Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022DC0066

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja għal tranżizzjoni globali ġusta u rkupru sostenibbli

COM/2022/66 final

Brussell, 23.2.2022

COM(2022) 66 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja






għal tranżizzjoni globali ġusta u rkupru sostenibbli


“Il-kummerċ globali, li jsir negozju madwar id-dinja, – hija ħaġa tajba u meħtieġa.  
Iżda dan qatt ma għandu jsir għad-detriment tad-dinjità u tal-libertà tan-nies… 
Id-drittijiet tal-bniedem ma humiex għall-bejgħ – għall-ebda prezz.”

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen

Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni, il-15 ta’ Settembru 2021

1.Introduzzjoni

Skont l-aħħar stimi globali 1 , 160 miljun tifel u tifla madwar id-dinja qegħdin jiġu mġiegħla jaħdmu. Dan ifisser wieħed minn kull għaxart itfal fid-dinja, u dan in-numru qiegħed jikber. Kważi nofs dawn it-tfal qed iwettqu xogħol perikoluż. Fl-istess ħin, 25 miljun persuna madwar id-dinja 2 kienu f’sitwazzjoni ta’ xogħol furzat. Dawn iċ-ċifri jservu bħala tfakkira importanti li minkejja l-impenn ċar mill-komunità internazzjonali fl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, għal mijiet ta’ miljuni ta’ persuni madwar id-dinja, ix-xogħol deċenti għadu mhux realtà.

B’mod parallel, il-megatendenzi globali qegħdin jibdlu d-dinja tax-xogħol b’pass mgħaġġel. L-avvanzi teknoloġiċi, il-kriżi ambjentali u klimatika, it-tibdil demografiku u l-globalizzazzjoni huma xprunaturi ta’ dan l-iżvilupp. Dawn it-trasformazzjonijiet għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw tkabbir ekonomiku u li joħolqu opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda, iżda f’xi każijiet dawn jistgħu jikkontribwixxu wkoll biex jitbaxxew l-istandards tax-xogħol.

Il-promozzjoni tax-xogħol deċenti qiegħda tingħata dejjem aktar attenzjoni fil-kuntest internazzjonali, b’mod partikolari permezz tal-ħidma tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) 3 u tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), iżda wkoll fi ħdan il-gruppi ta’ nazzjonijiet tal-G7 u tal-G20 4 . L-impenji u l-gwida internazzjonali 5 jirriflettu tħassib dejjem akbar li l-globalizzazzjoni ma hijiex qiegħda sseħħ dejjem b’mod sostenibbli u jindirizzaw ir-rwol tal-korporazzjonijiet kummerċjali f’dan ir-rigward.

L-UE hija impenjata li ssawwar l-aġenda globali dwar ix-xogħol deċenti u tippromwovi futur tax-xogħol iċċentrat fuq il-bniedem. L-UE taspira li tippromwovi xogħol deċenti kemm fl-UE kif ukoll madwar id-dinja, f’konformità mal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli. Fi ħdan l-UE, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 6 , kif milqugħ mis-Summit ta’ Porto f’Mejju tal-2021, se jgħin biex dawn l-objettivi jkomplu jintlaħqu.

Bħala attur globali responsabbli, li tappoġġa l-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, u bħala setgħa ekonomika ewlenija, l-UE tieħu pożizzjoni b’saħħitha dwar iż-żamma u l-aġġornament tal-ordni globali multilaterali bbażat fuq ir-regoli 7 , inkluż l-istandards internazzjonali tax-xogħol, f’konformità mal-kunċett tal-awtonomija strateġika miftuħa 8 u kif rifless fil-Global Gateway 9 .

L-ekonomija tal-UE hija konnessa ma’ miljuni ta’ ħaddiema madwar id-dinja permezz ta’ ktajjen ta’ provvista globali, filwaqt li l-konsumaturi tal-UE qed jitolbu dejjem aktar oġġetti, li jkunu magħmula b’mod sostenibbli u ġust li jiżgura xogħol deċenti għal dawk li jipproduċuhom. Kif rifless fid-dibattiti tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, iċ-ċittadini Ewropej jistennew li l-UE taġixxi u l-Kummissjoni tieħu dik ir-responsabbiltà bis-serjetà. Huwa wkoll fl-interess tal-ħaddiema u tal-kumpaniji tal-UE, kif ukoll tal-atturi pubbliċi u privati responsabbli madwar id-dinja, li jissaħħaħ ir-rispett ta’ xogħol deċenti globalment u b’hekk tiġi evitata l-ġirja lejn l-iktar livell baxx ibbażata fuq mudell li jattira l-investiment billi jitbaxxew l-istandards tal-protezzjoni tal-ħaddiema.

Il-pandemija tal-COVID-19 aggravat l-inugwaljanzi fid-dħul u fis-suq tax-xogħol 10 u affettwat b’mod sproporzjonat lin-nisa u lill-gruppi vulnerabbli u żvantaġġati bħaż-żgħażagħ u t-tfal, il-persuni b’diżabbiltà, il-persuni akbar fl-età, il-ħaddiema migranti u l-ħaddiema fl-ekonomija informali. Il-pandemija aggravat is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali tax-xogħol 11 u enfasizzat l-urġenza li jiġi promoss xogħol deċenti inkluż fil-ktajjen tal-provvista globali.

Miljuni ta’ ħaddiema huma affettwati minn postijiet tax-xogħol li huma ta’ theddida għas-saħħa u għall-ħajja u jbatu mill-faqar fost dawk li jaħdmu, minn sigħat tax-xogħol eċċessivi, mid-diskriminazzjoni, mill-molestja u l-vjolenza, inkluż il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, mingħajr il-libertà ta’ assoċjazzjoni 12 . Il-persuni li jaħdmu f’setturi li jirrikjedu ħafna ħaddiema bħall-agrikoltura, is-sajd u t-tessuti huma partikolarment affettwati. Il-kundizzjonijiet ħżiena tal-għajxien u tax-xogħol huma marbuta ma’ diversi fatturi bħall-istadju tal-iżvilupp ekonomiku, il-livelli baxxi ta’ leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u l-protezzjoni soċjali 13 , l-infurzar dgħajjef tal-liġi, l-amministrazzjoni pubblika ineffettiva u l-prattiki ta’ negozju irresponsabbli.

Il-prospett ta’ rkupru globali asimmetriku jirriskja li jkompli jaggrava l-kundizzjonijiet ħżiena u li jsaħħaħhom aktar. Hekk kif il-pajjiżi jagħmlu ħilithom biex “jibnu mill-ġdid aħjar” u jimplimentaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, għandhom ikunu mistennija impatti distributtivi ġodda, speċjalment f’ċerti reġjuni, setturi u/jew gruppi soċjali b’dipendenza qawwija fuq il-fjuwils fossili. Se jinħolqu impjiegi ġodda, filwaqt li xi impjiegi se jiġu sostitwiti u oħrajn se jiġu definiti mill-ġdid 14 . Huwa kruċjali li l-pajjiżi jantiċipaw dawn il-bidliet u jgħinu lill-ħaddiema jtejbu u jġeddu l-ħiliet tagħhom kif xieraq. Wara t-tibdil fil-klima u megatendenzi globali oħrajn, it-tranżizzjoni tal-ekonomija globali u tas-swieq tax-xogħol, trid tkun soċjalment ekwa u ġusta 15 u għalhekk se jkun jeħtieġ impenn politiku qawwi u azzjoni b’saħħitha bbażata fuq approċċ iċċentrat fuq il-bniedem 16 .

Din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi kif l-Unjoni Ewropea se taġixxi fir-rigward ta’ dawn l-isfidi, billi tqiegħed il-promozzjoni tax-xogħol deċenti madwar id-dinja fil-qalba tat-tranżizzjoni ġusta u tal-irkupru inklużiv, sostenibbli u reżiljenti mill-pandemija 17 . Dan l-approċċ huwa konformi mas-Sejħa għal Azzjoni Globali tal-ILO 18 .

2.Approċċ komprensiv għall-promozzjoni tax-xogħol deċenti madwar id-dinja

L-approċċ tal-UE jappoġġa l-kunċett universali ta’ xogħol deċenti kif ġie żviluppat mill-ILO u rifless fl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Dan jikkonsisti fl-erba’ objettivi inseparabbli u li jsaħħu lil xulxin tal-impjieg produttiv; l-istandards u d-drittijiet fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali u d-djalogu soċjali 19 . L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni 20 huma kwistjonijiet trażversali f’dawn l-objettivi.

L-approċċ komprensiv tal-UE għandu l-għan li jippromwovi b’mod effettiv ix-xogħol deċenti għal kulħadd u li jindirizza speċifikament gruppi vulnerabbli u żvantaġġati bħat-tfal u ż-żgħażagħ, il-ħaddiema akbar fl-età, il-ħaddiema migranti, il-persuni b’diżabbiltà, il-minoranzi etniċi u l-ħaddiema fl-ekonomija informali. Għandu wkoll l-għan li jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri inkluż permezz tal-awtonomizzazzjoni ekonomika tan-nisa, iżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol fis-setturi kollha u fil-livelli kollha u jiżgura paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali 21 . Dan l-approċċ komprensiv jindirizza lill-ħaddiema fis-swieq domestiċi f’pajjiżi terzi u fil-ktajjen tal-provvista globali. Jinkludi l-partijiet ikkonċernati rilevanti: il-gvernijiet, is-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili, l-atturi tan-negozju u l-konsumaturi. Il-komprensività tal-azzjoni tal-UE hija espressa minn inizjattivi differenti tal-UE f’dan il-qasam 22 , inkluż il-proposta għal Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta 23 għas-Sostenibbiltà Korporattiva li hija adottata flimkien ma’ din il-Komunikazzjoni, u r-rieżami li għaddej tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 15-il punt dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli fil-politika kummerċjali tal-UE 24 .

