Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022DC0123

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19

    COM/2022/123 final

    Brussell, 15.3.2022

    COM(2022) 123 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19


    1.Daħla

    Fl-14 ta’ Ġunju 2021, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2021/953 li jistabbilixxi ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE (ir-“Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) 1 . Ir-Regolament, ibbażat fuq proposta mill-Kummissjoni 2 , jistabbilixxi qafas komuni għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet jew tal-fejqan tal-COVID-19 għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u tal-membri tal-familja tagħhom waqt il-pandemija tal-COVID-19. Ir-Regolament huwa akkumpanjat mir-Regolament (UE) 2021/954 3 , li jestendi l-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru u li huma intitolati jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħrajn f’konformità mad-dritt tal-UE.

    Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE huwa mod sempliċi u sigur biex juri l-istatus tat-tilqim, tat-test jew tal-fejqan fejn jidħol il-COVID-19 matul l-ivvjaġġar. Jinħareġ mingħajr ħlas u jista’ jintuża kemm f’format diġitali kif ukoll f’format stampat 4 . Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kien element kruċjali fir-rispons tal-Ewropa għall-pandemija tal-COVID-19 u malajr sar standard fl-Ewropa u lil hinn minnha. Minn mindu beda japplika r-Regolament, inħarġu aktar minn 1,7 biljun Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE 5 .

    Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għandu dimensjoni internazzjonali importanti. Dan jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tgħaqqad is-sistemi taċ-ċertifikati COVID-19 f’pajjiżi terzi ladarba tkun stabbiliet li ċ-ċertifikati tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti sabiex jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE għall-fini li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt tad-detenturi tagħhom għal moviment liberu 6 . Is-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ġiet żviluppata fi standard globali, b’35 pajjiż terz u territorju f’ħames kontinenti li s’issa ngħaqdu mas-sistema, flimkien mas-27 Stat Membru. Is-suċċess taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kkontribwixxa għat-tkomplija tal-ivvjaġġar internazzjonali sikur.

    F’konformità mar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, il-Kummissjoni ssottomettiet rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’Ottubru 2021 7 . Dan ir-rapport ipprovda ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni tar-Regolament minn meta ġie adottat fl-14 ta’ Ġunju 2021. Kien fih informazzjoni dwar l-implimentazzjoni teknika tar-Regolament, il-konnessjoni ta’ pajjiżi terzi mas-sistema, l-użu taċ-ċertifikati mis-settur tat-trasport bl-ajru, u l-użu taċ-ċertifikati mill-Istati Membri għal skopijiet mhux relatati mal-ivvjaġġar. Kien fih ukoll analiżi tal-ħruġ possibbli ta’ ċertifikati tal-fejqan fuq il-bażi ta’ riżultati ta’ testijiet rapidi tal-antiġeni u tal-antikorpi, u fuq il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikati tal-fejqan u tat-tilqim. Ipprovda ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni riċevuta mingħand l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament, inklużi n-notifiki dwar restrizzjonijiet addizzjonali għall-moviment liberu tad-detenturi taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Fl-aħħar nett, ir-rapport kien jindika li l-Kummissjoni se tressaq proposta biex testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19.

    Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jipprevedi li l-Kummissjoni tippreżenta rapport ieħor lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Marzu 2022. B’mod partikolari, dan it-tieni rapport irid jinkludi valutazzjoni tal-impatt tar-Regolament dwar il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu, inkluż dwar l-ivvjaġġar u t-turiżmu, u l-aċċettazzjoni ta’ tipi differenti ta’ tilqimiet, id-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll dwar il-protezzjoni ta’ data personali matul il-pandemija tal-COVID-19.

    Minbarra s-suġġetti msemmija b’mod espliċitu fir-Regolament, dan ir-rapport fih ukoll informazzjoni aġġornata dwar in-numru ta’ Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE maħruġin, l-aħħar żviluppi tekniċi relatati mas-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, u r-rabta ta’ pajjiżi terzi addizzjonali mas-sistema. Bħala segwitu għall-ewwel rapport, fih ukoll informazzjoni dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-fejqan fuq il-bażi ta’ riżultati tat-testijiet rapidi tal-antiġeni u tal-antikorpi, il-ħruġ ta’ ċertifikati tat-testijiet fuq il-bażi ta’ testijiet tal-antiġeni bbażati fil-laboratorju, u dwar il-perjodu ta’ aċċettazzjoni taċ-ċertifikati tal-fejqan u tat-tilqim. Fl-aħħar nett, ir-Rapport jispjega għalfejn, fit-3 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni tabilħaqq adottat proposta għal estensjoni tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE sat-30 ta’ Ġunju 2023 8 .

    2.L-applikazzjoni tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u l-impatt tiegħu fuq id-drittijiet fundamentali u fuq in-nondiskriminazzjoni

    2.1.Il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu u n-nondiskriminazzjoni

    2.1.1.Il-pandemija tal-COVID-19 u l-moviment liberu fl-UE

    Id-dritt ta’ moviment u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri tal-UE huwa wieħed mill-aktar drittijiet għal qalb iċ-ċittadini tal-UE. Fi stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2020 9 , aktar minn 8 rispondenti minn kull 10 (84 %) qalu li l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE fl-UE jġib miegħu benefiċċji ġenerali għall-ekonomija ta’ pajjiżhom. Id-dritt fundamentali tal-moviment liberu huwa minqux fl-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

    Id-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri mhuwiex assolut. L-eżerċitar tiegħu jista’ jkun soġġett għal limitazzjonijiet, dment li dawn jiġu applikati f’konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE u, b’mod partikolari, mal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni 10 u tal-proporzjonalità 11 . Pereżempju, id-dritt ta’ ċittadin tal-UE li jmur fi Stat Membru ieħor u jirrisjedi liberament jista’ jkun ristrett għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika 12 .

    Matul il-pandemija tal-COVID-19, l-Istati Membri ħadu miżuri li llimitaw l-eżerċitar tad-dritt tal-moviment u tar-residenza libera fl-UE sabiex jipproteġu s-saħħa pubblika. Dawn il-miżuri kellhom l-għan li jillimitaw it-tixrid tas-SARS-CoV-2 u li jipproteġu s-sistemi tal-kura tas-saħħa milli jaqbżu l-kapaċitajiet tagħhom.

    Il-protezzjoni tas-saħħa pubblika tista’ sservi bħala raġuni leġittima sabiex jiġi limitat il-moviment liberu. Madankollu, limitazzjonijiet bħal dawn ibbażati fuq is-saħħa pubblika jridu jirrispettaw il-prinċipji tad-dritt tal-UE bħall-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni. Kwalunkwe miżura li tittieħed ma għandhiex testendi lil hinn minn dak li jkun strettament neċessarju sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa pubblika. Il-Kummissjoni kompliet tenfasizza dan il-punt, li huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, fil-proposti differenti tagħha adottati dwar il-kwistjoni tal-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19 13 .

    Ir-restrizzjonijiet adottati mill-Istati Membri b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19 ħadu forom differenti. Matul l-istadju bikri tal-pandemija, l-Istati Membri saħansitra pprojbixxew id-dħul fit-territorju tagħhom jew il-ħruġ minnu, xi wħud ukoll billi introduċew mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni fiż-Żona Schengen. Miżuri oħrajn kienu jinkludu l-ħtieġa li l-vjaġġaturi jagħmlu testijiet għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2 jew li jagħmlu awtoiżolament/kwarantina. Xi Stati Membri kienu jesiġu wkoll li l-vjaġġaturi jippreżentaw formoli tal-lokalizzazzjoni tal-passiġġieri jew li jissodisfaw rekwiżiti oħrajn ta’ reġistrazzjoni qabel jew mad-dħul fit-territorju tagħhom.

    Dment li ċerti restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar ikunu meħtieġa mill-perspettiva tas-saħħa pubblika u r-restrizzjonijiet ikunu konformi mal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u tal-proporzjonalità, ma jkunux qed jiksru d-dritt tal-moviment u tar-residenza libera fit-territorju tal-UE.

    Dan huwa l-kuntest li fih ġie adottat ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li r-Regolament, li jistabbilixxi ċ-ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet jew tal-fejqan, ma jirrikjedix li l-Istati Membri jintroduċu limitazzjonijiet fuq id-dritt tal-moviment liberu 14 . Jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma tkunx meħtieġa prova tal-istatus tat-tilqim, tat-testijiet jew tal-fejqan, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-moviment liberu, ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ma jobbligax lill-Istat Membru li jagħmel dan. Għaldaqstant, ir-Regolament ma jistax ikollu impatt negattiv fuq il-moviment liberu fl-UE.

    Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni tqis li s-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kellha – u għad għandha – impatt pożittiv fuq il-moviment liberu fi żmien li fih l-Istati Membri qegħdin jillimitaw l-eżerċitar tiegħu għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika. Tagħmel dan billi tiżgura li ċ-ċittadini jkollhom id-dritt li jirċievu ċertifikati interoperabbli u aċċettati b’mod reċiproku dwar it-tilqim, it-testijiet u l-fejqan mill-COVID-19 li jistgħu jużaw meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu. Meta l-Istati Membri jneħħu ċerti restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu għal persuni fil-pussess ta’ prova ta’ tilqim, ta’ ttestjar jew ta’ fejqan, ir-Regolamenti dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw, b’mod mhux diskriminatorju, minn dawn l-eżenzjonijiet abbażi taċ-ċertifikati maħruġin f’konformità mar-Regolament.

    Mingħajr ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, ma jkun jeżisti l-ebda wieħed minn dawn id-drittijiet: li wieħed jirċievi ċertifikat u li jkun eżentat minn restrizzjonijiet bl-istess mod bħaċ-ċittadini ta’ Stat Membru fuq il-bażi ta’ dak iċ-ċertifikat. Barra minn hekk, ma jkun hemm l-ebda standard uniku li jiżgura l-interoperabbiltà transfruntiera taċ-ċertifikati COVID-19. Fi stħarriġ li sar mill-Kummissjoni fil-bidu ta’ Frar 2022, żewġ terzi tal-Istati Membri rispondenti indikaw li, fin-nuqqas tal-adozzjoni taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, huma kienu jikkunsidraw li jistabbilixxu ċertifikat nazzjonali tal-COVID-19. Filwaqt li ċ-ċittadini jistgħu jinħarġulhom ċertifikati mill-fornituri tal-kura tas-saħħa, ma jkun hemm l-ebda garanzija li dawn jiġu aċċettati – jew, fin-nuqqas ta’ standard ta’ kodifikazzjoni, li jinftiehmu – fi Stati Membri oħrajn. Barra minn hekk, ħafna tipi differenti ta’ ċertifikati inevitabbilment iżidu lr-riskju ta’ frodi u ta’ falsifikazzjoni.

    F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li kull restrizzjoni għall-moviment liberu tal-persuni fl-UE stabbilita bħala reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, inklużi r-rekwiżiti possibbli mill-Istati Membri sabiex jippreżentaw Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE, jitneħħew malli s-sitwazzjoni epidemjoloġika tippermetti. B’riżultat ta’ dan, il-perjodu ta’ applikabbiltà tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE huwa limitat fiż-żmien, li jfisser li ma għandux jibqa’ japplika meta tingħeleb il-pandemija u ċ-ċertifikati ma jibqgħux meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-ivvjaġġar.

