzjoni ta’ każijiet fejn il-Fondi jkunu ntużaw skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafi tal-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Sabiex jiġi żgurat li tali operazzjonijiet jistgħu jiġu attribwiti għat-tipi ta’ interventi, l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 jenħtieġ li jiġi aġġustat skont dan. L-appoġġ għal tali operazzjonijiet jenħtieġ li ma jaffettwax l-obbligi tal-Istati Membri li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika u mal-miri tal-kontribuzzjoni klimatika.

(11)Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li l-Istati Membri jingħataw assistenza għall-indirizzar tal-isfidi maħluqin mill-għadd eċċezzjonalment kbir ta’ wasliet ta’ persuni li qed jaħarbu mill-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna u biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri għall-qalba lejn irkupru tal-ekonomija reżiljenti mill-pandemija tal-COVID-19, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn dak li huwa neċessarju biex dawk l-objettivi jintlaħqu.

(12)Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 1303/2013 u r-Regolament (UE) 2021/1060 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(13)Minħabba l-urġenza biex tiġi pprovduta għajnuna rapida għall-baġits pubbliċi bil-ħsieb li tiġi ppreservata l-kapaċità tal-Istati Membri li jappoġġaw l-irkupru tal-ekonomiji jitqies li huwa xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat previstafl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

(14)Fid-dawl tal-ħtieġa li tingħata għajnuna rapida għall-baġits pubbliċi bil-għan li titħares il-kapaċità tal-Istati Membri li jsostnu l-proċess ta’ rkupru ekonomiku kif ukoll biex tkun tista’ ssir programmazzjoni malajr tad-diviżjoni f’fażijiet tal-operazzjonijiet tal-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2021 u l-2027, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 30, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“6. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE jew mill-Fond ta’ Koeżjoni, l-Istat Membru jista’ jittrasferixxi allokazzjonijiet finanzjarji bejn objettivi tematiċi differenti fl-istess prijorità tal-istess Fond u kategorija ta’ reġjun tal-istess programm.

Tali trasferimenti għandhom jitqiesu bħala mhux sostanzjali u ma għandhomx jirrikjedu deċiżjoni tal‐Kummissjoni li temenda l-programm. Madankollu, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji kollha u għandhom jiġu approvati minn qabel mill-kumitat ta’ monitoraġġ. L-Istat Membru għandu jinnotifika t-tabelli finanzjarji riveduti lill‐Kummissjoni.

7. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-applikazzjoni ta’ rata ta’ kofinanzjament sa 100 % skont l-Artikolu 120(9) għal assi prijoritarju li jippromwovi l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jkun ġie stabbilit fi ħdan programm biex inklużi dawk dedikati għal operazzjonijiet li jindirizzaw sfidi migratorji kkawżati tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa ma għandhiex tirrikjedi deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-programm. Il-Kumitat għall-monitoraġġ għandu japprova l-emenda minn qabel. L-Istat Membru għandu jinnotifika t-tabelli finanzjarji riveduti lill‐Kummissjoni.”;

(2)fl-Artikolu 65 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“10a. Il-paragrafu 6 ma għandux japplika għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa

Il-paragrafu 6 ma għandux japplika wkoll għal operazzjonijiet appoġġati mill-FEMS li jindirizzaw il-konsegwenzi ta’ dik l-aggressjoni fuq is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura.

B’deroga mill-Artikolu 125(3), il-punt (b), tali operazzjonijiet jistgħu jintgħażlu għall-appoġġ mill-FEŻR, mill-FSE, mill-Fond ta’ Koeżjoni jew mill-FEMS qabel l-approvazzjoni tal-programm emendat.”;

(3)fl-Artikolu 68c, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa, fin-nefqa ddikjarata fl-applikazzjonijiet għall-pagament, l-Istati Membri jistgħu jinkludu kost unitarju marbut mal-ħtiġijiet bażiċi u mal-appoġġ ta’ persuni li ngħataw protezzjoni temporanja jew protezzjoni adegwata oħra skont il-liġi nazzjonali f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 12 u mad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE 13 . Dak il-kost unitarju għandu jkun ta’ EUR 100 fil-ġimgħa għal kull ġimgħa sħiħa jew parzjali li l-persuna tkun fl-Istat Membru kkonċernat. Il-kost unitarju jista’ jintuża għal massimu ta’ 26-il ġimgħa b’kollox, mid-data tal-wasla tal-persuna fl-Unjoni.”;

(4)fl-Artikolu 70(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“F’każijiet meta operazzjonijiet, li jirċievu appoġġ mill-FEŻR, il-FSE jew il-Fond ta’ Koeżjoni li jindirizzaw sfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa jiġu implimentati barra ż-żona tal-programm iżda fl-Istat Membru, għandu japplika biss il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu.”;

(5)L-Artikolu 70(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-programmi taħt l-objettiv ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet appoġġati mill-FSE, bl-eċċezzjoni tal-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 2.”