Enfasi speċifika fuq l-eradikazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat

In-Nazzjonijiet Uniti ddikjaraw l-2021 bħala s-Sena Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tat-Tħaddim tat-Tfal 25 , bħala appell għall-komunità internazzjonali biex iżżid l-isforzi tagħha ħalli t-tħaddim tat-tfal jinqered sal-2025. Wara li bejn l-2000 u l-2016, kien hemm tnaqqis fit-tħaddim tat-tfal, bejn l-2016 u l-2020, in-numru assolut tat-tfal li kienu qed jiġu mġiegħla jaħdmu, żdied bi 8.4 miljun. Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, u x-xokkijiet ekonomiċi u l-għeluq tal-iskejjel relatati, disa’ miljun tifel u tifla addizzjonali jinsabu f’riskju li jiġu mbuttati lejn it-tħaddim tat-tfal sa tmiem l-2022 26 , filwaqt li t-tfal li diġà qed jiġu mġiegħla jaħdmu, jistgħu jkunu qegħdin jaħdmu sigħat itwal jew f’kundizzjonijiet li qed jeħżienu 27 . Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kopertura tal-protezzjoni soċjali, dan in-numru jista’ jiżdied għal 46 miljun vittma addizzjonali tat-tħaddim tat-tfal.

It-tħaddim tat-tfal f’numri 28

F’konformità mal-politika ta’ tolleranza żero tal-Kummissjoni lejn it-tħaddim tat-tfal, l-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal hija prijorità fi ħdan l-approċċ komprensiv tagħha li jippromwovi xogħol deċenti madwar id-dinja. Jeħtieġ li tinżamm fuq quddiem nett tar-riflessjonijiet fl-oqsma ta’ politika rilevanti kollha. L-azzjonijiet tal-UE f’dan il-qasam jinkludu l-appoġġ u l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni effettiva kontra t-tħaddim tat-tfal, il-promozzjoni ta’ programmi ta’ assistenza soċjali għall-unitajiet domestiċi foqra li huma vulnerabbli għat-tħaddim tat-tfal; u t-tisħiħ tal-aċċess għall-edukazzjoni, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt jew ta’ kriżi u għat-tfal li jkunu qegħdin jiċċaqilqu kemm fi ħdan il-pajjiż stess kif ukoll bejn pajjiż u ieħor, u l-provvediment ta’ servizzi ta’ protezzjoni għal dawn it-tfal. L-Istrateġija Komprensiva tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal 29 timpenja lill-Kummissjoni biex taħdem ħalli teħles lill-ktajjen tal-provvista tal-UE mit-tħaddim tat-tfal u tipprovdi assistenza teknika biex jissaħħu s-sistemi ta’ spezzjoni tax-xogħol.

Xogħol furzat f’numri 30

L-eradikazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat tista’ tinkiseb biss jekk jiġu promossi objettivi oħrajn ta’ xogħol deċenti, bħall-imġiba sostenibbli fin-negozju, id-djalogu soċjali, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, in-negozjar kollettiv u l-protezzjoni soċjali. Dan juri l-effettività ta’ approċċ komprensiv għall-promozzjoni ta’ xogħol deċenti madwar id-dinja.

3.L-UE kif qed tippromwovi x-xogħol deċenti madwar id-dinja?

3.1. Il-politiki u l-inizjattivi tal-UE b’ħidma biex jintlaħqu n-nies lil hinn mill-UE

L-azzjoni interna tal-UE għandha wkoll implikazzjonijiet għall-benesseri tal-ħaddiema madwar id-dinja. F’konformità mal-impenn tal-UE biex tippromwovi x-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista globali 31 , il-politiki tal-UE jfasslu standards li jkunu minn ta’ quddiem għar-responsabbiltà u għat-trasparenza korporattiva b’mod globali; jistabbilixxu oqfsa għall-finanzjament sostenibbli, il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, u jsaħħu s-settur pubbliku billi jmexxu bl-eżempju fl-attivitajiet tal-akkwist pubbliku. Huma element essenzjali mill-Patt Ekoloġiku Ewropew 32 , li jenfasizza l-ħtieġa li s-sostenibbiltà ekoloġika u soċjali jmorru id f’id biex tiġi żgurata tranżizzjoni soċjalment ġusta madwar id-dinja. L-inizjattivi tal-UE favur xogħol deċenti huma kemm ta’ natura ġenerali kif ukoll ta’ natura speċifika għas-settur. Barra minn hekk, l-UE nediet għadd ta’ inizjattivi ddedikati għall-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal u x-xogħol furzat.

3.1.1 Inizjattivi li jkopru x-Xogħol Deċenti

Diversi politiki u strateġiji tal-UE huma relatati mal-promozzjoni ta’ xogħol deċenti madwar id-dinja, inkluż fil-ktajjen tal-provvista globali 33 . Huma jużaw varjetà ta’ għodod inkluż ir-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta għan-negozji, l-istandards ta’ divulgazzjoni dwar kwistjonijiet soċjali u t-trasparenza u d-dispożizzjonijiet ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-prodotti li jippermettu lill-konsumaturi jagħmlu għażliet aktar infurmati.

Fil-proposta tagħha għal Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta għas-Sostenibbiltà Korporattiva, il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi obbligi ta’ diliġenza dovuta għal kumpaniji kbar li jaqbżu ċertu livell limitu u għal ċerti kumpaniji oħra f’setturi partikolarment sensittivi, biex jidentifikaw, jipprevjenu, jimmitigaw u jqisu l-impatti negattivi attwali u potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet tal-ħaddiema, u fuq l-ambjent tul il-ktajjen tal-provvista globali, f’konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema. Il-proposta se tistabbilixxi qafas orizzontali biex tiżgura li n-negozji li joperaw fis-suq uniku jikkontribwixxu għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent fl-operazzjonijiet tagħhom stess u permezz tal-ktajjen tal-valur tagħhom, billi jimmitigaw l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, u billi jkollhom fis-seħħ governanza, sistemi ta’ ġestjoni u miżuri adegwati. Il-proposta tipprevedi wkoll mekkaniżmu ta’ infurzar effettiv permezz ta’ taħlita ta’ sanzjonijiet amministrattivi u ta’ responsabbiltà ċivili.

L-UE qed tieħu diversi miżuri ta’ politika dwar il-finanzjament sostenibbli biex tidderieġi mill-ġdid il-flussi tal-investiment privat lejn attivitajiet ekonomiċi li huma sostenibbli kemm minn perspettiva ambjentali kif ukoll minn perspettiva soċjali 34 . L-Ewropa hija r-reġjun li għandu wieħed mill-akbar volumi globali ta’ assi ta’ investiment sostenibbli, b’madwar EUR 10 triljun fl-2020 35 , li jagħmel il-finanzjament sostenibbli għodda b’saħħitha għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-ktajjen tal-provvista. Kif ippreżentat fl-Istrateġija dwar il-Finanzi Sostenibbli tas-6 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni se tagħmel rieżami tal-istandards tal-iżvelar fir-rigward tal-kwistjonijiet soċjali u tal-impjegati u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fis-settur finanzjarju, fost aspetti oħra. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tippubblika rapport dwar l-estensjoni possibbli tar-Regolament dwar it-Tassonomija 36  biex ikopri objettivi oħra ta’ sostenibbiltà, bħall-objettivi soċjali. 

It-tranżizzjoni għal ekonomija nadifa u ċirkolari tista’ tipprovdi opportunitajiet biex jitnaqqas it-tniġġis u l-iskart u biex tiġi stimulata l-innovazzjoni tal-prodotti, filwaqt li fl-istess ħin tikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-iżvilupp sostenibbli tal-bniedem, inkluż permezz tal-ħolqien ta’ impjiegi deċenti 37 . B’segwitu għall-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari 38 , il-Kummissjoni se tippromwovi miżuri marbutin mal-aspetti ambjentali u soċjali tul il-katina tal-provvista ta’ prodotti u servizzi.

Il-konsumaturi jeħtieġu informazzjoni aħjar u aktar affidabbli dwar is-sostenibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi biex jagħmlu għażliet informati. Il-Kummissjoni se tippromwovi xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista globali fl-inizjattivi li ġejjin dwar il-politiki tal-UE dwar il-konsumaturi 39 .

Skont l-Orizzont 2020, il-Kummissjoni appoġġat riċerka relatata max-xogħol deċenti, inkluż dwar ir-rwol tal-atturi tas-suq sostenibbli għal kummerċ responsabbli 40 . F’konsistenza mal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-promozzjoni ta’ xogħol deċenti madwar id-dinja skont il-Programm Qafas Ewropew għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li jmiss, Orizzont Ewropa (2021-2027).

Fil-kuntest tal-istrumenti tal-UE għall-iżvilupp u għall-kooperazzjoni, l-UE ilha tappoġġa l-implimentazzjoni tal-aġenda għal xogħol deċenti fil-pajjiżi sħab inkluż permezz tal-Faċilità ta’ Assistenza Teknika Socieux+ li ilha tipprovdi għarfien espert fil-qasam tal-impjiegi u tal-protezzjoni soċjali mill-2013.

3.1.2. Il-promozzjoni ta’ xogħol deċenti f’setturi speċifiċi

Permezz tal-inizjattivi fl-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” 41 , il-Kummissjoni, se tippromwovi fost affarijiet oħra, xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista tal-ikel globali, inkluż kundizzjonijiet u drittijiet tax-xogħol sikuri u ġusti. Il-kunsiderazzjonijiet tal-protezzjoni soċjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tad-dar tal-ħaddiema, kif ukoll il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza, se jkollhom rwol ewlieni fil-bini ta’ sistemi tal-ikel sostenibbli, ġusti u b’saħħithom.