    Dan l-aħħar, l-UE indirizzat mewġa ta’ każijiet tal-COVID-19 ikkawżati mill-varjant Omicron li kien wieħed ta’ tħassib 15 . Wara li n-numru ta’ każijiet tal-Omicron jilħaq il-quċċata, proporzjoni għolja tal-popolazzjoni hija mistennija tibbenefika minn protezzjoni mill-COVID-19 jew minħabba t-tilqim jew minħabba l-infezzjoni preċedenti, jew it-tnejn li huma, tal-anqas għal ċertu perjodu. Madankollu, żieda mġedda fl-infezzjonijiet fit-tieni nofs tal-2022, inkluż minħabba l-emerġenza ta’ varjanti ġodda ta’ tħassib tas-SARS-CoV-2, hija possibbiltà reali sakemm il-virus ikompli jiċċirkola b’mod wiesa’ f’kuntest ta’ differenzi kbar fir-rati ta’ tilqim madwar id-dinja. Kif ġie nnotat ukoll miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), għad hemm inċertezzi sinifikanti f’dan l-istadju tal-pandemija tal-COVID-19 16 . Fl-aħħar nett, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għadha ma ddikjaratx it-tmiem tal-emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali kkawżata mis-SARS-CoV-2.

    Minħabba f’hekk, l-Istati Membri għandhom mnejn iħossu li hu meħtieġ li jżommu jew jintroduċu mill-ġdid rekwiżit għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jeżerċitaw id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom, li jippreżentaw prova tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan mill-COVID-19 wara t-30 ta’ Ġunju 2022, id-data attwalment stabbilita għall-iskadenza tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Fl-istħarriġ imsemmi qabel, essenzjalment l-Istati Membri rispondenti kollha indikaw ħtieġa possibbli, fil-kuntest tal-ivvjaġġar, għal provi tat-tilqim, tat-testijiet jew tal-fejqan matul it-tieni nofs tal-2022 u l-ewwel nofs tal-2023.

    Għalhekk, fit-3 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni pproponiet li testendi l-applikazzjoni tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE bi 12-il xahar, sabiex, f’każ li ċerti restrizzjonijiet għall-moviment liberu abbażi tas-saħħa pubblika jkunu għadhom fis-seħħ wara t-30 ta’ Ġunju 2022, iċ-ċittadini tal-UE ma jiġux imċaħħda miċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE bħala mod effettiv, sigur u li jippreserva l-privatezza biex jagħti provi tal-istatus tagħhom ta’ tilqim, tat-testijiet u tal-irkupru kontra l-COVID-19 17 . Dan ikun żgurat mill-proposta tal-Kummissjoni. 

    Kif enfasizzat f’din il-proposta, l-estensjoni ma għandhiex tinftiehem li tirrikjedi lill-Istati Membri, speċjalment dawk li jneħħu l-miżuri domestiċi tas-saħħa pubblika, li jżommu jew jimponu r-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu. Huwa perfettament possibbli għall-Istati Membri li jneħħu dawn il-miżuri kollha waqt li r-Regolament ikun fis-seħħ, peress li kull restrizzjoni, inkluż l-obbligu li tiġi ppreżentata evidenza ta’ kull wieħed mit-tliet avvenimenti mediċi koperti miċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, jenħtieġ li tibqa’ fis-seħħ biss sakemm tkun meħtieġa u proporzjonata.

    Għalhekk, l-estensjoni tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE bi 12-il xahar isservi biex tiżgura li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jibqa’ disponibbli f’każ li jkun meħtieġ wara Ġunju 2022.

    B’kuntrast, jekk ir-Regolament ma jiġix estiż, il-Kummissjoni tkun obbligata twaqqaf il-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE fl-aħħar ta’ Ġunju 2022. Jekk tinqala’ ħtieġa mġedda għaċ-ċertifikat aktar tard, bħala riżultat tal-impożizzjoni mill-ġdid ta’ restrizzjonijiet mill-Istati Membri matul it-tieni nofs tal-2022 jew l-ewwel nofs tal-2023, ikun diffiċli ħafna – jekk mhux impossibbli – li s-sistema tiġi stabbilita mill-ġdid fi żmien qasir kemm f’termini legali kif ukoll tekniċi. Iċ-ċittadini tal-UE jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jagħmlu użu miċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE bħala mezz stabbilit sew biex jiġi ppruvat l-istatus tal-COVID-19, u potenzjalment jiġu kkonfrontati b’nuqqas ta’ interoperabbiltà transfruntiera taċ-ċertifikati tal-COVID-19..

    2.1.2.Koordinazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu marbutin mal-pandemija tal-COVID-19

    L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu għal raġunijiet ta’ politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika, sakemm dawn ikunu konformi mar-regoli u l-limiti stabbiliti mil-liġi tal-UE. Restrizzjonijiet bħal dawn jiġu normalment adottati fil-livell individwali – pereżempju t-tkeċċija ta’ ċittadin tal-UE li ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet għal residenza – u ma jeħtiġux koordinazzjoni bejn diversi Stati Membri jew bejn l-Istati Membri kollha. Madankollu, il-pandemija wriet li, fin-nuqqas ta’ koordinazzjoni, limitazzjonijiet unilaterali għall-moviment liberu adottati essenzjalment mill-Istati Membri kollha jistgħu jirriżultaw f’inċertezza għaċ-ċittadini tal-UE anki jekk il-miżuri jiġu vvalutati individwalment, f’konformità mad-dritt tal-UE.

    Biex tkun żgurata l-koordinazzjoni madwar l-UE, il-Kummissjoni, sa mill-bidu tal-pandemija, ħadmet mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżgura l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-koordinazzjoni dwar din il-kwistjoni 18 . Il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ approċċ koordinat tajjeb, prevedibbli u trasparenti għall-adozzjoni tar-restrizzjonijiet imposti fuq l-ivvjaġġar għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-virus, u għas-salvagwardja tas-saħħa taċ-ċittadini, sabiex jinżamm il-moviment liberu fl-UE, taħt kundizzjonijiet sikuri.

    Fit-13 ta’ Ottubru 2020, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 19 . Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill stabbiliet approċċ komuni dwar il-punti ewlenin li ġejjin: l-applikazzjoni ta’ kriterji komuni meta jiġi deċiż jekk jiġux introdotti restrizzjonijiet għall-moviment liberu; immappjar tar-riskju ta’ trażmissjoni tal-COVID-19, ippubblikat mill-ECDC, fuq il-bażi ta’ kodiċi tal-kulur miftiehem; u approċċ ikkoordinat fir-rigward tal-miżuri, jekk ikun hemm, li jistgħu jiġu applikati għal persuni li jiċċaqilqu bejn żoni differenti. Bi tweġiba għall-iżviluppi tal-pandemija, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu ġiet aġġornata diversi drabi minn Ottubru 2020 20 .

    L-adozzjoni tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-14 ta’ Ġunju 2021 kienet kisba importanti oħra f’dan ir-rigward. Bħala wieħed mill-objettivi tiegħu, dak ir-Regolament għandu wkoll il-kontribuzzjoni għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-UE, sabiex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod koordinat. Sabiex isir l-aħjar użu minn dan il-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, il-Kunsill adatta, fl-istess jum, l-approċċ ikkoordinat stabbilit fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 21 . Il-Kunsill innota li ċ-ċertifikati maħruġin f’konformità mar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għandhom ikunu l-għodda primarja li għandha tintuża fil-kuntest tal-ivvjaġġar fl-UE 22 . Barra minn hekk, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill stabbiliet fehim komuni tal-kundizzjonijiet li fihom il-persuni mlaqqmin għandhom jiġu eżentati mir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, kif ukoll il-perjodi ta’ validità standard għat-testijiet għall-infezzjoni bis-SARS-CoV-2.

    Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, flimkien mal-approċċ ikkoordinat stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, ippermetta liċ-ċittadini tal-UE jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu b’faċilità relattiva matul is-sajf tal-2021. Minn dak iż-żmien, l-użu tat-tilqim żdied b’mod sinifikanti madwar l-UE, u l-varar taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għamel progress b’pass rapidu. Fl-istess ħin, il-mewġ tal-infezzjonijiet tal-COVID-19 ikkawżat mill-varjanti ta’ tħassib “Delta” u “Omicron” matul ix-xitwa tal-2021/2022 wassal lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri addizzjonali tas-saħħa pubblika, li jfittxu li jipproteġu s-saħħa tal-individwi kif ukoll il-kapaċità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, b’uħud minn dawn il-miżuri relatati mal-ivvjaġġar bejn l-Istati Membri.

    Fil-25 ta’ Jannar 2022, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107 23 dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, b’tali mod li l-approċċ “ibbażat fuq ir-reġjun” sar approċċ “ibbażat fuq il-persuna”. Ir-Rakkomandazzjoni tipprovdi li persuna li għandha Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu fil-prinċipju ma għandhiex tkun soġġetta għal restrizzjonijiet addizzjonali, bħal testijiet jew kwarantina, irrispettivament mill-post tat-tluq tagħha fl-UE. Persuni li ma jkollhomx Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu jistgħu jkunu meħtieġa jgħaddu minn test qabel jew mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-wasla. Il-vjaġġaturi b’funzjoni jew bi ħtieġa essenzjali, il-vjaġġaturi transfruntiera u t-tfal taħt il-12-il sena ma għandhomx ikunu meħtieġa li jkunu fil-pussess ta’ Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu.

    Dan l-approċċ ibbażat fuq il-persuna jkompli jsaħħaħ il-moviment liberu għall-vjaġġaturi kollha b’mod mhux diskriminatorju, peress li l-vjaġġaturi jistgħu jivvjaġġaw b’mod liberu, abbażi ta’ ċertifikat tat-tilqim, tat-testijiet jew tal-fejqan. Sa mill-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107, l-Istati Membri bdew jallinjaw dejjem aktar ir-rekwiżiti tal-ivvjaġġar tagħhom ma’ dan l-approċċ ibbażat fuq il-persuna. Sa l-4 ta’ Marzu 2022, 21 l-Istati Membri jew ma jqiegħdu l-ebda restrizzjoni addizzjonali fuq l-ivvjaġġar fuq id-detenturi ta’ Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE f’ebda ċirkostanza, jew ma għandhom l-ebda restrizzjoni affattu fuq l-ivvjaġġar.

    La r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 u lanqas, kif imsemmi hawn fuq, ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ma jobbligaw lill-Istati Membri jirrikjedu li l-vjaġġaturi jkunu fil-pussess ta’ Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kienet qiegħda tħeġġeġ lill-Istati Membri, b’mod partikolari lil dawk li jneħħu l-miżuri domestiċi tas-saħħa pubblika, sabiex ineħħu miżuri bħal dawn 24 . Ħames Stati Membri 25 diġà neħħew ir-rekwiżit li jkollhom Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE biex jidħlu fit-territorji rispettivi tagħhom.

    Iċ-ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2022/107 (kif ukoll il-predeċessur tiegħu, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2020/1475), għalhekk kienu għodod importanti biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu fl-UE matul il-pandemija tal-COVID-19. Huma fittxew li jiżguraw approċċ ikkoordinat tajjeb għall-adozzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-moviment, u se jkomplu jkunu importanti għat-tneħħija ta’ dawn ir-restrizzjonijiet hekk kif is-sitwazzjoni epidemjoloġika titjieb.

    2.1.3.L-iżgurar ta’ approċċ mhux diskriminatorju

    Il-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jiżgura n-nondiskriminazzjoni billi jinkludi ċertifikati interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan. L-Istati Membri kollha huma obbligati joħorġu t-tliet tipi differenti ta’ ċertifikati, u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 tistabbilixxi approċċ ikkoordinat fir-rigward tal-aċċettazzjoni tagħhom. B’riżultat ta’ dan, kemm jista’ jkun persuni jistgħu jibbenefikaw minn Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu. Kif enfasizzat fil-Premessa 36 tiegħu, ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ma jistax jiġi interpretat bħala li jistabbilixxi obbligu ta’ tlaqqim, u ma huwiex “passaport tat-tilqima”.

    Fl-istess ħin, it-tilqim, it-testijiet jew il-fejqan ma jistgħux jitqiesu bħala ugwali mill-perspettiva tas-saħħa pubblika, billi r-riskju ta’ eżiti severi fir-rigward ta’ persuni mhux imlaqqma u dawk imlaqqma parzjalment jibqa’ ħafna akbar 26 . Dan huwa rifless ukoll fir-regoli dwar il-validità taċ-ċertifikati li huma intrinsikament differenti.

    Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ma jobbligax lill-Istati Membri jaċċettaw it-tliet tipi kollha ta’ ċertifikati. Din tibqa’ deċiżjoni ta’ politika tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa pubblika, u xi Stati Membri tabilħaqq iddeċidew li ma jaċċettawx ċerti ċertifikati, b’mod partikolari ċertifikati tal-fejqan.

    Madankollu, meta Stat Membru jaċċetta prova tat-tilqim, tat-testijiet jew tal-fejqan mill-infezzjoni bis-SARS-CoV-2 sabiex ineħħi r-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu, huwa jeħtieġlu jaċċetta, bl-istess kundizzjonijiet, Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE maħruġin għall-istess każ mediku. Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għandu l-istess valur irrispettivament mill-Istat Membru li fih ġiet amministrata t-tilqima, jew li fih saru t-testijiet. Fl-aħħar nett, kif enfasizzat fil-punt 5 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107, ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar ma jistgħux ikunu bbażati fuq in-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata.

    2.1.4.Informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 11 tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE

    Il-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ ikkoordinat sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19. L-informazzjoni mill-Istati Membri dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE tinġabar permezz ta’ tabelli b’ħarsa ġenerali sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, u hija disponibbli wkoll fuq il-pjattaforma Re-open EU, li hija għodda interattiva disponibbli online u bħala applikazzjoni għall-apparati mobbli 27 .

    Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jipprevedi li restrizzjonijiet addizzjonali fuq id-detenturi taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE huma possibbli biss meta dawn ikunu neċessarji u proporzjonati għas-salvagwardja tas-saħħa pubblika bħala rispons għall-pandemija tal-COVID-19. L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn 48 siegħa bil-quddiem kull meta jiddeċiedu li jimponu restrizzjonijiet addizzjonali 28 .

    Bejn it-13 ta’ Ottubru 2021 u l-4 ta’ Marzu 2022, l-Istati Membri li ġejjin ippreżentaw informazzjoni skont din id-dispożizzjoni: l-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Italja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Portugall u l-Iżvezja. Din iż-żieda fin-notifiki meta mqabbla mar-rapport preċedenti tista’ tiġi spjegata mill-miżuri ta’ emerġenza meħudin bħala rispons għall-varjant Omicron. Ir-rekwiżiti addizzjonali notifikati minn dawn l-Istati Membri kienu jinkludu, pereżempju, testijiet ta’ qabel it-tluq, jew testijiet wara l-wasla, inkluż għal vjaġġaturi mlaqqmin u/jew imfejqin. F’minoranza żgħira ħafna ta’ każijiet, ġew implimentati rekwiżiti ta’ kwarantina.

    Fil-fażi bikrija tal-emerġenza tal-varjant Omicron, il-Kummissjoni qieset li, f’konformità mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, rekwiżiti addizzjonali ta’ ttestjar ta’ qabel it-tluq kienu mezz xieraq li jiġi kkunsidrat mill-Istati Membri bħala parti minn miżura ta’ emerġenza sabiex irażżnu t-tixrid ta’ dak il-varjant il-ġdid 29 . Madankollu, minħabba li, sadanittant, għadha għaddejja trażmissjoni komunitarja fuq skala kbira tal-Omicron madwar l-UE, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jneħħu kull rekwiżit ta’ ttestjar relatat mal-ivvjaġġar fl-UE impost fuq persuni mlaqqmin u mfejqin bħala rispons għall-feġġa tal-Omicron. Sal-4 ta’ Marzu 2022, l-ebda Stat Membru ma żamm restrizzjonijiet addizzjonali stabbiliti speċifikament bħala rispons għall-varjant Omicron.

    Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-konformità tal-miżuri tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri kollha, li għadhom fis-seħħ, u li jaffettwaw id-dritt taċ-ċittadini għall-moviment liberu, mad-dritt tal-UE, b’mod partikolari l-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u tal-proporzjonalità.

    2.1.5.Informazzjoni oħra dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE

    Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jipprevedi li ċ-ċertifikati tat-tilqim għandhom jinħarġu mill-Istat Membru meta tkun ingħatat it-tilqima. Jekk iċ-ċittadini jkunu ġew imlaqqma f’żewġ Stati Membri differenti, jenħtieġ li l-ewwel Stat Membru joħroġ Ċertifikat Diġitali tal-COVID tal-UE li jindika l-ewwel doża, u t-tieni Stat Membru, wara li tingħatalu prova li l-ewwel doża ġiet amministrata fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li joħroġ Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE li jindika t-tieni doża (iċ-ċertifikat jindika “2/2” bħala n-numru ta’ dożi amministrati). Għall-boosters japplikaw l-istess regoli; l-Istat Membru fejn tiġi amministrata d-doża booster għandu joħroġ, wara prova li s-serje tat-tilqim primarju tkun ġiet amministrata fi Stat Membru ieħor, Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE li jindika l-aħħar doża (iċ-ċertifikat jindika “3/3” jew “2/1” skont it-tip ta’ tilqima). Dawn ir-regoli huma ċċarati wkoll fil-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi estiża l-applikazzjoni tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE (ara t-Taqsima 2.9).

    F’konformità mal-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, iċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġin minn Stat Membru wara l-amministrazzjoni ta’ doża tat-tilqima kontra l-COVID-19 tabilħaqq għandu jkun fihom “in-numru ta’ dożi amministrati lid-detentur”, jiġifieri, mhux biss in-numru ta’ dożi amministrati fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikati. Minħabba li għandu jinħareġ ċertifikat wara l-amministrazzjoni ta’ kull doża, iċ-ċittadin ikkonċernat tipikament għandu jkun fil-pussess ta’ Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, li jikkostitwixxi prova affidabbli tal-amministrazzjoni ta’ dożi preċedenti.

    Il-ħruġ ta’ ċertifikati tat-tilqim korretti fil-format taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ma għandux ikun soġġett għal rekwiżiti amministrattivi addizzjonali mhux previsti fir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. B’mod partikolari, ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ma jirrikjedix li l-persuna kkonċernata tkun reġistrata fis-sistema tal-kura tas-saħħa tal-Istat Membru li jamministra t-tilqima, jew li tipprovdi n-numru tal-lott ta’ dożi preċedenti, qabel ma jinħarġilha Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    Madankollu, f’ċerti każijiet iċ-ċittadini rrapportaw diffikultajiet sabiex jiksbu Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE korretti, b’mod partikolari ċertifikati tat-tilqim. Pereżempju, xi ċittadini rrapportaw li sabu problemi sabiex jiksbu Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE mill-Istat Membru ħadu t-tilqim minħabba li ma kinux fil-pussess ta’ numru nazzjonali ta’ reġistrazzjoni jew tas-sigurtà soċjali. Feġġew problemi oħra meta ċ-ċittadini rċevew dożi tat-tilqima kontra l-COVID-19 fi Stati Membri differenti. Tipikament, iċ-ċittadini rrapportaw li meta rċevew it-tieni doża jew id-doża booster tagħhom fi Stat Membru, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE li nħarġilhom wara ħalla barra dożi preċedenti amministrati fi Stat Membru ieħor. F’dawn il-każijiet, in-numru ta’ dożi indikati fl-aħħar ċertifikat ma kienx jirrifletti n-numru korrett ta’ dożi amministrati lill-persuna kkonċernata.

    Kif enfasizzat fl-ewwel rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, il-Kummissjoni kompliet il-kuntatti regolari tagħha mal-Istati Membri biex tgħin issolvi dawn il-kwistjonijiet fil-livell tekniku malajr kemm jista’ jkun. B’dan il-mod, diġà ġew solvuti ħafna problemi. Sabiex tikseb ħarsa ġenerali lejn kwalunkwe problema persistenti, il-Kummissjoni wettqet stħarriġ fost l-Istati Membri dwar dan is-suġġett fi tmiem l-2021 u talbet lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jindirizzaw il-problemi identifikati. Bħalissa, il-Kummissjoni qed tanalizza t-tweġibiet tal-Istati Membri u se tagħti segwitu kif ikun xieraq sabiex issolvi kwalunkwe problema li jifdal.

    Xi wħud minn dawn il-problemi huma marbutin man-natura diċentralizzata apposta tal-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, li la jistabbilixxi bażi ta’ data fil-livell tal-UE għat-tilqim, għat-testijiet jew għall-fejqan mill-COVID-19 u lanqas ma jikkollega kwalunkwe bażi ta’ data simili eżistenti fil-livell tal-Istati Membri. B’riżultat ta’ dan, ma hemm l-ebda skambju awtomatiku ta’ data li jippermetti lill-Istati Membri joħorġu ċertifikati faċilment li jqisu l-informazzjoni maħżuna fi Stat Membru ieħor, bħal informazzjoni dwar doża preċedenti amministrata tat-tilqima kontra l-COVID-19. Għalhekk, l-Istati Membri jiddependu fuq iċ-ċittadini li jipprovdu prova tal-amministrazzjoni ta’ dożi preċedenti fi Stati Membri oħrajn, b’mod partikolari fil-forma ta’ Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE.

    Sabiex tipprovdi informazzjoni addizzjonali liċ-ċittadini, il-Kummissjoni ppubblikat it-tweġibiet għall-mistoqsijiet l-aktar frekwenti dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, it-tilqim u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar 30 , li ġew aġġornati fil-11 ta’ Marzu 2022.

    2.2.Protezzjoni ta’ data personali

    Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u l-implimentazzjoni tiegħu huma f’konformità sħiħa mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, filwaqt li jiżguraw, pereżempju, li l-ammont ta’ data miġbura jkun limitat għal dak li jkun neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. B’mod partikolari, jipprovdi li d-data personali aċċessata fil-kuntest tal-proċess ta’ verifika ma għandhiex tinżamm. Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jinħażen u jiġi vverifikat offline, u b’riżultat ta’ dan, l-Istat Membru emittenti ma jiġix informat li ċertifikat ikun ġie vverifikat. Il-Kummissjoni tiżgura wkoll il-konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data fil-kuntest tal-atti ta’ implimentazzjoni u delegati adottati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

    Is-sigurtà taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE nfushom uriet is-solidità tagħha. L-iżgurar tal-konformità mal-protezzjoni tad-data, inkluża s-sigurtà tal-informazzjoni, fis-sistemi ta’ ħruġ huwa responsabbiltà li taqa’ fuq spallet l-Istati Membri. Filwaqt li ġew irrapportati ċertifikati maħruġin b’mod frodulenti, ma hemm l-ebda raġuni għaliex wieħed jemmen li ġew kompromessi xi kjavi kriptografiċi użati biex jiġu ffirmati u awtentikati ċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE (ara wkoll it-Taqsima 2.6.2).

    Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għal skopijiet domestiċi, dan irid jiġi previst fil-liġi nazzjonali, li trid tikkonforma mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-data (ara wkoll it-Taqsima 2.5) 31 . Hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali li jinfurzaw il-konformità ma’ dawk ir-regoli nazzjonali. 

    2.3.L-ivvjaġġar u t-turiżmu

    Il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt serju fuq diversi setturi, bit-trasport u t-turiżmu li ġew affettwati b’mod partikolari. F’dan il-kuntest ta’ sfida, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u l-isforzi sabiex jiġi stabbilit approċċ ikkoordinat għall-ivvjaġġar fil-livell tal-UE b’mod ġenerali ntlaqgħu tajjeb mill-assoċjazzjonijiet tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu bħala żviluppi importanti biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jivvjaġġaw u jitħeġġu li jagħmlu dan billi tiġi garantita l-prevedibbiltà meħtieġa. Barra minn hekk, l-impatt pożittiv tas-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jestendi lil hinn mill-UE.

    Mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, it-trasport kien wieħed mill-aktar setturi affettwati b’mod sever. Wara l-mewġiet varji ta’ infezzjonijiet, u l-miżuri differenti meħudin għall-kontroll tagħhom, ġew identifikati diversi aspetti li wasslu għall-impatt tal-pandemija fuq dan is-settur. Fit-terminu qasir, l-impatti huma xprunati minn miżuri ta’ lockdown, minn restrizzjonijiet oħrajn, kif ukoll minn sforzi volontarji ta’ individwi li jfittxu li jevitaw li jiġu infettati. Barra minn hekk, it-tibdil fl-attivitajiet tat-trasport jista’ jkun dovut għal diversi fatturi: l-evoluzzjoni tal-pandemija, inklużi t-teħid tat-tilqima, it-tibdil fl-imġiba (l-aċċettazzjoni tat-tilqima, il-ħtieġa/ix-xewqa ta’ vvjaġġar, l-għażla tal-modalità tal-ivvjaġġar), kif ukoll l-irkupru ekonomiku tas-settur tas-servizzi tat-trasport.

    Analiżi tan-numru ta’ titjiriet kummerċjali 32 turi li l-aktar livell baxx ġie rreġistrat fix-xhur ta’ Mejju u ta’ Ġunju 2020, li jikkorrispondi għall-perjodu ta’ lockdown u ta’ restrizzjonijiet stretti fuq l-ivvjaġġar fil-maġġoranza tal-Istati Membri. Bl-eċċezzjoni tal-ewwel tliet xhur, fil-livell tal-UE, in-numru ta’ titjiriet kien ogħla fl-2021 milli fl-2020 fix-xhur kollha, u segwa l-istess xejra staġunali bħas-snin ta’ qabel: fil-livell tal-UE, l-ogħla numri ntlaħqu f’Lulju u f’Awwissu, bl-ogħla livell f’Awwissu, segwit minn tnaqqis gradwali fix-xhur segwenti. Analiżi tad-data disponibbli dwar l-għadd ta’ passiġġieri li vvjaġġaw 33 bl-ajru tidher li tikkonferma din ix-xejra, bl-ogħla livell ta’ passiġġieri li vvjaġġaw bl-ajru li ntlaħqet f’Lulju u Awwissu 2021, li jikkoinċidi mat-tnedija taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Madankollu, il-livell tal-2019 ma ntlaħaq fl-ebda pajjiż b’data disponibbli 34 .

    L-assoċjazzjonijiet tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu laqgħu bi ħġarhom iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE bħala kontribut importanti għall-bidu mill-ġdid tal-ekosistema tat-turiżmu tal-UE matul l-istaġun tas-sajf tal-2021 u lil hinn minnu. L-Alleanza tal-Manifest Ewropew tat-Turiżmu, grupp ta’ 70 organizzazzjoni pubblika u privata tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu, iddikjarat li “l-implimentazzjoni taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kienet suċċess kbir 35 .

    Għalkemm kien maħsub sabiex jiffaċilita l-moviment liberu fl-UE, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kkontribwixxa dejjem aktar għar-restawr tal-vjaġġi internazzjonali lejn l-UE u lil hinn minnha. F’dan il-kuntest, fit-22 ta’ Frar 2022 il-Kunsill adotta emenda għar-Rakkomandazzjoni 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni 36 . Din tipprevedi li l-Istati Membri għandhom ineħħu r-restrizzjoni temporanja fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE għal persuni mlaqqmin b’tilqima approvata mill-UE jew mid-WHO u għall-persuni li jkunu fiequ mill-COVID-19 qabel ma jivvjaġġaw lejn l-UE (ara wkoll it-Taqsima 2.4 hawn taħt). Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġin minn pajjiżi terzi meqjusin bħala ekwivalenti f’konformità mal-proċedura stabbilita fir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għandhom jintużaw bħala l-mezz ewlieni ta’ prova tat-testijiet u tat-tilqim, u bħala l-uniku mezz ta’ prova tal-irkupru, billi jistgħu jiġu vverifikati b’mod sikur. Fl-aħħar nett, filwaqt li mhuwiex kopert mir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jista’ jiffaċilita l-ivvjaġġar taċ-ċittadini tal-UE lejn pajjiżi terzi, b’mod partikolari dawk konnessi mas-sistema tal-UE permezz ta’ “deċiżjoni dwar l-ekwivalenza” (ara t-Taqsima 2.7.1).

    B’riżultat ta’ dan, l-organizzazzjonijiet internazzjonali li jittrattaw suġġetti relatati mat-turiżmu esprimew l-appoġġ għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u/jew irrikonoxxew li sar standard internazzjonali għall-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar matul il-pandemija tal-COVID-19. Dawn jinkludu l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi 37 , l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu 38 u l-Grupp tal-Għoxrin 39 .

    Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE mhux biss iffaċilita l-ivvjaġġar taċ-ċittadini tal-UE, iżda pprovdielhom ukoll dokument affidabbli u aċċettat li huma setgħu jużaw f’każ li l-Istat Membru tad-destinazzjoni tagħhom kien qed juża ċ-ċertifikati COVID-19 għal skopijiet domestiċi, bħal għall-aċċess għar-ristoranti, għall-ħwienet tax-xorb jew għal-lukandi (għal aktar informazzjoni dwar l-użu domestiku taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, ara t-Taqsima 2.5).

    2.4.L-aċċettazzjoni ta’ tipi differenti ta’ tilqimiet u ta’ testijiet għall-COVID-19

    Kif previst fir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, l-Istati Membri huma obbligati jaċċettaw ċertifikati tat-tilqim għal tilqimiet li jkunu rċevew awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-UE fir-rigward tat-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu 40 . Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll 41 , iżda ma humiex obbligati, li jneħħu r-restrizzjonijiet għall-vjaġġaturi li jkunu rċevew tilqima li tkun lestiet il-proċedura ta’ tqegħid fuq il-lista għall-użu ta’ emerġenza tal- Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) 42 jew li tkun ġiet awtorizzata fil-livell nazzjonali fi Stat Membru ieħor 43 .

    L-Istati Membri dejjem aktar qed jaċċettaw tilqimiet li jkunu lestew il-proċedura ta’ tqegħid fuq il-lista tal-użu ta’ emerġenza tad-WHO, u l-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 1082/2013/UE 44 , biex tiġbor informazzjoni dwar it-tilqimiet kontra l-COVID-19 mhux awtorizzati fil-livell tal-UE li huma jaċċettaw sabiex ineħħu l-miżuri relatati mal-ivvjaġġar bħat-testijiet jew il-kwarantina addizzjonali. Kif imsemmi hawn fuq, l-aħħar emenda għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni tipprevedi li l-Istati Membri jenħtieġ li jneħħu r-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE anki għal persuni li jiġu mlaqqma b’vaċċin approvat mid-WHO. Madankollu, tali vjaġġaturi jistgħu jkunu soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali bħal testijiet, kwarantina jew l-amministrazzjoni ta’ tilqima awtorizzata mill-UE.

    Fir-rigward tat-testijiet għall-infezzjoni bis-SARS-CoV-2, madwar żewġ terzi tal-Istati Membri jaċċettaw, fil-kuntest tal-ivvjaġġar, ċertifikati maħruġin fuq il-bażi ta’ testijiet rapidi tal-antiġeni ta’ kwalità għolja. Dawk l-Istati Membri li ma jaċċettawx it-testijiet rapidi tal-antiġeni jsemmu, b’mod partikolari, ir-rati ogħla ta’ negattivi foloz bħala raġunijiet għaliex ma jaċċettawx dawn iċ-ċertifikati. Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ma jobbligahomx jagħmlu hekk, dment li dan isir b’mod mhux diskriminatorju.

    2.5.L-użu taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għal skopijiet domestiċi

    Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jkopri l-użu taċ-ċertifikati għall-ivvjaġġar fl-UE matul il-pandemija tal-COVID-19. La jippreskrivi u lanqas ma jipprojbixxi l-użu taċ-ċertifikati COVID-19 għal skopijiet domestiċi, bħar-regolazzjoni tal-aċċess għal avvenimenti, għal ristoranti, għal avvenimenti sportivi, għat-trasport pubbliku jew għall-post tax-xogħol.

    Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għal skopijiet oħrajn, dan irid jiġi previst fid-dritt nazzjonali, li jrid jikkonforma b’mod partikolari mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-data 45 . Fl-istess ħin, meta Stat Membru jistabbilixxi sistema ta’ ċertifikati COVID-19 għal skopijiet domestiċi, għandu jiżgura li ċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE jkunu jistgħu jintużaw ukoll 46 . Dan jiżgura li l-vjaġġaturi minn Stati Membri oħrajn ikunu jistgħu jużaw iċ-ċertifikati tagħhom matul is-soġġorn tagħhom.

    Fiż-żmien mill-aħħar rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, l-użu ta’ ċertifikati COVID-19 għal skopijiet domestiċi ra bidliet. Bħala reazzjoni għan-numri tal-każijiet li komplew jitilgħu fil-ħarifa tal-2021, xi Stati Membri kienu jeħtieġu l-użu ta’ ċertifikati COVID-19 għal servizzi addizzjonali, pereżempju fil-kuntest tat-trasport pubbliku domestiku jew tal-aċċess għall-post tax-xogħol. Madankollu, fil-bidu tal-2022, xi Stati Membri bdew jillimitaw jew waqfu kompletament milli jirrikjedu ċertifikati COVID-19 għal skopijiet domestiċi. Fl-istħarriġ li sar mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, ħames pajjiżi 47 indikaw li l-użu domestiku taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kien diġà ġie sospiż, u ħamsa indikaw li kienu għaddejjin diskussjonijiet sabiex jiġi sospiż 48 . 

    Peress li l-użu domestiku taċ-ċertifikati COVID-19 ma huwiex kopert mir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll ir-regoli u l-kundizzjonijiet ta’ aċċettazzjoni tagħhom stess. Il-Kummissjoni qed tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jallinjaw ir-regoli tagħhom għall-użu domestiku mar-regoli ta’ aċċettazzjoni applikabbli fil-kuntest tal-ivvjaġġar, madankollu għad hemm xi diverġenzi. Pereżempju, filwaqt li tmien Stati Membri indikaw fl-istħarriġ li ċ-ċertifikati tat-tilqim li juru t-tlestija tas-serje tat-tilqim primarju kienu aċċettati għall-użu domestiku għal 270 jum, f’konformità mar-regoli applikabbli fil-kuntest tal-ivvjaġġar, l-Istati Membri l-oħra indikaw perjodi ta’ aċċettazzjoni differenti. Tnax-il Stat Membru indikaw li ċ-ċertifikati li juru doża booster huma aċċettati għall-użu domestiku għal perjodu ta’ żmien indefinit, kif inhu l-każ fil-kuntest tal-ivvjaġġar.

    Ir-riċerkaturi fittxew li jagħmlu stima tal-impatti tar-rekwiżiti taċ-ċertifikati COVID-19. Artiklu li għadu ma huwiex stampat, minn riċerkaturi tal-Università Simon Fraser fi British Columbia jistma żieda mdaqqsa fit-tilqim u qligħ kumulattiv dejjiemi wara t-tħabbir ta’ rekwiżit domestiku taċ-ċertifikat COVID-19, meta mqabbel max-xejra ta’ qabel it-tħabbira 49 . Artiklu ieħor ippubblikat f’The Lancet żvela li l-introduzzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 wasslet għal żieda fit-tilqimiet 20 jum qabel l-implimentazzjoni b’antiċipazzjoni, b’effett dejjiemi sa 40 jum wara 50 . Dokument ta’ ħidma ppubblikat minn riċerkaturi ta’ Bruegel, grupp ta’ riflessjoni, jistma li t-tħabbira taċ-ċertifikati COVID matul is-sajf tal-2021 wasslet għal żieda ta’ 13-il punt perċentwali mill-popolazzjoni totali fit-teħid tat-tilqima sa tmiem is-sena fi Franza, żieda ta’ 6,2 punti perċentwali fil-Ġermanja, u żieda ta’ 9,7 punti perċentwali fl-Italja 51 . Barra minn hekk, l-awturi jistmaw li dan il-fatt evita 3 979 mewta addizzjonali fi Franza, 1 133 fil-Ġermanja, u 1 331 fl-Italja; u impedixxa telf tal-prodott domestiku gross ta’ EUR 6,0 biljun fi Franza, EUR 1,4 biljun fil-Ġermanja, u EUR 2,1 biljun fl-Italja. Notevolment, l-awturi jsostnu li l-applikazzjoni taċ-ċertifikati COVID naqqset sostanzjalment il-pressjoni fuq l-unitajiet tal-kura intensiva u, fi Franza, evitat li jinqabżu l-livelli ta’ okkupanza meta daħlu fis-seħħ lockdowns minn qabel.

