IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 17.11.2021
COM(2021) 709 final
2021/0367(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-vjeġġi ta’ skart u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013 u (UE) Nru 2020/1056
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
{SEC(2021) 402 final} - {SWD(2021) 330 final} - {SWD(2021) 331 final} - {SWD(2021) 332 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Fl-2018, il-kummerċ globali tal-iskart laħaq il-182 miljun tunnellata b’valur ta’ madwar EUR 80,5 biljun. Dan il-kummerċ żdied b’mod konsiderevoli f’dawn l-aħħar deċennji, b’massimu ta’ kważi 250 miljun tunnellata fl-2011. L-UE hija attur importanti fil-kummerċ globali tal-iskart, u qed jiġu ttrasportati volumi konsiderevoli ta’ skart bejn l-Istati Membri. Fl-2020, l-UE esportat madwar 32,7 miljun tunnellata ta’ skart lejn pajjiżi mhux tal-UE, żieda ta’ 75 % mill-2004, b’valur ta’ EUR 13-il biljun. Ir-ruttam tal-metall ferruż u mhux ferruż, l-iskart tal-karta, l-iskart tal-plastik, l-iskart tat-tessuti u l-iskart tal-ħġieġ jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-iskart esportat mill-UE. L-UE importat ukoll madwar 16-il miljun tunnellata, stmati għal EUR 13,5-il biljun. Barra minn hekk, madwar 67 miljun tunnellata ta’ skart fis-sena jiġu ttrasportati bejn l-Istati Membri (vjeġġi ta’ skart intra-UE).
L-iskart ittrasportat minn naħa għal oħra tal-fruntieri jista’ jiġġenera riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, speċjalment meta ma jkunx ikkontrollat kif suppost. Fl-istess ħin, dan l-iskart spiss ikollu valur ekonomiku pożittiv, b’mod partikolari bħala materja prima sekondarja li tista’ tissostitwixxi u tnaqqas id-dipendenza fuq il-materja prima u b’hekk tikkontribwixxi għal ekonomija iktar ċirkolari.
Miżuri dwar is-superviżjoni u l-kontroll tal-vjeġġi ta’ skart ilhom fis-seħħ fl-UE mill-1984. Fl-1989, il-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll ta’ Movimenti Transkonfinali tal-Iskart Perikoluż u r-Rimi tiegħu (il-Konvenzjoni ta’ Basel) ġiet adottata biex tindirizza l-problemi serji marbuta mad-depożiti tal-iskart tossiku importat minn barra l-pajjiżi għal diversi partijiet tad-dinja li qed tiżviluppa. Fl-1992, l-OECD adottat Deċiżjoni legalment vinkolanti dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru (Deċiżjoni tal-OECD).
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ir-Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart (WSR)) jimplimenta fid-dritt tal-UE d-dispożizzjonijiet kemm tal-Konvenzjoni ta’ Basel kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-OECD. F’ċerti aspetti, id-WSR fih miżuri ta’ kontroll Iktar stretti mill-Konvenzjoni ta’ Basel. Id-WSR jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-vjeġġi ta’ skart u l-operazzjonijiet ta’ trattament tagħhom jiġu mmaniġġjati b’mod li jipproteġi l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem minn kwalunkwe effett avvers li jista’ jirriżulta minn tali skart. Id-WSR jistabbilixxi mekkaniżmi ta’ kontroll għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ skart bejn l-UE u l-pajjiżi terzi, u għal vjeġġi bejn l-Istati Membri. It-tipi ta’ kontrolli skont id-WSR jiddependu mill-karatteristiċi tal-iskart (pereżempju, perikoluż, mhux perikoluż), mid-destinazzjoni tiegħu u mit-trattament tiegħu bħala parti minn operazzjonijiet ta’ rkupru (pereżempju, riċiklaġġ) jew rimi (pereżempju, rimi f’landfill). Id-WSR jistabbilixxi wkoll projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti kategoriji ta’ skart u ċerti destinazzjonijiet: l-aktar eżempju importanti huwa l-projbizzjoni li jiġi esportat skart perikoluż mill-UE lejn pajjiżi mhux tal-OECD.
L-objettiv kumplessiv tar-rieżami tad-WSR huwa li jiżdied il-livell ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa pubblika mill-impatti ta’ vjeġġi transkonfinali mhux adegwati ta’ skart. Jindirizza l-problemi identifikati fl-evalwazzjoni tad-WSR ippubblikata mill-Kummissjoni f’Jannar 2020 (ara aktar informazzjoni dwar dan fil-punt 3 hawn taħt).
Ir-reviżjoni tad-WSR twieġeb ukoll għas-sejħa skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari biex jiġi rivedut id-WSR bl-għan li:
·jiġu ffaċilitati l-vjeġġi ta’ skart għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ fl-UE;
·jiġi żgurat li l-UE ma tesportax l-isfidi tagħha fir-rigward tal-iskart lejn pajjiżi terzi; u
·
jiġu indirizzati l-vjeġġi illegali tal-iskart.
Barra minn hekk, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Istrateġija Industrijali, inkluż l-aġġornament tagħha, irrikonoxxew li l-aċċess għall-materja prima hija ta’ importanza strateġika u prerekwiżit għall-Ewropa biex timxi ’l quddiem fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tagħha. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Materja Prima Kritika enfasizza li ammonti sinifikanti ta’ riżorsi jitilqu mill-Ewropa fil-forma ta’ skart, minflok jiġu rriċiklati f’materja prima sekondarja u b’hekk jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista għall-ekosistemi industrijali fl-UE.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stiednu wkoll lill-Kummissjoni biex tressaq reviżjoni ambizzjuża tad-WSR.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Hemm sinerġiji bejn id-WSR u biċċiet oħrajn ta’ leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, speċjalment id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u direttivi li jkopru flussi ta’ skart speċifiċi. Id-Direttiva dwar il-vetturi li ma għadhomx jintużaw, id-Direttiva dwar il-Batteriji, id-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ u d-Direttiva WEEE kollha fihom dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-moviment transkonfinali tal-flussi ta’ skart speċifikati li jirreferu għad-WSR.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Hemm ukoll sinerġiji bejn id-WSR u leġiżlazzjoni oħra tal-UE li hija rilevanti għall-vjeġġi ta’ skart, speċjalment id-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali. Din id-Direttiva tkopri l-penalizzazzjoni ta’ vjeġġi kriminali ta’ skart u tikkomplementa d-dispożizzjonijiet ta’ infurzar tad-WSR.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika eżistenti tar-Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart huwa l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistipula kif l-Artikolu 191 tat-Trattat jenħtieġ li jiġi implimentat. L-Artikolu 191 jindirizza l-politika tal-UE dwar l-ambjent, li trid tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi li ġejjin:
·is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent;
·il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;
·l-użu tar-riżorsi naturali b’mod prudenti u razzjonali; u
·l-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali biex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali u, b’mod partikolari, biex jiġġieldu kontra t-tibdil fil-klima.
•Sussidjarjetà
Id-WSR jiżgura li l-leġiżlazzjoni komprensiva tal-UE dwar l-iskart ma tiġix evitata billi l-iskart jiġi ttrasportat lejn pajjiżi terzi fejn l-istandards u l-prestazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart ivarjaw ħafna minn dawk fl-UE. Huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar il-kontroll tal-movimenti transkonfinali tal-iskart fil-livell tal-UE, sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn l-operaturi illegali jagħżlu li jittrasportaw l-iskart tagħhom tramite Stati Membri b’regoli domestiċi inqas stretti minn oħrajn, sabiex jesportaw dan l-iskart mill-UE (xenarju ta’ port-hopping). Ir-regoli tal-UE huma ġġustifikati wkoll għal vjeġġi intra-UE ta’ skart minħabba li l-industrija tal-iskart tal-UE hija integrata ħafna u biex tiżgura trattament ugwali u ċarezza legali għall-atturi ekonomiċi kollha f’dan is-settur.
•Proporzjonalità
Id-WSR jiżgura konsistenza fl-implimentazzjoni minn kull Stat Membru tal-Konvenzjoni ta’ Basel u d-Deċiżjoni tal-OECD u bħala riżultat jevita ostakli għall-vjeġġi ta’ skart fl-UE jew impedimenti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-UE. Barra minn hekk, l-approċċ tal-UE għall-vjeġġi tal-iskart huwa aktar strett mill-Konvenzjoni ta’ Basel fir-rigward tal-esportazzjoni tal-iskart, minħabba li jipprojbixxi l-esportazzjoni tal-iskart għar-rimi barra mill-pajjiżi tal-EFTA, u l-esportazzjoni ta’ xi skart mhux perikoluż ’il barra mill-OECD. L-approċċ tal-UE għandu valur miżjud ambjentali ċar meta mqabbel ma’ kull Stat Membru li jiddependi individwalment fuq il-Konvenzjoni ta’ Basel. Tabilħaqq, l-UE hija waħda mill-uniċi partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel li tapplika regoli stretti bħal dawn.
•Għażla tal-istrument
Fl-1984 ġiet adottata id-Direttiva tal-Kunsill 84/631/KEE tas-6 ta’ Diċembru 1984, u introduċiet miżuri fl‑UE kollha dwar is-superviżjoni u l-kontroll tal-vjeġġi ta’ skart. Id-Direttiva kienet tkopri l-vjeġġi ta’ skart perikoluż. Kienet tirrikjedi proċedura ta’ kunsens infurmat minn qabel għall-pajjiżi kkonċernati, biex b’hekk ikunu jistgħu joġġezzjonaw għal vjeġġ speċifiku.
Id-Direttiva 84/631/KEE ġiet emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 86/279/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986, li introduċiet dispożizzjonijiet addizzjonali sabiex ittejjeb il-monitoraġġ tal-esportazzjonijiet tal-iskart mill-Komunità. Wara żviluppi internazzjonali fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Basel u tal-OECD, l-ewwel Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93, li jħassar id-Direttiva 84/631/KEE) ġie adottat fl-1993.
Huwa importanti li wieħed jinnota li f’dak iż-żmien kien meqjus meħtieġ regolament — iktar milli direttiva — sabiex tiġi żgurata applikazzjoni simultanja u armonizzata fl-Istati Membri kollha. L-għażla ta’ regolament tibqa’ ġustifikata peress li tistabbilixxi rekwiżiti diretti għall-operaturi kollha, u b’hekk tipprovdi ċ-ċertezza tad-dritt u l-possibbiltà ta’ infurzar meħtieġa ta’ suq integrat bis-sħiħ madwar l-UE. Regolament jiżgura wkoll li l-obbligi jiġu implimentati fl-istess ħin u bl-istess mod fis-27 Stat Membru kollha.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Ir-Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart ġie evalwat skont ħames kriterji, jiġifieri l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007, adottat skont l-Artikolu 37(1) tad-WSR, ġie kkunsidrat ukoll.
Dawn li ġejjin huma s-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni:
·Id-WSR stabbilixxa qafas legali robust li ġie implimentat mill-Istati Membri. B’mod ġenerali, id-WSR kien effettiv biex jintlaħqu ż-żewġ objettivi ewlenin tiegħu: li jiġu mħarsa l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem mill-effetti avversi tal-vjeġġi tal-iskart; u li jiġu implimentati l-impenji internazzjonali tal-UE f’dan il-qasam. Dan wassal għal kontroll aħjar tal-vjeġġi tal-iskart u kkontribwixxa għall-immaniġġjar tal-iskart ittrasportat fil-livelli nazzjonali u tal-UE b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.
·Fl-istess ħin, livelli u modi differenti ta’ applikazzjoni u infurzar tad-WSR, spiss flimkien ma’ interpretazzjonijiet differenti tad-dispożizzjonijiet tiegħu u diversi reġimi ta’ spezzjoni, xekklu l-implimentazzjoni ottimali tiegħu fl-UE kollha. Dawn il-fatturi jillimitaw jew jiskoraġġixxu l-vjeġġi legali ta’ materjali tal-iskart ta’ kwalità tajba lejn il-faċilitajiet tar-riċiklaġġ, li huma importanti għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-UE.
·Fir-rigward tal-esportazzjoni tal-iskart, speċjalment l-iskart mhux perikoluż, mill-UE, nuqqas kbir huwa s-superviżjoni insuffiċjenti tal-kundizzjonijiet li bihom dan l-iskart jiġi mmaniġġjat fil-pajjiżi tad-destinazzjoni, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. B’riżultat ta’ dan, l-esportazzjoni ta’ xi skart mill-UE ħolqot sfidi ambjentali u tas-saħħa pubblika fil-pajjiżi ta’ destinazzjoni. Tirrappreżenta wkoll telf ta’ riżorsi għall-industriji tar-riċiklaġġ tal-UE.
·Il-vjeġġi illegali ta’ skart ġewwa u mill-UE u lejha jibqgħu wkoll problema konsiderevoli minħabba n-natura ġenerali tad-dispożizzjonijiet tad-WSR. Dan jirrigwarda b’mod partikolari l-elementi li jeħtieġ li jiġu vverifikati mill-awtoritajiet kompetenti, pereżempju, fuq l-immaniġġjar tal-iskart b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u fuq l-infurzar. Madankollu, dan huwa dovut ukoll għal nuqqasijiet fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tad-WSR.
Dawn is-sejbiet kienu strumentali fid-definizzjoni tal-objettivi segwiti mir-reviżjoni tad-WSR.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati matul il-proċessi kollha tal-evalwazzjoni u tal-valutazzjoni tal-impatt, li servew biex titħejja r-reviżjoni tad-WSR. Fl-2018 ġew organizzati konsultazzjoni pubblika miftuħa u sessjoni ta’ ħidma biex titħejja l-evalwazzjoni. Valutazzjoni tal-impatt tal-bidu mbagħad ġiet ippubblikata fil-11 ta’ Marzu 2020 għall-feedback pubbliku, li kienet segwita minn konsultazzjoni pubblika miftuħa sat-30 ta’ Lulju 2020 u workshop fit-23 u fl-24 ta’ Settembru 2020. Barra minn hekk, bħala parti mill-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt, saru diversi konsultazzjonijiet immirati ma’ għadd kbir ta’ partijiet ikkonċernati. Iktar informazzjoni dwar dan il-proċess ta’ konsultazzjoni tista’ tinstab fl-Annessi 2 u 3 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt.
Il-partijiet ikkonċernati u l-Istati Membri ġeneralment qablu mas-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni tad-WSR u mal-ħtieġa li jiġi rivedut id-WSR biex jiġu indirizzati dawn is-sejbiet.
Dwar il-kwistjoni ta’ vjeġġi ta’ skart intra-UE, l-operaturi ekonomiċi esprimew appoġġ qawwi għall-modernizzazzjoni tal-proċeduri applikabbli għall-vjeġġi ta’ skart u għall-adozzjoni ta’ miżuri tal-UE biex tiġi evitata frammentazzjoni tas-suq intern tal-UE. Huma appellaw b’mod partikolari għal diġitalizzazzjoni tal-proċedura ta’ notifika, funzjonament aħjar tal-proċeduri rapidi, l-istabbiliment ta’ regoli komuni biex tittieħed deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-iskart, u standardizzazzjoni aħjar tal-kalkolu tal-garanziji finanzjarji. Il-vuċijiet tas-soċjetà ċivili enfasizzaw il-ħtieġa għal allinjament aħjar tad-WSR mal-prinċipju tal-prossimità u l-ġerarkija tal-iskart. Min-naħa l-oħra, xi operaturi ekonomiċi indikaw li d-WSR jenħtieġ li ma jistabbilix dispożizzjonijiet sostanzjali (li huma stabbiliti f’leġiżlazzjoni oħra), iżda għandu jkun limitat għar-rekwiżiti proċedurali għall-vjeġġi tal-iskart.
Fir-rigward tal-esportazzjoni tal-iskart mill-UE, il-partijiet ikkonċernati ġeneralment irrikonoxxew li d-WSR jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn l-iskart esportat mill-UE jiġi mmaniġġjat ħażin fil-pajjiżi tad-destinazzjoni. Ġew espressi fehmiet differenti dwar is-soluzzjonijiet possibbli biex tiġi indirizzata din il-problema. Xi partijiet ikkonċernati esprimew tħassib dwar miżuri li jistgħu jwasslu għal tfixkil possibbli fil-kummerċ globali ta’ skart ta’ kwalità għolja u dwar l‑impatt ta’ tali miżuri fuq is-settur tal-UE li attwalment huwa involut fil-ġbir, fis-separazzjoni u fir-riċiklaġġ tal-iskart. Huma enfasizzaw b’mod partikolari li jista’ ma jkunx hemm biżżejjed kapaċità fl-UE biex tittratta l-iskart li attwalment qed jiġi esportat mill-UE. Din il-fehma ma kinitx kondiviża minn xi operaturi ekonomiċi oħra, li indikaw li tali kapaċità tkun disponibbli. Is-soċjetà ċivili insistiet fuq il-ħtieġa li l-UE tistabbilixxi miżuri restrittivi ħafna fuq l-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik mill-UE.
Il-partijiet ikkonċernati ġeneralment esprimew appoġġ għat-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet kontra l-vjeġġi illegali ta’ skart.
Il-proposta tal-Kummissjoni tqis il-fehmiet espressi u tippreżenta approċċ proporzjonat biex jiġu indirizzati l-problemi identifikati fl-evalwazzjoni. Dan huwa partikolarment il-każ għall-miżuri relatati mal-esportazzjoni tal-iskart, li ma jikkostitwixxux projbizzjoni ġenerali fuq l-esportazzjoni u li se japplikaw biss tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament propost. Il-partijiet ikkonċernati kollha u l-pajjiżi terzi, għalhekk, se jkollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-valutazzjoni tal-impatt għar-rieżami tar-Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart kienet appoġġata minn studju minn esperti esterni. Dawn l-esperti ħadmu mill-qrib mal-Kummissjoni matul il-fażijiet differenti tal-istudju. Il-Kummissjoni użat ukoll bosta sorsi oħra ta’ informazzjoni biex tħejji din il-proposta.
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-proposta hija bbażata fuq valutazzjoni tal-impatt. Wara li indirizzat il-kummenti tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fl-opinjoni negattiva tiegħu tad-9 ta’ April 2021, valutazzjoni tal-impatt riveduta rċeviet opinjoni pożittiva fl-4 ta’ Ġunju 2021. Fl-opinjoni finali tiegħu, il-Bord talab għal iktar dettalji, prinċipalment dwar it-tqabbil tal-għażliet indirizzati fil-valutazzjoni tal-impatt.
Din il-valutazzjoni tal-impatt ikkunsidrat erba’ għażliet ta’ politika.