L-Inizjattiva dwar il-Materja Prima 42 u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Materja Prima Kritika 43  għandhom l-għan li jfornu l-materja prima b’mod aktar ġust u sostenibbli mis-swieq globali. Huma jippromwovu prattiki ta’ estrazzjoni responsabbli għall-materja prima kritika, minħabba li konċentrazzjoni għolja tal-provvista tal-materja prima f’pajjiżi bi standards baxxi ta’ governanza tista’ taggrava l-problemi ambjentali u soċjali. F’dan ir-rigward, permezz tal-programmi ta’ kooperazzjoni tagħha, il-Kummissjoni hija impenjata fl-appoġġ tal-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi minerali fil-pajjiżi sħab tagħha. Il-Kummissjoni tappoġġa l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/821 44 , li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta għall-importaturi tal-UE ta’ ċerti metalli u minerali li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli, permezz ta’ dokumenti ta’ gwida u miżuri ta’ akkumpanjament. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji 45 fiha obbligi għall-operaturi ekonomiċi biex iwettqu obbligi tad-diliġenza dovuta fuq il-ktajjen tal-provvista tagħhom.

F’dawn l-aħħar snin, l-UE żviluppat sett ta’ politiki u appoġġat azzjonijiet biex tindirizza x-xogħol deċenti fis-settur tal-ħwejjeġ u tnaqqas il-vulnerabbiltajiet, u b’hekk trendi l-ktajjen tal-provvista aktar sostenibbli. Pereżempju, l-UE appoġġat lil “Better Work” (Xogħol Aħjar) 46 biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-industrija tal-ħwejjeġ u lill-Fond għal Viżjoni Żero 47  biex jittejbu s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fis-settur tal-ħwejjeġ 48 . L-UE tappoġġa wkoll l-interventi biex iżidu l-għarfien u s-sensibilizzazzjoni bl-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tal-ħwejjeġ permezz tal-produzzjoni u l-konsum responsabbli 49 . Fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, il-Kummissjoni qiegħda tħejji strateġija għat-tessuti sostenibbli, li tiffoka fuq l-irkupru sostenibbli mill-kriżi tal-COVID-19 50 u biex tnaqqas l-impatti ambjentali u soċjali tas-settur. F’dan il-kuntest, l-UE se tqis l-isfidi attwali fil-katina tal-valur tat-tessuti, inkluż il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet tal-ħaddiema, u tippromwovi d-diliġenza dovuta tul il-ktajjen tal-provvista fis-settur tat-tessuti. Tali sforzi se jiġu żgurati primarjament mid-Direttiva proposta dwar id-Diliġenza Dovuta għas-Sostenibbiltà Korporattiva.

L-UE se tfittex li tiżgura l-impenji tagħha fil-ftehimiet kollha tal-UE dwar it-trasport bl-ajru biex tipprovdi livelli għoljin ta’ protezzjoni tax-xogħol fis-settur tal-avjazzjoni, f’konformità mal-istandards internazzjonali tax-xogħol 51 .

L-UE se tinkludi d-dispożizzjonijiet dwar ix-xogħol fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħaddiema fil-ftehimiet bilaterali u multilaterali kollha tal-UE għat-trasport internazzjonali bit-triq u fil-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi. Hija se tirrevedi wkoll il-Ftehim Ewropew dwar il-Ħidma ta’ Ekwipaġġi ta’ Vetturi involuti fit-Trasport Internazzjonali bit-Triq (AETR) biex tinkludi l-acquis tal-UE rilevanti u relatat max-xogħol u se tallinja l-Ftehim Interbus multilaterali dwar it-trasport okkażjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank mar-regoli soċjali tal-UE fit-trasport bit-triq.

L-Istati Membri kollha tal-UE rratifikaw il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu (MLC), li tirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol fit-trasport marittimu. L-UE ser tkompli taħdem lejn l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni f’kooperazzjoni mal-IMO u mal-ILO, u tipproponi li jiġu inklużi impenji marbuta mal-implimentazzjoni effettiva tal-MLC fi ftehimiet tal-UE ma’ pajjiżi terzi relatati mas-settur marittimu.

Permezz tal-aġenda tagħha dwar il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani u l-Politika Komuni tas-Sajd, l-UE tippromwovi xogħol deċenti fis-sajd f’konformità mal-objettivi tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU (FAO) u f’kooperazzjoni ma’ pajjiżi sħab. L-UE se tkompli tippromwovi r-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni tal-ILO dwar ix-Xogħol fis-Sajd C 188, u ta’ standards internazzjonali rilevanti oħrajn 52 . Għal dan il-għan, hija tuża l-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs), b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta’ sett koerenti ta’ dispożizzjonijiet soċjali, u l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd, fejn xieraq. Fi djalogi bilaterali u f’fora reġjonali u internazzjonali, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli ser jindirizzaw ix-xogħol furzat u forom oħra ta’ xogħol li jiksru d-drittijiet tal-bniedem fil-qasam tas-sajd, inkluż meta dawn jiġu identifikati fil-kuntest tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) 53 .

Bil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għall-Ekonomija Soċjali 54 , il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi l-ekonomija soċjali fil-livell internazzjonali pereżempju permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali u billi ttejjeb l-aċċess għall-finanzjament għall-intraprendituri soċjali fil-Balkani tal-Punent, fis-Sħubija tal-Lvant u fil-Viċinat tan-Nofsinhar. Hemm ukoll lok biex jissaħħu d-djalogu u l-kollaborazzjoni dwar l-ekonomija soċjali mas-sħab internazzjonali ewlenin.

3.1.3. Żieda fl-isforzi għall-ġlieda kontra x-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal

Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u għall-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem huma mnaqqxa sew fit-Trattat. Barra minn hekk, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprojbixxi b’mod espliċitu l-iskjavitù u x-xogħol furzat. Biex dawn id-dispożizzjonijiet jiddaħħlu fis-seħħ, il-Kummissjoni timmobilizza l-inizjattivi orizzontali u dawk speċifiċi għas-settur disponibbli kollha għall-ġlieda kontra x-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal, filwaqt li taħdem mal-awtoritajiet tal-Istati Membri kif ukoll man-negozji privati u ma’ partijiet ikkonċernati oħra.

Is-27 Stati Membri kollha tal-UE rratifikaw il-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar ix-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal 55 . B’riżultat ta’ dan, huma obbligati legalment li jipprevjenu u jeliminaw l-użu tax-xogħol furzat u li jirrapportaw regolarment lill-korpi superviżorji tal-istandards tal-ILO. Ir-referenzi għall-konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO huma inklużi wkoll f’bosta ftehimiet ta’ kummerċ ħieles li ġew konklużi mill-Unjoni 56 . Skont ir-Regolament tal-UE dwar l-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi, l-UE tista’ tagħti preferenzi kummerċjali unilaterali bil-kundizzjoni li l-pajjiżi benefiċjarji jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tax-xogħol, inkluż dawk dwar l-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat.

Id-Direttiva tal-UE Kontra t-Traffikar tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-traffikar tal-bnedmin, inkluż dak għall-fini ta’ xogħol furzat, ikun punibbli bil-liġi. Id-Direttiva tirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jikkunsidraw il-kriminalizzazzjoni tal-użu konsapevoli ta’ servizzi ta’ sfruttament. Madankollu, id-deċiżjoni finali titħalla f’idejn l-Istati Membri, u dan wassal għal xenarju ġuridiku divers madwar l-UE. Minħabba l-prevalenza tat-traffikar tal-bnedmin madwar l-Unjoni u d-diverġenzi tal-oqfsa legali nazzjonali, il-Kummissjoni qed twettaq valutazzjoni tal-possibbiltà li jkun hemm regoli minimi tal-UE li jikkriminalizzaw l-użu ta’ servizzi ta’ sfruttament tal-vittmi tat-traffikar. Sadanittant, il-Kummissjoni torganizza wkoll kampanji ta’ sensibilizzazzjoni f’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jgħinu fid-detezzjoni u fil-prevenzjoni ta’din il-prattika. 

L-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli huwa għodda b’saħħitha fil-ġlieda kontra x-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal. Peress li l-akkwist pubbliku jippreżenta madwar 14 % tal-PDG tal-UE (madwar EUR 2 triljun fis-sena), dan jista’ jipprovdi inċentivi b’saħħithom lill-kumpaniji biex jadottaw prattiki ta’ ġestjoni soċjalment responsabbli. Id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku jirrikjedu li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-kuntratturi u l-fornituri jikkonformaw b’mod effettiv mal-obbligi li jirriżultaw mill-konvenzjonijiet tal-ILO, inkluż fil-qasam tax-xogħol furzat u tat-tħaddim tat-tfal. Dan l-aħħar, il-Kummissjoni aġġornat il-gwida tagħha “Ix-Xiri Soċjali” biex jiżdied l-għarfien tal-awtoritajiet kontraenti dwar il-benefiċċji potenzjali tal-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli, dan l-aħħar 57 .