    2.6.L-implimentazzjoni teknika

    2.6.1.In-numru ta’ Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE maħruġin

    Sal-1 ta’ Marzu 2022, l-Istati Membri ħarġu aktar minn 1,72 biljun Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, magħmula minn 1,15-il biljun ċertifikat ta’ tilqim, 511-il miljun ċertifikat tat-testijiet, u 55 miljun ċertifikat ta’ fejqan 52 . Diżaggregazzjoni dettaljata għal kull Stat Membru hija inkluża fl-Anness I.

    2.6.2.Il-Gateway tal-UE u l-ħidma fil-livell tekniku

    L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-linji gwida għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni komuni taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ġew żviluppati b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-qafas tan-Network e-Saħħa 53 . L-ispeċifikazzjonijiet kollha żviluppati min-Network e-Saħħa huma bbażati fuq standards miftuħin u huma ppubblikati bħala sors miftuħ fuq is-sit web tan-Network e-Saħħa 54 u fuq GitHub 55 . Dan iffaċilita l-interoperabbiltà ma’ sistemi żviluppati minn pajjiżi terzi (ara t-Taqsima 2.7.1 hawn taħt).

    Minn Ottubru 2021, il-ħidma fil-livell tekniku sabiex tkompli tittejjeb is-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE inkludiet ir-raffinar tal-kodifikazzjoni tal-boosters (ara t-Taqsima 2.8.1 aktar ’il quddiem) u, b’mod partikolari, l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu għall-iskambju ta’ listi ta’ Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE revokati.

    Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jipprevedi li l-qafas ta’ fiduċja tiegħu jappoġġa l-iskambju tal-listi taċ-ċertifikati revokati li jkun fihom l-identifikaturi uniċi taċ-ċertifikati revokati 56 . Ir-revoka taċ-ċertifikati tista’ tgħin sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa pubblika meta ċ-ċertifikati jkunu nħarġu bi żball, bħala riżultat ta’ frodi jew wara s-sospensjoni ta’ lott tat-tilqima kontra l-COVID-19 li jinstab li jkun difettuż 57 .

    Mit-tnedija taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, kien hemm rapporti ta’ għadd żgħir ta’ Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE maħruġin b’mod frodulenti. Kif il-Kummissjoni vverifikat mal-Istati Membri, dawn il-każijiet limitati kienu tipikament dovuti għal persunal individwali ta’ emittenti awtorizzati ta’ ċertifikati li ħarġu ċertifikati validi b’mod frodulenti jew irregolari. Jibqa’ importanti li l-awtoritajiet nazzjonali jkomplu jsegwu dawk il-każijiet.

    F’dan il-kuntest, diversi Stati Membri diġà implimentaw soluzzjonijiet għar-revoka fil-livell domestiku, jiġifieri, fir-rigward taċ-ċertifikati li joħorġu huma stess. Il-Kummissjoni, flimkien ma’ esperti mill-Istati Membri, qed taħdem biex tiżviluppa mekkaniżmu li jippermetti l-iskambju rapidu u sigur tal-listi ta’ revoka taċ-ċertifikati bejn l-Istati Membri permezz tal-Gateway taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE, li hija l-parti ċentrali tal-qafas ta’ fiduċja. Għamlet dan minħabba li, filwaqt li s-sistema taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE hija kapaċi tiżvela minnufih ċertifikati ffalsifikati, ċertifikati awtentiċi li jinħarġu b’mod illegali fuq il-bażi ta’ dokumentazzjoni falza, ta’ aċċess mhux awtorizzat jew b’intenzjoni frodulenti ma jistgħux jiġu identifikati fi Stati Membri oħrajn sakemm il-listi ta’ ċertifikati revokati ġġenerati fil-livell nazzjonali ma jiġux skambjati bejn l-Istati Membri. Is-soluzzjoni żviluppata għandha tkun operattiva fil-ġimgħat li ġejjin.

    2.7.Aspetti internazzjonali tas-sistema taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE

    2.7.1.Konnessjoni bejn l-Ewropa u pajjiżi terzi

    Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jistipula li l-Kummissjoni tista’ toħroġ deċiżjoni li tistabbilixxi li ċ-ċertifikati ta’ pajjiż terz iridu jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE (“deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza”) bil-għan li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt tad-detenturi tagħhom għal moviment liberu. Dan iwassal biex il-pajjiż terz ikkonċernat jiġi konness mal-Gateway tal-UE. Informazzjoni dettaljata dwar dan il-proċess tista’ tinstab fl-ewwel rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    Kif spjegat f’dan l-ewwel rapport, il-Kummissjoni kienet diġà adottat deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza rigward iċ-ċertifikati COVID-19 maħruġin mill-Albanija, minn Andorra, mill-Gżejjer Faeroe, minn Iżrael, minn Monaco, mill-Marokk, mill-Maċedonja ta’ Fuq, mill-Panama, minn San Marino, mit-Turkija, mill-Ukrajna u mill-Belt tal-Vatikan. Barra minn hekk, l-Iżvizzera hija konnessa mas-sistema taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE bbażata fuq deċiżjoni dwar l-ekwivalenza adottata skont l-Artikolu 3(10) tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, minħabba l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni 58 . Minbarra l-pajjiżi terzi u t-territorji konnessi fuq il-bażi ta’ deċiżjoni dwar l-ekwivalenza, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja huma konnessi fuq il-bażi tal-inkorporazzjoni tar-Regolament fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

    Minn dak iż-żmien ’l hawn, u sat-tmiem ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni adottat deċiżjonijiet addizzjonali dwar l-ekwivalenza fir-rigward tal-Armenja 59 , tal-Benin 60 , ta’ Cabo Verde 61 , ta’ El Salvador 62 , tal-Georgia 63 , tal-Ġordan 64 , tal-Libanu 65 , tal-Moldova 66 , tal-Montenegro 67 , ta’ New Zealand 68 , tas-Serbja 69 , ta’ Singapore 70 , tat-Tajwan 71 , tat-Tajlandja 72 , tat-Tuneżija 73 , tat-Togo 74 , tal-Emirati Għarab Magħquda 75 , tar-Renju Unit 76 u tal-Urugwaj 77 .

    B’riżultat ta’ dan, 35 pajjiż u territorju mhux tal-UE ssieħbu fis-sistema taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE flimkien mas-27 Stat Membru. Dan itella’ n-numru totali ta’ pajjiżi konnessi mas-sistema taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE għal 62. 22 mit-32 deċiżjoni dwar l-ekwivalenza jirrikonoxxu t-tliet tipi taċ-ċertifikat kollha stabbiliti bir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    Barra minn hekk, aktar pajjiżi terzi qegħdin ikomplu japplikaw għal deċiżjoni dwar l-ekwivalenza. Sas-16 ta’ Frar 2022, kien hemm kuntatti preliminari ma’ 35 pajjiż terz jew territorju interessat, li 25 minnhom ippreżentaw formalment ir-riżultati tal-awtovalutazzjoni ta’ kemm huma lesti li jissieħbu fis-sistema tal-UE.

    Ir-Regolament fih innifsu ma jirrikjedix b’mod espliċitu li pajjiżi terzi li jkunu qed jipprovaw jiksbu deċiżjoni dwar l-ekwivalenza jaċċettaw b’mod reċiproku ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għall-ivvjaġġar lejn il-pajjiżi rispettivi tagħhom. Madankollu, qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-ekwivalenza, il-Kummissjoni talbet sistematikament lill-pajjiżi terzi kollha kkonċernati jaċċettaw iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    Il-Kummissjoni qed tissokta l-isforzi tagħha u tappoġġa lill-pajjiżi terzi li jixtiequ jiżviluppaw sistemi interoperabbli taċ-ċertifikati tal-COVID-19. Dan jista’ jinkludi l-kondiviżjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi ma’ pajjiżi terzi u soluzzjonijiet ta’ referenza b’sors miftuħ li jistgħu jappoġġaw il-konverżjoni ta’ ċertifikati ta’ pajjiżi terzi f’format li jkun interoperabbli maċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Xi pajjiżi terzi użaw mekkaniżmi ta’ konverżjoni biex jappoġġjaw it-talbiet tagħhom għal deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza.

    Minbarra s-sistema tad-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza, ir-Regolament dwar il-COVID Diġitali tal-UE jipprevedi wkoll li l-Istati Membri jistgħu joħorġu Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE lil persuni mlaqqma f’pajjiż terz b’vaċċin użat fl-UE, fejn ikunu ngħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluża prova affidabbli ta’ dan il-vaċċin 78 . Għadd ta’ Stati Membri 79 żviluppaw pjattaformi online biex jgħinu lill-vjaġġaturi minn pajjiżi terzi mhux koperti minn deċiżjoni dwar l-ekwivalenza biex jitolbu l-konverżjoni taċ-ċertifikat COVID-19 tagħhom f’Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    2.7.2.L-interoperabbiltà mas-sistemi żviluppati fil-livell internazzjonali

    F’konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament, jenħtieġ li l-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jiżgura l-interoperabbiltà mas-sistemi teknoloġiċi stabbiliti fil-livell internazzjonali.

    Il-Kummissjoni tkompli tikkoopera mal-istituzzjonijiet internazzjonali sabiex tipprovdi gwida dwar il-prinċipji li fuqhom hija bbażata sistema taċ-Ċertifikat Covid Diġitali sikura u affidabbli, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi għad-Dokumentazzjoni Diġitali tad-WHO dwar l-ispeċifikazzjonijiet u l-linji gwida taċ-Ċertifikati COVID-19. Il-Kummissjoni żammet djalogu kontinwu mal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) biex tidentifika għażliet potenzjali għall-interoperabbiltà bejn iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u ċ-ċertifikat VDS-NC tal-ICAO.

    2.8.L-iżviluppi fir-rigward taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE

    2.8.1.Il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikati tat-tilqim

    Meta ġie adottat ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, ma kienx hemm biżżejjed data disponibbli dwar id-durata tal-protezzjoni li tirriżulta mit-tlestija tas-serje primarja tat-tilqima kontra l-COVID-19. Għalhekk, ma ġie stabbilit l-ebda perjodu ta’ validità għaċ-ċertifikati tat-tilqim.

    Fl-aħħar rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dak il-mument, ma kinitx qed tikkunsidra emenda għar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE sabiex tispeċifika l-validità taċ-ċertifikati tat-tilqim f’dak iż-żmien. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li kienet se tkompli timmonitorja l-evidenza xjentifika dwar dak is-suġġett mill-qrib ħafna.

    Fl-4 ta’ Ottubru 2021, il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini kkonkluda li d-dożi booster għat-tilqima Comirnaty jistgħu jiġi kkunsidrati tal-anqas sitt xhur wara t-tieni doża għal persuni li għandhom 18-il sena u aktar. Fil-25 ta’ Ottubru 2021, il-Kumitat ikkonkluda li tista’ tiġi kkunsidrata doża booster tat-tilqima Spikevax f’persuni li għandhom 18-il sena u aktar tal-anqas sitt xhur wara t-tieni doża. Fil-15 ta’ Diċembru 2021, il-Kumitat ikkonkluda li doża booster tat-tilqima COVID-19 Vaccine Janssen tista’ tiġi kkunsidrata tal-anqas xahrejn wara l-ewwel doża għall-persuni ta’ 18-il sena u aktar u li t-tilqima COVID-19 Vaccine Janssen tista’ tingħata wkoll wara żewġ dożi tat-tilqima Comirnaty jew tat-tilqima Spikevax.

