|
A.Ħtieġa li tittieħed azzjoni
|
|
X’inhi l-problema u għaliex hi problema fil-livell tal-UE?
|
|
Din l-inizjattiva tindirizza l-koerċizzjoni ekonomika, li hija definita bħala pressjoni eżerċitata minn pajjiżi mhux tal-UE permezz ta’ miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment sabiex jinkiseb eżitu speċifiku li jaqa’ fi ħdan l-ispazju leġittimu tat-tfassil tal-politika tal-UE jew tal-Istati Membri tagħha. Il-miżuri koersivi tal-pajjiżi mhux tal-UE jirrestrinġu l-ispazju politiku leġittimu tal-UE jew ta’ Stat Membru jew jimponu kostijiet fuq l-użu tiegħu. L-UE u l-Istati Membri tagħha kienu fil-mira ta’ koerċizzjoni ekonomika u jinsabu kontinwament f’riskju. Tali koerċizzjoni x’aktarx li mhijiex se tispiċċa jew tonqos.
|
|
X’jenħtieġ li jinkiseb?
|
|
L-objettivi speċifiċi huma li tiġi skoraġġita l-koerċizzjoni b’mod ġenerali, titnaqqas l-eskalazzjoni u jintemmu l-miżuri ta’ koerċizzjoni fis-seħħ, u bħala l-aħħar rimedju, li l-miżuri ta’ koerċizzjoni jiġu kkontrobattuti. B’mod aktar ġenerali, l-għan huwa li jiġi ppreservat l-ispazju leġittimu tat-tfassil tal-politika tal-UE u tal-Istati Membri.
|
|
X’inhu l-valur miżjud ta’ azzjoni fil-livell tal-UE (is-sussidjarjetà)?
|
|
Ir-rispons previst tal-UE jaqa’ taħt il-politika kummerċjali komuni. Fi kwalunkwe każ, l-azzjoni fil-livell tal-UE tirriżulta f’benefiċċji, pereż. deterrenza u kontroazzjoni kontra l-koerċizzjoni, li ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti, jekk jistgħu jinkisbu, fil-livell tal-Istati Membri.
|
|
B.Soluzzjonijiet
|
|
X’inhuma l-alternattivi differenti biex jinkisbu l-objettivi? Hemm xi alternattiva ppreferuta?
|
|
L-alternattiva ppreferuta hija regolament qafas tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippermetti azzjoni tal-UE, f’konformità mad-dritt internazzjonali pubbliku u abbażi ta’ dan li ġej:
-Rispons tal-UE f’żewġ stadji: L-ewwel pass jinvolvi miżuri mhux intervenzjonisti, bħall-identifikazzjoni formali ta’ jekk miżura ta’ koerċizzjoni taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament u sforzi lejn l-involviment mal-pajjiż mhux tal-UE ħalli jiġi mħeġġeġ itemm il-miżuri tiegħu. Jekk ma jirnexxux, issir disponibbli firxa wiesgħa ta’ kontromiżuri possibbli tal-UE f’tieni pass possibbli, bħala alternattiva tal-aħħar rimedju.
-L-istrument japplika għal firxa wiesgħa ta’ miżuri koersivi, inklużi dawk li jinvolvu koerċizzjoni espliċita, moħbija u silenzjuża u l-varjazzjonijiet tagħhom. Ikun japplika limitu kwalitattiv għall-azzjoni.
-Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jaqa’ taħt il-qafas standard tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni, b’mezzi għal azzjoni rapida. Il-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw fi kwalunkwe proċess li jinvolvi l-użu tal-istrument.
|
|
X’jidhrilhom il-partijiet ikkonċernati differenti?
|
|
Il-kategoriji kollha tal-partijiet ikkonċernati jappoġġaw b’mod ġenerali l-ħolqien ta’ strument legali ġdid. Hemm konverġenza qawwija dwar:
-l-alternattivi ewlenin għat-tfassil tiegħu, b’mod partikolari, il-ħtieġa għal ambitu wiesa’ ta’ possibbiltajiet għal azzjoni tal-UE kontra l-koerċizzjoni, b’kontromiżuri biss bħala l-aħħar rimedju;
-kopertura wiesgħa tal-miżuri ta’ koerċizzjoni possibbli biex jiġi attivat l-istrument;
-il-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati li jipparteċipaw fl-użu tal-istrument; kif ukoll
-tingħata attenzjoni partikolari lir-riskji ta’ dannu kollaterali.
|
|
C.Impatt tal-alternattiva ppreferuta
|
|
X’inhuma l-benefiċċji tal-alternattiva ppreferuta?
|
|
Il-benefiċċji jirriżultaw mill-firxa wiesgħa ta’ miżuri ta’ koerċizzjoni maqbuda fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istrument, u mill-firxa ta’ miżuri ta’ rispons li jippermettu rispons imfassal apposta u effettiv, peress li t-tnejn li huma jkollhom l-effett li jiskoraġġixxu l-koerċizzjoni. Il-benefiċċji jirriżultaw ukoll mill-prijoritizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet li ma jinvolvux kontromiżuri u d-disponibbiltá tal-UE li tinvolvi ruħha mal-pajjiż mhux tal-UE kkonċernat. Il-firxa wiesgħa ta’ kontromiżuri possibbli, bħala l-aħħar rimedju, tippermetti lill-UE tkun assertiva fejn meħtieġ u li r-rispons jiġi kkalibrat b’mod xieraq.
|
|
X’inhuma l-kostijiet tal-alternattiva ppreferuta?
|
|
Ma jirriżulta l-ebda kost sinifikanti mill-eżistenza tal-istrument. Kostijiet potenzjali li jvarjaw jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu. Skont il-miżuri implimentati, jistgħu jinħolqu kostijiet għal operaturi ekonomiċi speċifiċi tal-UE b’rabtiet kummerċjali jew ta’ investiment mal-pajjiż mhux tal-UE kkonċernat. Dawn il-kostijiet jitqiesu meta tkun qed titfassal il-miżura partikolari.
|
|
X’inhuma l-impatti fuq l-SMEs u fuq il-kompetittività?
|
|
Ma jirriżulta l-ebda kost mill-eżistenza tal-istrument. Kostijiet potenzjali li jvarjaw għall-SMEs jistgħu jirriżultaw mill-użu tal-istrument, kif imsemmi hawn fuq.
|
|
Se jkun hemm impatti sinifikanti fuq il-baġits u l-amministrazzjonijiet nazzjonali?
|
|
L-ebda impatt sinifikanti.
|
|
Se jkun hemm impatti sinifikanti oħra?
|
|
L-effett ta’ deterrenza inkorporat fl-alternattiva ppreferuta jista’ jirriżulta f’li ma jintuża l-ebda strument jew f’użu limitat, fl-aħjar xenarju possibbli.
|
|
Proporzjonalità
|
|
L-alternattiva ppreferuta tillimita r-rispons tal-UE għal dak li huwa proporzjonat fir-rigward tal-kobor tal-problema ta’ koerċizzjoni ekonomika, iżda tippermetti (kontro)azzjoni assertiva jekk ikun meħtieġ.
|
|
D.Segwitu
|
|
Meta se tiġi rieżaminata l-politika?
|
|
Rieżami tal-istrument se ssegwi f’perjodu ta’ żmien raġonevoli wara l-adozzjoni.
|