Il-ġlieda kontra x-xogħol furzat ma tistax tintrebaħ mill-awtoritajiet pubbliċi waħedhom. In-negozji privati għandhom rwol importanti x’jaqdu. Din hija r-raġuni għaliex, bħala parti mill-politika kummerċjali l-ġdida tal-UE, il-Kummissjoni tippromwovi d-diliġenza dovuta f’konformità mal-linji gwida u l-prinċipji internazzjonali biex tiżgura li x-xogħol furzat ma jsibx post fil-ktajjen tal-valur tal-kumpaniji tal-UE. F’dan il-kuntest, f’Lulju 2021, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ppubblikaw gwida biex jgħinu lin-negozji tal-UE jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw ir-riskju ta’ xogħol furzat fl-operazzjonijiet u l-ktajjen tal-provvista tagħhom, bħala pont lejn leġiżlazzjoni orizzontali obbligatorja dwar id-diliġenza dovuta 58 . Fil-proposta tagħha għal Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà 59 , il-Kummissjoni ressqet ukoll rekwiżiti dettaljati ta’ rappurtar fir-rigward tad-drittijiet tal-ħaddiema, bħall-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat, inkluż fil-ktajjen tal-provvista globali.

Il-Kummissjoni qed tippromwovi wkoll strateġiji mmexxija mill-industrija fis-setturi li qegħdin l-aktar f’riskju. Pereżempju, il-proġett “Clear Cotton” jipproponi approċċ integrat biex jiġu eliminati t-tħaddim tat-tfal u x-xogħol furzat fil-ktajjen tal-provvista tal-qoton, tat-tessuti u tal-ħwejjeġ 60 . L-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat għandha post prominenti wkoll fl-Inizjattiva dwar il-Materja Prima u fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Materja Prima Kritika.

Minkejja dawn il-passi leġiżlattivi importanti, hemm bżonn ta’ aktar azzjoni biex jiġi indirizzat ix-xogħol furzat b’mod effettiv. Huwa għalhekk li l-President von der Leyen ħabbret inizjattiva li tipprojbixxi mis-Suq Uniku l-prodotti magħmula minn xogħol furzat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni qed tħejji inizjattiva leġiżlattiva ġdida, li se tipprojbixxi b’mod effettiv it-tqegħid fis-suq tal-UE ta’ prodotti magħmula minn xogħol furzat, inkluż it-tħaddim furzat tat-tfal. L-inizjattiva se tkopri kemm il-prodotti domestiċi kif ukoll dawk importati u tikkombina projbizzjoni ma’ qafas ta’ infurzar robust u bbażat fuq ir-riskju. L-istrument il-ġdid se jibni fuq standards internazzjonali u se jikkomplementa l-inizjattivi orizzontali u settorjali eżistenti tal-UE, b’mod partikolari l-obbligi ta’ diliġenza dovuta u ta’ trasparenza.

Il-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal teħtieġ azzjoni addizzjonali. It-tħaddim tat-tfal għandu xpruni kumplessi ħafna, bħat-tbatija ekonomika, in-nuqqas ta’ opportunitajiet edukattivi adegwati, il-perċezzjonijiet popolari u d-drawwiet lokali relatati mar-rwol tat-tfal fis-soċjetà. B’riżultat ta’ dan, il-qerda tat-tħaddim tat-tfal teħtieġ approċċ olistiku għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, inkluż miżuri fuq bażi wiesgħa u inizjattivi ffinanzjati b’mod adegwat biex jappoġġaw l-edukazzjoni ta’ kwalità, l-introjtu deċenti u l-protezzjoni soċjali għal kulħadd. F’konformità mal-istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Kummissjoni tappoġġa lill-gvernijiet, lill-atturi lokali u lin-negozji, speċjalment fil-pajjiżi l-aktar milquta.

Għodod ewlenin:

-Il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-diliġenza dovuta mill-kumpaniji fir-rigward tal-ambjent, inkluż permezz tal-leġiżlazzjoni, biex jiġu żgurati l-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u r-responsabbiltà għall-impatti negattivi attwali u potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet tal-ħaddiema, u fuq l-ambjent tul il-ktajjen tal-provvista globali.

-Il-projbizzjoni li l-prodotti magħmula minn xogħol furzat jitqiegħdu fis-suq tal-UE.

-It-tisħiħ tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mill-kumpaniji dwar aspetti ta’ sostenibbiltà, inkluż dwar ix-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista globali, biex jissaħħu l-investimenti sostenibbli u t-trasparenza għall-partijiet ikkonċernati l-oħra.

-L-għoti ta’ gwida u ta’ dispożizzjonijiet legali b’saħħithom dwar l-akkwist pubbliku soċjalment sostenibbli bil-għan li l-prodotti sostenibbli jsiru n-norma biex jittejjeb il-konsum ġust.

-L-użu tal-politiki settorjali tal-UE, inkluż dawk relatati mal-ikel, il-minerali, it-tessuti, is-sajd u t-trasport, anke dak marittimu, biex jissaħħaħ ir-rispett għall-istandards internazzjonali tax-xogħol kif ukoll ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali tax-xogħol.

3.2. Ir-relazzjonijiet bilaterali u reġjonali tal-UE

Fil-politika kummerċjali tagħha, l-UE tistenna li s-sħab kummerċjali tagħha jirrispettaw l-istandards internazzjonali tax-xogħol. Il-ftehimiet tal-kummerċ ħieles u ta’ investiment għandhom rwol importanti f’dan ir-rigward, peress li jinkludu obbligi ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tax-xogħol u jippromwovu x-xogħol deċenti permezz ta’ liġijiet u prattiki nazzjonali, inkluż permezz ta’ spezzjoni tax-xogħol effettiva. Pereżempju, dawn id-dispożizzjonijiet inċentivaw lill-Korea t’Isfel biex f’April tal-2021 tirratifika tliet konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO 61 . Barra minn hekk, fl-2020 il-Kummissjoni ħatret lill-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ (CTEO) biex jiżgura li s-sħab kummerċjali tagħha jissodisfaw l-impenji tagħhom, fosthom dawk inklużi fil-kapitoli dwar l-iżvilupp sostenibbli. Stabbiliet ukoll punt uniku ta’ servizz , fejn il-kumpaniji, l-organizzazzjonijiet kummerċjali jew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-UE jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom.

L-UE se tuża r-rieżami li jmiss tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 15-il punt dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli biex tivvaluta l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar ix-xogħol fil-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles. Dan se jinkludi l-ambitu tal-impenji, il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ, il-possibbiltà ta’ sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità, il-klawżola dwar l-element essenzjali, l-istruttura istituzzjonali, il-ħidma mas-soċjetà ċivili, u r-riżorsi meħtieġa.

Fil-proposta għal Regolament ġdid tal-UE dwar l-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi (ir-Regolament SĠP) għall-perjodu bejn l-2024 u l-2034 62 , il-Kummissjoni żiedet l-appoġġ tagħha għall-promozzjoni tal-istandards internazzjonali tax-xogħol fil-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP billi żiedet żewġ konvenzjonijiet ġodda dwar id-drittijiet tal-ħaddiema 63 u billi għamlet l-esportazzjoni tal-oġġetti li joriġinaw mit-tħaddim tat-tfal ipprojbit fuq livell internazzjonali u mix-xogħol furzat, raġuni biex possibbilment jiġu rtirati l-preferenzi kummerċjali.

Wieħed mill-objettivi ewlenin tal-politika tas-sħubija internazzjonali, huwa li jiġi promoss ix-xogħol deċenti, inkluż il-protezzjoni soċjali, f’konformità mal-impenn qawwi tal-UE li timplimenta bis-sħiħ l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha, li huwa rifless ukoll fil-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp tal-2017 64 . L-inklużjoni soċjali u x-xogħol deċenti , b’attenzjoni partikolari għall-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal, hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin fl-eżerċizzju tal-programmazzjoni għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027 fil-qafas tal-“NDICI – Ewropa Globali” il-ġdid 65 , li għandu jiġi definit fil-livell nazzjonali, reġjonali u globali. B’mod aktar speċifiku, il-Programm NDICI-Ewropa Globali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, kif ukoll programmi tematiċi u ġeografiċi oħrajn, jipprevedu azzjonijiet iddedikati għall-promozzjoni ta’ xogħol deċenti għal kulħadd, inkluż il-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal u x-xogħol furzat, b’mod partikolari fil-livell ta’ pajjiż u dak reġjonali. L-NDICI-Ewropa Globali jappoġġa l-azzjonijiet li jinkludu l-promozzjoni tad-djalogu soċjali u l-għoti ta’ assistenza lill-pajjiżi sħab biex jirratifikaw u jimplimentaw b’mod effettiv il-konvenzjonijiet aġġornati tal-ILO b’mod partikolari l-konvenzjonijiet fundamentali u ta’ governanza. Minbarra l-Kunsens Ewropew, l-azzjonijiet se jinkludu l-involviment mas-settur privat dwar l-implimentazzjoni tal-imġiba responsabbli fin-negozju tul il-ktajjen tal-provvista globali u l-appoġġ għall-gvernijiet u għan-negozji f’pajjiżi sħab biex jadottaw imġiba responsabbli fin-negozju permezz ta’ miżuri ta’ akkumpanjament rilevanti. Il-programm jipprovdi wkoll opportunitajiet għall-involviment mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-pajjiżi sħab biex l-ekonomija tiġi fformalizzata u s-settur informali jiċkien, kif ukoll jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u approċċi mal-pajjiżi sħab permezz ta’ assistenza teknika. Barra minn hekk, filwaqt li tirrikonoxxi li ħafna minn dawk l-aktar vulnerabbli se jkomplu jiġu impjegati fl-ekonomija informali, il-politika tal-iżvilupp se tiżgura li l-miżuri għall-promozzjoni tax-xogħol deċenti jiġu estiżi għall-ekonomija informali. Fejn xieraq, se tiġi segwita azzjoni mal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej għall-iżvilupp fil-kuntest tal-inizjattivi ta’ Tim Ewropa 66 .