    F’dan il-kuntest, fl-24 ta’ Novembru 2021, l-ECDC ippubblika Valutazzjoni tar-Riskju Rapida 80 dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika kurrenti tas-SARS-CoV-2, projezzjonijiet għall-istaġun festiv tal-aħħar tas-sena u strateġiji għar-rispons fl-UE, li fih innota li l-evidenza emerġenti wriet żieda sinifikanti fil-protezzjoni kontra l-infezzjoni u l-mard serju wara doża booster fil-gruppi tal-etajiet kollha fit-terminu l-qasir. Skont l-ECDC, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw b’urġenza doża booster għal dawk li għandhom 40 sena u aktar, u għandu jkollhom fil-mira lil dawk l-aktar vulnerabbli u lill-anzjani, u li l-pajjiżi jistgħu jikkunsidraw ukoll doża booster għall-adulti kollha li għandhom 18-il sena jew aktar, minn tal-anqas sitt xhur wara li jlestu s-serje primarja tagħhom sabiex iżidu l-protezzjoni mill-infezzjoni minħabba li l-immunità tibda tbatti, u li tista’ potenzjalment tnaqqas it-trażmissjoni tal-virus fil-popolazzjoni u tipprevjeni li jiġu rikoverati aktar nies l-isptar u li jkun hemm aktar imwiet.

    B’rabta ma’ dawn l-iżviluppi xjentifiċi, aktar u aktar Stati Membri adottaw regoli dwar għal kemm għandhom jiġu aċċettati ċertifikati tat-tilqim li jindikaw it-tlestija tas-serje tat-tilqim primarju. Dawn il-miżuri unilaterali kellhom il-potenzjal li jikkawżaw tfixkil sinifikanti għaċ-ċittadini tal-UE fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu.

    B’rispons għal dan, fil-21 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni adottat Regolament Delegat 81 li jistabbilixxi perjodu ta’ aċċettazzjoni vinkolanti ta’ 270 jum għaċ-ċertifikati tat-tilqim li jkopru s-serje tat-tilqim primarju, għall-finijiet ta’ vjaġġar fl-UE 82 . Dawn iċ-ċertifikati ma għandhomx jiġu aċċettati jekk ikunu għaddew aktar minn 270 jum mill-aħħar doża. Dan il-perjodu ta’ validità jqis il-gwida tal-ECDC, li skont din, id-dożi booster huma rrakkomandati mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tlestija tal-ewwel ċiklu tat-tilqim, kif spjegat hawn fuq. Jipprevedi wkoll perjodu ta’ grazzja ta’ tliet xhur addizzjonali lil hinn minn dawk is-sitt xhur sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal dożi booster.

    Iċ-ċertifikati maħruġa għad-dożi booster ma għandhomx perjodu massimu ta’ aċċettazzjoni, u għalhekk bħalissa jibqgħu validi mingħajr data ta’ skadenza, f’dak li għandu x’jaqsam mal-ivvjaġġar fl-UE, għalkemm dan jista’ jiġi kkunsidrat mill-ġdid fi stadju aktar tard f’każ li l-evidenza xjentifika tindika l-ħtieġa għall-introduzzjoni ta’ perjodu ta’ aċċettazzjoni għal dawn iċ-ċertifikati wkoll.

    Ir-regoli dwar il-perjodu ta’ aċċettazzjoni taċ-ċertifikati tat-tilqim japplikaw għall-finijiet tal-ivvjaġġar. Kif spjegat aktar ’il fuq, meta jintroduċu regoli ġodda dwar l-użu taċ-ċertifikati fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri huma mħeġġin jallinjawhom ma’ dawn ir-regoli l-ġodda sabiex jipprovdu ċertezza għall-vjaġġaturi u jnaqqsu t-tfixkil.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni adottat att ta’ implimentazzjoni 83 li jiċċara r-regoli għall-kodifikazzjoni taċ-ċertifikati tat-tilqim. Dan sar neċessarju sabiex jiġi żgurat li ċ-ċertifikati tat-tilqim li juru t-tlestija tas-serje primarja dejjem ikunu jistgħu jiġu distinti miċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġin wara doża booster, irrispettivament mill-għadd ta’ dożi amministrati fis-serje primarja.

    2.8.2.Testijiet tal-antiġeni bbażati fil-laboratorju

    Minn Lulju 2021, il-grupp ta’ ħidma tekniku dwar it-testijiet dijanjostiċi tal-COVID-19 tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa kien qed jirrieżamina l-proposti mressqin mill-pajjiżi tal-UE u mill-manifatturi għat-testijiet antiġeniċi tal-COVID-19 ibbażati fil-laboratorju. Dawn il-proposti huma vvalutati skont l-istess kriterji bħat-testijiet rapidi tal-antiġeni, li ġew miftehmin fil-21 ta’ Settembru 2021. Jekk il-grupp ta’ ħidma tekniku jqis li l-proposti jirnexxu u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa jaqbel ukoll, it-testijiet antiġeniċi bbażati fil-laboratorju li jissodisfaw il-kriterja jiġu inklużi f’lista separata (l-Anness III tad-dokument tal-lista komuni tal-UE).

    Għar-raġunijiet stabbiliti fil-proposta tagħha sabiex jiġi estiż ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, il-Kummissjoni pproponiet li tinkludi tali testijiet tal-antiġeni ta’ kwalità għolja bbażati fil-laboratorju fost it-tipi ta’ testijiet li għalihom jista’ jinħareġ Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE 84 Il-mira hija li jitwessa’ l-ambitu tat-tipi ta’ testijiet dijanjostiċi fi żmien meta hemm domanda għolja għat-testijiet għall-COVID-19.

    2.8.3.Il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-fejqan ibbażati fuq ir-riżultati tat-testijiet tal-antiġeni

    Meta ġie adottat ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, iċ-ċertifikati tal-fejqan setgħu jinħarġu biss wara riżultat pożittiv ta’ test ta’ amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku molekulari (NAAT). Ir-Regolament ma ppermettiex il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-fejqan fuq il-bażi ta’ testijiet oħrajn, bħal testijiet rapidi tal-antiġeni.

    F’Mejju 2021, il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilixxa grupp ta’ ħidma tekniku dwar it-testijiet dijanjostiċi tal-COVID-19 85 . L-għan ta’ dan il-grupp ta’ ħidma tekniku huwa li jirrieżamina l-proposti mressqin mill-Istati Membri u mill-manifatturi sabiex testijiet rapidi tal-antiġeni għall-COVID-19 jiġu inklużi fil-lista komuni tal-UE ta’ testijiet rapidi tal-antiġeni maqbulin mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa 86 . 

    Fil-11 ta’ Jannar 2022, dan il-grupp ta’ ħidma tekniku ddiskuta l-użu tat-testijiet rapidi tal-antiġeni għaċ-ċertifikati tal-fejqan, filwaqt li qies is-sitwazzjoni epidemjoloġika li marret għall-agħar, b’numri rekord ta’ każijiet tal-COVID-19 minħabba l-varjant ta’ tħassib “Omicron”, kif ukoll minħabba nuqqas ta’ kapaċitajiet ta’ NAATs f’diversi Stati Membri bħala riżultat ta’ domanda għolja għat-testijiet. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, il-grupp ta’ ħidma tekniku qabel li t-testijiet rapidi tal-antiġeni inklużi fil-lista komuni tal-UE jistgħu jintużaw għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-fejqan. Il-grupp ta’ ħidma tekniku saħaq li huma biss ir-riżultati tat-testijiet rapidi tal-antiġeni mwettqin minn professjonisti mediċi jew minn persunal imħarreġ ieħor li għandhom jintużaw sabiex jinħarġu ċertifikati bħal dawn.

    L-ECDC iqis li testijiet rapidi tal-antiġeni vvalidati kif xieraq li jissodisfaw kriterji ta’ speċifiċità għolja ta’ aktar minn 98 % jistgħu jintużaw sabiex jiġi ċċertifikat li persuna tkun fieqet minn infezzjoni mgħoddija bil-COVID-19 87 . Aktar ma tkun għolja l-ispeċifiċità, aktar għandha tkun għolja l-validità tat-test li trid tintuża għaċ-ċertifikazzjoni ta’ individwu mfejjaq.

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet ulterjuri mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, fit-22 ta’ Frar 2022 il-Kummissjoni adottat Regolament Delegat li jemenda r-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE sabiex jipprevedi li ċ-ċertifikati tal-fejqan jistgħu jinħarġu wkoll wara riżultat pożittiv ta’ test rapidu tal-antiġeni elenkat fil-lista komuni tal-UE u mwettaq minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ mill-Istat Membru fejn ikun twettaq it-test 88 .

    2.8.4.Il-ħruġ possibbli ta’ ċertifikati tal-fejqan ibbażati fuq ir-riżultati tat-testijiet tal-antikorpi

    Fl-ewwel rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Digitali tal-UE, il-Kummissjoni indirizzat ukoll il-ħruġ possibbli ta’ ċertifikati tal-fejqan ibbażati fuq ir-riżultati tat-testijiet tal-antikorpi. Il-Kummissjoni kkonkludiet li, fuq il-bażi tal-gwida xjentifika, ma kinitx qed tikkunsidra emenda għar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE sabiex tippermetti l-ħruġ ta’ ċertifikati tal-fejqan fuq il-bażi ta’ testijiet tal-antikorpi.

    Kif innotat fl-ewwel rapport, l-ECDC iqis li r-riżultati tat-testijiet tal-antikorpi ma humiex adattati għall-valutazzjoni taż-żmien tal-infezzjoni u tal-istatus tal-immunità ta’ individwu. L-ECDC ma biddilx din il-pożizzjoni, kif jidher f’rapport ġdid ippubblikat fl-10 ta’ Frar 2022 89 . Il-konklużjonijiet ewlenin tal-ewwel aġġornament tar-rapport huma li t-testijiet tal-antikorpi ma jistgħux jintużaw sabiex jinħarġu jew jiġu estiżi ċ-ċertifikati COVID-19 diġitali. Ir-raġunijiet ewlenin għal dan huma li, l-ewwel nett, filwaqt li riżultat pożittiv tat-test tal-antikorpi jista’ jindika infezzjoni jew tilqima preċedenti, ma jistax jintuża sabiex jiġi ddeterminat jekk individwu jkunx attwalment infettiv jew protett kontra infezzjoni, lanqas ma jista’ jiddetermina ż-żmien tal-infezzjoni (fin-nuqqas ta’ test dijanjostiku pożittiv). It-tieni, il-medda ta’ livelli tal-antikorpi li jikkorrelataw mal-protezzjoni minn infezzjoni jew minn mard serju bħalissa ma hijiex magħrufa. Barra minn hekk, il-livell u r-rata ta’ tnaqqis tal-antikorpi jvarjaw ħafna fost l-individwi u l-miri tal-antikorpi u jiddependu fuq fatturi bħall-età, l-istatus ġenetiku u immunitarju, il-kontenut virali u s-severità tal-marda tal-infezzjoni preċedenti bis-SARS-CoV-2. Għalhekk, ma tistax tiġi kkalkolata rata standard prevedibbli. It-tielet, hemm varjetà ta’ testijiet tal-antikorpi disponibbli u huwa diffiċli ħafna li jitqabblu r-riżultati tagħhom minħabba d-diversità u n-nuqqas ta’ standardizzazzjoni (kemm globalment kif ukoll fi ħdan l-Istati Membri). U, fl-aħħar nett, hemm riskju li l-antikorpi identifikati mit-testijiet kummerċjali li qegħdin jintużaw bħalissa ma jipprevjenux l-infezzjoni b’varjanti emerġenti ġodda tas-SARS-CoV-2.