L-għażla ta’ politika 1 hi x-xenarju bażi. Din tassumi li l-Konvenzjoni ta’ Basel u d-Deċiżjoni tal-OECD se jibqgħu fil-biċċa l-kbira l-istess sa mill-inqas l-2030. Barra minn hekk, id-WSR attwali, inkluż ir-Regolament delegat tiegħu, se jibqa’ applikabbli. L-implimentazzjoni attwali tiegħu se tkompli u l-armonizzazzjoni fl-Istati Membri se tkun segwita aktar permezz tal-isforzi eżistenti, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ gwida u skambji ad hoc bejn l-Istati Membri, l-aktar permezz tal-Korrispondenti tal-Vjeġġi tal-Iskart. L-UE se tkompli wkoll tippromwovi miżuri globali biex ittejjeb il-kontroll tal-movimenti transkonfinali tal-iskart u l-immaniġġjar tal-iskart f’organizzazzjonijiet internazzjonali, speċjalment il-Konvenzjoni ta’ Basel u l-OECD.
It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-għażliet 2, 3 u 4, li huma alternattivi għall-għażla 1 (xenarju bażi), u l-kombinament ta’ miżuri f’dawn l-għażliet.
Miżuri
|
Għażla 2
(bidliet immirati)
|
Għażla 3
(bidliet strutturali)
|
Għażla 4
(bidliet estensivi)
|
Objettiv 1: Iffaċilitar tal-vjeġġi fl-UE, b’mod partikolari biex id-WSR jiġi allinjat mal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari
|
1a) Titjib tar-reġim ta’ faċilitajiet “b’kunsens minn qabel”
|
x
|
|
x
|
1b) Simplifikazzjoni tal-proċedura ta’ notifika
|
x
|
|
x
|
1c) Iċċarar tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-WSR
|
x
|
|
x
|
1d) Stabbiliment ta’ interskambju elettroniku tad-data (EDI) obbligatorju fl-UE kollha
|
|
x
|
x
|
1e) Simplifikazzjoni tas-sistema ta’ garanzija finanzjarja bl-armonizzazzjoni tal-kalkolu tal-ammont meħtieġ skont il-garanzija
|
|
x
|
x
|
1f) Żgurar tar-rikonoxximent reċiproku fil-livell tal-UE ta’ trasportaturi ta’ skart perikoluż irreġistrati fi Stat Membru wieħed
|
|
x
|
|
1g) Allinjament tad-dispożizzjonijiet tad-WSR mal-ġerarkija tal-iskart
|
x
|
|
x
|
1h) Ħruġ ta’ gwida rigward kwistjonijiet problematiċi attwali
|
x
|
|
|
1i) Żgurar tal-allinjament mad-dispożizzjonijiet dwar it-tmiem tal-iskart u l-prodotti sekondarji fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart
|
x
|
|
x
|
1j) L-għoti ta’ responsabbiltà lill-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni, biex tistabbilixxi limiti għall-kontaminazzjoni tal-iskart biex tiddetermina jekk dan jenħtieġ li jkun soġġett għall-proċedura ta’ notifika jew le
|
|
x
|
x
|
1k) Stabbiliment tar-rikonoxximent reċiproku tal-kriterji nazzjonali dwar it-tmiem tal-iskart għall-iskop ta’ vjeġġi ta’ skart
|
|
x
|
|
1l) Stabbiliment tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet nazzjonali fir-rigward tan-natura perikoluża ta’ skart għall-iskop ta’ vjeġġi ta’ skart
|
|
x
|
|
Objettiv 2: Garanzija li l-iskart esportat mill-UE jiġi mmaniġġjat b’mod ambjentalment san
|
2a) L-ispeċifikazzjoni ta’ obbligi għall-esportaturi u għall-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw u jivverifikaw li l-iskart esportat lejn pajjiżi terzi jiġi mmaniġġjat b’mod ambjentalment san
|
x
|
|
x
|
2b) L-għoti ta’ responsabbiltà lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi kriterji biex issir distinzjoni bejn merkanzija użata u skart, għal flussi ta’ skart speċifiċi li għalihom l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi twassal sfidi partikolari
|
x
|
|
x
|
2c) L-istabbiliment ta’ qafas ġdid li fih il-pajjiżi mhux tal-OECD għandhom jinnotifikaw lill-UE dwar ir-rieda tagħhom li jimportaw skart elenkat fil-lista ħadra u juru l-kapaċità tagħhom li jittrattawh b’mod sostenibbli skont il-kriterji stabbiliti
|
|
x
|
x
|
2d) Ħtieġa li l-esportazzjoni ta’ skart elenkat fil-lista ħadra mill-OECD tkun soġġetta għall-proċedura ta’ notifika
|
|
x
|
|
2e) Stabbiliment ta’ proċedura speċifika biex timmonitorja l-esportazzjoni tal-iskart lejn il-pajjiżi tal-OECD u timmitiga l-problemi ambjentali li jistgħu jiġu kkawżati minn tali esportazzjonijiet
|
|
x
|
x
|
Objettiv 3: Indirizzar aħjar tal-vjeġġi illegali ta’ skart fl-UE, minnha u lejha
|
3a) Titjib tad-dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjonijiet u l-infurzar u s-segwitu
|
x
|
|
x
|
3b) Ħruġ ta’ gwida dwar spezzjonijiet u prattiki ta’ infurzar effiċjenti
|
x
|
|
|
3c) Għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni (permezz tal-OLAF) biex twettaq azzjonijiet ta’ investigazzjoni u koordinazzjoni transnazzjonali kontra t-traffikar tal-iskart fl-UE
|
x
|
|
x
|
3d) Tisħiħ tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-ksur u l-penali
|
x
|
|
x
|
3e) Titjib tat-traċċabbiltà tal-vjeġġi ta’ skart elenkat fil-lista ħadra
|
|
x
|
x
|
3f) Iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar fil-livell nazzjonali
|
x
|
|
x
|
3g) Ħolqien ta’ grupp apposta fil-livell tal-UE bil-kompitu li jiffaċilita u jtejjeb il-kooperazzjoni fuq l-infurzar tad-WSR
|
|
x
|
x
|
L-għażla ta’ politika 2 (bidliet immirati) tipprovdi pakkett ta’ miżuri li jistgħu jindirizzaw b’mod effettiv u, sa ċertu punt, b’mod effiċjenti wħud mill-problemi li jxekklu l-funzjonament tajjeb tad-WSR.
Meta mqabbla max-xenarju bażi, il-bidliet immirati jipprovdu tweġibiet effettivi u konsistenti biex jintlaħqu objettivi speċifiċi, b’mod partikolari biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u biex il-vjeġġ tal-iskart għat-trattament jittella’ aktar ’il fuq fil-ġerarkija tal-iskart. Madankollu, il-miżuri previsti waħedhom ma jkunux jistgħu jwasslu l-benefiċċji massimi, l-iktar minħabba l-effiċjenza iktar baxxa u l-koerenza interna iktar baxxa. Meta mqabbla mal-bidliet strutturali (l-għażla 3), din l-għażla se tindirizza biss parzjalment l-isfidi marbuta mal-esportazzjoni tal-iskart (l-objettiv 2). Il-miżuri jimmiraw biss lejn ċerti oqsma problematiċi, eż. permezz tal-istabbiliment ta’ kriterji biex issir distinzjoni bejn merkanzija użata u skart (2b) jew permezz tal-ispeċifikazzjoni tal-obbligi għall-esportaturi (2a). L-akbar benefiċċji b’din l-għażla huma identifikati għall-miżuri 3a-3d u 3f, iddedikati biex jiġu indirizzati aħjar il-vjeġġi illegali tal-iskart fl-UE, minnha u lejha (l-objettiv 3).
Bl-għażla ta’ politika 3 (bidliet strutturali), il-miżuri 1d, 1e u 1f jindirizzaw direttament it-tħassib tal-partijiet ikkonċernati rigward il-kostijiet assoċjati mad-dewmien tal-vjeġġi intra-UE u jimminimizzaw b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-operaturi ekonomiċi (l-objettiv 1). L-introduzzjoni tal-miżuri 2c, 2d u 2e tistabbilixxi qafas proċedurali fil-livell tal-UE biex ikun garantit li l-iskart esportat mill-UE jiġi mmaniġġjat b’mod ambjentalment san. Titqies bħala rispons proporzjonat u sistemiku għall-objettiv 2. Ċerti bidliet ma jkunux suffiċjenti u koerenti biżżejjed biex jinkiseb l-effett meħtieġ fil-livell tal-Istati Membri. Dan huwa partikolarment il-każ għall-miżuri proposti 3e u 3g biex jiġu indirizzati aħjar il-vjeġġi illegali tal-iskart (l-objettiv 3).
Il-valutazzjoni tal-impatt uriet li l-azzjonijiet meħuda skont l-għażliet 2 jew 3 ma jippermettux li jintlaħqu l-objettivi kollha tar-rieżami bl-iktar mod effettiv, effiċjenti u proporzjonat. Meta mqabbla ma’ dawn l-għażliet, l-għażla ta’ politika 4, li tikkombina l‑miżuri f’taħlita ta’ bidliet estensivi, tirriżulta f’iktar effettività, b’mod effiċjenti u proporzjonat.
Għalhekk, l-għażla ppreferuta hija l-għażla 4. It-taħlita tal-bidliet immirati u strutturali magħżula tirriżulta f’approċċ ibbilanċjat f’termini ta’ effettività (ksib tal-objettivi) u effiċjenza (kosteffettività). Għandha l-għan li tiżgura li dan ir-Regolament ikun jista’ jiffaċilita l-vjeġġi intra‑UE f’konformità mal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari, jappoġġa l-objettiv tal-UE li twaqqaf l-esportazzjoni tal-isfidi tal-iskart tagħha lejn pajjiżi terzi, u jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati aħjar il-vjeġġi illegali tal-iskart, mingħajr ma jkun hemm riskju ta’ kostijiet eċċessivi jew tfixkil. Hija twieġeb kemm (i) għall-ħtieġa għal miżuri effettivi ġodda biex jintlaħqu t-tliet objettivi, kif ukoll (ii) għall-importanza li dawn ikunu jistgħu jiġu implimentati, filwaqt li ma jinħolqux piż eċċessiv jew impatti mhux mixtieqa.
L-għażla 4 hija wkoll proporzjonata mal-għanijiet li dan ir-rieżami jfittex li jikseb.
·Fir-rigward tal-objettiv 1 dwar il-vjeġġi ta’ skart intra-UE, il-miżuri kollha skont l-għażla 4 huma meħtieġa biex tinkiseb integrazzjoni aħjar tas-suq intern tal-UE għall-iskart, li tiggwida dawn il-vjeġġi għar-riċiklaġġ. Dawn se jirrappreżentaw bidliet importanti għall-proċeduri attwalment applikabbli għall-vjeġġi, li se jkollhom effett kemm fuq l-operaturi ekonomiċi kif ukoll fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi. Dawn il-miżuri se jiġġeneraw gwadanji importanti għat-tnejn li huma, permezz ta’ tnaqqis fil-piż amministrattiv, tnaqqis fid-dewmien, u pproċessar iktar effiċjenti tal-informazzjoni. Dawn se jikkontribwixxu wkoll għall-appoġġ tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-UE, u b’hekk tibbenefika l-protezzjoni tal-ambjent. Dawn il-kisbiet fil-biċċa l-kbira se jissuperaw il-kostijiet marbuta mal-istabbiliment tal-miżuri l-ġodda, notevolment ir-reġim tal-iskambju elettroniku tad-data (il-miżura 1d). L-obbligu li tiġi diġitalizzata l-proċedura ta’ notifika għall-vjeġġi tal-iskart intra-UE permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku tad-data se jsir effettiv biss 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-WSR rivedut, u bħalissa diġà għaddejja ħidma preparatorja mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati biex ilestu ruħhom għal dan ir-reġim il-ġdid.
·Fir-rigward tat-tieni objettiv, l-għażla 4 se twassal għal bidliet importanti fl-approċċi tal-UE u l-qafas regolatorju li japplika għall-esportazzjoni tal-iskart mill-UE. Dan huwa meħtieġ fid-dawl tan-nuqqas tad-WSR attwali li jilħaq l-objettiv li jiġi żgurat l-immaniġġjar ambjentalment san tal-iskart esportat mill-UE, speċjalment lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw. Karatteristika importanti tal-għażla 4 hi li se tirrikjedi li kemm l-operaturi ekonomiċi kif ukoll l-awtoritajiet pubbliċi jieħdu azzjonijiet konkreti biex jivverifikaw li l-iskart esportat mill-UE jiġi ttrattat b’mod sostenibbli fil-pajjiżi tad-destinazzjoni. Dan se jiżgura li jiġu pprovduti garanziji kemm fil-livell tal-pajjiż (il-miżuri 2c u 2e) kif ukoll f’dak tal-faċilità (il-miżura 2a) dwar it-trattament sostenibbli tal-iskart fil-pajjiżi tad-destinazzjoni. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jiġġeneraw benefiċċji ambjentali importanti. Se jkollhom ukoll impatti ekonomiċi. Għal xi operaturi, b’mod partikolari dawk li jipproċessaw l-iskart f’materjali sekondarji fl-UE, dan potenzjalment iwassal għal kwantitajiet ogħla ta’ materja prima disponibbli bi prezz iktar baxx, għalhekk dan ikollu impatt pożittiv kumplessiv. Għal dawk l-operaturi li jittrasportaw l-iskart mill-UE, l-impatt se jiddependi fuq jekk ikunx hemm evidenza li l-iskart esportat fil-pajjiżi tad-destinazzjoni jiġi ttrattat b’mod ambjentalment san. Huwa probabbli li, b’riżultat ta’ dan, l-esportazzjoni lejn xi pajjiżi tista’ ssir aktar diffiċli, u b’hekk ikollha impatt negattiv fuq il-kumpaniji li jesportaw l-iskart lejn dawn il-pajjiżi. Madankollu, il-kostijiet li jirriżultaw minn din is-sitwazzjoni huma limitati u huma ssuperati mill-benefiċċji ambjentali ġenerali tal-miżuri. Fl-aħħar nett, huwa importanti wkoll li jiġi nnotat li l-proporzjonalità hija żgurata permezz tal-fatt li l-miżuri fl-għażla 4:
–japplikaw reġim differenti bejn il-pajjiżi tad-destinazzjoni, b’aktar skrutinju fuq pajjiżi fejn il-prattiki tal-immaniġġjar tal-iskart jitqiesu li huma inqas sostenibbli milli fl-UE (pajjiżi mhux tal-OECD);
–jistabbilixxu mekkaniżmu, mingħajr projbizzjoni ġenerali, fejn il-pajjiżi importaturi jkollhom l-opportunità li jimportaw l-iskart mill-UE jekk juru li huma kapaċi jittrattaw l-iskart b’mod sostenibbli; u
–jidħlu fis-seħħ tliet snin biss wara li jsiru effettivi l-bidliet fir-Regolament, u b’hekk iħallu perjodu ta’ tranżizzjoni għal dawk kollha involuti biex iħejju ruħhom għar-regoli l-ġodda.
·Fir-rigward tat-tielet objettiv, l-għażla 4 tipprovdi sensiela ta’ miżuri biex jittejjeb l-infurzar tad-WSR. Dawn huma meħtieġa biex jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni biex inaqqsu l-vjeġġi illegali tal-iskart. Dawn il-miżuri ma jinvolvux kompiti fundamentalment ġodda jew kostijiet relatati addizzjonali għall-operaturi u għall-Istati Membri. Reġim ta’ infurzar aktar effettiv jgħin fil-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-volum ta’ vjeġġi illegali u fl-iffrankar sinifikanti tal-kostijiet għat-tindif u r-ripatrijazzjoni, kif ukoll fl-iffrankar tal-kostijiet indiretti għall-Istati Membri minn fejn jittranżita l-iskart. Infurzar aħjar jenħtieġ li jwassal ukoll għal tnaqqis fit-telf tad-dħul mit-taxxa. Barra minn hekk, lil hinn mill-miżuri proposti, il-Kummissjoni se tuża firxa wiesgħa ta’ għodod biex tkompli tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw u jinfurzaw aħjar id-WSR. Diġà ttieħdu ħafna inizjattivi fil-livell tal-UE kontra t-traffikar tal-iskart, li hija waħda mill-prijoritajiet tal-politika kumplessiva tal-UE dwar il-kriminalità organizzata. L-UE qed tipprovdi wkoll appoġġ finanzjarju għal proġetti operazzjonali mmirati lejn it-traffikar tal-iskart. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tassisti lill-Istati Membri f’dan il-qasam permezz tal-Forum dwar il-Konformità u l-Governanza Ambjentali, il-programm TAIEX-EIR PEER 2 PEER u l-Pakkett ta’ Taħriġ tal-Liġi Ambjentali tal-UE.
L-illustrazzjoni 1 ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali skematika lejn l-għażla ppreferuta, u l-miżuri li fiha. Deskrizzjoni iktar dettaljata ta’ kif l-għażla ppreferuta tilħaq l-objettivi tar-rieżami tad-WSR hija ppreżentata fl-Anness 14 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt.
Illustrazzjoni 1 – Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri fl-għażla ppreferuta
F’termini tal-impatt ekonomiku ġenerali, jenħtieġ li din l-għażla ppreferuta tirriżulta f’iffrankar sinifikanti għall-operaturi li jittrasportaw l-iskart u għall-awtoritajiet li jittrattaw il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dawn il-vjeġġi, notevolment bis-saħħa tal-istabbiliment tas-sistema ta’ skambju elettroniku tad-data. Dan mistenni jwassal għal iffrankar ta’ madwar EUR 1,4 miljun fis-sena. Miżuri oħrajn għall-immodernizzar u s-simplifikazzjoni tad-WSR se jġibu magħhom iffrankar addizzjonali. L-impatti ekonomiċi importanti l-oħrajn se jiġu mill-miżuri marbuta mal-esportazzjoni tal-iskart, li jenħtieġ li jirrappreżentaw qligħ ekonomiku ġenerali għall-ekonomija tal-UE, abbażi tad-data tal-2019, li jvarja minn EUR 200 miljun sa EUR 500 miljun fis-sena, skont l-ammont ta’ skart li jinżamm fl-UE. Għall-operaturi ekonomiċi bbażati fl-UE, l-impatti ta’ dawn il-miżuri se jvarjaw b’mod sinifikanti skont il-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-valur u t-tipi ta’ skart ikkonċernati. Uħud minn dawk involuti fl-esportazzjoni ta’ dan l-iskart x’aktarx li jaraw żieda fil-kostijiet għall-esportazzjoni ta’ tali skart, jew inkella jduru lejn xerrejja oħrajn fl-UE, fejn jistgħu jiksbu prezzijiet aktar baxxi għall-iskart tagħhom. Il-kumpaniji li jesportaw l-iskart ikollhom ukoll jistabbilixxu (jew jixtru) skemi ta’ verifika biex jivverifikaw li l-faċilitajiet f’pajjiżi terzi jwettqu l-attivitajiet ta’ mmaniġġjar tal-iskart b’mod sostenibbli; dan ikun jirrappreżenta kostijiet ġodda iżda moderati. Min-naħa l-oħra, jista’ jkun li l-operaturi ekonomiċi li jirriċiklaw jew jipproċessaw l-iskart fl-UE jkunu jistgħu jużaw aktar skart bħala materja prima, li jenħtieġ li jkunu jistgħu jixtru bi prezz aktar baxx meta mqabbel max-xenarju bażi. Il-miżuri dwar il-vjeġġi illegali jenħtieġ li jkunu ta’ benefiċċju għall-operaturi legali, minħabba li se jgħinu biex jiġu indirizzati l-attivitajiet illegali; dawn jirrappreżentaw kompetizzjoni diretta għan-negozju tal-operaturi legali. Għall-kumpaniji li jinsabu f’pajjiżi terzi li jittrasportaw u jipproċessaw l-iskart importat mill-UE, l-effett ikun pożittiv għal dawk li jwettqu l-attivitajiet tagħhom b’mod ambjentalment san, minħabba li l-verifika tikkonsolida l-attivitajiet u l-kompetittività tagħhom, minkejja li tista’ toħloq ukoll xi kostijiet għall-ammeljorament tal-infrastruttura u l-istandards tagħhom fuq perjodu ta’ żmien qasir. L-impatt ikun negattiv għal dawk il-kumpaniji li ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-kriterji għall-immaniġġjar ambjentalment san tal-iskart stabbiliti fl-iskemi ta’ verifika, minħabba li jispiċċaw jitilfu l-klijenti mill-UE.