(6)l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(10) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“10. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(5), 30(6) u 30(7), il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tapprova l-elementi kollha, inkluż kwalunkwe emenda futura tagħha, tal-programm operazzjonali li jaqa’ taħt dan l‐Artikolu, minbarra dawk li jaqgħu taħt il-punti (b)(vi) u (c)(v) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-paragrafi 4 u 5, u l-punti (a) u (c) tal-paragrafu 6 u l‐paragrafu 7, li jibqgħu taħt ir-responsabilità tal-Istati Membri.”;

(7)L-Artikolu 98(4) huwa emendat kif ġej:

(a) jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

“Barra minn hekk, tali operazzjonijiet jistgħu jiġu ffinanzjati wkoll mill-Fond ta’ Koeżjoni abbażi ta’ regoli applikabbli għall-FEŻR jew għall-FSE.”;

(b) is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara t-tieni subparagrafu:

“Fejn assi prijoritarju ddedikat jużu l-possibbiltà stabbilita fl-ewwel jew fit-tieni subparagrafi, mill-inqas 30 % tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ dak l-assi prijoritarju għandu jiġi attribwit għal operazzjonijiet b’benefiċjarji li jkunu organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew awtoritajiet lokali. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-issodisfar ta’ din il-kundizzjoni fir-rapport finali ta’ implimentazzjoni meħtieġ skont l-Artikolu 50(1) u l-Artikolu 111. Fejn din il-kundizzjoni ma tiġix issodisfata, ir-rimborż mill-Kummissjoni taħt l-assi prijoritarju kkonċernat għandu jitnaqqas proporzjonalment biex jiġi żgurat li din il-kundizzjoni tiġi rispettata meta jiġi kkalkulat il-bilanċ finali li għandu jitħallas fil-programm.”;

(c) it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Meta jkun meħtieġ li d-data dwar il-parteċipanti tiġi rrapportata għal operazzjonijiet taħt l-assi prijoritarju msemmi fit-tielet subparagrafu, dik id-data għandha tkun ibbażata fuq stimi infurmati u għandha tkun limitata għall-għadd totali ta’ persuni appoġġati u l-għadd ta’ tfal taħt it-18-il sena. L-istess rekwiżiti ta’ rappurtar għandhom japplikaw ukoll għal assi prijoritarji oħra appoġġati mill-FSE li qed jappoġġaw biss operazzjonijiet li jindirizzaw sfidi migratorji bħala riżultat tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa.”;

(8)fl-Artikolu 120 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“9. Assi prijoritarju separat li jippromwovi l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’rata ta’ kofinanzjament sa 100 % jista’ jiġi stabbilit fi ħdan programm operazzjonali. Assi ta’ prijorità bħal dan jistaż jkun iddedikat kompletament għal operazzjonijiet li jindirizzaw sfidi migratorji bħala riżultat tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa, inkluż l-assi prijoritarju ddedikat imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 98(4).”;

(9)fl-Artikolu 130(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

B’deroga mill-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS permezz ta’ pagamenti tal-bilanċ finali għal kull prijorità għal kull Fond u għal kull kategorija ta’ reġjuni fl-aħħar sena ta’ kontabbiltà ma għandhiex taqbeż, b’aktar minn 15 %, il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS għal kull prijorità għal kull Fond u għal kull kategorija ta’ reġjuni kif stipulat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2021/1060

Ir-Regolament (UE) 2021/1060 huwa emendat kif ġej:

(1)    fl-Artikolu 90(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-prefinanzjament addizzjonali ta’ 0.5 % għandu jitħallas fl-2022 immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u fl-2023 għandu jitħallas prefinanzjament addizzjonali ta’ 0.5 % għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ jew mill-Fond ta’ Koeżjoni taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Jekk programm jiġi adottat wara l-31 ta’ Diċembru 2022, il-pagament akkont tal-2022 għandu jitħallas fis-sena tal-adozzjoni.”;

(2)Fl-Artikolu 90(5), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5. L-ammont imħallas bħala prefinanzjament għas-snin 2021 u 2022, bl-eċċezzjoni tal-prefinanzjament addizzjonali msemmi fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 2, għandu jiġi approvat mill-kontijiet tal-Kummissjoni kull sena. L-ammonti l-oħra kollha mħallsa bħala prefinanzjament għandhom jiġu approvati mill-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-sena kontabilistika finali f’konformità mal-Artikolu 100.”;