L-Unjoni Ewropea tappoġġa wkoll azzjonijiet dwar il-protezzjoni tat-tfal fil-kuntesti ta’ kriżijiet umanitarji, inkluż kontra t-tħaddim tat-tfal tal-agħar tipi 67 . L-attivitajiet jinkludu l-prevenzjoni tal-vjolenza u r-rispons għaliha, it-traċċar u r-riunifikazzjoni tal-familja, il-prevenzjoni, ir-rilaxx u r-riintegrazzjoni ta’ Tfal Assoċjati mal-Forzi Armati u ma’ Gruppi Armati. Qed isir investiment sostanzjali biex jiġi restawrat u mantenut l-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità għat-tfal affettwati mill-kriżijiet u minn emerġenzi umanitarji 68 .

F’konformità mal-politika tat-tkabbir tal-UE, qabel ma jissieħbu fl-UE, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali huma mistennija jallinjaw bis-sħiħ mal-istandards u mal-acquis tal-UE dwar il-politika soċjali u l-impjiegi. L-UE tkompli tippromwovi l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-Balkani tal-Punent, billi tiddiskuti l-prestazzjoni tal-pajjiżi kandidati u tal-kandidati potenzjali lejn l-integrazzjoni tal-Prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-proċess tal-Programm ta’ Riforma Ekonomika, u billi tappoġġa lis-sħab tagħna biex itejbu d-disponibbiltà tad-data u l-ġbir tad-data tagħhom f’konformità mat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali. L-UE toffri wkoll appoġġ finanzjarju għall-promozzjoni ta’ impjiegi ta’ kwalità u għall-appoġġ għall-infurzar effettiv tar-regoli u tal-istandards tax-xogħol madwar ir-reġjun permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA).

Permezz tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, l-UE tappoġġa r-riformi politiċi u ekonomiċi fil-viċinat tan-Nofsinhar 69 u tal-Lvant 70 tal-UE, inkluż il-ħolqien ta’ impjiegi deċenti. Permezz tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, l-UE se tikkondividi l-aħjar prattiki fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards fundamentali tax-xogħol, mal-viċinat tan-Nofsinhar fil-livell bilaterali u reġjonali, kif ukoll fid-djalogu tal-politika settorjali tal-Unjoni dwar l-impjiegi u x-xogħol għall-Mediterran.

Permezz ta’ appoġġ finanzjarju u inizjattivi ewlenin oħrajn, l-UE se tgħin lis-sħab tal-Viċinat tan-Nofsinhar ifasslu u jimplimentaw riformi ekonomiċi (inkluż dwar il-kummerċ u l-investiment) li jirriżultaw f’impjieg deċenti, speċjalment għan-nisa u għaż-żgħażagħ, u se tappoġġa djalogu soċjali li jiffunzjona tajjeb fil-livelli kollha.  

Fis-Sħubija tal-Lvant, l-appoġġ politiku għal xogħol deċenti permezz tal-investiment fin-nies u fl-iżvilupp tal-kapital uman se jibqa’ prijorità ewlenija 71 . L-UE se timmobilizza wkoll l-għarfien espert tas-settur pubbliku biex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u approċċi ma’ pajjiżi sħab, pereżempju permezz tat-TAIEX u ta’ strumenti ta’ ġemellaġġ, li jlaqqgħu flimkien lill-amministraturi fil-pajjiżi fil-mira mal-pari tagħhom mill-Istati Membri tal-UE.

Il-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema f’pajjiżi terzi hija parti essenzjali mill-politiki tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem. Filwaqt li tibni fuq l-istrumenti varji f’dan il-qasam, l-UE se tiżgura, fejn rilevanti, li l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-ħaddiema jiġu koperti mid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi terzi fejn iseħħ ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema kif ukoll fi skambji ulterjuri ma’ pajjiżi terzi dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż fi skambji mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem.

L-UE se tiżgura wkoll implimentazzjoni effettiva tal-aspetti tad-drittijiet tal-ħaddiema tal-Istrateġiji tal-Pajjiżi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2021-2024 u tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 72 . Dan se jinkludi l-qafas komprensiv previst tal-UE għall-implimentazzjoni tal-prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali.

L-UE se tkompli tippromwovi x-xogħol deċenti fl-azzjonijiet ta’ finanzjament, pereżempju meta timplimenta operazzjoni ta’ finanzjament (taħlit u garanziji) jew billi tiżgura li d-drittijiet tal-ħaddiema jitqiesu meta jiġi vvalutat ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem bħala prekundizzjoni għall-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja. Il-programmi futuri ta’ assistenza makrofinanzjarja se jkopru x-xogħol deċenti, kif xieraq, u l-kundizzjonijiet relatati se jiġu identifikati b’mod konġunt mis-servizzi tal-Kummissjoni u mis-SEAE.

Il-Kummissjoni se tinvolvi ruħha mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp biex tippromwovi aġġornament regolari tal-politika ambjentali u soċjali tagħha biex tallinjaha mal-istandards tal-UE u ma’ dawk internazzjonali dwar ir-responsabbiltà tal-katina tal-provvista, inkluż il-prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem. Barra minn hekk, l-UE se taħdem biex meta jiġu implimentati skemi ffinanzjati mill-BEI, tiżgura li d-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema involuti jikkonformaw mal-istandards ambjentali u soċjali tal-BEI.

Lil hinn minn dan ta’ hawn fuq, ftehimiet bilaterali u reġjonali ulterjuri, bħall-Ftehimiet Strateġiċi ta’ Sħubija u Kooperazzjoni tal-UE, kif ukoll id-djalogi f’livelli varji ma’ pajjiżi terzi jipprovdu opportunità biex jiġi kondiviż l-għarfien espert tal-UE fil-qasam tax-xogħol. L-UE se tippromwovi l-inklużjoni ta’ xogħol deċenti, inkluż id-drittijiet tal-ħaddiema, fil-ftehimiet u fid-djalogi bilaterali u reġjonali futuri jew aġġornati rilevanti kollha f’livelli differenti, inkluż il-Ftehimiet strateġiċi ta’ Sħubija u Kooperazzjoni u l-kumitati kollha li jimplimentaw ftehimiet bilaterali u reġjonali rilevanti, bħall-Kummissjonijiet Konġunti u s-sotto-kumitati tematiċi. Dan jinkludi, pereżempju, summits, laqgħat ministerjali u Laqgħat tal-Uffiċjali Għolja f’fora bħal-Laqgħa Asja-Ewropa (ASEM).

Għodod ewlenin:

-Il-promozzjoni ta’ standards internazzjonali tax-xogħol fi ftehimiet ta’ kummerċ ħieles u fi preferenzi kummerċjali unilaterali.

-L-iżgurar ta’ xogħol deċenti għal kulħadd bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin fil-politika tal-iżvilupp tal-UE u azzjonijiet ta’ finanzjament ulterjuri li jippromwovu x-xogħol deċenti, inkluż fil-kuntest tal-Inizjattivi ta’ Tim Ewropa.

-Il-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali permezz tal-politika tat-tkabbir tal-UE u tal-Programmi ta’ Riforma Ekonomika kif ukoll tal-appoġġ għal riformi li jiżguraw impjieg deċenti fir-reġjuni Ewropej tal-viċinat u tat-tkabbir.

-Il-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema f’pajjiżi terzi bħala parti essenzjali mill-politiki tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem.

-L-inklużjoni tal-promozzjoni tax-xogħol deċenti u tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-ftehimiet u fid-djalogi bilaterali u reġjonali futuri jew aġġornati rilevanti kollha.

3.3. L-UE f’fora internazzjonali u multilaterali 73

L-UE tappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrumenti tan-Nazzjonijiet Uniti relatati max-xogħol deċenti; hija tirrakkomanda wkoll li s-suġġett tax-xogħol deċenti jiġi diskuss u avvanzat fil-fora tan-NU, b’mod partikolari fil-kuntest tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli. L-UE saħħet l-involviment tagħha fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u mal-pajjiżi sħab biex tippromwovi u tappoġġa b’mod attiv l-implimentazzjoni globali tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem. F’dan il-kuntest, l-UE tipprovdi appoġġ xieraq għall-ħidma tal-Grupp ta’ Ħidma tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u tipparteċipa b’mod kostruttiv fid-diskussjonijiet tan-NU dwar strument legalment vinkolanti fir-rigward tan-negozju u tad-drittijiet tal-bniedem bil-għan li tippromwovi strument li jista’ jtejjeb b’mod effettiv il-protezzjoni tal-vittmi ta’ ksur u ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem relatati man-negozju u joħloq kundizzjonijiet ekwivalenti aktar globali. L-UE se tintensifika l-isforzi biex tippromwovi l-Aġenda għal Xogħol Deċenti fil-Kummissjoni għall-Iżvilupp Soċjali tan-NU u fil-Forum Politiku ta’ Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, filwaqt li tqis l-importanza ta’ xogħol deċenti għall-ilħuq tal-SDGs, inkluż l-SDG 8 u l-Aġenda inġenerali. L-UE tippromwovi wkoll id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà globalment, inkluż fir-rigward tax-xogħol u tal-impjiegi, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà (UNCRPD), li hija parti minnha. Il-Kummissjoni wiegħdet li torganizza djalogi strutturati regolari matul il-Konferenza annwali tal-Istati Partijiet tal-UNCRPD u fil-kuntest ta’ fora multilaterali eżistenti oħra, u jsaħħu l-kooperazzjoni b’enfasi fuq l-aċċessibbiltà u l-impjieg.