L-SMEs se jibbenefikaw bil-kbir mill-miżuri mfassla biex jiffaċilitaw il-vjeġġi tal-iskart fl-UE. L-ostakli u l-piżijiet marbuta man-nuqqasijiet tal-proċeduri attwali jirrappreżentaw proporzjonalment piż akbar għalihom milli għal kumpaniji akbar. Il-miżuri dwar l-esportazzjoni tal-iskart se jaffettwaw lill-SMEs involuti f’attivitajiet ta’ negozju relatati mal-esportazzjoni. Huma se jġarrbu kostijiet ġodda biex iwettqu l-verifiki f’faċilitajiet li lejhom ikunu qed jittrasportaw l-iskart tagħhom. Madankollu, dawn il-kostijiet jibqgħu limitati u jistgħu jinġabru flimkien ma’ SMEs oħrajn, b’mod partikolari permezz ta’ Organizzazzjonijiet b’Kompetenza fil-Qasam tar-Responsabbiltà tal-Produtturi. Fl-aħħar nett, il-perspettiva li se jibqa’ aktar skart fl-UE, flimkien ma’ miri u obbligi ġodda skont id-dritt tal-UE biex jiġi żgurat ir-riċiklaġġ tiegħu, se tirrappreżenta wkoll opportunitajiet għall-SMEs biex jiżviluppaw proġetti u teknoloġiji innovattivi għar-riċiklaġġ tal-iskart, li t-trattament tiegħu joħloq sfidi partikolari, bħall-iskart tal-plastik u tat-tessuti.
Huwa mistenni li din l-għażla ppreferuta tirriżulta f’impatt ambjentali pożittiv sinifikanti ġenerali. Il-miżuri mfassla biex jiffaċilitaw il-vjeġġ tal-iskart għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ fl-UE se jwasslu għal ammont akbar ta’ skart ittrattat f’kundizzjonijiet ambjentali aħjar. Dawn iwasslu wkoll għal ammonti akbar ta’ materjali sekondarji disponibbli fl-UE, li jissostitwixxu l-materjali verġni bħala materja prima għal għadd ta’ industriji bbażati fl-UE. Il-miżuri proposti relatati mal-esportazzjoni tal-iskart ikollhom impatti ambjentali pożittivi, minħabba li jiggarantixxu aħjar li l-vjeġġi tal-iskart lejn pajjiżi terzi jiġu mmaniġġjati b’mod ambjentalment san. Dan potenzjalment iwassal ukoll biex jinżammu bejn 2,4 u 6 miljun tunnellata ta’ skart fl-UE kull sena, li jiġu ttrattati skont l-istandards tal-UE u pproċessati f’materjali sekondarji. Filwaqt li mhuwiex possibbli li jitwettaq impatt monetizzat ta’ dawn il-kisbiet ambjentali kollha, il-benefiċċji marbuta ma’ trattament aħjar tal-iskart residwu fl-UE u mal-evitar tat-trasportazzjoni ta’ dan l-iskart lejn pajjiżi terzi jvarjaw minn EUR 266 sa 666 miljun fis‑sena. Il-kisbiet ġenerali x’aktarx li jkunu saħansitra ogħla. Billi jikkontribwixxu għat-titjib tal-effettività u l-effiċjenza ġenerali tar-reġim ta’ infurzar, il-miżuri relatati ma’ vjeġġi illegali jgħinu biex jiġu evitati u jitnaqqsu l-impatti ambjentali serji li jirriżultaw minn vjeġġi ta’ skart illegali, li jġibu magħhom benefiċċji ambjentali ġenerali.
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-impatt soċjali ġenerali, il-miżuri marbuta mal-esportazzjoni tal-iskart, u ma’ dawk kontra l-vjeġġi illegali tal-iskart, mistennija li jnaqqsu l-impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem (eż. problemi respiratorji, korrimenti) u l-kundizzjonijiet tax-xogħol (eż. l-ebda benefiċċju soċjali, pagi baxxi) li jirriżultaw mill-immaniġġjar mhux sostenibbli tal-iskart, li jġibu magħhom benefiċċji ġenerali għas-soċjetà kemm barra l-pajjiż kif ukoll fl-UE. It-trattament fl-UE tal-iskart li qabel kien jiġi esportat jenħtieġ li jwassal għall-ħolqien ta’ 9 000‑23 000 impjieg fis-setturi tar-riċiklaġġ u tal-użu mill-ġdid fl-UE. X’aktarx li jiġu ġġenerati impjiegi addizzjonali f’dawn l-oqsma bħala riżultat tal-miżuri maħsuba biex jiżguraw funzjonament aħjar tad-WSR għall-vjeġġi ta’ skart fl-UE għar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid. F’pajjiżi terzi jista’ jkun hemm telf ta’ impjiegi fis-setturi formali jew informali tat-trattament tal-iskart f’każ li jiġi esportat inqas skart lejn dak il-pajjiż.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Din il-proposta tagħmel użu massimu mill-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni biex jitnaqqsu l-kostijiet amministrattivi. Dan huwa l-każ speċjalment għall-proposta li tiġi stabbilita sistema obbligatorja madwar l-UE kollha għall-ħruġ u l-iskambju elettroniku ta’ data u informazzjoni marbuta mal-vjeġġi ta’ skart. L-iżvilupp ta’ sistema bħal din li tgħaqqad il-pjattaformi nazzjonali eżistenti u/jew il-pjattaformi fis-seħħ, bħall-ambjent stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 2020/1056 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija, ma’ sistema fil-livell tal-UE mhuwiex mistenni li jinvolvi kostijiet għoljin ħafna għall-Kummissjoni, għall-Istati Membri jew għan-negozji. Madankollu, dan se jipprovdi lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni b’għodda b’saħħitha għall-monitoraġġ u l-infurzar, kif ukoll għodda effiċjenti għan-negozji biex jikkonformaw mal-obbligi fir-regolament propost.
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta ma għandhiex konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-proposta timplika l-użu ta’ riżorsi umani u nefqa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta’ wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha. Huwa mistenni li wħud mill-ħtiġijiet tar-riżorsi umani jinkisbu mill-allokazzjonijiet eżistenti tal-Kummissjoni. Ir-riżorsi umani meħtieġa mill-Kummissjoni se jkunu l-membri tal-persunal tad-DĠ ENV diġà assenjati għall-immaniġġjar tal-azzjoni. Ir-riallokazzjoni fi ħdan id-DĠ, jew minn DĠs oħrajn li jistgħu jeħilsu lilhom infushom mill-kompiti attwali relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament fis-seħħ, tista’ tikkontribwixxi wkoll għall-immaniġġjar tal-azzjoni. Ikollha tingħata allokazzjoni addizzjonali lid-DĠ ta’ ġestjoni u lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u soġġett għal restrizzjonijiet baġitarji.
Il-proposta tinkludi diversi artikoli li jagħtu dettalji dwar flussi ta’ xogħol ulterjuri li jeħtieġ li jitwettqu biex jiġi implimentat ir-Regolament u li jeħtieġ li jiġu adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni/atti delegati fis-snin ta’ wara d-dħul fis-seħħ. Dawn se jkopru l-iżvilupp ta’ regoli armonizzati dwar il-klassifikazzjoni tal-iskart, dwar il-kalkolu tal-garanziji finanzjarji, il-valutazzjoni tan-notifiki tal-pajjiżi terzi biex jirċievu l-esportazzjonijiet tal-iskart tal-UE, u x-xogħol ta’ koordinazzjoni fir-rigward tal-infurzar tar-Regolament. Lista dettaljata ta’ dawn l-azzjonijiet previsti hija pprovduta hawn taħt.
·L-istabbiliment ta’ metodu ta’ kalkolu armonizzat għall-garanziji finanzjarji jew assigurazzjoni ekwivalenti;
·Eżaminar u stabbiliment ta’ livelli ta’ limitu armonizzati ta’ kontaminazzjoni biex ċertu skart jiġi kklassifikat fil-lista ħadra jew le.
·Eżaminar u stabbiliment ta’ kriterji biex issir distinzjoni bejn merkanzija użata u skart għal ċerti oġġetti jew sustanzi;
·Stabbiliment u żamma ta’ qafas ġdid għall-esportazzjoni ta’ skart elenkat fil-lista ħadra mill-UE lejn pajjiż mhux tal-OECD, speċjalment l-istabbiliment u l-aġġornament ta’ lista ta’ pajjiżi li lejhom tkun awtorizzata l-esportazzjoni ta’ tali skart.
·Monitoraġġ tal-esportazzjoni tal-iskart lejn il-pajjiżi tal-OECD u mitigazzjoni tal-problemi ambjentali li jistgħu jiġu kkawżati minn tali esportazzjonijiet.
·Organizzazzjoni u ffaċilitar tax-xogħol ta’ grupp apposta fil-livell tal-UE bil-kompitu li jiffaċilita u jtejjeb il-kooperazzjoni fuq l-infurzar tad-WSR (“grupp ta’ infurzar tal-iskart”).
Il-Kummissjoni, permezz tal-OLAF, se jkollha rwol speċifiku biex tikkomplementa l-ħidma tal-Istati Membri fl-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament f’każijiet transfruntiera kumplessi u tinvolvi ruħha f’dawn li ġejjin:
·it-twettiq ta’ spezzjoni ta’ bini/dgħajjes/vjeġġi tal-operaturi ekonomiċi;
·il-ġbir ta’ informazzjoni/intelligence minn firxa wiesgħa ta’ sorsi;
·il-ħidma analitika (l-użu ta’ bażijiet tad-data doganali u speċjalizzati u għodod apposta);
·l-akkwiżizzjoni tal-forensika;
·il-koordinazzjoni mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u mal-awtoritajiet ġudizzjarji;
·il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (permezz ta’ ftehimiet ta’ assistenza reċiproka jew ftehimiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva); u
·l-kooperazzjoni ma’ aġenziji oħra tal-UE (UPPE, Europol, Eurojust, Frontex...)
Għall-iżvilupp tas-sistema ċentrali għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni dwar il-vjeġġi tal-iskart, twettqet ħidma internament fid-DĠ ENV, iżda jeħtieġ li tiġi estiża fir-rigward tal-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ sistema ċentrali għall-iskambju tad-data għall-finijiet tal-vjeġġi tal-iskart. Il-pjattaforma eżistenti tal-IMSOC se tintuża bħala bażi.
Il-Kummissjoni Ewropea se tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ġenerali ta’ dan ir-Regolament u għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni/atti delegati kollha previsti bir-Regolament. Dan se jkun jirrikjedi l-proċessi normali tat-teħid tad‑deċiżjonijiet, inklużi l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-proċeduri ta’ kumitat. L-istimi finanzjarji attwali huma bbażati fuq:
·Għad-DĠ ENV: Kariga AD addizzjonali waħda ta’ FTE appoġġata minn 1,5 aġenti kuntrattwali ta’ FTE, kif ukoll kostijiet operazzjonali (eż. studju, konsulenza esterna, laqgħat,...), previsti għall-implimentazzjoni ġenerali tar-Regolament u l-ħidma preparatorja meħtieġa u l-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni sekondarja f’konformità mal-iskadenzi proposti fir-Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart. Dan jammonta għal kost totali ta’ EUR 4 137 000 għall-perjodu 2024-2027, abbażi tal-aħħar aġġornament tal-kost tal-persunal tal-Kummissjoni kif irrapportat fuq is-sit web tad-DĠ BUDG:
https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/en/pre/legalbasis/Pages/pre-040-020_preparation.aspx
.
·Għall-OLAF: Kariga AD addizzjonali waħda ta’ FTE, prevista għall‑implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti relatati mal-infurzar fir-Regolament. Dan jammonta għal kost totali ta’ EUR 456 000 għall-perjodu 2024-2026, abbażi tal-aħħar aġġornament tal-kost tal-persunal tal-Kummissjoni kif irrapportat fuq is-sit web tad-DĠ BUDG:
https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/en/pre/legalbasis/Pages/pre-040-020_preparation.aspx
.
Il-baġit tal-proposta huwa ppreżentat bil-prezzijiet attwali.
Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża ma’ din il-proposta tistabbilixxi l-implikazzjonijiet tar-riżorsi baġitarji, umani u amministrattivi.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Ir-Regolament il-ġdid jenħtieġ li jirriżulta f’żieda fil-materjali tal-iskart użati mill-ġdid u rriċiklati fl-UE, titjib fl-istandards u fil-prattiki għall-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżi li jimportaw l-iskart mill-UE u tnaqqis fil-vjeġġi illegali tal-iskart kemm fl-UE kif ukoll bejn il-pajjiż terzi u l-UE. Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-bini ta’ swieq robusti u dinamiċi għall-materjali sekondarji u għaż-żieda fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-UE u fil-pajjiżi terzi.
F’termini ta’ monitoraġġ, il-problemi potenzjali ta’ konformità u ta’ infurzar jiġu mmonitorjati permezz tar-rapporti regolari tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni u r-rapporti ta’ progress imfassla mill-Kummissjoni abbażi tar-rapporti ta’ dawn l-Istati Membri.
F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li miżura ewlenija biex tittejjeb l-effiċjenza tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament hija l-istabbiliment ta’ sistema mifruxa mal-UE kollha biex jiġu skambjati d-dokumenti u l-informazzjoni b’mod elettroniku (interskambju elettroniku tad-data jew “EDI”). Dan jenħtieġ li jippermetti li l-atturi involuti kollha jkollhom aċċess aħjar għal ħafna data li hija ta’ rilevanza għall-implimentazzjoni tar-Regolament. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti se jkollhom sett ferm aktar komprensiv u konsistenti ta’ data biex jimmonitorjaw il-flussi tal-iskart, kemm fl-UE kif ukoll minnha u lejha, biex b’hekk il-monitoraġġ tal-flussi tal-iskart fl-UE, kif ukoll lejha u minnha, jittejjeb. Jenħtieġ li s-sistema EDI tiżgura li tiġi skambjata data strutturata, li jfisser li l-estrazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru b’mod konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Dan jenħtieġ li jtejjeb il-kwalità tar-rapportar b’mod konsiderevoli u b’hekk jippermetti monitoraġġ aħjar ta’ kemm ir-Regolament qed jiġi implimentat b’suċċess.
Barra minn hekk, id-dispożizzjoni l-ġdida dwar ir-rieżami tal-pjanijiet ta’ spezzjoni tal-Istati Membri mill-Kummissjoni tkun ukoll sors importanti ta’ informazzjoni għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-infurzar tar-Regolament.
Il-kwistjonijiet ta’ konformità u ta’ infurzar jiġu mmonitorjati u diskussi wkoll fil-kuntest tal-Grupp il-ġdid għall-Infurzar ta’ Vjeġġi ta’ Skart, li jista’ jidentifika wkoll azzjonijiet u miżuri ulterjuri li għandhom jittieħdu fil-livell tal-UE biex tiżdied l-effettività tar-Regolament fil-futur.
Fl-aħħar nett, ir-Regolament jiġi rieżaminat fi żmien 10 snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu biex jiġi żgurat li l-objettivi tiegħu jkunu qed jintlaħqu u li d-dispożizzjonijiet tiegħu jibqgħu ġustifikati.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
It-Titolu I fih dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-iskop, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
L-Artikolu 1 jistabbilixxi s-suġġett tar-Regolament, li għandu jistabbilixxi miżuri għall-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-impatti avversi li jistgħu jirriżultaw mill-vjeġġ tal-iskart.
L-Artikolu 2 jiddeskrivi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
L-Artikolu 3 fih id-definizzjonijiet.
It-Titolu II fih dispożizzjonijiet dwar il-vjeġġi fl-Unjoni, bi jew mingħajr tranżitu tramite pajjiżi terzi.
L-Artikolu 4 jiddeskrivi l-qafas proċedurali ġenerali li japplika għall-vjeġġi tal-iskart fl-Unjoni.
Il-Kapitolu 1 ta’ dan it-Titolu fih id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel.
L-Artikolu 5 jistabbilixxi d-dmir ta’ notifikatur li jissottometti talba għal notifika meta jkun qed jippjana li jittrasporta l-iskart skont l-Artikolu 4(1) u (2).
L-Artikolu 6 jistipula r-rekwiżiti relatati mal-kuntratt li jeħtieġ li jiġi inkluż fit-talba għal notifika.
L-Artikolu 7 jistipula r-rekwiżit relatat mal-garanzija finanzjarja li trid tkun fis-seħħ għall-vjeġġi ta’ skart innotifikati.
L-Artikolu 8 jiddeskrivi l-passi proċedurali u l-iskadenzi għat-talba u s-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali biex titlesta talba għal notifika.
L-Artikolu 9 jiddeskrivi l-passi proċedurali u l-iskadenzi sabiex l-awtoritajiet kompetenti jieħdu deċiżjoni dwar jekk jagħtux kunsens jew joġġezzjonawx għall-vjeġġi ppjanati, kif mitlub fin-notifika.
L-Artikolu 10 jipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għal vjeġġ approvat.
L-Artikolu 11 jistabbilixxi li l-vjeġġi ta’ skart għar-rimi huma pprojbiti, ħlief jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, f’liema każ il-vjeġġi ta’ skart jistgħu jiġu approvati.