(3)fl-Artikolu 112 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7. Meta tiġi stabbilita prijorità separata fi ħdan programm biex tappoġġa operazzjonijiet li jippromwovu l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, għandha tiġi applikata rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għan-nefqa ddikjarata fl-applikazzjonijiet għal pagament sa tmiem is-sena kontabilistika li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2024. Wara dik id-data, għandha tapplika r-rata ta’ kofinanzjament stabbilita fil-programm skont ir-rati massimi ta’ kofinanzjament stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4.

L-ammont totali pprogrammat taħt dawn il-prijoritajiet fi Stat Membru m’għandux jaqbeż il-5 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali ta’ dak l-Istat Membru mill-FEŻR u l-FSE+ flimkien.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi r-rata ta’ kofinanzjament sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Mill-inqas 30 % tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ tali prijorità separata għandha tiġi attribwita għal operazzjonijiet b’benefiċjarji li jkunu awtoritajiet lokali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw f’komunitajiet lokali. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-issodisfar ta’ din il-kundizzjoni fir-rapport finali dwar il-prestazzjoni meħtieġ skont l-Artikolu 43. Fejn din il-kundizzjoni ma tiġix issodisfata, ir-rimborż mill-Kummissjoni taħt il-prijorità kkonċernata għandu jitnaqqas proporzjonalment biex jiġi żgurat li din il-kundizzjoni tiġi rispettata meta jiġi kkalkulat il-bilanċ finali li għandu jitħallas fil-programm.”;

(4)jiddaħħal l-Artikolu 118 a li ġej:

Artikolu 118a

Kundizzjonijiet għal operazzjonijiet soġġetti għal implimentazzjoni maqsuma f’fażijiet li ntgħażlu għall-appoġġ qabel id-29 ta’ Ġunju 2022 skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013

1. Minkejja l-Artikolu 118, operazzjoni b’kost totali li jaqbeż il-EUR 1 000 000 li ntgħażlet biex tingħata appoġġ u li bdiet qabel id-29 ta’ Ġunju 2022 skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolamenti speċifiċi dwar il-Fond (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 , ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 , ir-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 , ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 u r-Regolament (UE) Nru 2014/508 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 , għandha titqies bħala eliġibbli skont dan ir-Regolament u r-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi korrispondenti fil-perjodu ta’ programmazzjoni għal bejn l-2021 u l-2027.

B’deroga mill-Artikolu 73(1) u (2), l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tiddeċiedi li tagħti appoġġ dirett għal tali operazzjoni taħt dan ir-Regolament, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

a)L-operazzjoni jkollha żewġ fażijiet identifikabbli mil-lat finanzjarju, b’sekwenzi tal-awditjar separati;

b)l-operazzjoni taqa’ taħt azzjonijiet ipprogrammati taħt objettiv speċifiku rilevanti u tkun attribwita għal tip ta’ intervent f’konformità mal-Anness I;

c)in-nefqa inkluża f’applikazzjoni għal pagament fir-rigward tal-ewwel fażi mhijiex inkluża taħt kwalunkwe applikazzjoni għal pagament b’rabta mat-tieni fażi;

d)l-Istat Membru jimpenja ruħu li matul il-perjodu ta’ programmazzjoni jlesti u jibda jħaddem it-tieni u l-aħħar fażi fir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni, jew fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fl-aħħar rapport annwali dwar l-implimentazzjoni, ippreżentat f’konformità mal-Artikolu 141 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

2. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal operazzjonijiet li jindirizzaw sfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa li huma appoġġati bl-użu tal-possibbiltà prevista fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.”

(5)fl-Anness I, il-linji li ġejjin huma miżjuda fl-aħħar tat-Tabella 1:

IL-QASAM TA' INTERVENT

Koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima

Koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi ambjentali

Kodiċijiet oħra relatati ma’ operazzjonijiet soġġetti għal implimentazzjoni f’fażijiet skont l-Artikolu 118a

183

Il-ġestjoni tal-iskart domestiku: miżbla

0 %

100 %

184

Il-ħażna u t-trażmissjoni tal-elettriku

100 %

40 %

185

Gass naturali: ħażna, trasmissjoni u distribuzzjoni

0 %

0 %

186

Ajruporti

0 %

0 %

187

Investiment produttiv f’intrapriżi kbar marbuta ma' ekonomija b’konsum baxx ta’ karbonju