Barra minn hekk, l-UE tikkontribwixxi b’mod attiv għall-proċessi tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tal-istabbiliment ta’ standards tax-xogħol, is-sorveljanza tal-applikazzjoni tagħhom, u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom 74 . L-UE se tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni mill-qrib tagħha mal-ILO abbażi tal-iskambju ta’ ittri mġedded fl-2021, b’mod partikolari permezz ta’ azzjoni konġunta f’fora multilaterali u abbażi ta’ kooperazzjoni bilaterali u ta’ żvilupp, iżda wkoll permezz ta’ skambju intensifikat ta’ informazzjoni, assistenza u laqgħat regolari ta’ livell għoli. L-għan huwa li jiġu promossi l-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll standards internazzjonali oħrajn tax-xogħol, b’mod partikolari permezz tar-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet aġġornati tal-ILO u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

L-UE se timpenja ruħha wkoll mal-ILO biex tippromwovi approċċ iċċentrat fuq il-bniedem u tranżizzjoni ġusta għall-futur tax-xogħol, f’konformità mal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, id-Dikjarazzjoni tal-2008 tal-ILO dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta, id-Dikjarazzjoni taċ-Ċentenarju tal-ILO għall-Futur tax-Xogħol, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u n-normi Ewropej u internazzjonali rilevanti. Dan l-impenn għandu l-għan ukoll li jippromwovi d-djalogu soċjali u l-ħidma lejn il-limiti minimi ta’ protezzjoni soċjali u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għal kulħadd, inkluż is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali. L-UE tappoġġa l-isforzi għall-integrazzjoni tad-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa fil-qafas tal-ILO tal-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol 75 . Il-Kummissjoni se tappoġġa wkoll il-ħidma tal-ILO biex tiżviluppa qafas ta’ kejl biex timmonitorja l-progress lejn dinja tax-xogħol aktar deċenti.

L-UE tappoġġa r-riforma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) biex tikkontribwixxi aktar għall-iżvilupp sostenibbli u tintegra ulterjorment id-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni, u biex tippromwovi deliberazzjoni fi ħdan id-WTO dwar kif il-kummerċ jista’ jappoġġa xogħol deċenti u ġustizzja soċjali. Fid-WTO, l-UE se titkellem favur l-analiżi u l-iskambji ta’ esperjenza, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni aktar attiva mal-ILO, dwar: il-kontribut tal-politiki kummerċjali għall-iżvilupp soċjali; kif protezzjoni aktar b’saħħitha tad-drittijiet tal-ħaddiema tkun ta’ benefiċċju għat-tkabbir u għall-iżvilupp; u kif il-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ jilħqu lill-ħaddiema u lill-komunitajiet żvantaġġati kollha.

Il-Kummissjoni se tappoġġa wkoll b’mod attiv aktar djalogu bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, l-ILO, in-NU u d-WTO dwar il-komplementarjetà u l-konsistenza tal-politiki tagħhom u l-interdipendenza tat-tkabbir ekonomiku, l-investiment, il-kummerċ u x-xogħol deċenti.

Fil-ħidma tagħha mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), l-UE tappoġġa l-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali dwar imġiba responsabbli fin-negozju biex jiġi ffaċilitat il-kontribut tan-negozju għal xogħol deċenti. L-UE tiffinanzja programmi mmexxija mill-OECD, inkluż dwar it-trawwim tad-diliġenza dovuta għal imġiba responsabbli fin-negozju fil-ktajjen tal-provvista globali 76 , u se tkompli tippromwovi l-kopertura ta’ xogħol deċenti fl-attivitajiet tal-OECD dwar imġiba responsabbli fin-negozju u miċ-Ċentru ta’ Żvilupp tal-OECD 77 .

Il-promozzjoni tax-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista globali, inkluż l-eradikazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat, kienet element ewlieni tal-ħidma tal-G7 u tal-G20, b’appoġġ attiv tal-UE. Bl-involviment tas-sħab tal-G7 u tal-G20, l-UE se jkollha l-għan li tiżgura li x-xogħol deċenti u l-protezzjoni soċjali jkollhom rwol sinifikanti fid-diskussjonijiet tal-G7 u tal-G20, inkluż l-implimentazzjoni tal-aspetti soċjali fl-istrateġiji “għal bini mill-ġdid aħjar” taż-żewġ fora. Pereżempju, fid-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-Mexxejja tal-G20 tal-2021, il-G20 impenjaw ruħhom, b’reazzjoni għall-pandemija, li jadottaw approċċi ta’ politika ċċentrati fuq il-bniedem biex jippromwovu d-djalogu soċjali u biex jiżguraw ġustizzja soċjali akbar; kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa; u xogħol deċenti għal kulħadd, inkluż fi ħdan il-ktajjen tal-provvista globali 78 .

Il-Kummissjoni se timpenja ruħha wkoll mal-Bank Dinji biex tinkludi xogħol deċenti u approċċ iċċentrat fuq il-bniedem bħala rekwiżit trasversali fil-ħidma tal-Bank Dinji ma’ pajjiżi terzi u l-Kummissjoni se tħeġġeġ lill-Istati Membri biex iqajmu l-kwistjoni tax-xogħol deċenti meta l-Fond Monetarju Internazzjonali jipprovdi finanzjament appoġġ lil pajjiżi terzi.

L-UE taħdem b’mod konġunt mal-Kunsill tal-Ewropa biex tiggarantixxi d-drittijiet soċjali u ekonomiċi fundamentali f’konformità mal-obbligi internazzjonali.

Għodod ewlenin:

-L-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ strumenti tan-Nazzjonijiet Uniti relatati max-xogħol deċenti u l-promozzjoni tas-suġġett tax-xogħol deċenti fil-fora tan-NU, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli.

-Sħubija mal-ILO fuq il-prijoritajiet tal-UE, u b’mod partikolari l-kontribuzzjoni għall-proċessi tal-istabbiliment ta’ standards tax-xogħol, is-sorveljanza tal-applikazzjoni tagħhom u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom.

-L-appoġġ għar-riforma tad-WTO biex tikkontribwixxi ulterjorment għall-iżvilupp sostenibbli, tintegra d-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni, u tippromwovi deliberazzjoni fid-WTO dwar kif il-kummerċ jista’ jappoġġa xogħol deċenti u ġustizzja soċjali.

-Il-promozzjoni tax-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista globali fid-dikjarazzjonijiet tal-G7 u tal-G20, b’ħidma mal-OECD dwar il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali dwar imġiba responsabbli fin-negozju, u l-inklużjoni ta’ xogħol deċenti f’kooperazzjoni mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali.

-Il-ħidma konġunta mal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-garanzija tad-drittijiet soċjali u ekonomiċi fundamentali f’konformità mal-obbligi internazzjonali.

3.4. L-involviment mal-partijiet ikkonċernati u fi sħubijiet globali

L-UE tippromwovi djalogu soċjali Ewropew tripartitiku u bipartitiku fil-livell trans-industrijali u settorjali, inkluż permezz tal-appoġġ tagħha għal 43 Kumitati ta’ Djalogu Soċjali Settorjali tal-UE. Is-sħab soċjali regolarment ipoġġu l-promozzjoni ta’ xogħol deċenti madwar id-dinja fuq l-aġenda tal-Kumitati Settorjali tad-Djalogu Soċjali, pereżempju xogħol deċenti fis-sajd jew fit-tessuti. Il-Kummissjoni se toffri appoġġ lis-sħab soċjali fil-Kumitati tad-Djalogu Soċjali Settorjali tal-UE, fuq talba tagħhom, biex tniedi attivitajiet fuq ktajjen tal-provvista responsabbli, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema, bħal djalogi settorjali madwar l-UE kollha biex jiġu skambjati prattiki tajbin u jkun possibbli t-tagħlim bejn il-pari. Dan se jappoġġa wkoll lill-ħaddiema u lill-impjegaturi tul il-katina tal-provvista fl-eżerċitar tad-dritt tagħhom li jorganizzaw u għal-libertà ta’ assoċjazzjoni.

L-UE tippromwovi wkoll id-djalogu tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet esterni tagħha u tgħaqqad il-forzi fi sħubijiet globali. L-interazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili hija fattur abilitanti ewlieni għall-promozzjoni tax-xogħol deċenti permezz ta’ involviment mal-partijiet ikkonċernati, inkluż fil-qafas tan-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali, fit-tħejjija tad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar il-kwistjonijiet ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp. L-UE se tkompli ssaħħaħ l-involviment mal-atturi tas-soċjetà ċivili u se tippromwovi ambjenti sikuri u favorevoli għall-ħidma ta’ promozzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-ħaddiema u tas-soċjetà ċivili dwar il-ħolqien tal-impjiegi deċenti. 

L-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw u jikkontribwixxu għal sħubijiet globali u inizjattivi ta’ diversi partijiet ikkonċernati li huma rilevanti għall-promozzjoni tax-xogħol deċenti madwar id-dinja f’oqsma bħat-tranżizzjoni ġusta, is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali, il-protezzjoni soċjali u d-djalogu soċjali, inkluż permezz tal-inizjattiva dwar il-Ftehim Globali 79 . Filwaqt li titqies il-politika ta’ tolleranza żero tal-UE dwar it-tħaddim tat-tfal, il-Kummissjoni se tieħu l-passi neċessarji biex tissieħeb fl-Alleanza 8.7 għall-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal, tax-xogħol furzat u tat-traffikar tal-bnedmin. Il-Kummissjoni beħsiebha tesplora flimkien mal-ILO kif għandhom jiżdiedu l-isforzi konġunti u rispettivi biex tiġi żgurata l-effettività tal-interventi fl-Alleanza 8.7 80 .

Għodod ewlenin:

-L-għoti ta’ appoġġ lis-sħab soċjali fil-Kumitati Settorjali tad-Djalogu Soċjali tal-UE biex jitnedew attivitajiet dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-ktajjen tal-provvista.