L-Artikolu 12 jipprevedi r-raġunijiet li għalihom awtorità kompetenti tista’ toġġezzjona għal vjeġġ ta’ skart għall-irkupru.
L-Artikolu 13 jipprevedi l-possibbiltà li jinħarġu notifiki ġenerali fil-każ ta’ vjeġġi multipli tal-istess skart lejn l-istess faċilità ta’ trattament.
L-Artikolu 14 fih dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet sabiex il-faċilitajiet għall-irkupru tal-iskart jingħataw il-kunsens minn qabel fl-Istati Membri, dwar ir-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri ta’ tali faċilitajiet u dwar il-proċedura “rapida” speċifika għall-vjeġġ ta’ ċertu skart lejn tali faċilitajiet.
L-Artikolu 15 fih dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mal-vjeġġi għal operazzjonijiet interim ta’ trattament tal-iskart.
L-Artikolu 16 fih rekwiżiti wara l-kunsens tal-vjeġġi.
L-Artikolu 17 fih dispożizzjonijiet dwar il-bidliet fil-vjeġġ wara l-kunsens.
Il-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu jikkonsisti fl-Artikolu 18, li jipprevedi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali għall-vjeġġi ta’ skart elenkat fil‑lista ħadra.
Il-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu fih ir-rekwiżiti ġenerali.
L-Artikolu 19 jipprojbixxi t-taħlit tal-iskart waqt il-vjeġġ.
L-Artikolu 20 fih dispożizzjonijiet dwar iż-żamma ta’ dokumenti u informazzjoni.
L-Artikolu 21 fih dispożizzjonijiet dwar l-aċċess pubbliku għan-notifiki.
Il-Kapitolu 4 ta’ dan it-Titolu fih obbligi ta’ teħid lura u jikkonsisti fl-Artikoli 22 sa 25, li jipprevedu t‑teħid lura ta’ vjeġġi u l-ħlas tal-kostijiet ta’ tali teħid lura.
Il-Kapitolu 5 ta’ dan it-Titolu fih dispożizzjonijiet amministrattivi ġenerali.
L-Artikolu 26 jistipula li l-ħruġ u l-iskambju tal-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa skont dan ir-Regolament għandhom isiru b’mezzi elettroniċi, u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom għandhom joperaw is-sistemi għal tali skambju.
L-Artikolu 27 jipprevedi l-lingwi li bihom iridu jinħarġu d-dokumenti u l-komunikazzjonijiet fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.
L-Artikolu 28 jipprevedi r-rekwiżiti proċedurali applikabbli li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar il-klassifikazzjoni ta’ skart jew materjal ittrasportat. Huwa jipprevedi wkoll l-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex tiċċara l-klassifikazzjoni ta’ ċertu skart u d-distinzjoni bejn il-prodotti użati u l-iskart għal ċerti komoditajiet.
L-Artikolu 29 jistabbilixxi l-kostijiet li jistgħu jintalbu min-notifikaturi.
L-Artikolu 30 jipprevedi l-possibbiltajiet ta’ ftehimiet dwar iż-żona tal-fruntiera f’każijiet eċċezzjonali.
Il-Kapitolu 6 ta’ dan it-Titolu fih dispożizzjonijiet dwar il-vjeġġi fl-Unjoni bi tranżitu minn pajjiżi terzi.
L-Artikolu 31 jipprevedi dewmien speċifiku għall-awtorità kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati biex tagħti l-kunsens bil-miktub tagħha f’każijiet ta’ vjeġġi għar-rimi fl-Unjoni bi tranżitu tramite dawn il-pajjiżi terzi.
L-Artikolu 32 jipprevedi dewmien speċifiku għall-awtorità kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati biex tagħti l-kunsens bil-miktub tagħha f’każijiet ta’ vjeġġi għall-irkupru fl-Unjoni bi tranżitu tramite dawn il-pajjiżi terzi.
It-Titolu III jikkonsisti f’artikolu wieħed (l-Artikolu 33) u huwa relatat mal-ħtieġa li l-Istati Membri jkollhom reġimi nazzjonali li jikkonċernaw il-vjeġġi ta’ skart fi Stat Membru wieħed biex jissalvagwardjaw il-koerenza mas-sistema tal-Unjoni.
It-Titolu IV fih dispożizzjonijiet dwar l-esportazzjonijiet mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi.
Il-Kapitolu 1 ta’ dan it-Titolu fih dispożizzjonijiet dwar l-esportazzjoni tal-iskart mill-Unjoni għar-rimi.
L-Artikolu 34 jipprevedi projbizzjoni fuq l-esportazzjoni, ħlief lejn pajjiżi tal-EFTA.
L-Artikolu 35 jipprevedi r-rekwiżiti proċedurali meta ssir esportazzjoni lejn pajjiżi tal-EFTA. Dan l-Artikolu jirreferi mutatis mutandis għat-Titolu II u jipprevedi adattamenti u żidiet rilevanti għad-dispożizzjonijiet hemmhekk. Id-dispożizzjonijiet proċedurali fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu IV jirreferu lura għal dan l-artikolu.
Il-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu fih dispożizzjonijiet dwar l-esportazzjoni tal-iskart mill-Unjoni għall-irkupru.
It-Taqsima 1 fiha dispożizzjonijiet għall-esportazzjonijiet ta’ skart perikoluż u ċertu skart ieħor lejn pajjiżi mhux tal-OECD, u l-Artikolu 36 jipprevedi projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ skart perikoluż u skart ieħor lejn pajjiżi mhux tal-OECD mill-UE.
It-Taqsima 2 fiha dispożizzjonijiet għall-esportazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż lejn pajjiżi mhux tal-OECD, u l-Artikoli 37-40 jipprevedu projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ skart mhux perikoluż lejn pajjiżi mhux tal-OECD, ħlief fil-każ fejn pajjiż mhux tal-OECD jinnotifika r-rieda tiegħu li jimporta u juri l-kapaċità tiegħu li jimmaniġġja ċertu skart b’mod ambjentalment san. Dawn l-Artikoli fihom ukoll il-proċedura li permezz tagħha l-pajjiżi terzi jinnotifikaw ir-rieda u l-kapaċità tagħhom li jirċievu u jimmaniġġjaw l-iskart, u l-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tivvaluta dawn in-notifiki u tippubblika lista ta’ pajjiżi li huma eliġibbli biex jirċievu esportazzjonijiet ta’ ċertu skart elenkat fil-lista ħadra mill-Unjoni.
It-Taqsima 3 fiha dispożizzjonijiet għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi tal-OECD.
L-Artikolu 41 fih ir-rekwiżiti proċedurali għall-esportazzjonijiet għall-irkupru lejn pajjiżi tal-OECD barra mill-Unjoni. Dan l-Artikolu jirreferi mutatis mutandis għat-Titolu II u jirreferi għall-Artikolu 35, u jipprevedi adattamenti u żidiet rilevanti għad-dispożizzjonijiet hemmhekk.
L-Artikolu 42 jipprevedi l-monitoraġġ tal-esportazzjoni lejn pajjiżi tal-OECD u proċedura ta’ salvagwardja f’każ li l-esportazzjonijiet tal-iskart lejn tali pajjiżi jwasslu għal sitwazzjoni fejn tali skart ma jkunx immaniġġjat b’mod ambjentalment san. Dan l-Artikolu jipprevedi li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tieħu azzjoni, fejn meħtieġ, f’każ li l-iskart ma jkunx immaniġġjat b’mod ambjentalment san.
Il-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu fih obbligi addizzjonali li japplikaw għall-esportazzjoni tal-iskart.
L-Artikolu 43 fih obbligi għall-esportaturi biex jiżguraw li l-iskart li jesportaw jiġi mmaniġġjat fid-destinazzjoni b’mod ambjentalment san.
L-Artikolu 44 fih obbligi għall-Istati Membri esportaturi biex jieħdu l-miżuri meħtieġa bl-għan li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet f’dan it-Titolu jiġu implimentati kif suppost.
Il-Kapitolu 4 ta’ dan it-Titolu fih dispożizzjonijiet ġenerali.
L-Artikolu 45 jipprojbixxi l-esportazzjonijiet tal-iskart lejn l-Antartiku.
L-Artikolu 46 jistabbilixxi li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi jew territorji ekstra-Ewropej għar-rimi u ta’ skart perikoluż għall-irkupru huma pprojbiti u li, għal esportazzjonijiet oħrajn għall-irkupru, it-Titolu II japplika mutatis mutandis.
It-Titolu V fih dispożizzjonijiet dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.
Il-Kapitolu 1 ta’ dan it-Titolu fih dispożizzjonijiet dwar l-importazzjoni tal-iskart fl-Unjoni għar-rimi.
L-Artikolu 47 jipprojbixxi l-importazzjonijiet, ħlief minn xi pajjiż li huwa Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel jew bi ftehim fis-seħħ, jew inkella minn xi żoni oħrajn f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew gwerra.
L-Artikolu 48 fih rekwiżiti proċedurali għall-importazzjonijiet minn xi pajjiż li huwa Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel jew minn xi żoni oħrajn f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew gwerra. Dan l-Artikolu jirreferi mutatis mutandis għat-Titolu II u jipprevedi adattamenti u żidiet rilevanti għad-dispożizzjonijiet hemmhekk. Id-dispożizzjonijiet proċedurali fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu IV jirreferu lura għal dan l-artikolu.
Il-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu fih dispożizzjonijiet dwar l-importazzjoni tal-iskart fl-Unjoni għall-irkupru.
L-Artikolu 49 jipprojbixxi l-importazzjonijiet, ħlief minn xi pajjiż li japplika d-Deċiżjoni tal-OECD jew xi pajjiż li huwa Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel jew bi ftehim fis-seħħ, jew inkella minn xi żoni oħrajn f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew gwerra.
L-Artikolu 50 fih rekwiżiti proċedurali għall-importazzjonijiet minn xi pajjiż li japplika d-deċiżjoni tal-OECD jew minn xi żoni oħrajn f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew gwerra. Dan l-Artikolu jirreferi mutatis mutandis għat-Titolu II u jirreferi għall-Artikolu 45, u jipprevedi adattamenti u żidiet rilevanti għad-dispożizzjonijiet hemmhekk.
L-Artikolu 51 fih rekwiżiti proċedurali għall-importazzjonijiet minn xi pajjiż li ma japplikax id-Deċiżjoni tal-OECD u li huwa Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel jew minn xi żoni oħrajn f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew gwerra. Dan l-Artikolu jirreferi mutatis mutandis għall-Artikolu 45.
Il-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu fih obbligi addizzjonali.
L-Artikolu 52 fih obbligi għall-Istati Membri tal-importazzjoni biex jiżguraw l-immaniġġjar san tal-iskart importat u jipprojbixxu kwalunkwe importazzjoni bħal din jekk ikun hemm raġuni biex jemmnu li l-iskart ma jkunx se jiġi mmaniġġjat kif suppost.
Il-Kapitolu 4 ta’ dan it-Titolu fih dispożizzjonijiet ġenerali.
L-Artikolu 53 jistabbilixxi li t-Titolu II japplika mutatis mutandis għall-importazzjonijiet minn pajjiżi jew territorji ekstra-Ewropej.
It-Titolu VI fih dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu tramite l-Unjoni minn u lejn pajjiżi terzi.
L-Artikolu 54 fih dispożizzjonijiet għat-tranżitu għar-rimi.
L-Artikolu 55 fih dispożizzjonijiet għat-tranżitu għall-irkupru.
It-Titolu VII fih dispożizzjonijiet dwar l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kapitolu 1 ta’ dan it-Titolu jikkonsisti f’artikolu wieħed (l-Artikolu 56) u jipprevedi l-obbligi ġenerali għal dawk kollha involuti fil-vjeġġi ta’ skart biex jieħdu l-passi meħtieġa bl-għan li jiżguraw li, matul il-perjodu tal-vjeġġ u matul l-irkupru u r-rimi tiegħu, kwalunkwe skart li jittrasportaw jiġi mmaniġġjat mingħajr ma jipperikola s-saħħa tal-bniedem u b’mod ambjentalment san.
Il-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu fih dispożizzjonijiet dwar l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.
It-Taqsima 1 tindirizza l-azzjonijiet ta’ infurzar mill-Istati Membri.
L-Artikolu 57 fih dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjonijiet.
L-Artikolu 58 fih dispożizzjonijiet dwar id-dokumentazzjoni u l-evidenza.
L-Artikolu 59 fih dispożizzjonijiet dwar il-pjanijiet ta’ spezzjoni mill-Istati Membri.
L-Artikolu 60 fih dispożizzjonijiet dwar il-penali.
L-Artikolu 61 fih dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni fl-infurzar fil-livell nazzjonali.
L-Artikolu 62 fih dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni fl-infurzar bejn l-Istati Membri.
L-Artikolu 63 fih dispożizzjonijiet dwar il-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart.
It-Taqsima 2 tindirizza l-azzjonijiet ta’ attivitajiet ta’ infurzar mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.
It-Titolu VIII fih dispożizzjonijiet finali.
L-Artikolu 69 fih dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta’ rapportar għall-Istati Membri.
L-Artikolu 70 fih dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni internazzjonali.
L-Artikolu 71 fih dispożizzjonijiet dwar id-deżinjazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.
L-Artikolu 72 fih dispożizzjonijiet dwar id-deżinjazzjoni tal-korrispondenti.
L-Artikolu 73 fih dispożizzjonijiet dwar id-deżinjazzjoni tal-uffiċċji doganali tad-dħul fl-Unjoni u l-ħruġ minnha.
L-Artikolu 74 fih dispożizzjonijiet dwar in-notifika tad-deżinjazzjonijiet u informazzjoni dwarhom.
L-Artikolu 75 fih dispożizzjonijiet dwar l-emenda tal-Annessi I sa X ta’ dan ir-Regolament.
L-Artikoli 76 u 77 jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni.
L-Artikolu 78 jemenda r-Regolament (UE) Nru 1257/2013 sabiex huwa u dan ir-Regolament jiġu allinjati mal-obbligi internazzjonali applikabbli tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fir-rigward ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw.
L-Artikolu 79 jemenda r-Regolament (UE) Nru 2020/1056 biex jaġġorna r-referenzi li saru f’dak ir-Regolament għad-dokumenti li jikkonċernaw it-trasport tal-iskart.
L-Artikolu 80 jipprevedi rieżami ta’ dan ir-Regolament fl-2034.
L-Artikolu 81 jipprevedi regoli ta’ tħassir u regoli tranżizzjonali.
L-Artikolu 82 jipprevedi d-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2021/0367 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-vjeġġi ta’ skart u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013 u (UE) Nru 2020/1056
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli fil-livell tal-Unjoni għall-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem mill-impatti avversi li jistgħu jirriżultaw mill-vjeġġ tal-iskart. Jenħtieġ li dawn ir-regoli jikkontribwixxu wkoll għall-iffaċilitar tal-immaniġġjar ambjentalment san tal-iskart, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll għat-tnaqqis tal-impatti ġenerali tal-użu tar-riżorsi u għat-titjib tal-effiċjenza ta’ tali użu, li huwa kruċjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.
(2)Matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena, ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ġab miegħu titjib importanti għall-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem kontra l-impatti avversi li jistgħu jirriżultaw mill-vjeġġ tal-iskart. Madankollu, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ta’ dak ir-Regolament żvelat ukoll għadd ta’ sfidi u nuqqasijiet, li jeħtieġ li jiġu indirizzati permezz ta’ dispożizzjonijiet regolatorji ġodda.
(3)Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jistabbilixxi pjan direzzjonali ambizzjuż biex l-Unjoni tiġi ttrasformata f’ekonomija sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u newtrali għall-klima. Jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina r-regoli tal-Unjoni dwar il-vjeġġi ta’ skart stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Il-Pjan ta’ Azzjoni Ġdid għal Ekonomija Ċirkolari adottat f’Marzu 2020 ikompli jenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni biex jiġi żgurat li l-vjeġġi ta’ skart għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ fl-Unjoni jiġu ffaċilitati, li l-Unjoni ma tesportax l-isfidi tagħha dwar l-iskart lejn pajjiżi terzi u li l-vjeġġi illegali tal-iskart jiġu indirizzati aħjar. Minbarra l-benefiċċji ambjentali u soċjali, dan jista’ jirriżulta fit-titjib tad-dipendenzi strateġiċi tal-UE fuq il-materja prima. Kemm il-Kunsill kif ukoll il-Parlament Ewropew talbu wkoll li ssir reviżjoni tar-regoli attwali tal-Unjoni dwar il-vjeġġi ta’ skart stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006.
(4)Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 diġà ġie emendat bosta drabi u jirrikjedi emendi sinifikanti ulterjuri sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid għal Ekonomija Ċirkolari. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jiġi sostitwit b’Regolament ġdid.
(5)Dan ir-Regolament jissupplimenta l-leġiżlazzjoni ġenerali tal-Unjoni dwar l-immaniġġjar tal-iskart, bħad-Direttiva 2008/98/KE. Jirriferi għad-definizzjonijiet f’dik id-Direttiva, inklużi d-definizzjonijiet ta’ operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart u tal-iskart ġenerali. Jinkludi wkoll għadd ta’ definizzjonijiet addizzjonali sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament.
(6)Dan ir-Regolament jimplimenta fil-livell tal-Unjoni l-Konvenzjoni ta’ Basel tat- 22 ta’ Marzu 1989 dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu (“il-Konvenzjoni ta’ Basel”). Il-Konvenzjoni ta’ Basel għandha l-għan li tħares is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-effetti avversi li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni, il-movimenti transkonfinali u l-immaniġġjar ta’ skart perikoluż u skart ieħor. L-Unjoni ilha Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel mill-1994.
(7)Dan ir-Regolament jimplimenta wkoll fil-livell tal-Unjoni emenda għall-Konvenzjoni ta’ Basel (l-Emenda ta’ Projbizzjoni) li ġiet adottata fl-1995 u daħlet fis-seħħ fil-livell internazzjonali fil-5 ta’ Diċembru 2019. L-Emenda tal-Projbizzjoni tistabbilixxi projbizzjoni ġenerali fuq l-esportazzjonijiet kollha ta’ skart perikoluż li huwa maħsub għar-rimi finali, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru mill-pajjiżi elenkati fl-Anness VII tal-Konvenzjoni ta’ Basel lejn il-pajjiżi l-oħra kollha. L-Unjoni rratifikat l-Emenda ta’ Projbizzjoni u bdiet timplimentaha mill-1997.
(8)F’Ottubru 2020, l-Unjoni ssottomettiet notifika, li tkopri l-vjeġġi ta’ skart fl-Unjoni, lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Basel skont l-Artikolu 11 ta’ dik il-Konvenzjoni. Għalhekk, f’konformità ma’ dak l-Artikolu, l-Unjoni tista’ tistabbilixxi regoli speċifiċi li japplikaw għall-vjeġġi ta’ skart intra-UE li ma jkunux inqas ambjentalment san minn dawk previsti mill-Konvenzjoni ta’ Basel.