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni żżomm il-pożizzjoni tagħha li ma tbiddilx ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE fuq dan il-punt.

    2.8.5.Il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikati tal-fejqan

    Fl-aħħar rapport, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li, fuq il-bażi tal-gwida xjentifika, ma kinitx qed tikkunsidra li testendi l-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikati tal-fejqan għal aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel riżultat pożittiv tat-test. Kif ġie nnotat mill-ECDC, ma kienx hemm biżżejjed evidenza sabiex tiġi appoġġata żieda fil-perjodu ta’ validità.

    Lil hinn mill-perjodu ta’ 180 jum, hemm għarfien limitat dwar id-durata tal-immunità tal-persuni infettati bis-SARS-CoV-2. Il-valutazzjoni tal-validità taċ-ċertifikati tal-fejqan hija proċess dinamiku li jiddependi mill-evidenza xjentifika emerġenti, li hija affettwata minn bidliet fir-razez dominanti tas-SARS-CoV-2 li jkunu qegħdin jiċċirkolaw fi kwalunkwe punt fiż-żmien partikolari 90 .

    L-ECDC ikompli jivvaluta regolarment il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikati tal-fejqan, billi jissorvelja l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli. Evidenza robusta dwar id-daqs u d-durata tal-immunità kontra l-varjant Omimicron għadha limitata ħafna. L-ECDC jqis li bħalissa ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni sabiex tiġi rriveduta d-durata attwali tal-validità taċ-ċertifikat tal-fejqan ta’ 180 jum.

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni bħalissa ma hijiex qed tikkunsidra emenda għar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE li testendi l-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikati tal-fejqan.

    2.9.L-estensjoni tar-Regolament

    Kif spjegat fit-Taqsima 2.1.1, il-Kummissjoni tqis li hemm il-ħtieġa li tiġi estiża s-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE bi 12-il xahar. Żieda mġedda fl-infezzjonijiet fit-tieni nofs tal-2022, inkluż minħabba l-emerġenza ta’ varjanti ġodda ta’ tħassib tas-SARS-CoV-2, hija possibbiltà reali. B’konsegwenza ta’ dan, l-Istati Membri jistgħu jsibuha neċessarja li jżommu jew li jintroduċu mill-ġdid rekwiżit għaċ-ċittadini tal-UE li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu biex jippreżentaw prova tat-tilqim, tat-testijiet jew tal-irkupru kontra l-COVID-19 għal ċertu perjodu wara t-30 ta’ Ġunju 2022. F’każ bħal dan, jenħtieġ li jiġi evitat li ċ-ċittadini tal-UE jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jagħmlu użu miċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE tagħhom bħala mod effettiv, sigur u li jippreserva l-privatezza biex jiġi ppruvat l-istatus tal-COVID-19. Għaldaqstant, il-Kummissjoni pproponiet, fit-3 ta’ Frar 2022, li testendi r- Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE b’sena, sat-30 ta’ Ġunju 2023.

    B’mod parallel, il-Kummissjoni pproponiet ukoll li testendi r-Regolament (UE) 2021/954, li jestendi r-regoli stabbiliti fir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, iżda li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li jkunu intitolati li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħrajn f’konformità mad-dritt tal-UE 91 .

    Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni fiha wkoll numru żgħir ta’ emendi addizzjonali għar-Regolament:

    L-ewwel nett, kif diġà msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni pproponiet li tinkludi testijiet tal-antiġeni ta’ kwalità għolja bbażati fil-laboratorju fost it-tipi ta’ testijiet li għalihom jista’ jinħareġ ċertifikat tat-test. Il-mira hija li jitwessa’ l-ambitu tat-tipi ta’ testijiet dijanjostiċi fi żmien meta hemm domanda għolja għat-testijiet għall-COVID-19 (ara wkoll it-Taqsima 2.8.2).

    It-tieni, il-proposta tiċċara li ċ-ċertifikati tat-tilqim fihom in-numru korrett ta’ dożi totali amministrati fi kwalunkwe Stat Membru u mhux biss fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat. Dan qed isir sabiex jiġi indirizzat ċertu tħassib prattiku mqajjem miċ-ċittadini dwar ċertifikati li jindikaw għadd mhux korrett ta’ dożi meta jirċievu dożi tat-tilqima fi Stati Membri differenti (ara wkoll it-Taqsima 2.1.5).

    Fl-aħħar nett, il-proposta tipprevedi li jistgħu jinħarġu ċertifikati lil persuni li jipparteċipaw fi provi kliniċi, jiġifieri l-istudji mwettqin sabiex jiġu investigati s-sikurezza jew l-effikaċja ta’ mediċina, irrispettivament minn jekk il-parteċipanti rċivewx il-kandidat għat-tilqima kontra l-COVID-19 jew, sabiex jiġi evitat milli jiġu mxekklin l-istudji, id-doża amministrata lill-grupp ta’ kontroll. Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE maħruġ lill-parteċipanti tal-provi jista’ mbagħad jiġi aċċettat minn Stati Membri oħrajn.

    B’mod partikolari fid-dawl tal-emerġenza ta’ varjanti ġodda ta’ tħassib tas-SARS-CoV-2, se jkun kruċjali li jibqgħu jsiru żviluppi u studji dwar it-tilqimiet kontra l-COVID-19. Bħala riżultat, huwa importanti li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-voluntiera fil-provi kliniċi. Il-fatt li l-voluntiera jiġu mċaħħdin milli jaċċessaw iċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE jista’ jikkostitwixxi diżinċentiv kbir għall-parteċipazzjoni, li jittardja l-konklużjoni tal-provi kliniċi u jħalli impatt negattiv fuq is-saħħa pubblika.

    3.Konklużjoni u l-passi li jmiss

    Is-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kellha – u għad għandha – impatt pożittiv ħafna fuq il-moviment liberu fi żmien li fih l-Istati Membri qegħdin ikomplu jirristrinġu l-ivvjaġġar għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika. Tiżgura li ċ-ċittadini jgawdu minn dritt li jirċievu ċertifikati interoperabbli u aċċettati b’mod reċiproku dwar it-tilqim, it-testijiet u l-fejqan mill-COVID-19 li jistgħu jużaw meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu. Meta l-Istati Membri jneħħu ċerti restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu għal persuni fil-pussess ta’ prova ta’ tilqim, ta’ ttestjar jew ta’ fejqan, ir-Regolamenti dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn l-eżenzjonijiet. Biċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, ġiet evitata sistema frammentata ta’ ċertifikati nazzjonali multipli.

    F’każ li ċerti restrizzjonijiet għall-moviment liberu abbażi tas-saħħa pubblika jkunu għadhom fis-seħħ wara l-30 ta’ Ġunju 2022, pereżempju f’każ ta’ żieda mġedda fl-infezzjonijiet fit-tieni nofs tal-2022, jenħtieġ li jiġi evitat li ċ-ċittadini tal-UE jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jagħmlu użu miċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE tagħhom bħala mod effettiv, sigur u li jippreserva l-privatezza biex jiġi ppruvat l-istatus tal-COVID-19. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni pproponiet li testendi  r- Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE  b’sena, sat-30 ta’ Ġunju 2023. 

    Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u l-isforzi sabiex jiġi stabbilit approċċ ikkoordinat għall-ivvjaġġar fil-livell tal-UE b’mod ġenerali ntlaqgħu tajjeb mill-assoċjazzjonijiet tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu bħala għodda importanti biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jivvjaġġaw u jitħeġġu li jagħmlu dan billi tiġi garantita l-prevedibbiltà meħtieġa. L-impatt pożittiv tas-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jestendi lil hinn mill-fruntieri tal-UE, peress li s-sistema żviluppat fi standard globali msejjes b’mod sod fuq il-valuri tal-UE ta’ trasparenza ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni tad-data. Dan is-suċċess ikkontribwixxa għat-tkomplija tal-ivvjaġġar internazzjonali f’kondizzjonijiet sikuri u għall-irkupru globali. Il-Kummissjoni se tkompli tinvolvi ruħha fil-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    Il-Kummissjoni se tkompli ssegwi l-iżviluppi xjentifiċi mill-qrib sabiex tadatta s-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE meta jkun meħtieġ, kif għamlet dan l-aħħar billi tistabbilixxi perjodu ta’ aċċettazzjoni standard għaċ-ċertifikati tat-tilqim, tippermetti l-ħruġ ta’ ċertifikati tal-fejqan fuq il-bażi ta’ testijiet rapidi tal-antiġeni, u tiżviluppa mekkaniżmu għall-iskambju ta’ listi taċ-ċertifikati revokati.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkompli taħdem mill-qrib mal-Istati Membri sabiex tiżgura approċċ koordinat sew, prevedibbli u trasparenti għall-adozzjoni ta’ kull restrizzjoni neċessarja fir-rigward tal-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. L-Istati Membri huma mħeġġa jneħħu kull restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar, inkluż l-obbligu ta’ preżentazzjoni taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, hekk kif tkun tippermetti s-sitwazzjoni epidemjoloġika.

    Il-Kummissjoni tibqa’ impenjata bis-sħiħ favur ritorn mill-aktar fis possibbli għall-moviment liberu mingħajr restrizzjonijiet. Filwaqt li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE wera l-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri li jwasslu riżultati tanġibbli għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-UE, it-tmiem tiegħu se jkun indikazzjoni li l-pandemija kif ukoll li r-restrizzjonijiet marbuta magħha negħlbu.

    (1)

       Ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1).

    (2)

       Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Diġitali Aħdar) (COM(2021) 130 final).

    (3)

       Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).

    (4)

       Il-mudell għall-forma stampata jinsab hawn:

          https://ec.europa.eu/health/sites/default/files/ehealth/docs/covid-certificate_paper_guidelines_en.pdf  

    (5)

       Data limitu tat-28 ta’ Frar 2022. Diżaggregazzjoni dettaljata għal kull Stat Membru hija inkluża fl-Anness I.

    (6)

       Kif previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953.

    (7)

       Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (COM(2021) 649 final).

    (8)

       Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 jistabbilixxi qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (COM(2022) 50 final).

    (9)

      https://www.europarl.europa.eu/cmsdata/214273/Eurobarometer%20Report%20Summary%20_%20EU%20Citizenship%20&%20Democracy%20-%20July%202020.pdf

    (10)

       L-Artikolu 21 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali.

    (11)

       L-Artikolu 52(2) tal-Karta u s-sentenza tas-17 ta’ Settembru 2002, Baumbast u R, C-413/99, EU:C:2002:493.

    (12)

       L-Artikolu 27 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jmorru minn post għal ieħor u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

    (13)

       Ara l-proposta tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Settembru 2020 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020) 499 final), il-proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Marzu 2021 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Diġitali Aħdar) (COM(2021) 130 final), il-proposta tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2021, Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 (COM(2021) 749 final) u l-proposta tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 2022 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 jistabbilixxi qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 COM(2022) 50 final.

    (14)

       Ara wkoll il-Premessa 14 tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE: “Dan ir-Regolament huwa maħsub biex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u nondiskriminazzjoni fir-rigward tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li jimmira lejn livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. Huwa jenħtieġ li ma jinftehimx bħala li jiffaċilita jew jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ restrizzjonijiet għall-moviment liberu, jew restrizzjonijiet għal drittijiet fundamentali oħra, b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, minħabba l-effetti ta’ ħsara tagħhom fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni u n-negozji[…]”.

    (15)

        https://www.ecdc.europa.eu/en/covid-19/country-overviews  

    (16)

        https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/documents/RRA-19th%20update-27-jan-2022.pdf  

    (17)

        https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52022PC0050&qid=1647682218866&from=MT  

    (18)

       Barra minn hekk, il-Kummissjoni bħalissa qed tirrevedi l-linji gwida tal-2009 dwar il-moviment liberu, sabiex ittejjeb iċ-ċertezza legali għaċ-ċittadini tal-UE li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu, u biex tiżgura applikazzjoni aktar effettiva u uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar il-moviment liberu madwar l-UE, kif spjegat fir-Rapport tal-2020 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE https://ec.europa.eu/info/files/eu-citizenship-report-2020-empowering-citizens-and-protecting-their-rights_en ).