-Aktar tisħiħ tal-involviment mal-atturi tas-soċjetà ċivili u l-promozzjoni ta’ ambjent sikur u favorevoli għas-soċjetà ċivili.

-L-appoġġ għal sħubijiet globali f’oqsma differenti ta’ xogħol deċenti, inkluż billi ssir sieħeb tal-Alleanza 8.7.

4.Konklużjonijiet

L-UE hija impenjata li ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala l-mexxej responsabbli fid-dinja tax-xogħol, li tiġġieled għad-drittijiet tal-ħaddiema u li tipprevjeni ġirja lejn l-iktar livell baxx, billi tuża l-istrumenti kollha disponibbli u tkompli tiżviluppahom. Il-promozzjoni tax-xogħol deċenti madwar id-dinja, inkluż l-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat, hija element ewlieni ta’ dan l-isforz.

Il-promozzjoni ta’ xogħol deċenti madwar id-dinja hija kruċjali għall-UE, bħala attur ġeopolitiku li jappoġġa bis-sħiħ id-drittijiet u l-libertajiet individwali, aktar u aktar f’dinja tax-xogħol li qiegħda tinbidel b’mod rapidu u f’kuntest ta’ tibdil fir-relazzjonijiet globali. Dan huwa konformi mal-appoġġ qawwi tal-UE għall-multilateraliżmu u ordni globali bbażata fuq ir-regoli tal-istandards internazzjonali tax-xogħol.

L-UE għandha rwol ewlieni biex tiżgura li t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-ekonomija timxi id f’id mat-tranżizzjoni globali soċjalment ġusta. L-UE se timpenja ruħha mas-sħab internazzjonali tagħha biex jinkiseb l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 li jkun iċċentrat fuq il-bniedem, sostenibbli, ġust u inklużiv.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex japprovaw l-approċċ stabbilit f’din il-Komunikazzjoni u biex jaħdmu flimkien ħalli jimplimentaw l-azzjonijiet tagħha.

Il-Kummissjoni biħsiebha tirrapporta regolarment dwar l-istat ta’ implimentazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni, inkluż l-impenji tal-UE fil-qafas tal-oqsma ta’ politika ewlenin ta’ hawn fuq.

(1)

Ir-Rapport tal-ILO/UNICEF dwar it-Tħaddim tat-Tfal, Ġunju tal-2021 ( https://data.unicef.org/resources/child-labor-2020-global-estimates-trends-and-the-road-forward/ ).

(2)

  https://www.ilo.org/global/topics/forced-labor/lang--en/index.htm

(3)

Id-Dikjarazzjoni tal-2008 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta ddeskriviet, għall-ewwel darba, il-kunċett universali ta’ xogħol deċenti; l-Aġenda tal-2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli timpenja ruħha li tikseb xogħol deċenti għal kulħadd sal-2030; u d-Dikjarazzjoni taċ-Ċentenarju tal-2019 tal-ILO għall-Futur tax-Xogħol tinkludi approċċ iċċentrat fuq il-bniedem biex iwieġeb għal bidliet trasformattivi xprunati minn innovazzjonijiet teknoloġiċi, minn bidliet demografiċi, mit-tibdil fil-klima u mill-globalizzazzjoni ( https://www.ilo.org/global/about-the-ilo/mission-and-objectives/centenary-declaration/lang--en/index.htm ).

(4)

Ara l-komunikat tas-Summit tal-G7 fil-Bajja ta’ Carbis li sar fit-13 ta’ Ġunju 2021.

(5)

Inkluż, pereżempju, il-Prinċipji Gwida tal-2011 tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, il-Linji Gwida tal-2011 tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali u d-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-2017 tal-ILO dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali.

(6)

COM(2021) 102 final tal-4.3.2021

(7)

Ara l-Komunikazzjoni Konġunta dwar it-tisħiħ tal-kontribut tal-UE għall-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli li tenfasizza l-importanza tal-multilateraliżmu għal irkupru ġust u sostenibbli, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52021JC0003&from=MT

(8)

https://ec.europa.eu/info/strategy/strategic-planning/strategic-foresight/2021-strategic-foresight-report_mt

(9)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52021JC0030&from=EN

(10)

Pereżempju, it-tmien edizzjoni tal-monitoraġġ tal-ILO: Il-COVID-19 u d-dinja tax-xogħol, twissi li mingħajr appoġġ finanzjarju u tekniku konkret, se tippersisti “diverġenza kbira” fix-xejriet tal-irkupru tal-impjiegi bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qegħdin fil-fażi tal-iżvilupp.

(11)

https://www.ilo.org/infostories/en-GB/Campaigns/covid19/globalcall#covid-impact

(12)

Fl-2018, madwar 21 % tal-impjegati kollha, għexu fil-faqar, https://ilo.org/wcmsp5/groups/public/---dgreports/---stat/documents/publication/wcms_696387.pdf , filwaqt li l-kriżi tal-COVID-19 setgħet imbuttat minn 71 miljun sa 100 miljun persuna oħra fil-faqar estrem, https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---dgreports/---dcomm/---publ/documents/publication/wcms_762534.pdf ; kull sena jmutu 1.9 miljun persuna u 360 miljun ikollhom inċident u madwar 479 miljun ħaddiem jaħdmu sigħat twal ta’ xogħol ta’ 55 siegħa fil-ġimgħa jew aktar, https://www.ilo.org/global/topics/safety-and-health-at-work/lang--en/index.htm .

(13)

Skont in-nota tal-ILO dwar id-diskrepanzi fil-finanzjament tal-protezzjoni soċjali , aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja ma għandha l-ebda kopertura ta’ protezzjoni soċjali, Settembru tal-2020 ( https://www.social-protection.org/gimi/RessourcePDF.action?id=56836 ).

(14)

https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC126047

(15)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1576150542719&uri=COM%3A2019%3A640%3AFIN ; ara wkoll il-Komunikazzjoni dwar Ewropa Soċjali b’saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti, COM (2020) 14 final.

(16)

L-approċċ iċċentrat fuq il-bniedem jinkludi t-tisħiħ tal-kapaċità tal-persuni kollha biex jibbenefikaw mill-opportunitajiet ta’ dinja tax-xogħol li qiegħda tinbidel, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tax-xogħol biex tiġi żgurata l-protezzjoni adegwata għall-ħaddiema kollha, u b’hekk tiġi affermata mill-ġdid ir-rilevanza kontinwa tar-relazzjoni tax-xogħol, tiġi żgurata tranżizzjoni mill-informalità għall-formalità u jiġu promossi tkabbir ekonomiku sostnut, inklużiv u sostenibbli, impjieg sħiħ u produttiv u xogħol deċenti għal kulħadd, ara wkoll id-Dikjarazzjoni taċ-Ċentenarju tal-ILO, https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/@ed_norm/@relconf/documents/meetingdocument/wcms_711674.pdf .

(17)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-rispons Globali tal-UE għall-COVID-19, JOIN(2020) 11 final tat-8.4.2020. Ara wkoll is-sejħiet għal Komunikazzjoni dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja mill-Kunsill fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u x-Xogħol Deċenti fil-Ktajjen tal-Provvista Globali ( https://www.consilium.europa.eu/media/46999/st13512-en20.pdf ) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Futur tax-Xogħol: L-Unjoni Ewropea tippromwovi d-Dikjarazzjoni Ċentinarja tal-ILO (https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-13436-2019-INIT/en/pdf).

(18)

https://www.ilo.org/infostories/en-GB/Campaigns/covid19/globalcall#intro

(19)

  https://www.ilo.org/global/topics/decent-work/lang--en/index.htm

(20)

  Id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali .

(21)

Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru III, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_2184 ; L-Istrateġija ta’ Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-2020-2025, EUR-Lex - 52020DC0152 - MT - EUR-Lex (europa.eu).

(22)

Ara t-taqsima 3 ta’ din il-Komunikazzjoni kif ukoll id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Promote decent work worldwide”, SWD(2020) 235 final tal-20.10.2020.

(23)

COM(2022) 71

(24)

https://trade.ec.europa.eu/dialog/meetdetails.cfm?meet=11601

(25)

https://www.ilo.org/global/about-the-ilo/newsroom/news/WCMS_766351/lang--en/index.htm

(26)

https://www.unicef.org/press-releases/child-labour-rises-160-million-first-increase-two-decades

(27)

https://www.ilo.org/global/about-the-ilo/newsroom/news/WCMS_800090/lang--en/index.htm

(28)

https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_norm/---ipec/documents/publication/wcms_797515.pdf

(29)

Il-Komunikazzjoni dwar l-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal, COM/2021/142 final.

(30)

  https://www.ilo.org/global/topics/forced-labour/lang--en/index.htm ; ix-xogħol furzat jeżisti fil-ktajjen tal-valur globali; https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_norm/---ipec/documents/publication/wcms_653986.pdf;   https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_norm/---ipec/documents/publication/wcms_653990.pdf.

(31)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-rispons Globali tal-UE għall-COVID-19, JOIN/2020/11 final.

(32)

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final tal-11.12.2019.

(33)

Ara wkoll l-Ambizzjoni ta’ Tniġġis Żero għal Ambjent Ħieles mis-sustanzi tossiċi li għandha l-għan li tiżgura li ma tiġi kkawżata l-ebda ħsara mit-tniġġis għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent (ara COM(2021) 400) jew l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà (COM(2020) 667 final) li tinkludi ħidma lejn azzjoni globali aktar ambizzjuża dwar il-ġestjoni sostenibbli tas-sustanzi kimiċi madwar id-dinja li taffettwa s-sikurezza tal-ħaddiema madwar id-dinja.