(9)Fid-dawl tal-fatt li l-Unjoni approvat id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD tat-30 ta’ Marzu 1992 dwar il-Kontroll ta’ Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Destinat għal Operazzjonijiet ta’ Rkupru (“id-Deċiżjoni tal-OECD”), jeħtieġ li l-kontenut ta’ dik id-Deċiżjoni, inklużi l-emendi tagħha, jiġi inkorporat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
(10)Huwa importanti li jiġu organizzati u regolati s-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart b’mod li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġu ppreżervati, protetti u mtejba l-kwalità tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u b’mod li jiżgura applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar il-vjeġġi ta’ skart fl-Unjoni kollha.
(11)Jeħtieġ li tiġi evitata d-duplikazzjoni mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar it-trasport ta’ ċerti materjali li jistgħu jiġu kklassifikati bħala skart skont dan ir-Regolament.
(12)Il-vjeġġi ta’ skart ġenerat minn forzi armati jew minn organizzazzjonijiet ta’ għajnuna għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament meta jiġu importati lejn il-Komunità f’ċerti sitwazzjonijiet (inkluż it-tranżitu fl-Unjoni meta l-iskart jidħol fl-Unjoni). Ir-rekwiżiti tad-dritt internazzjonali u tal-ftehimiet internazzjonali jenħtieġ li jiġu rrispettati fir-rigward ta’ tali vjeġġi. F’każijiet bħal dawn, kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu u l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fl-Unjoni għandhom jiġu infurmati minn qabel dwar il-vjeġġ u d-destinazzjoni tiegħu.
(13)Huwa meħtieġ li tiġi evitata d-duplikazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li diġà fih dispożizzjonijiet li jkopru l-kunsinna, it-twassil u l-moviment ġenerali (il-ġbir, it-trasport, l-immaniġġjar, l-ipproċessar, l-użu, l-irkupru jew ir-rimi, iż-żamma tar-rekords, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u t-traċċabbiltà) ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fl-Unjoni, lejha u barra minnha.
(14)Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplika għal bastimenti kummerċjali kbar li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni, li kienu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Madankollu, wara d-dħul fis-seħħ internazzjonali reċenti tal-Emenda tal-Projbizzjoni, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-bastimenti koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 li jsiru skart fl-Unjoni jkunu soġġetti għar-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar il-vjeġġi ta’ skart li jimplimentaw l-Emenda tal-Projbizzjoni, sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà legali stretta tar-reġim legali tal-Unjoni mal-obbligi internazzjonali. Fl-istess ħin, jeħtieġ ukoll li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 biex jiġi ċċarat li l-bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament u li jsiru skart fl-Unjoni għandhom jiġu rriċiklati biss f’dawk il-faċilitajiet inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti stabbilita skont dak ir-Regolament, li jinsabu fil-pajjiżi elenkati fl-Anness VII tal-Konvenzjoni ta’ Basel.
(15)Għalkemm is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart fi Stat Membru huma kwistjonijiet għal dak l-Istat Membru, is-sistemi nazzjonali li jikkonċernaw vjeġġi ta’ skart jenħtieġ li jqisu l-ħtieġa għal koerenza mas-sistema tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.
(16)Fil-każ ta’ vjeġġi ta’ skart mhux elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA jew fl-Anness IIIB ta’ dan ir-Regolament u destinati għal operazzjonijiet ta’ rkupru, jixraq li jiġu żgurati l-aqwa superviżjoni u kontroll billi jkun meħtieġ permess bil-miktub minn qabel għal tali vjeġġi. Tali proċedura jenħtieġ li mbagħad tagħti lok għal notifika minn qabel, li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jkunu informati b’mod xieraq sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. Jenħtieġ li tippermetti wkoll lil dawk l-awtoritajiet iressqu oġġezzjonijiet motivati għal tali vjeġġi.
(17)Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2008/98/KE mfassla biex jiżdied il-ġbir separat tal-iskart u titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart muniċipali mħallat, il-vjeġġi ta’ skart muniċipali mħallat lejn Stat Membru ieħor jenħtieġ li jkunu soġġetti għal skrutinju partikolari. Barra minn hekk, sabiex jiġu appoġġati l-kisbiet tal-miri biex jiżdied ir-riċiklaġġ u jitnaqqas ir-rimi tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, il-vjeġġi ta’ skart għar-rimi fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li jiġu pprojbiti b’mod ġenerali. Il-vjeġġi ta’ skart għar-rimi jenħtieġ li jkunu permessi biss f’każijiet eċċezzjonali. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-prinċipji ta’ prossimità u ta’ awtosuffiċjenza fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali, f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll il-prijorità għall-irkupru. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw ukoll li l-faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart koperti mid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw l-aħjar tekniki disponibbli kif definiti f’dik id-Direttiva f’konformità mal-permess tal-faċilità, u li l-iskart jiġi ttrattat f’konformità mar-rekwiżiti tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent b’rabta mal-operazzjonijiet ta’ rimi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
(18)Fil-każ tal-vjeġġi ta’ skart elenkati fl-Anness III, fl-Anness IIIA jew fl-Anness IIIB ta’ dan ir-Regolament destinati għal operazzjonijiet ta’ rkupru, huwa xieraq li jiġi żgurat livell minimu ta’ superviżjoni u kontroll billi tali vjeġġi jintalbu jkunu akkumpanjati minn ċerta informazzjoni dwar il-persuni u l-pajjiżi involuti fil-vjeġġi, id-deskrizzjoni u l-kwantitajiet tal-iskart ikkonċernat, it-tip ta’ operazzjoni ta’ rkupru li għaliha l-iskart jiġi ttrasportat u d-dettalji tal-faċilitajiet li se jirkupraw l-iskart.
(19)Jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-raġunijiet għall-Istati Membri biex joġġezzjonaw għal vjeġġi ta’ skart destinat għall-irkupru. Fil-każ ta’ tali vjeġġi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw li l-faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart koperti mid-Direttiva 2010/75/KE japplikaw l-aħjar tekniki disponibbli kif stabbiliti f’dik id-Direttiva f’konformità mal-permess tal-faċilità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw li l-iskart jiġi ttrattat f’konformità mar-rekwiżiti tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent b’rabta mal-operazzjonijiet ta’ rkupru stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li, b’kont meħud tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/98/KE, l-iskart jiġi ttrattat f’konformità mal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart stabbiliti skont dik id-Direttiva bl-iskop li tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligi legalment vinkolanti ta’ rkupru jew riċiklaġġ stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
(20)Huwa meħtieġ li jiġu previsti passi u salvagwardji proċedurali, meta notifikatur ikun jixtieq jittrasporta skart soġġett għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, fl-interessi taċ-ċertezza legali, kif ukoll li jiġu żgurati l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament u l-funzjonament xieraq tas-suq intern. Huwa meħtieġ ukoll, f’konformità mal-Artikolu 6(11) tal-Konvenzjoni ta’ Basel, li jiġi żgurat li l-kostijiet li jirriżultaw minn sitwazzjonijiet fejn il-vjeġġ ta’ skart soġġett għal notifika u kunsens bil-miktub minn qabel ma jkunx jista’ jitlesta jew ikun illegali jitħallsu mill-operaturi rilevanti. Għal dan l-għan, in-notifikatur jenħtieġ li jistabbilixxi garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti għal kull vjeġġ ta’ tali skart.
(21)Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-operaturi pubbliċi kif ukoll għal dawk privati involuti fi vjeġġi lejn faċilitajiet rikonoxxuti bħala “mogħtija kunsens minn qabel”, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jingħata l-istatus ta’ “mogħtija kunsens minn qabel”, sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku tagħhom mill-Istati Membri kollha u jiġu armonizzati r-rekwiżiti għat-trasport tal-iskart lejn dawn il-faċilitajiet.
(22)Sabiex jitnaqqas id-dewmien fl-ipproċessar tan-notifiki għall-vjeġġ tal-iskart u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti, huwa meħtieġ li l-ħruġ u l-iskambju ta’ informazzjoni u data, li jirrigwardjaw il-vjeġġi individwali ta’ skart fl-Unjoni, isiru b’mezzi elettroniċi. Jeħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi r-rekwiżiti proċedurali u operazzjonali għall-implimentazzjoni prattika tas-sistemi li jiżguraw din is-sottomissjoni elettronika u l-iskambju ta’ informazzjoni (bħall-interkonnettività, l-arkitettura u s-sigurtà). Jeħtieġ ukoll li jiġi pprovdut biżżejjed żmien sabiex l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jħejju għall-bidla minn approċċ ibbażat fuq il-karta, kif stabbilit fir-Regolament (KE) 1013/2006, għal approċċ għall-iskambju ta’ informazzjoni u dokumenti b’mod elettroniku. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-obbligu l-ġdid isir applikabbli 24 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(23)Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi involuti fit-trasport tal-iskart jitħallew jużaw l-ambjent kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament waqt it-trasport tal-iskart, filwaqt li jenħtieġ li jiġu żgurati l-interoperabbiltà tas-sistemi previsti f’dan ir-Regolament u l-ambjent għall-iskambju ta’ informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija.
(24)Sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma mwettqa mid-dwana fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li s-sistema ċentrali mħaddma mill-Kummissjoni li tippermetti s-sottomissjoni u l-iskambju elettroniċi ta’ informazzjoni u dokumenti ssir interoperabbli mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana, li bħalissa qed jiġi żviluppat fil-livell tal-Unjoni, meta titlesta l-ħidma teknika kollha meħtieġa biex tiġi żgurata din l-operabbiltà.
(25)L-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkunu jistgħu joħorġu u jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumenti għar-rekwiżiti proċedurali skont dan ir-Regolament, permezz ta’ mezzi elettroniċi permezz tas-sistema operata fil-livell tal-Unjoni, jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan u jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-iskambju tad-data permezz ta’ din is-sistema.
(26)Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-vjeġġi ta’ skart u ma jiġix imxekkel l-immaniġġjar ambjentalment san tal-iskart ittrasportat minn naħa għal oħra tal-fruntiera, jenħtieġ li jkun ipprojbit li l-iskart jitħallat ma’ skart ieħor mill-bidu tal-vjeġġ sal-wasla tal-iskart fl-operazzjoni ta’ rkupru jew rimi.
(27)Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, huwa importanti li l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kompetenti jżommu d-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għall-vjeġġi tal-iskart għal perjodu minimu ta’ ħames snin mid-data meta jibda l-vjeġġ.
(28)Jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jiżguraw li, f’konformità mal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali tal-25 ta’ Ġunju 1998 (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus), l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, b’mezzi xierqa, informazzjoni dwar in-notifiki tal-vjeġġi li jkunu taw il-kunsens tagħhom għalihom, kif ukoll dwar il-vjeġġi ta’ skart soġġetti għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali ta’ dan ir-Regolament, meta tali informazzjoni ma tkunx kunfidenzjali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni.
(29)Sabiex jiġu implimentati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Basel, jenħtieġ li jiġi preskritt l-obbligu li dak l-iskart minn vjeġġ li ma jistax jiġi kkompletat kif maħsub għandu jittieħed lura lejn il-pajjiż tad-dispaċċ jew jiġi rkuprat jew jintrema b’mod alternattiv. Jenħtieġ li jkun obbligatorju wkoll għall-persuna li l-azzjoni tagħha tkun il-kawża ta’ vjeġġ illegali li tieħu lura l-iskart involut jew tagħmel arranġamenti alternattivi għall-irkupru jew ir-rimi tiegħu, kif ukoll li tħallas il-kostijiet li jirriżultaw mill-operazzjonijiet ta’ teħid lura. Fin-nuqqas ta’ dan, l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni, kif xieraq, jenħtieġ li jikkooperaw biex jiżguraw l-immaniġġjar ambjentalment san tal-iskart ikkonċernat.
(30)Bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jipproċessaw b’mod korrett id-dokumenti sottomessi lilhom b’rabta mal-vjeġġ tal-iskart, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit obbligu għan-notifikatur li jipprovdi traduzzjoni awtorizzata ta’ dawn id-dokumenti b’lingwa aċċettabbli għal dawn l-awtoritajiet, jekk jitolbu dan.
(31)Sabiex jiġi evitat tfixkil fil-vjeġġi ta’ skart jew ta’ merkanzija, minħabba nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar l-istatus ta’ dan l-iskart jew il-merkanzija, jeħtieġ li tiġi stabbilita proċedura biex jiġi solvut tali nuqqas ta’ qbil. F’dak ir-rigward huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni ta’ prodotti sekondarji u mat-tmiem tal-istatus ta’ skart tad-Direttiva 2008/98/KE. Jeħtieġ ukoll li tiġi stabbilita proċedura biex jiġi solvut in-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar jekk jenħtieġ li l-iskart ikun soġġett għall-proċedura ta’ notifika jew le. Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni aħjar madwar l-Unjoni tal-kundizzjonijiet li skonthom l-iskart jenħtieġ li jkun soġġett għall-proċedura ta’ notifika, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa wkoll li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ skart speċifiku fl-Annessi rilevanti ta’ dan ir-Regolament, li jiddeterminaw jekk huwiex soġġett għall-proċedura ta’ notifika jew le. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat li l-iskart jiġi ddikjarat b’mod falz bħala merkanzija użata u biex tiġi pprovduta ċarezza legali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kriterji li jiddistingwu bejn merkanzija użata u skart, għal komoditajiet speċifiċi li għalihom tali distinzjoni hija importanti, speċjalment għall-esportazzjoni tagħhom mill-Unjoni.
(32)Sabiex l-amministrazzjonijiet ikunu jistgħu jillimitaw in-nefqiet pubbliċi marbuta mal-immaniġġjar tal-proċeduri għall-vjeġġ tal-iskart u mal-infurzar ta’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà li l-kostijiet amministrattivi xierqa u proporzjonati marbuta ma’ dawn il-proċeduri, kif ukoll mas-superviżjoni, l-analiżi u l-ispezzjonijiet, jitħallsu min-notifikatur.
(33)Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u f’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’rabta ma’ sitwazzjonijiet ġeografiċi jew demografiċi speċifiċi, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali li jagħmlu l-proċedura ta’ notifika għal vjeġġi ta’ flussi ta’ skart speċifiċi inqas strinġenti fir-rigward tal-vjeġġi transfruntiera lejn l-eqreb faċilità xierqa li tinsab fiż-żona tal-fruntieri bejn iż-żewġ Stati Membri kkonċernati. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll għal Stat Membru li jikkonkludi tali ftehimiet ma’ pajjiż li huwa parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll f’sitwazzjoni fejn l-iskart jiġi ttrasportat mill-pajjiż tad-dispaċċ u jiġi ttrattat fih, iżda jittranżita tramite Stat Membru ieħor.
(34)Huwa meħtieġ, sabiex jiġi protett l-ambjent tal-pajjiżi konċernati, li jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-esportazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Basel mill-Unjoni ta’ kwalunkwe skart destinat għar-rimi f’pajjiż terz li ma jkunx pajjiż tal-EFTA (l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles).
(35)Il-pajjiżi li huma Partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jadottaw il-proċeduri ta’ kontroll previsti għal vjeġġi fl-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, il-vjeġġi bejn l-Unjoni u dawn il-pajjiżi jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess regoli bħall-vjeġġi fl-Unjoni.
(36)Sabiex jiġi protett l-ambjent tal-pajjiżi kkonċernati, jeħtieġ li jiġi ċċarat il-kamp taż applikazzjoni tal-projbizzjoni ta’ esportazzjonijiet ta’ skart perikoluż destinat għall-irkupru f’pajjiżi terzi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD, f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Basel. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-lista ta’ skart li għalih tapplika dik il-projbizzjoni u li jiġi żgurat li din tkun tinkludi wkoll l-iskart elenkat fl-Anness II tal-Konvenzjoni ta’ Basel, jiġifieri l-iskart miġbur mid-djar, ir-residwi mill-inċinerazzjoni tal-iskart domestiku u l-iskart tal-plastik li diffiċli jiġi rriċiklat.
(37)Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli stretti dwar l-esportazzjoni għall-irkupru ta’ skart mhux perikoluż lejn pajjiżi terzi li għalihom id-Deċiżjoni tal-OECD ma tapplikax, sabiex jiġi żgurat li dan l-iskart ma joħloqx ħsara lill-ambjent u lis-saħħa pubblika f’dawn il-pajjiżi. Skont dawn ir-regoli, l-esportazzjoni mill-Unjoni jenħtieġ li tkun permessa biss lejn pajjiżi inklużi f’lista mfassla u li għandha tiġi aġġornata mill-Kummissjoni, meta dawn il-pajjiżi jkunu ssottomettew talba lill-Kummissjoni li tiddikjara r-rieda tagħhom li jirċievu ċertu skart mhux perikoluż mill-Unjoni u li turi l-kapaċità tagħhom li jimmaniġġjaw tali skart b’mod ambjentalment san, abbażi tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-esportazzjonijiet lejn pajjiżi oħra minbarra dawk inklużi f’dik il-lista jenħtieġ li jkunu pprojbiti. Sabiex jiġi żgurat biżżejjed żmien għat-tranżizzjoni għal dan ir-reġim il-ġdid, jenħtieġ li jiġi previst perjodu tranżizzjonali ta’ tliet snin wara d-data ġenerali tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(38)Il-pajjiżi li għalihom tapplika d-deċiżjoni tal-OECD huma soġġetti għar-regoli u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-OECD dwar il-vjeġġi u l-immaniġġjar tal-iskart, u ġeneralment ikollhom standards ogħla għall-immaniġġjar tal-iskart minn pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-deċiżjoni tal-OECD. Madankollu, huwa importanti li l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ skart mhux perikoluż għall-irkupru ma toħloqx ħsara lill-ambjent u lis-saħħa pubblika fil-pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-vjeġġi ta’ skart mhux perikoluż lejn tali pajjiżi. F’każijiet fejn l-esportazzjoni ta’ skart mhux perikoluż mill-Unjoni lejn il-pajjiż ikkonċernat żdiedet b’mod konsiderevoli f’perjodu ta’ żmien qasir u fejn hemm nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli li turi l-kapaċità tal-pajjiż ikkonċernat li jirkupra dan l-iskart b’mod ambjentalment san, jenħtieġ li l-Kummissjoni tidħol fi djalogu mal-pajjiż ikkonċernat u, jekk l-informazzjoni ma tkunx biżżejjed biex turi li l-iskart jiġi rkuprat b’mod ambjentalment san, għandha tingħata s-setgħa li tissospendi tali esportazzjonijiet.
