Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10875

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10875 — AXA IM / SWISS LIFE / MORRISON & CO / LYNTIA NETWORKS) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 404/10

    PUB/2022/1285

    ĠU C 404, 20.10.2022, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 404/39


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Każ M.10875 — AXA IM / SWISS LIFE / MORRISON & CO / LYNTIA NETWORKS)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2022/C 404/10)

    1.   

    Fis-7 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    AXA PIE Lux 4 S.à.r.l. (“AXA”, Franz), ikkontrollata minn AXA S.A.,

    Swiss Life Investment S.à.r.l. (“SLAM”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Swiss Life Holding AG,

    Sorolla Investment Co S.à.r.l. (“Sorolla”, New Zealand), ikkontrollata minn H.R.L. Morrison & Co Group Limited Partnership (“Morrison”),

    Gunalta ITG, S.L.U. (“Lyntia”, Spanja), ikkontrollata minn Antin Infrastructure Partners.

    AXA, SLAM u Sorolla jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Lyntia.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    AXA huwa grupp tal-assigurazzjoni globali, attiv fl-assigurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u forom oħra ta’ assigurazzjoni, kif ukoll fil-ġestjoni tal-investiment, bil-kwartieri ġenerali fi Franza,

    SLAM hija kumpanija tal-ġestjoni tal-assi li tagħmel parti mill-grupp Swiss Life, kumpanija tal-assigurazzjoni elenkata fl-Iżvizzera, u

    Sorolla hija parti minn Morrison, kumpanija ta’ investiment li tinvesti f’isem fondi ta’ investimenti sovrani, fondi ta’ pensjonijiet u investituri bl-ingrossa, bil-kwartieri ġenerali fi New Zealand.

    3.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża fil-mira huma:

    Lyntia huwa operatur newtrali tal-fibra ottika fis-suq tat-telekomunikazzjoni, li prinċipalment jipprovdi servizzi permezz tal-fibra ottika.

    4.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    5.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10875 – AXA IM / SWISS LIFE / MORRISON & CO / LYNTIA

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top