(34)

  https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/banking-and-finance/sustainable-finance/overview-sustainable-finance_mt#action-plan

(35)

http://www.gsi-alliance.org/wp-content/uploads/2021/08/GSIR-20201.pdf

(36)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex:32020R0852

(37)

Chatham House (2020), Promoting a Just Transition to an Inclusive Circular Economy .

(38)

Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari, COM(2020) 98 final tal-11.3.2021.

(39)

Ara, pereżempju, l-Inizjattiva “it-tisħiħ tar-rwol tal-konsumaturi fit-tranżizzjoni ekoloġika”, https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12467-Il-politika-dwar-il-konsumatur-it-tis%C4%A7i%C4%A7-tar-rwol-tal-konsumaturi-fit-tranzizzjoni-ekologika_mt.

(40)

https://www.smart.uio.no/

(41)

Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM(2020) 381 final tal-20.5.2020.

(42)

  https://ec.europa.eu/growth/sectors/raw-materials/policy-strategy_en https://ec.europa.eu/growth/sectors/raw-materials/policy-and-strategy-raw-materials_en

(43)

COM(2020) 474 final

(44)

Ir-Regolament li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta’ landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli, (UE) 2017/821 tas-17.5.2017.

(45)

Proposta għal Regolament dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, COM(2020) 798 final tal-10.12.2020.

(46)

Il-programm “Better work” huwa sħubija bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tan-NU u l-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali, membru tal-Grupp tal-Bank Dinji. Better Work ilaqqa’ flimkien gruppi diversi — gvernijiet, ditti globali, sidien ta’ fabbriki, u unions u ħaddiema — biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-industrija tal-ħwejjeġ u jrendu lis-settur aktar kompetittiv, https://betterwork.org/.

(47)

Il-Fond ta’ Viżjoni Żero tnieda mill-G7 u ġie approvat mill-G20. Il-programm emblematiku tal-ILO li jibni kultura ta’ xogħol sikur u tajjeb, jagħmel parti mill-qafas ta’ Sikurezza u Saħħa għal Kulħadd. Il-Fond Viżjoni Żero jibni ktajjen tal-provvista sostenibbli, sikuri u tajbin billi jimmobilizza l-gvernijiet, l-impjegaturi, il-ħaddiema u s-settur privat fil-komunitajiet u fil-pajjiżi madwar id-dinja.

(48)

Ara wkoll “Ktajjen tal-Provvista Sostenibbli biex Jibnu Ġejjieni Aħjar”, bħala proġett ieħor iffinanzjat mill-UE li jippromwovi xogħol deċenti fil-katina tal-provvista tal-ħwejjeġ, https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_dialogue/---sector/documents/genericdocument/wcms_791245.pdf

(49)

Pereżempju: Beyond Your Clothes ; Together for Decent Leather | Rights for Workers .

(50)

  https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12822-Strategija-tal-UE-g%C4%A7al-tessuti-sostenibbli_mt

(51)

Dan jinkludi l-promozzjoni tal-objettivi inklużi fl-Aġenda tal-ILO għal Xogħol Deċenti u fid-Dikjarazzjoni tal-2008 tal-ILO dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta u dik dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Fundamentali fuq ix-Xogħol, kif ukoll l-impenn li jiġu ratifikati konvenzjonijiet fundamentali pendenti tal-ILO u li tiġi kkunsidrata r-ratifika ta’ konvenzjonijiet oħrajn tal-ILO. Fin-nuqqas ta’ ftehimiet tal-avjazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni se tistieden lill-Istati Membri tal-UE biex isegwu l-approċċ tal-UE u fil-ftehimiet tal-avjazzjoni tagħhom, jinkludu d-dispożizzjonijiet dwar ix-xogħol.

(52)

Inkluż il-Konvenzjoni tal-IMO dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd (STCW-F).

(53)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52016JC0049

(54)

 https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1537&langId=mt

(55)

https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---europe/---ro-geneva/---ilo-brussels/documents/publication/wcms_195135.pdf

(56)

https://ec.europa.eu/trade/policy/policy-making/sustainable-development/#_labour-rights

(57)

  Ix-Xiri Soċjali — Gwida biex jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet soċjali fl-akkwisti pubbliċi — It-tieni edizzjoni (2021/C 237/01). Il-gwida tispjega b’mod prattiku l-opportunitajiet offruti mill-qafas legali eżistenti tal-UE għall-awtoritajiet pubbliċi biex iqisu l-kunsiderazzjonijiet soċjali fl-akkwist pubbliku tagħhom u toffri prattiki tajbin u eżempji ta’ x’jista’ jinkiseb bl-użu attiv ta’ prattiki tal-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli.

(58)

https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2021/july/tradoc_159709.pdf

(59)

Proposta tal-Kummissjoni COM(2021) 189 final tal-21.4.2021.

(60)

Il-proġett “CLEAR Cotton” jappoġġa l-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat fil-ktajjen tal-valur tal-qoton, tat-tessuti u tal-ħwejjeġ fil-pajjiżi produtturi fil-mira (il-Burkina Faso, il-Mali, il-Pakistan, u l-Perù). Dan huwa implimentat mill-ILO b’kollaborazzjoni mal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), CLEAR Cotton: L-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat fil-ktajjen tal-provvista tal-qoton, tat-tessuti u tal-ħwejjeġ; https://www.ilo.org/ipec/projects/global/clearcotton/lang--en/index.htm.

(61)

  https://www.ilo.org/dyn/normlex/en/f?p=NORMLEXPUB:11200:0::NO::P11200_COUNTRY_ID:103123

(62)

https://trade.ec.europa.eu/doclib/press/index.cfm?id=2303

(63)

Minbarra l-15-il konvenzjoni ewlenija attwali tan-NU/tal-ILO dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema, ir-Regolament il-ġdid dwar l-SĠP iżid il-Konvenzjoni Nru 81 tal-ILO dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol u l-Konvenzjoni Nru 144 dwar il-Konsultazzjoni Tripartitika.

(64)

https://ec.europa.eu/international-partnerships/taxonomy/term/436_mt

(65)

Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali, (UE) 2021/947 tad-9.6.2021.

(66)

https://europa.eu/capacity4dev/wbt-team-europe

(67)

Skont l-ILO, l-agħar tipi ta’ tħaddim tat-tfal jinkludu l-iskjavitù, it-traffikar tat-tfal, is-servitù, l-isfruttament u l-abbuż sesswali kif ukoll ix-xogħol furzat, inkluż għall-forzi armati: https://www.ilo.org/ipec/Campaignandadvocacy/Youthinaction/C182-Youth-orientated/worstforms/lang--en/index.htm.

(68)

https://ec.europa.eu/echo/what/humanitarian-aid/education-emergencies_en

(69)

Sħubija mġedda mal-Viċinat tan-Nofsinhar - Aġenda Ġdida għall-Mediterran, JOIN(2021) 2 final tad-9.2.2021.

(70)

Il-Politika tas-Sħubija tal-Lvant lil hinn mill-2020 - It-Tisħiħ tar-Reżiljenza - Sħubija tal-Lvant li tikseb riżultati għal kulħadd, JOIN(2020) 7 final tat-18.3.2020.

(71)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika tas-Sħubija tal-Lvant lil hinn mill-2020, il-11 ta’ Mejju 2020.

(72)

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 jinkludi bħala prijorità (il-punt 1.4.i): “Issir promozzjoni għax-xogħol deċenti u futur ta’ ħidma ċċentrata fuq il-bniedem permezz ta’ approċċ aġġornat tal-UE li jiżgura r-rispett għall-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol, id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin, u dinja tax-xogħol mingħajr vjolenza u molestja. Tingħata promozzjoni lid-djalogu soċjali kif ukoll lir-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet u l-protokolli rilevanti tal-ILO. Tissaħħaħ il-ġestjoni responsabbli fil-katini tal-provvista globali u l-aċċess għall-protezzjoni soċjali.”

(73)

Ara wkoll il-Komunikazzjoni Konġunta dwar it-tisħiħ tal-kontribut tal-UE għal multilateraliżmu ibbażat fuq ir-regoli li tenfasizza l-importanza tal-multilateraliżmu għal irkupru ġust u sostenibbli, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52021JC0003&from=mt.

(74)

Eż. https://www.ilo.org/global/standards/WCMS_697996/lang--en/index.htm

(75)

https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12765-2019-INIT/mt/pdf

(76)

  https://mneguidelines.oecd.org/Responsible-Supply-Chains-in-Asia-Fact-Sheet.pdf http://mneguidelines.oecd.org/promoting-responsible-business-conduct-in-latin-america-and-the-caribbean.htm

(77)

L-UE tieħu sehem fil-ħidma tal-Korp ta’ Tmexxija taċ-Ċentru ta’ Żvilupp tal-OECD.

(78)

https://www.g20.org/wp-content/uploads/2021/10/G20-ROME-LEADERS-DECLARATION.pdf.

(79)

Sħubija għal Tranżizzjoni Ġusta tal-Enerġija mal-Afrika t’Isfel, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_5768; https://www.ilo.org/global/topics/safety-and-health-at-work/programs-projects/WCMS_740967/lang--en/index.htm ; http://visionzero.global/vision-zero-summit-sees-launch-global-osh-coalition ; https://www.usp2030.org/gimi/USP2030.action ; https://www.ilo.org/global/about-the-ilo/newsroom/news/WCMS_666166/lang--en/index.htm   https://www.theglobaldeal.com/ .

(80)

Ara l-konklużjonijiet tal-15-il Laqgħa ta’ Livell Għoli bejn il-KE u l-ILO, https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---europe/---ro-geneva/---ilo-brussels/documents/meetingdocument/wcms_757939.pdf.

Top