(39)Jenħtieġ li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi żgurat li, f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE u ma’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra dwar l-iskart, l-iskart ittrasportat fl-Unjoni u l-iskart importat fl-Unjoni jiġu mmaniġġjati, matul il-perjodu kollu tal-vjeġġ u inkluż matul l-irkupru jew ir-rimi fil-pajjiż tad-destinazzjoni, b’tali mod li ma tiġix ipperikolata s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma jintużaw proċessi jew metodi li jistgħu jagħmlu ħsara lill-ambjent. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-iskart esportat mill-Unjoni jiġi mmaniġġjat b’mod ambjentalment san matul il-perjodu kollu tal-vjeġġ u inkluż matul l-irkupru jew ir-rimi fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jiġi introdott obbligu għall-esportaturi tal-iskart biex jiġi żgurat li l-faċilità li tirċievi l-iskart fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni tkun soġġetta għal awditu indipendenti minn parti terza, qabel ma l-iskart jiġi esportat lejn il-faċilità inkwistjoni. L-iskop ta’ dan l-awditu huwa li jivverifika l-konformità tal-faċilità inkwistjoni mal-kriterji speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament, maħsuba biex jiżguraw li l-iskart jiġi mmaniġġjat b’mod ambjentalment san. Meta tali awditu jikkonkludi li l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament mhumiex issodisfati mill-faċilità inkwistjoni, jenħtieġ li l-esportatur ma jkunx intitolat jesporta l-iskart lejn din il-faċilità. Dan l-obbligu jenħtieġ li japplika fir-rigward tal-faċilitajiet li jinsabu fil-pajjiżi terzi kollha, inklużi dawk li huma membri tal-OECD. Id-Deċiżjoni tal-OECD tiddikjara li l-iskart esportat lejn pajjiż ieħor tal-OECD “għandu jkun destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru f’faċilità għall-irkupru li tirkupra l-iskart b’mod ambjentalment san skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki nazzjonali li għalihom hija soġġetta l-faċilità”. Id-Deċiżjoni tal-OECD ma fiha l-ebda element jew kriterju li jispeċifika kif għandu jiġi implimentat dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-“immaniġġjar ambjentalment san” tal-iskart. Fin-nuqqas ta’ kriterji komuni li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-iskart għandu jiġi rkuprat fil-faċilitajiet rilevanti, huwa meħtieġ li jiġi indirizzat ir-riskju li l-iskart esportat mill-UE lejn pajjiżi li jappartjenu għall-OECD jiġi mmaniġġjat ħażin f’faċilitajiet speċifiċi u, b’hekk, jenħtieġ li l-faċilitajiet li jinsabu f’dawn il-pajjiżi jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ awditjar previsti f’dan ir-Regolament.
(40)Meta jitqies id-dritt ta’ kull Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel, skont l-Artikolu 4(1) tagħha, li tipprojbixxi l-importazzjoni ta’ skart perikoluż jew ta’ skart elenkat fl-Anness II ta’ dik il-Konvenzjoni, l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ skart għar-rimi jenħtieġ li jkunu permessi meta l-pajjiż esportatur ikun Parti għal dik il-Konvenzjoni. Għandhom ikunu permessi l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ skart għall-irkupru fejn il-pajjiż esportatur ikun wieħed li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD jew ikun Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel. F’każijiet oħra, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu permessi biss jekk il-pajjiż esportatur ikun marbut bi ftehim jew arranġament bilaterali jew multilaterali kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basel, għajr meta dan ma jkunx possibbli f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ta’ stabbiliment tal-paċi, ta’ żamma tal-paċi jew ta’ gwerra.
(41)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrifletti r-regoli dwar l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta’ skart lejn u minn pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej stabbiliti fid-Deċiżjoni 2013/755/UE.
(42)Fil-każijiet speċifiċi ta’ vjeġġi li jseħħu fl-Unjoni bi tranżitu minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi li jappartjenu għall-proċedura ta’ kunsens minn pajjiżi terzi. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi li jappartjenu għall-proċeduri li japplikaw għat-tranżitu tal-iskart tramite l-Unjoni minn u lejn pajjiżi terzi.
(43)Għal raġunijiet ambjentali u minħabba l-istatus partikolari tal-Antartiku, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprojbixxi espliċitament l-esportazzjoni ta’ skart lejn dan it-territorju.
(44)Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar armonizzati ta’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi għall-Istati Membri biex iwettqu spezzjonijiet tal-vjeġġi ta’ skart. Hemm bżonn ukoll ta’ ppjanar adegwat tal-ispezzjonijiet tal-vjeġġi ta’ skart sabiex tiġi stabbilita l-kapaċità meħtieġa għall-ispezzjonijiet u biex jiġu evitati b’mod effettiv il-vjeġġi illegali. Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 kien jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-pjanijiet ta’ spezzjoni għal vjeġġi ta’ skart jiġu stabbiliti sal-1 ta’ Jannar 2017. Sabiex tiġi ffaċilitata applikazzjoni aktar konsistenti tad-dispożizzjonijiet relatati mal-pjanijiet ta’ spezzjoni u jiġi żgurat approċċ armonizzat għall-ispezzjonijiet madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw il-pjanijiet ta’ spezzjoni tagħhom lill-Kummissjoni, li jenħtieġ li jkollha l-kompitu li tirrieżamina dawn il-pjanijiet u, fejn xieraq, toħroġ rakkomandazzjonijiet għal titjib.
(45)Jeżistu regoli diverġenti fl-Istati Membri kollha fir-rigward tas-setgħa ta’, u l-possibbiltà li, l-awtoritajiet involuti fi spezzjonijiet fl-Stati Membri jitolbu evidenza sabiex jaċċertaw il-legalità tal-vjeġġi. Tali evidenza tista’ tikkonċerna, fost l-oħrajn, jekk is-sustanza jew l-oġġett humiex skart, jekk l-iskart kienx ġie kklassifikat b’mod korrett, u jekk l-iskart huwiex se jiġi ttrasportat lejn faċilitajiet li jimmaniġġjaw l-iskart b’mod ambjentalment san f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi lill-awtoritajiet involuti fi spezzjonijiet fl-Istati Membri l-possibbiltà li jitolbu tali evidenza. Tali evidenza tista’ tintalab abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali jew inkella skont il-każ. Meta tali evidenza ma ssirx disponibbli jew tkun ikkunsidrata li mhix biżżejjed, it-trasport tas-sustanza jew l-oġġett ikkonċernati, jew il-vjeġġ ta’ skart ikkonċernat jenħtieġ li jitqies bħala vjeġġ illegali u jenħtieġ li jiġi ttrattat f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.
(46)Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Il-penali previsti jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 sabet li wieħed min-nuqqasijiet huwa li r-regoli nazzjonali dwar il-penali jvarjaw b’mod sinifikanti madwar l-Unjoni. Għalhekk, biex tiġi ffaċilitata applikazzjoni iktar konsistenti tal-penali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji komuni mhux eżawrjenti biex jiġu ddeterminati t-tipi u l-livelli ta’ penali li għandhom jiġu imposti f’każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament. Dawn il-kriterji jenħtieġ li jinkludu, inter alia, in-natura u s-serjetà tal-ksur u l-benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw mill-ksur u l-ħsara ambjentali kkawżata minnu, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati. Barra minn hekk, minbarra l-penali amministrattivi meħtieġa skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-vjeġġi illegali ta’ skart jikkostitwixxu reat kriminali f’każijiet serji, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008.
(47)L-esperjenza bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 uriet li l-involviment ta’ diversi atturi fil-livell nazzjonali joħloq sfidi għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward tal-infurzar. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet rilevanti kollha involuti fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament ikollhom mekkaniżmi effettivi biex ikunu jistgħu jikkooperaw u jikkoordinaw domestikament rigward l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet ta’ infurzar biex jindirizzaw il-vjeġġi illegali ta’ skart, inkluż għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ spezzjoni.
(48)Jeħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw, bilateralment u multilateralment, ma’ xulxin sabiex jiffaċilitaw il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ vjeġġi illegali ta’ skart. Sabiex ikomplu jittejbu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit grupp ta’ infurzar dedikat bil-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti ddeżinjati tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, kif ukoll ta’ rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji, aġenziji jew networks rilevanti oħrajn. Dan il-grupp ta’ infurzar jenħtieġ li jiltaqa’ regolarment. Jenħtieġ li jkun forum, inter alia, għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u intelligence dwar xejriet fi vjeġġi illegali u għall-iskambju ta’ fehmiet dwar attivitajiet ta’ infurzar, inklużi l-aħjar prattiki.
(49)Sabiex tappoġġa u tikkomplementa l-attivitajiet ta’ infurzar tal-Istati Membri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li twettaq azzjonijiet investigattivi u ta’ koordinazzjoni fir-rigward ta’ vjeġġi illegali, li jista’ jkollhom effetti avversi serji fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Fit-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li taġixxi b’rispett sħiħ tal-garanziji proċedurali. Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra, bħala kwistjoni tal-organizzazzjoni interna tagħha, li tafda ċerti azzjonijiet ta’ infurzar previsti minn dan ir-Regolament lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), li għandu l-kompetenza rilevanti f’dak ir-rigward.
(50)L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kemm permezz tar-rapporti sottomessi lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Basel kif ukoll abbażi ta’ kwestjonarju separat. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproduċi rapport kull erba’ snin dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri kif ukoll informazzjoni oħra, miġbura b’mod partikolari permezz ta’ rapporti ad hoc mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar il-vjeġġi ta’ skart tal-plastik u flussi speċifiċi oħra ta’ skart li huma sors ta’ tħassib.
(51)Koperazzjoni internazzjonali effiċjenti rigward il-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart hija strumentali sabiex jiġi żgurat li l-vjeġġi ta’ skart ikunu kontrollati u mmonitorjati fuq livell xieraq. L-iskambju ta’ informazzjoni, ir-responsabbiltà kondiviża u l-isforzi ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu promossi bil-ħsieb li jiġi żgurat l-immaniġġjar san tal-iskart.
(52)Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti u l-korrispondenti u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni, li jenħtieġ li tagħmel din l-informazzjoni disponibbli pubblikament.
(53)L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu intitolati, għall-fini li jiżguraw il-kontroll tal-vjeġġi tal-iskart, li jiddeżinjaw uffiċċji doganali speċifiċi tad-dħul u l-ħruġ għal vjeġġi ta’ skart li jidħlu u joħorġu mill-Unjoni u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni, li jenħtieġ li tagħmel din l-informazzjoni disponibbli pubblikament.
(54)Sabiex jiġi ssupplimentat jew emendat dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 37(13) u 40(8), u tal-Artikolu 72 ta’ dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(55)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tadotta miżuri dwar metodu armonizzat għall-kalkolu tal-garanzija finanzjarja jew tal-assigurazzjoni ekwivalenti, biex tiċċara l-klassifikazzjoni tal-iskart skont dan ir-Regolament (inkluż l-istabbiliment ta’ limitu tal-livell ta’ kontaminazzjoni għal ċertu skart) u biex tiċċara, għal ċerti tipi ta’ komoditajiet, id-distinzjoni bejn merkanzija użata u skart meta jiġu ttrasportati b’mod transkonfinali. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(56)Ir-Regolament (UE) 2020/1056 jistabbilixxi qafas legali għall-komunikazzjoni elettronika ta’ informazzjoni regolatorja bejn l-operaturi ekonomiċi kkonċernati u l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni u jkopri partijiet minn dan ir-Regolament fid-dispożizzjonijiet tiegħu. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istrumenti, ir-Regolament (UE) 2020/1056 jeħtieġ li jiġi emendat.
(57)Huwa meħtieġ li jiġi previst biżżejjed żmien għall-operaturi ekonomiċi sabiex jikkonformaw mal-obbligi ġodda tagħhom skont dan ir-Regolament, kif ukoll għall-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jistabbilixxu l-infrastruttura amministrattiva meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ diversi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tiġi differita wkoll għal data fejn dawk it-tħejjijiet ikunu jistgħu jiġu ffinalizzati b’mod raġonevoli. Il-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament se jsiru applikabbli xahrejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, filwaqt li d-dispożizzjonijiet marbuta mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 26 għall-ħruġ u l-iskambju ta’ dokumenti b’mod elettroniku se jsiru applikabbli sentejn wara din id-data, u xi dispożizzjonijiet relatati mal-esportazzjoni tal-iskart se jsiru applikabbli tliet snin wara din id-data. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe lakuna regolatorja, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li xi dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jibqgħu fis-seħħ, sad-data meta d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament b’applikazzjoni mdewma jsiru applikabbli.
(58)Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minflok, minħabba l-ħtieġa ta’ armonizzazzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Titolu I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem billi jipprevjeni jew inaqqas l-impatti avversi li jistgħu jirriżultaw mill-vjeġġi ta’ skart. Jistabbilixxi proċeduri u reġimi ta’ kontroll għall-vjeġġi tal-iskart, skont l-oriġini, id-destinazzjoni u r-rotta tal-vjeġġ, it-tip ta’ skart ittrasportat u t-tip ta’ trattament li għandu jiġi applikat fuq l-iskart fid-destinazzjoni tiegħu.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament għandu japplika:
(a)vjeġġi ta’ skart bejn l-Istati Membri, bi tranżitu jew mingħajr tranżitu tramite pajjiżi terzi;
(b)għall-vjeġġi ta’ skart importat lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi;
(c)għall-vjeġġi ta’ skart esportat mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi;
(d)vjeġġi ta’ skart fi tranżitu tramite l-Unjoni lejn jew minn pajjiżi terzi.
2.Dan ir-Regolament ma għandux japplika:
(a)il-ħatt ta’ skart għal fuq ix-xatt, inklużi l-ilma mormi u r-residwi, iġġenerati mit-tħaddim normali tal-bastimenti u tal-pjattaformi lil hinn mill-kosta, diment li tali skart ikun soġġett għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti jew ta’ strumenti internazzjonali vinkolanti oħrajn;
(b)l-iskart iġġenerat abbord vetturi, ferroviji, ajruplani u bastimenti, sal-ewwel waqfa, stazzjon, ajruport jew port fl-Unjoni fejn il-vettura, il-ferrovija, l-ajruplan jew il-bastiment, rispettivament, jibqgħu għal żmien twil biżżejjed biex jippermettu l-ħatt tal-iskart sabiex jiġi rkuprat jew jintrema;
(c)għall-vjeġġi ta’ skart radjuattiv kif definit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom;
(d)għall-vjeġġi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati kif definiti fl-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, rispettivament, għajr prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati mħallta jew ikkontaminati bi kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE;
(e)għall-vjeġġi tal-iskart imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 2(1), u fil-punti (a), (d) u (e) tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, fejn tali vjeġġi jkunu diġà koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni;
(f)vjeġġi ta’ skart mill-Antartiku lejn l-Unjoni li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Protokoll dwar il-Ħarsien Ambjentali tat-Trattat dwar l-Antartiku;
(g)għall-vjeġġi ta’ CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(h)bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, bl-eċċezzjoni ta’ bastimenti li jsiru skart f’żona taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, li għalihom japplikaw it-Titolu VII u t-Titolu VIII tal-Artikolu 36;
3.Għall-importazzjonijiet ta’ skart iġġenerat mill-forzi armati jew minn organizzazzjonijiet ta’ għajnuna f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, stabbiliment tal-paċi jew operazzjonijiet għall-istabbiliment tal-paċi fejn tali skart jiġi ttrasportat, minn dawk il-forzi armati jew l-organizzazzjonijiet ta’ għajnuna kkonċernati jew f’isimhom, direttament jew indirettament lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni, għandu japplika biss l-Artikolu 48(6).
4.Il-vjeġġi ta’ skart mill-Antartiku lejn pajjiżi terzi, li jittranżitaw tramite l-Unjoni, għandhom ikunu soġġetti għall-Artikoli 36 u 56.
5.Għall-vjeġġi ta’ skart esklużivament fi Stat Membru, għandu japplika biss l-Artikolu 33.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“taħlita ta’ skart” tfisser skart li jirriżulta minn taħlit intenzjonat jew mhux intenzjonat ta’ żewġ tipi differenti jew iktar ta’ skart, li huma elenkati f’entrati differenti fl-Annessi III, IIIB u IV, jew, fejn applikabbli, f’inċiżi jew f’subinċiżi differenti ta’ tali entrati. Skart ittrasportat fi vjeġġ wieħed ta’ skart, li jikkonsisti f’żewġ tipi jew aktar ta’ skart, fejn kull skart ikun separat, mhuwiex taħlita ta’ skart;
(2)“rimi interim” tfisser kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet ta’ rimi D 13 sa D 15 imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE;
(3)“rkupru interim” tfisser kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet ta’ rkupru R 12 u R 13 imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE;
(4)“immaniġġjar ambjentalment san” tfisser it-teħid tal-passi prattikabbli kollha sabiex jiġi żgurat li l-iskart jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent minn effetti avversi li jistgħu jirriżultaw minn tali skart;
(5)“destinatarju” tfisser il-persuna jew l-impriża taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali tal-pajjiż tad-destinazzjoni li lilha jew għaliha l-iskart jiġi ttrasportat għall-irkupru jew għar-rimi;
(6)“notifikatur” tfisser:
(a)fil-każ ta’ vjeġġ li joriġina minn Stat Membru, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru li tippjana jew twettaq vjeġġ ta’ skart u li lilha jiġi assenjat id-dmir li tinnotifika, u li hija elenkata hawn taħt:
(i) il-produttur oriġinali tal-iskart;
(ii) il-produttur tal-iskart il-ġdid li jwettaq operazzjonijiet qabel il-vjeġġ,
(iii) kollettur li, minn kwantitajiet żgħar varji tal-istess tip ta’ skart miġbur minn varjetà ta’ sorsi, ikun ġabar il-vjeġġ li għandu jibda minn lok wieħed notifikat;
(iv) negozjant jew sensar li jaġixxi f’isem kwalunkwe waħda mill-kategoriji speċifikati fil-punti (i), (ii) jew (iii);
(v) meta l-persuni kollha speċifikati hawn fuq, ma jkunux magħrufa jew ikunu insolventi, id-detentur tal-iskart;
(b)fil-każ ta’ importazzjoni fl-Unjoni, jew ta’ tranżitu mill-Unjoni, ta’ skart li ma joriġinax minn Stat Membru, kwalunkwe waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali tal-pajjiż tad-dispaċċ li tippjana jew twettaq vjeġġ ta’ skart jew li jkollha l-ħsieb li jkollha, jew li kellha, vjeġġ ta’ skart imwettaq:
(i) il-persuna ddeżinjata mil-liġi tal-pajjiż tad-dispaċċ;
(ii) fin-nuqqas ta’ persuna ddeżinjata mil-liġi tal-pajjiż tad-dispaċċ, id-detentur tal-iskart fil-ħin li tkun seħħet l-esportazzjoni;
(7)“kollettur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq ġbir ta’ skart kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.