    (19)

       Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 337, 14.10.2020, p. 3).

    (20)

       Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/119 tal-1 ta’ Frar 2021 li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 36I , 2.2.2021, p. 1); u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/961 tal-14 ta’ Ġunju 2021 li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 213I, 16.6.2021, p. 1).

    (21)

       Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/961 tal-14 ta’ Ġunju 2021 li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 213I, 16.6.2021, p. 1).

    (22)

       Il-Premessa 9 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/961.

    (23)

       Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 (ĠU L 18, 27.1.2022, p. 110).

    (24)

       Ara wkoll COM(2022)50 final.

    (25)

       DK, IE, LT, SI and SE.

    (26)

        https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/documents/RRA-19-update-27-jan-2022.pdf  

    (27)

        https://reopen.europa.eu/mt  

    (28)

       L-Artikolu 11 tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    (29)

       Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Nindirizzaw flimkien l-isfidi attwali u ġodda tal-COVID-19 (COM(2021) 764 final).

    (30)

       Disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/eu-citizenship/movement-and-residence/eu-digital-covid-certificate-vaccinations-and-travel-restrictions_mt  

    (31)

       Il-Premessa 48 tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    (32)

       Eurostat, “Commercial flights by reporting country – monthly data”, 10-02-2022, Disponibbli fuq: https://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/show.do?dataset=avia_tf_cm&lang=en  

    (33)

       Eurostat, “Air passenger transport by reporting country”, 14-02-2022, Disponibbli fuq: https://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/show.do?dataset=avia_paoc&lang=en  

    (34)

       Ma hemmx data disponibbli għall-BE, EL, RO u SI.

    (35)

        https://tourismmanifesto.eu/position-on-the-european-commissions-proposals-for-council-recommendations-on-intra-eu-and-international-travel/  

    (36)

       Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/290 tat-22 ta’ Frar 2022 li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (ĠU L 43, 24.2.2022, p. 79).

    (37)

        https://www.oecd-forum.org/posts/the-oecd-safe-international-mobility-initiative  

    (38)

        https://www.unwto.org/news/vaccines-and-digital-solutions-to-ease-travel-restrictions  

    (39)

        https://www.oecd.org/cfe/g20-rome-guidelines-for-the-future-of-tourism-d11080db-en.htm  

    (40)

       L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    (41)

       It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    (42)

        https://extranet.who.int/pqweb/key-resources/documents/status-covid-19-vaccines-within-who-eulpq-evaluation-process  

    (43)

       Fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

    (44)

       Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

    (45)

       Il-Premessa 48 tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    (46)

       Il-Premessa 49 tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    (47)

       CZ, ES, FI, LI u NO.

    (48)

       EE, HR, LV, AT u SK.

    (49)

        https://doi.org/10.1101/2021.10.21.21265355

    (50)

        https://doi.org/10.1016/S2468-2667(21)00273-5  

    (51)

        https://www.bruegel.org/2022/01/the-effect-of-covid-certificates-on-vaccine-uptake-public-health-and-the-economy/  

    (52)

       Meta Stat Membru seta’ biss jipprovdi ċifra totali għat-tliet tipi ta’ ċertifikati flimkien, dawn ġew inklużi fl-għadd ta’ ċertifikati tat-tilqim maħruġa, peress li dawn jikkostitwixxu l-maġġoranza vasta ta’ ċertifikati maħruġa.

    (53)

       In-Network e-Saħħa huwa network volontarju li jgħaqqad flimkien l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-e-Saħħa maħturin mill-Istati Membri, stabbilit fuq il-bażi tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2011/24/UE.

    (54)

        https://ec.europa.eu/health/ehealth/covid-19_mt

    (55)

        https://github.com/eu-digital-green-certificates  

    (56)

       L-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    (57)

       Il-Premessa 19 tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    (58)

       ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

    (59)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1894 tat-28 ta’ Ottubru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Armenja maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 384, 29.10.2021, p. 109).

    (60)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/206 tal-15 ta’ Frar 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Benin maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 34, 16.2.2022, p. 46).

    (61)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2189 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika ta’ Cabo Verde maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 443I, 10.12.2021, p. 7).

    (62)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2113 tat-30 ta’ Novembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika ta’ El Salvador maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 429, 1.12.2021, p. 152).

    (63)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1995 tal-15 ta’ Novembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mill-Georgia maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 405, 16.11.2021, p. 26).

    (64)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/207 tal-15 ta’ Frar 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 34, 16.2.2022, p. 49).

    (65)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2187 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika Libaniża maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 443I, 10.12.2021, p. 1).

    (66)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1994 tal-15 ta’ Novembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Moldova maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 405, 16.11.2021, p. 23).

    (67)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2297 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mill-Montenegro maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 524).

    (68)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1993 tal-15 ta’ Novembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn New Zealand maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 405, 16.11.2021, p. 20).

    (69)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1996 tal-15 ta’ Novembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tas-Serbja maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 405, 16.11.2021, p. 29).

    (70)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2057 tal-24 ta’ Novembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika ta’ Singapore maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 420, 25.11.2021, p. 129).

    (71)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2300 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mit-Tajwan maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 533).

    (72)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2299 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mit-Tajlandja maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 530).

    (73)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2296 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tat-Tuneżija maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 521).

    (74)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2056 tal-24 ta’ Novembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tat-Togo maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 420, 25.11.2021, p. 126).

    (75)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2188 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mill-Emirati Għarab Magħquda maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 443I, 10.12.2021, p. 4).

    (76)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1895 tat-28 ta’ Ottubru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 384, 29.10.2021, p. 112).

    (77)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2298 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 527).

    (78)

       L-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

    (79)

       Pereżempju BE, FR u LV.

    (80)

        https://www.ecdc.europa.eu/en/publications-data/rapid-risk-assessment-sars-cov-2-november-2021

    (81)

       Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2288 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-perjodu ta’ aċċettazzjoni taċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa fil-format taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE li jindika t-tlestija tas-serje primarja tat-tilqim (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 459).

    (82)

       Il-Kummissjoni kienet diġà inkludiet proposta għal perjodu ta’ aċċettazzjoni standard ta’ disa’(9) xhur fil-proposta tagħha tat-25 ta’ Novembru 2021 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19, u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475.

    (83)

       Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2301 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 536).

    (84)

        https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52022PC0050&qid=1647682218866&from=MT  

    (85)

        https://ec.europa.eu/health/health-security-and-infectious-diseases/crisis-management/covid-19-diagnostic-tests_mt  

    (86)

        https://ec.europa.eu/health/system/files/2022-01/covid-19_rat_common-list_en.pdf  

    (87)

        https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/documents/Options-for-the-use-of-rapid-antigen-tests-for-COVID-19-first-update.pdf  

    (88)

       Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/256 tat-22 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħruġ ta’ ċertifikati tal-fejqan ibbażati fuq testijiet rapidi tal-antiġeni (ĠU L 42, 23.2.2022, p. 4).

    (89)

        https://www.ecdc.europa.eu/en/publications-data/use-antibody-tests-sars-cov-2  

    (90)

        https://www.ecdc.europa.eu/en/publications-data/covid-19-omicron-risk-assessment-further-emergence-and-potential-impact  

    (91)

       Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/954 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (COM(2022) 55 final).

    Top

    Brussell, 15.3.2022

    COM(2022) 123 final

    ANNESS

    tar-

    Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

    skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19


    ANNESS

    Diżaggregazzjoni dettaljata tal-għadd ta’ Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE maħruġa 
    (sal-1 ta’ Marzu 2022)

    Ċertifikati tat-tilqim maħruġa

    Ċertifikat tat-test maħruġ (NAAT 1 )

    Ċertifikat tat-test maħruġ (RAT 2 )

    Ċertifikati tal-fejqan maħruġa

    Total maħruġ

    L-Awstrija

    18 416 199

    68 935 045

    37 343 912

    2 260 248

    126 955 404

    Il-Belġju*

    27 843 418

    14 657 908

    2 782 364

    45 283 690

    Il-Bulgarija

    2 716 596

    838 624

    3 505 401

    415 423

    7 476 044

    Iċ-Ċekja

    13 678 543

    5 190 427

    5 674 028

    2 185 985

    26 728 983

    Id-Danimarka

    206 325 823

    2 533 065

    6 276 777

    5 366 301

    220 501 966

    Il-Ġermanja

    168 238 478

    18 724 453

    22 413 682

    7 107 023

    216 483 636

    L-Estonja*

    1 472 009

    49 071

    244 678

    1 765 758

    L-Irlanda

    6 764 062

    497 662

    156 354

    461 955

    7 880 033

    Il-Greċja

    6 537 796

    52 070

    1 482 081

    2 180 450

    10 252 397

    Spanja*

    62 721 555

    796 735

    1 097 948

    1 085 842

    65 702 080

    Franza

    139 067 349

    63 769 840

    100 606 359

    9 923 368

    313 366 916

    Il-Kroazja

    3 392 222

    71 104

    2 330 404

    672 263

    6 465 993

    L-Italja

    122 277 609

    24 140 594

    93 800 081

    11 855 504

    252 073 788

    Ċipru

    1 897 107

    128 455

    4 761 217

    318 218

    7 104 997

    Il-Latvja

    2 444 497

    400 992

    60 860

    335 348

    3 241 697

    Il-Litwanja

    1 824 226

    3 797 655

    486 036

    396 548

    6 504 465

    Il-Lussemburgu

    3 004 509

    1 386 231

    747 266

    209 251

    5 347 257

    L-Ungerija

    14 280 192

    461 724

    181 899

    514 673

    15 438 488

    Malta*

    410 100

    1 620

    329

    412 049

    In-Netherlands**

    220 841 972

    220 841 972

    Il-Polonja*

    27 852 340

    978 644

    1 219 591

    30 050 575

    Il-Portugall

    12 344 024

    416 755

    1 538 551

    1 412 592

    15 711 922

    Ir-Rumanija

    10 901 708

    139 392

    418 354

    946 543

    12 405 997

    Is-Slovenja

    7 469 742

    648 215

    8 392 937

    1 656 389

    18 167 283

    Is-Slovakkja

    6 619 074

    3 470 221

    4 316 257

    1 153 544

    15 559 096

    Il-Finlandja

    13 246 048

    1 586 451

    536 934

    15 369 433

    L-Iżvezja*

    13 390 224

    513 375

    8 216

    13 911 815

    L-Iżlanda

    1 142 320

    101 201

    669 701

    53 807

    1 967 029

    Il-Liechtenstein

    75 559

    39 985

    33 844

    10 706

    160 094

    In-Norveġja**

    35 300 000

    35 300 000

    Total fl-UE/fiż-ŻEE

    1 152 495 301

    214 327 514

    296 293 949

    55 314 093

    1 718 430 857

    *    Total ikkombinat ta’ ċertifikati tat-test NAAT u RAT 
    **    Għadd totali ta’ ċertifikati maħruġa għat-tliet tipi ta’ ċertifikati

    (1)    “Test ta’ amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku”, bħal tekniki ta’ traskrizzjoni inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi (RT-PCR), amplifikazzjoni isotermika medjata minn loops (LAMP) u ta’ amplifikazzjoni medjata bit-traskrizzjoni (TMA), użati biex tiġi identifikata l-preżenza tal-aċidu ribonuklejku (RNA) tas-SARS-CoV-2.
    (2)    Test rapidu tal-antiġeni”, jiġifieri test li jiddependi fuq l-identifikazzjoni ta’ proteini virali (antiġeni) bl-użu ta’ immunoassaġġ tal-fluss laterali li jagħti riżultati f’inqas minn 30 minuta.
    Top