40 %

0 %

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President                    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) 2021/1060 fir-rigward ta’ aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa    
FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) - CARE

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

05 Żvilupp Reġjonali u Koeżjoni

07 Investiment fin-Nies, Koeżjoni Soċjali u Valuri

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 19  

X l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Mhux Applikabbli

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Mhux Applikabbli

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Mhux Applikabbli

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Mhux Applikabbli


1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil, inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Mhux Applikabbli

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (li jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività akbar jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Mhux Applikabbli

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Mhux Applikabbli

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Mhux Applikabbli

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Mhux Applikabbli


1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

X durata limitata

X    Impatt finanzjarju mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027 fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-SSSS sal-SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 20   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

X Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi ddeżinjati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Mhux Applikabbli



2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Mhux Applikabbli

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Mhux Applikabbli

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Mhux Applikabbli

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Mhux Applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija ta’ Kontra l-Frodi.

Mhux Applikabbli

IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordnital-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 21 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 22

mill-pajjiżi kandidati 23

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

2a Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

05.02.01 Nefqa Operazzjonali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)

05.03.01 Fond ta’ Koezjoni (FK) - Nefqa operazzjonali

07.02.01 fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) - Nefqa Operazzjonali

Diff.

LE

LE

LE

LE

Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

Il-modifika proposta ma timplika ebda bidla fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-impenji u l-pagamenti skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1311/2013, u lanqas bidliet fil-ħtiġijiet ta’ pagament kumplessivi matul il-perjodu 2021-2027.

It-tqassim annwali totali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni jibqa’ l-istess.

Il-proposta mistennija li tirriżulta f’antiċipazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għas-snin kalendarji 2022 u 2023, kif stmat hawn taħt.

Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.



miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Numru

2a

Id-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTALI

Approprjazzjonijiet operazzjonali 

05.02.01 Nefqa Operazzjonali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)

05.03.01 Fond ta’ Koezjoni (FK) - Nefqa operazzjonali

07.02.01 fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) - Nefqa Operazzjonali

Impenji

(1a)

0.000

Pagamenti

(2 a)

1 743.000

1 743.000

-

-3 486.000

0.000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 24  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

Impenji

=1a+1b +3

0.000

Pagamenti

=2a+2b

+3

1 743.000

1 743.000

-

-3 486.000

0.000

 



 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 2a 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0.000

Pagamenti

=5+ 6

1 743.000

1 743.000

-3 486.000

0.000





Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali 

7

“Nefqa amministrattiva”

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fuq DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

DĠ: <…….>

Riżorsi umani 

Nefqa amministrattiva oħra 

TOTAL TAD-DĠ <….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTALI

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0.000

Pagamenti

1 743.000

1 743.000

-3 486.000

0.000

Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali eżistenti (ebda tibdil):

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

OUTPUTS

Tip 25

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 26

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 27

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 28  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTALI

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

 Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 29

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx ss zz   30

–- fil-Kwartieri Ġenerali

–- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTALI

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti u l-istrumenti li qed jiġi propost li jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 31

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 



Impatt stmat fuq id-dħul 

X Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 32

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

[…]

(1)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta' influss bil-massa ta' persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja, ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1–6
(2)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).
(3)    Ir-Regolament (UE) 2022/562 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE) (ĠU L 109, 8.4.2022, p. 1).
(4)    ĠU C , , p. .
(5)    ĠU C , , p. .
(6)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027, ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11.)
(7)    Ir-Regolament (UE) 2022/562 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE) (ĠU L 109, 8.4.2022, p. 1).
(8)    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(9)    Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).
(10)    Ir-Regolament (UE) 2022/613 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU u l-istabbiliment ta’ kost unitarju (ĠU L 115, 13.4.2022, p. 38).
(11)    Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispozizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew ghall-Izvilupp Regjonali, il-Fond Socjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koezjoni, il-Fond ghal Tranzizzjoni Gusta u l-Fond Ewropew ghall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji ghalihom u ghall-Fond ghall-Azil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond ghas-Sigurtà Interna u l-Istrument ghall-Appogg Finanzjarju ghall-Gestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Vizi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(12)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta' influss bil-massa ta' persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja, (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1).
(13)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).
(14)    Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/200 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).
(15)    Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470)
(16)    Ir-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 281)
(17)    Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259)
(18)    Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1)
(19)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(20)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(21)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(22)    EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(23)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(24)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(25)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(26)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(27)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(28)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(29)    AC= Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD= Professjonisti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(30)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(31)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(32)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top