Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022AP0396

    P9_TA(2022)0396 Deċiżjonijiet tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni dwar standards Ewropej u strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropea (COM(2022)0032 – C9-0033/2022 – 2022/0021(COD)) P9_TC1-COD(2022)0021 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta’ Novembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 fir-rigward ta’ deċiżjonijiet tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni dwar standards Ewropej u strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej

    ĠU C 167, 11.5.2023, p. 134–134 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 167, 11.5.2023, p. 80–80 (GA)

    11.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/134


    P9_TA(2022)0396

    Deċiżjonijiet tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni dwar standards Ewropej u strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropea (COM(2022)0032 – C9-0033/2022 – 2022/0021(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2023/C 167/25)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0032),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0033/2022),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta’ Awwissu 2022 (1),

    wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Ottubru 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0205/2022),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU C 323, 26.8.2022, p. 43.


    P9_TC1-COD(2022)0021

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta’ Novembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 fir-rigward ta’ deċiżjonijiet tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni dwar standards Ewropej u strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/2480.)


    Top