(8) “awtorità kompetenti” tfisser:
(a)fil-każ ta’ Stat Membru, il-korp iddeżinjat mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 71;
(b)fil-każ ta’ pajjiż terz li jkun Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel tat-22 ta’ Marzu 1989 dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu (“il-Konvenzjoni ta’ Basel”); il-korp iddeżinjat minn dak il-pajjiż bħala l-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Konvenzjoni ta’ Basel f’konformità mal-Artikolu 5 tagħha;
(c)fil-każ ta’ kwalunkwe pajjiż mhux imsemmi fil-punt (a) jew fil-punt (b), il-korp li jkun inħatar bħala l-awtorità kompetenti mill-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali deżinjazzjoni, l-awtorità regolatorja għal dak il-pajjiż jew ir-reġjun, kif xieraq, li għandha ġurisdizzjoni fuq il-vjeġġi ta’ skart għall-irkupru jew għar-rimi, jew għal tranżitu, skont kif ikun il-każ;
(9)“awtorità kompetenti tad-dispaċċ” tfisser l-awtorità kompetenti għaż-żona li minnha jibda jew huwa ippjanat li jibda vjeġġ;
(10)“awtorità kompetenti tad-destinazzjoni” tfisser l-awtorità kompetenti għaż-żona li għaliha huwa ppjanat jew li fiha jseħħ il-vjeġġ, jew inkella li fiha jitgħabba l-iskart qabel l-irkupru jew ir-rimi f’żona li ma hijiex taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta’ kwalunkwe pajjiż;
(11)“awtorità kompetenti ta’ tranżitu” tfisser l-awtorità kompetenti għal kwalunkwe pajjiż, minbarra l-pajjiż tal-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni, minn fejn huwa ppjanat li jseħħ jew effettivament iseħħ il-vjeġġ;
(12)“pajjiż tad-dispaċċ” tfisser kwalunkwe pajjiż li minnu jibda jew huwa ippjanat li jibda vjeġġ ta’ skart;
(13)“pajjiż tad-destinazzjoni” tfisser kwalunkwe pajjiż li lejh isir jew huwa ppjanat li jsir vjeġġ ta’ skart għall-irkupru jew għar-rimi fih, jew għall-fini ta’ tagħbija qabel l-irkupru jew ir-rimi f’żona mhux taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta’ kwalunkwe pajjiż;
(14)“pajjiż ta’ tranżitu” tfisser kwalunkwe pajjiż, barra l-pajjiż tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni, li minnu jsir jew huwa ppjanat li jsir vjeġġ ta’ skart;
(15)“żona taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta’ pajjiż” tfisser kwalunkwe art jew żona tal-baħar li fiha Stat jeżerċita responsabbiltà amministrattiva u regolatorja f’konformità mad-dritt internazzjonali fir-rigward tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent;
(16)“pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej” tfisser il-pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej kif elenkati fl-Anness II tat-Trattat;
(17)“uffiċċju doganali tal-esportazzjoni” tfisser l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446;
(18)“uffiċċju doganali tal-ħruġ” tfisser l-uffiċċju doganali tal-ħruġ kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 329 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447;
(19)“uffiċċju doganali tad-dħul” tfisser l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446;
(20)“importazzjoni” tfisser kwalunkwe dħul ta’ skart fl-Unjoni, iżda eskluż it-tranżitu tramite l-Unjoni;
(21)“esportazzjoni” tfisser kwalunkwe ħruġ ta’ skart mill-Unjoni, iżda eskluż it-tranżitu tramite l-Unjoni;
(22)“tranżitu” tfisser vjeġġ ta’ skart jew vjeġġ ippjanat ta’ skart tramite pajjiż wieħed jew aktar, minbarra l-pajjiż tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni;
(23)“trasport” tfisser il-ġarr ta’ skart bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru, bil-baħar jew mill-passaġġi fuq l-ilma interni;
(24)“vjeġġ” tfisser it-trasport ta’ skart destinat għall-irkupru jew għar-rimi mill-punt tat-tagħbija sakemm l-iskart jiġi rkuprat jew jintrema fil-pajjiż tad-destinazzjoni, li huwa ppjanat li jsir, jew li jsir:
(a)bejn pajjiż u pajjiż ieħor;
(b)bejn pajjiż u pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej jew żoni oħra, taħt il-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż;
(c)bejn pajjiż u kwalunkwe żona ġeografika li mhijiex parti minn xi pajjiż taħt id-dritt internazzjonali;
(d)bejn pajjiż u l-Antartiku;
(e)minn pajjiż wieħed tramite kwalunkwe waħda miż-żoni msemmija fil-punti minn (a) sa (d);
(f)f’xi pajjiż tramite kwalunkwe waħda miż-żoni msemmija fil-punti minn (a) sa (d) u li joriġina mill-istess pajjiż u jispiċċa fih; jew
(g)minn xi żona ġeografika mhux taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta’ xi pajjiż, lejn xi pajjiż;
(25)“vjeġġ illegali” tfisser kwalunkwe vjeġġ ta’ skart li jitwettaq:
(a)mingħajr notifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont dan ir-Regolament;
(b)mingħajr il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont dan ir-Regolament;
(c)bil-kunsens miksub mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont dan ir-Regolament permezz ta’ falsifikazzjoni, dikjarazzjoni falza jew frodi;
(d)b’mod li mhuwiex f’konformità mal-informazzjoni fid-dokumenti ta’ notifika jew ta’ moviment;
(e)b’mod li jirriżulta f’irkupru jew f’rimi b’kontravenzjoni ta’ regoli tal-Unjoni jew internazzjonali;
(f)kuntrarjament għall-Artikoli 11, 34, 36, 37, 42, 44, 45, 46 jew 47;
(g)b’mod li, b’rabta ma’ vjeġġi ta’ skart kif imsemmija fl-Artikoli 4(3) u (5), jirriżulta minħabba kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(i) l-iskart ma jkunx elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA jew fl-Anness IIIB,
(ii) nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 4(5),
(iii) nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 18;
(26)“spezzjoni” tfisser azzjoni li ssir minn awtorità biex jiġi aċċertat jekk stabbiliment, impriża, sensar, negozjant, vjeġġ ta’ skart jew l-irkupru jew ir-rimi relatat jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(27)“ġerarkija tal-iskart” tfisser ġerarkija tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ “skart”, “skart perikoluż”, “trattament”, “rimi”, “irkupru”, “tħejjija għall-użu mill-ġdid”, “użu mill-ġdid”, “riċiklaġġ”, “produttur tal-iskart”, “detentur tal-iskart”, “negozjant” u “sensar” stabbiliti fl-Artikolu 3, il-punti (1), (2), (14), (19), (15), (16), (13), (17), (5), (6), (7) u (8) rispettivament tad-Direttiva 2008/98/KE.
Titolu II
Vjeġġi fl-Unjoni bi jew mingħajr tranżitu tramite pajjiżi terzi
Artikolu 4
Qafas proċedurali kumplessiv
1.Il-vjeġġi tal-iskart kollu destinat għar-rimi huma pprojbiti, għajr jekk ikunu awtorizzati espliċitament f’konformità mal-Artikolu 11. Sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 11 għal vjeġġ ta’ skart destinat għar-rimi, jenħtieġ li tapplika l-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel stabbilita fil-Kapitolu 1.
2.Il-vjeġġi tal-iskart li ġej destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel stabbilita fil-Kapitolu 1:
(a)skart elenkat fl-Anness IV;
(b)skart li mhux klassifikat taħt entrata unika waħda f’xi wieħed mill-Anness III, l-Anness IIIB jew l-Anness IV;
(c)taħlitiet ta’ skart, sakemm mhux elenkati fl-Anness IIIA.
3.Il-vjeġġi tal-iskart li ġej destinat għall-irkupru għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 18, jekk l-ammont ta’ skart ittrasportat jaqbeż l-20 kg:
(a)l-iskart elenkat fl-Anness III jew fl-Anness IIIB;
(b)taħlitiet ta’ skart, diment li l-kompożizzjoni ta’ dawk it-taħlitiet ma tfixkilx l-irkupru ambjentalment san tagħhom u diment li tali taħlitiet ikunu elenkati fl-Anness IIIA.
4.Il-vjeġġi tal-iskart destinat b’mod espliċitu għall-analiżi fil-laboratorju jew għall-provi ta’ trattament sperimentali biex jiġu vvalutati l-karatteristiċi fiżiċi jew kimiċi tiegħu jew biex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tiegħu għall-operazzjonijiet ta’ rkupru jew rimi għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 18, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)l-ammont ta’ skart ma jaqbiżx il-kwantità raġonevolment meħtieġa biex titwettaq l-analiżi jew il-prova f’kull każ partikolari;
(b)l-ammont ta’ skart ma jaqbiżx il-150 kg jew kwalunkwe ammont ogħla maqbul fuq bażi ta’ każ b’każ mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u min-notifikatur.
5.Il-paragrafu 2 għandu japplika għal vjeġġi ta’ skart muniċipali mħallat miġbur minn unitajiet domestiċi privati, minn produtturi tal-iskart oħrajn jew mit-tnejn, kif ukoll għal skart muniċipali mħallat li kien soġġett għal operazzjoni ta’ trattament tal-iskart li ma biddlitx sostanzjalment il-proprjetajiet tiegħu, meta tali skart ikun destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru. Il-vjeġġi ta’ tali skart destinat għar-rimi għandhom jiġu pprojbiti.
Kapitolu 1
Notifika u kunsens bil-miktub minn qabel
Artikolu 5
Notifika
1.Huma biss in-notifikaturi li jkunu rċevew permess jew li jkunu rreġistrati f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/98/KE li jistgħu jissottomettu notifika bil-miktub minn qabel (“notifika”).
Meta dawk in-notifikaturi jkollhom l-intenzjoni li jittrasportaw l-iskart imsemmi fl-Artikolu 4(1) jew (2), huma għandhom jissottomettu notifika lill-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati.
Meta dawk in-notifikaturi jissottomettu notifika ġenerali għal diversi vjeġġi kif imsemmi fl-Artikolu 13, huma għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu.
Meta vjeġġ ikun destinat għal faċilità approvata minn qabel skont l-Artikolu 14, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali fil-paragrafi 6, 8 u 9 ta’ dak l-Artikolu.
2.In-notifika għandha tinkludi d-dokumenti li ġejjin:
(a)id-dokument ta’ notifika stabbilit fl-Anness IA (“id-dokument ta’ notifika”);
(b)id-dokument ta’ moviment stabbilit fl-Anness IB (“id-dokument ta’ moviment”).
In-notifikatur għandu jipprovdi l-informazzjoni fid-dokument ta’ notifika u, meta disponibbli, l-informazzjoni fid-dokument ta’ moviment.
Meta n-notifikatur ma jkunx il-produttur oriġinali tal-iskart imsemmi fil-punt (6)(a)(i) tal-Artikolu 3, in-notifikatur għandu jiżgura li l-produttur oriġinali tal-iskart jew waħda mill-persuni indikati fil-punti (6)(a)(ii) jew (iii) tal-Artikolu 3, jiffirmaw ukoll id-dokument ta’ notifika.
3.Id-dokument ta’ notifika jew l-anness tiegħu, għandu jkun fih l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kif elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II. Id-dokument ta’ moviment jew l-anness tiegħu, għandu jkun fih l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fil-Parti 2 tal-Anness II, meta disponibbli.
4.Notifika għandha titqies li tkun twettqet kif suppost meta l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tkun sodisfatta li d-dokument ta’ notifika u d-dokument ta’ moviment ikunu tlestew f’konformità mal-ewwel paragrafu 3.
5.Meta mitlub minn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, in-notifikatur għandu jipprovdi informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali. Lista ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali li jistgħu jintalbu hija stabbilita fil-Parti 3 tal-Anness II.
Notifika għandha titqies bħala kompluta kif suppost meta l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tkun sodisfatta li d-dokument ta’ notifika u d-dokument ta’ moviment li jkunu twettqu kif suppost f’konformità mal-paragrafu 3 ikunu ġew ikkompletati bi kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali kif elenkati fil-Parti 3 tal-Anness II.
6.Għandha tiġi pprovduta evidenza tal-kuntratt konkluż f’konformità mal-Artikolu 6 jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu f’konformità mal-Anness IA lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fil-ħin tan-notifika.
7.Dikjarazzjoni li tkun ġiet stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti f’konformità mal-Artikolu 7 għandha tiġi pprovduta min-notifikatur permezz tat-tlestija tal-parti xierqa tad-dokument ta’ notifika.
Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 7 jew, jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jippermettu hekk, dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha f’konformità mal-Anness IA, għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bħala parti mid-dokument ta’ notifika fil-ħin tan-notifika.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-evidenza msemmija f’dak is-subparagrafu tista’, fejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jippermettu hekk, tiġi pprovduta wara li tiġi sottomessa n-notifika, iżda mhux aktar tard qabel ma jibda l-vjeġġ.
8.In-notifika għandha tkopri l-vjeġġ ta’ skart mill-post tad-dispaċċ inizjali tiegħu u inkluż l-irkupru jew ir-rimi interim u mhux interim tiegħu.
Meta l-operazzjonijiet ta’ rkupru jew rimi interim jew mhux interim sussegwenti jseħħu f’pajjiż għajr l-ewwel pajjiż tad-destinazzjoni, l-operazzjoni mhux interim u d-destinazzjoni tagħha għandhom jiġu indikati fin-notifika u għandu japplika l-Artikolu 15(6).
Għandu jkun kopert kodiċi wieħed biss ta’ identifikazzjoni tal-iskart għal kull notifika. Fejn l-iskart ma jkunx ikklassifikat taħt entrata waħda fl-Anness III, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV, għandu jkun kopert ukoll kodiċi wieħed biss ta’ identifikazzjoni tal-iskart għal kull notifika.
Meta t-taħlitiet ta’ skart ma jkunux ikklassifikati taħt entrata waħda fl-Anness III, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV, iżda jkunu elenkati fl-Anness IIIA, il-kodiċi għal kull frazzjoni tal-iskart għandu jiġi speċifikat skont l-importanza.
Artikolu 6
Kuntratt
1.Il-vjeġġi kollha ta’ skart li għalihom hija meħtieġa notifika għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit tal-konklużjoni ta’ kuntratt bejn in-notifikatur u d-destinatarju għall-irkupru jew ir-rimi tal-iskart innotifikat.
2.Il-kuntratt għandu jiġi konkluż u jkun effettiv fil-mument tan-notifika u għad-durata tal-vjeġġ sakemm jinħareġ ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 15(5), mal-Artikolu 16(4), jew, fejn xieraq, mal-Artikolu 15(4).
3.Il-kuntratt għandu jinkludi obbligi:
(a)fuq in-notifikatur biex jieħu l-iskart lura jekk il-vjeġġ jew l-irkupru jew ir-rimi ma jkunx tlesta kif maħsub jew jekk ikun sar bħala vjeġġ illegali, f’konformità mal-Artikolu 22 u mal-Artikolu 24(2);
(b)fuq id-destinatarju sabiex jirkupra jew jarmi l-iskart jekk dan ikun sar bħala vjeġġ illegali, f’konformità mal-Artikolu 24(4);
(c)fuq il-faċilità fejn jiġi rkuprat jew jintrema l-iskart, sabiex tipprovdi, f’konformità mal-Artikolu 16(4), ċertifikat li l-iskart ikun ġie rkuprat jew intrema f’konformità man-notifika u mal-kundizzjonijiet speċifikati fiha u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
4.Meta l-iskart ittrasportat ikun destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru interim jew rimi interim, il-kuntratt għandu jinkludi l-obbligi addizzjonali li ġejjin:
(a)fuq id-destinatarju sabiex jipprovdi, f’konformità mal-Artikolu 15(4) u, fejn xieraq, mal-Artikolu 15(5), iċ-ċertifikat(i) mill-faċilità jew mill-faċilitajiet li jwettqu l-operazzjoni(jiet) ta’ rkupru jew rimi mhux interim, li l-iskart kollu riċevut f’konformità man-notifika u mal-kundizzjonijiet speċifikati fiha u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, ikun ġie rkuprat jew intrema, filwaqt li, fejn possibbli, jiġu speċifikati l-kwantità u t-tip ta’ skart kopert minn kull ċertifikat;
(b)fuq id-destinatarju sabiex jissottometti, fejn applikabbli, notifika lill-awtorità kompetenti inizjali tal-pajjiż tad-dispaċċ inizjali f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 15(6).
5.Meta l-iskart jiġi ttrasportat bejn żewġ stabbilimenti taħt il-kontroll tal-istess entità ġuridika, il-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi sostitwit b’dikjarazzjoni minn dik l-entità ġuridika. Dik id-dikjarazzjoni għandha tkopri l-obbligi msemmija fil-paragrafu 3.
Artikolu 7
Garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti
1.Il-vjeġġi kollha ta’ skart li għalihom hija meħtieġa notifika għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti, li tkopri l-kostijiet kollha li ġejjin:
(a)il-kostijiet tat-trasport;
(b)il-kostijiet tal-irkupru jew tar-rimi, inklużi dawk ta’ kwalunkwe operazzjoni interim meħtieġa;
(c)il-kostijiet tal-ħżin għal 90 jum.
2.Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tkopri l-kostijiet li jinħolqu fil-kuntest tal-każijiet kollha li ġejjin:
(a)każijiet fejn vjeġġ jew l-irkupru jew ir-rimi ma jistgħux jitlestew kif maħsub, kif imsemmi fl-Artikolu 22;
(b)każijiet fejn vjeġġ jew l-irkupru jew ir-rimi jkunu illegali, kif imsemmi fl-Artikolu 24.
3.Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tiġi stabbilita min-notifikatur jew minn persuna fiżika jew ġuridika oħra f’ismu u għandha tkun effettiva fil-mument tan-notifika jew, jekk l-awtorità kompetenti li tapprova l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti tippermetti, mhux aktar tard minn meta jibda l-vjeġġ. Il-garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti għandha tapplika għall-vjeġġ innotifikat mhux iktar tard minn meta jibda l-vjeġġ.
4.L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tapprova l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti, inkluż il-forma, it-test u l-ammont tal-kopertura.
F’każijiet ta’ importazzjoni lejn l-Unjoni, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fl-Unjoni għandha tirrieżamina l-ammont tal-kopertura u, jekk meħtieġ, tapprova garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti addizzjonali.
5.Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tkun valida għal, u tkopri, vjeġġ innotifikat u t-tlestija tal-irkupru jew tar-rimi tal-iskart innotifikat.
Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tiġi rrilaxxata meta l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun irċeviet iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16(4) jew, fejn ikun xieraq, iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(5) fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi interim.
6.B’deroga mill-paragrafu 5, meta l-iskart ittrasportat ikun destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi interim u sseħħ operazzjoni ulterjuri ta’ rkupru jew ta’ rimi fil-pajjiż tad-destinazzjoni, il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti tista’ tiġi rilaxxata meta l-iskart jitlaq mill-faċilità interim u l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun irċeviet iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16(4). F’dak il-każ, kwalunkwe vjeġġ ulterjuri lejn faċilità għall-irkupru jew għar-rimi għandu jkun kopert minn garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti ġdida, sakemm l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni ma tkunx sodisfatta li tali garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti mhijiex meħtieġa. F’dawk iċ-ċirkostanzi, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tkun responsabbli għall-obbligi li jinqalgħu fil-każ ta’ teħid lura meta l-vjeġġ jew l-operazzjoni ulterjuri ta’ rkupru jew ta’ rimi ma tkunx tista’ titlesta kif maħsub, kif imsemmi fl-Artikolu 22, jew fil-każ ta’ vjeġġ illegali, kif imsemmi fl-Artikolu 24.
7.L-awtorità kompetenti fl-Unjoni li tkun approvat il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandu jkollha aċċess għal dik il-garanzija jew għal dik l-assigurazzjoni, u għandha tagħmel użu mill-finanzjament, inkluż għall-fini ta’ pagamenti lil awtoritajiet oħra kkonċernati, sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi li jinħolqu f’konformità mal-Artikoli 23 u 25.
8.Fil-każ ta’ notifika ġenerali skont l-Artikolu 13, tista’ tiġi stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti li tkopri partijiet tan-notifika ġenerali, minflok waħda li tkopri n-notifika ġenerali sħiħa. F’tali każijiet, il-garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti għandha tapplika għall-vjeġġ innotifikat li tkopri mhux iktar tard minn meta jibda dak il-vjeġġ.
9.Il-garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rrilaxxata meta l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun irċeviet iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16(4) jew, fejn xieraq, fl-Artikolu 15(5) fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi interim għall-iskart relevanti. Il-paragrafu 6 għandu japplika mutatis mutandis.
10.Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data ta’ sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], tivvaluta l-fattibbiltà tal-istabbiliment ta’ metodu ta’ kalkolu armonizzat għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ garanziji finanzjarji jew assigurazzjonijiet ekwivalenti u, jekk xieraq, tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi tali metodu ta’ kalkolu armonizzat. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 77(2).
Fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis, inter alia, ir-regoli rilevanti tal-Istati Membri relatati mal-kalkolu tal-garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti kif imsemmi f’dan l-Artikolu.
Artikolu 8
Talbiet għal informazzjoni u dokumentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati
1.Jekk in-notifika ma tkunx imwettqa kif suppost, kif imsemmi fl-Artikolu 5(4), l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha titlob l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni min-notifikatur f’konformità mal-Artikolu 5(3).
It-talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tintbagħat lin-notifikatur fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara s-sottomissjoni tan-notifika.
2.In-notifikatur għandu jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien sebat ijiem wara t-talba mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ.
3.Meta l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tqis li n-notifika tkun għadha ma twettqitx kif suppost kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) wara li l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mitluba jkunu ġew miżjuda man-notifika, jew meta ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni min-notifikatur skont il-paragrafu 2, hija għandha tiddeċiedi li n-notifika mhijiex valida u ma għandhiex tiġi pproċessata aktar.
L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tinforma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikkonċernati bid-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, fi żmien sebat ijiem wara li l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mitluba jkunu ġew miżjuda man-notifika jew meta ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni min-notifikatur skont il-paragrafu 2.
4.Meta n-notifika tkun twettqet kif suppost, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tinforma minnufih lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra b’dan.
Meta kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tqis li huma meħtieġa informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali biex titlesta n-notifika kif imsemmi fl-Artikolu 5(4), hija għandha, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara li tirċievi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, titlob tali informazzjoni u dokumentazzjoni mingħand in-notifikatur u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn b’dik it-talba.
5.In-notifikatur għandu jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 fi żmien sebat ijiem wara t-talba mill-awtorità kompetenti kkonċernata.
Meta kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti tqis li n-notifika tkun għadha ma tlestietx, jew in-notifikatur ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba, sad-data tal-għeluq stabbilita fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara l-iskadenza tad-data tal-għeluq stabbilita fl-ewwel subparagrafu, tiddeċiedi li n-notifika mhijiex valida u ma għandhiex tiġi pproċessata aktar.
Jekk ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu sal-iskadenza stabbilita, in-notifika għandha titqies li tlestiet.
L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinforma minnufih lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra bid-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu.
6.Meta, fi żmien 30 jum mis-sottomissjoni tan-notifika, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma tkunx aġixxiet f’konformità mal-paragrafu 3 jew mal-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, hija għandha tipprovdi lin-notifikatur bi spjegazzjoni motivata fuq talba.
Meta, fi żmien 30 jum wara s-sottomissjoni tan-notifika, awtorità kompetenti ma tkunx aġixxiet skont il-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, jew il-paragrafu 5, u ma tkunx tat il-kunsens għal vjeġġ skont l-Artikolu 11(2) jew tkun oġġezzjonat għal vjeġġ skont l-Artikolu 12 għal raġunijiet relatati man-notifika li ma tkunx kompluta kif imsemmi fl-Artikolu 5(4), hija għandha tipprovdi lin-notifikatur bi spjegazzjoni motivata fuq talba.
Artikolu 9
Kunsensi mill-awtoritajiet kompetenti u l-perjodi ta’ żmien għat-trasport, għall-irkupru jew għar-rimi
1.L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u tat-tranżitu għandhom jieħdu, fi żmien 30 jum wara s-sottomissjoni tan-notifika, waħda mid-deċiżjonijiet debitament motivati li ġejjin fir-rigward tal-vjeġġ innotifikat:
(a)kunsens mingħajr kundizzjonijiet;
(b)kunsens b’kundizzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10;
(c)oġġezzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 12.
Il-kunsens taċitu tal-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tat-tranżitu jista’ jiġi preżunt jekk ma ssir ebda oġġezzjoni fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-ewwel subparagrafu. Dak il-kunsens taċitu għandu jkun validu għall-perjodu msemmi fil-kunsens bil-miktub mogħti mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.
2.L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, u, fejn ikun il-każ, tad-dispaċċ u tat-tranżitu, għandhom jittrażmettu d-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha lin-notifikatur fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 1. Dik id-deċiżjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha.
Meta, fi żmien 30 jum wara s-sottomissjoni tan-notifika, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni skont il-paragrafu 1, hija għandha tipprovdi lin-notifikatur bi spjegazzjoni motivata fuq talba.
3.Il-kunsens bil-miktub għal vjeġġ ippjanat għandu jiskadi fid-data iktar tard kif indikat fid-dokument tan-notifika. Ma għandux ikopri perjodu ta’ iktar minn sena kalendarja waħda jew kwalunkwe perjodu iqsar kif indikat fid-deċiżjoni tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
4.Il-vjeġġ ippjanat jista’ jseħħ biss wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 16(1), u matul il-perjodu ta’ validità tal-kunsens taċitu jew bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha. Vjeġġ għandu jkun telaq mill-pajjiż tad-dispaċċ sa tmiem il-perjodu ta’ validità tal-kunsens taċitu jew bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha.
5.L-irkupru jew ir-rimi tal-iskart b’rabta ma’ vjeġġ ippjanat għandu jitlesta sa mhux aktar tard minn sena kalendarja waħda wara l-wasla tal-iskart fil-faċilità li tirkupra jew tarmi l-iskart ittrasportat, sakemm ma jiġix indikat perjodu iqsar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fid-deċiżjoni tagħhom.
6.L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirtiraw il-kunsens taċitu jew bil-miktub tagħhom meta jkunu jafu b’xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)il-kompożizzjoni tal-iskart ma tkunx kif ġie nnotifikat;
(b)il-kundizzjonijiet imposti fuq il-vjeġġ ma ġewx irrispettati;
(c)l-iskart ma jkunx ġie rkuprat jew ma jintremiex f’konformità mal-permess tal-faċilità li twettaq l-operazzjoni ta’ rkupru jew l-operazzjoni ta’ rimi;
(d) l-iskart għandu jiġi, jew ikun ġie, ittrasportat, irkuprat jew intrema b’mod li ma jkunx konformi mal-informazzjoni pprovduta fuq id-dokumenti ta’ notifika u ta’ moviment, jew annessa magħhom.
7.Kwalunkwe rtirar ta’ kunsens għandu jiġi trażmess permezz ta’ notifika uffiċjali lin-notifikatur, lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u lid-destinatarju.
Artikolu 10
Kundizzjonijiet għal vjeġġ
1.L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u tat-tranżitu jistgħu, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-kunsens tagħhom għal vjeġġ innotifikat. Tali kundizzjonijiet għandhom ikunu ibbażati fuq waħda jew iktar mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 12.
2.L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u ta’ tranżitu jistgħu wkoll, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), jistabbilixxu l-kundizzjonijiet fir-rigward tat-trasport tal-iskart fi ħdan il-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom. Tali kundizzjonijiet tat-trasport ma għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-rigward ta’ vjeġġi simili li jseħħu kompletament fil-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom u għandhom jieħdu kont debitu tal-ftehimiet eżistenti, b’mod partikolari l-ftehimiet internazzjonali rilevanti.
3.L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u tat-tranżitu jistgħu wkoll, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), jistabbilixxu kundizzjoni li l-kunsens tagħhom għandu jitqies bħala rtirat jekk il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti ma tkunx applikabbli mhux aktar tard minn meta jibda l-vjeġġ innotifikat, kif meħtieġ mill-Artikolu 7(3).
4.Il-kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fid-dokument ta’ notifika, jew jiġu annessi miegħu, mill-awtorità kompetenti li tistabbilihom.
5.L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tista’ wkoll, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), tistabbilixxi kundizzjoni li l-faċilità li tirċievi l-iskart għandha żżomm rekord regolari ta’ inputs, outputs u/jew bilanċi għall-iskart, kif ukoll l-operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi relatati kif speċifikati fin-notifika, u għall-perjodu ta’ validità tan-notifika. Tali rekords għandhom jiġu ffirmati minn persuna legalment responsabbli għall-faċilità u għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fi żmien xahar mit-tlestija tal-operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ rimi nnotifikata.
Artikolu 11
Projbizzjoni ta’ vjeġġi ta’ skart destinat għar-rimi
1.Meta tiġi sottomessa notifika dwar vjeġġ ippjanat ta’ skart destinat għar-rimi f’konformità mal-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni għandhom jagħtu l-kunsens tagħhom bil-miktub għal dak il-vjeġġ biss, fil-limitu ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)in-notifikatur juri li:
(i) l-iskart ma jistax jiġi rkuprat b’mod teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli, jew irid jintrema minħabba obbligi legali fid-dritt tal-Unjoni jew internazzjonali;
(ii)l-iskart ma jistax jintrema b’mod teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli fil-pajjiż fejn ġie ġġenerat;
(iii)il-vjeġġ jew ir-rimi ppjanat ikun f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u l-prinċipji ta’ prossimità u ta’ awtosuffiċjenza fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali kif stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE;
(b)in-notifikatur jew id-destinatarju ma jkunx preċedentement ġie misjub ħati ta’ vjeġġ illegali jew ta’ xi att illegali ieħor b’rabta mal-protezzjoni ambjentali;
(c)in-notifikatur jew il-faċilità ma jkunux naqsu milli jikkonformaw mal-Artikoli 15 u 16 b’rabta ma’ vjeġġi ta’ skart preċedenti;
(d)il-vjeġġ jew ir-rimi ppjanati ma jmorrux kontra l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali konklużi mill-Istat Membru/Istati Membri kkonċernat(i) jew mill-Unjoni;
(e)l-iskart ikkonċernat ikun se jiġi ttrattat f’konformità ma’ standards ta’ protezzjoni ambjentali legalment vinkolanti fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rimi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u, jekk il-faċilità tkun koperta mid-Direttiva 2010/75/UE, għandha tapplika l-aħjar tekniki disponibbli kif definit fl-Artikolu 3(10) ta’ dik id-Direttiva f’konformità mal-permess tal-faċilità;
(f)l-iskart mhuwiex skart muniċipali mħallat (il-kodiċi tal-iskart 20 03 01 jew 20 03 99) miġbur minn unitajiet domestiċi privati, minn produtturi tal-iskart oħrajn jew mit-tnejn, jew skart muniċipali mħallat li kien soġġett għal operazzjoni ta’ trattament tal-iskart li ma bidlitx sostanzjalment il-proprjetajiet tiegħu.
2.L-awtoritajiet kompetenti tat-tranżitu għandhom jagħtu l-kunsens tagħhom għal dak il-vjeġġ biss, fi żmien il-limitu ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (b), (c) u (d), ta’ dan l-Artikolu jkunu ssodisfati.
3.Meta l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkunux awtorizzaw vjeġġ ippjanat ta’ skart destinat għar-rimi fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), in-notifika ta’ dak il-vjeġġ ma għandhiex tibqa’ valida u l-vjeġġ għandu jkun ipprojbit f’konformità mal-Artikolu 4(1). Fil-każijiet meta n-notifikatur jibqa’ bil-ħsieb li jagħmel il-vjeġġ, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha ma jkunux ftiehmu mod ieħor.
4.Il-kunsensi mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1 għandu jiġi nnotifikat minnufih lill-Kummissjoni li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b’dan.
Artikolu 12
Oġġezzjonijiet għal vjeġġi ta’ skart destinat għall-irkupru
1.Meta tiġi sottomessa notifika rigward vjeġġ ippjanat ta’ skart destinat għall-irkupru f’konformità mal-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tad-dispaċċ jistgħu, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), iressqu oġġezzjonijiet motivati abbażi ta’ waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)il-vjeġġ jew l-irkupru ppjanat ma jkunux f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE;
(b)l-iskart ikkonċernat ma jiġix ittrattat f’konformità mal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart jew mal-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart imfassla, rispettivament, skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(c)il-vjeġġ jew l-irkupru ppjanat ma jkunux f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali b’rabta mal-protezzjoni ambjentali, l-ordni pubbliku, is-sikurezza pubblika jew il-protezzjoni tas-saħħa fir-rigward ta’ azzjonijiet imwettqa fil-pajjiż tal-awtorità kompetenti li toġġezzjona;
(d)il-vjeġġ jew l-irkupru ppjanat ma jkunux f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ b’rabta mal-irkupru tal-iskart, inkluż fejn il-vjeġġ ippjanat jikkonċerna skart destinat għall-irkupru f’faċilità li jkollha standards ta’ trattament għall-iskart partikolari li jkunu iktar baxxi minn dawk tal-pajjiż tad-dispaċċ, bir-rispett dovut lejn il-ħtieġa li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern, sakemm:
(i) ma jkunx hemm leġiżlazzjoni tal-Unjoni korrispondenti, b’mod partikolari relatata mal-iskart, u rekwiżiti li huma mill-inqas stretti daqs dawk stabbiliti f’dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jkunu ġew introdotti f’leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi tali leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
(ii) l-operazzjoni ta’ rkupru fil-pajjiż tad-destinazzjoni ssir taħt kundizzjonijiet li huma ġeneralment ekwivalenti għal dawk preskritti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż tad-dispaċċ;
(iii) il-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ, minbarra dik koperta mill-punt (i), ma tkunx ġiet innotifikata f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, meta meħtieġ minn dik id-Direttiva;
(e)il-limitazzjoni tal-vjeġġi li jkunu deħlin ta’ skart destinat għall-operazzjonijiet ta’ rkupru għajr ir-riċiklaġġ u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid hija meħtieġa għal Stat Membru sabiex jipproteġi n-network tal-immaniġġjar tal-iskart tiegħu, meta jiġi stabbilit li tali vjeġġi jwasslu biex l-iskart domestiku jkollu jintrema jew jiġi ttrattat b’mod li ma jkunx konsistenti mal-pjanijiet tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart;
(f)in-notifikatur jew id-destinatarju ma jkunx preċedentement ġie misjub ħati ta’ vjeġġ illegali jew ta’ xi att illegali ieħor b’rabta mal-protezzjoni ambjentali.
(g)in-notifikatur jew il-faċilità ripetutament ikunu naqsu milli jikkonformaw mal-Artikoli 15 u 16 b’rabta ma’ vjeġġi preċedenti;
(h)il-vjeġġ jew l-irkupru ppjanat imorru kontra l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali konklużi mill-Istat Membru/Istati Membri kkonċernat(i) jew mill-Unjoni;
(i)il-proporzjon tal-iskart rekuperabbli u mhux rekuperabbli, il-valur stmat tal-materjali li finalment għandhom jiġu rkuprati jew il-kost tal-irkupru u l-kost tar-rimi tal-frazzjoni mhux rekuperabbli tal-iskart ma jiġġustifikawx l-irkupru, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi jew ambjentali;
(j)l-iskart ippjanat għal vjeġġ ikun destinat għar-rimi u mhux għall-irkupru;
(k)l-iskart ikkonċernat ma jiġix ittrattat f’konformità mal-istandards ta’ ħarsien tal-ambjent legalment vinkolanti b’rabta mal-operazzjonijiet ta’ rkupru, jew mal-obbligi ta’ rkupru jew riċiklaġġ legalment vinkolanti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jew inkella l-iskart jiġi ttrattat f’faċilità li hija koperta mid-Direttiva 2010/75/UE, iżda li ma tapplikax l-aħjar tekniki disponibbli kif definiti fl-Artikolu 3(10) ta’ dik id-Direttiva.
2.L-awtoritajiet kompetenti tat-tranżitu jistgħu, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 1, iressqu oġġezzjonijiet motivati għall-vjeġġ ippjanat ta’ skart destinat għall-irkupru abbażi biss tar-raġunijiet stabbiliti fil-punti (c), (f), (g) u (h) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3.Meta, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-problemi li wasslu għall-oġġezzjonijiet tagħhom ġew solvuti, huma għandhom jinfurmaw minnufih lin-notifikatur b’dan.
4.Meta l-problemi li wasslu għall-oġġezzjonijiet ma jiġux solvuti fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 1, in-notifika tal-vjeġġ ta’ skart destinat għall-irkupru ma għandhiex tibqa’ valida. Fil-każijiet meta n-notifikatur jibqa’ bil-ħsieb li jagħmel il-vjeġġ, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha ma jkunux ftiehmu mod ieħor.
5.L-oġġezzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet kompetenti għar-raġunijiet stabbiliti fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu rrapportati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 68.
6.L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali li fuqha jistgħu jkunu bbażati l-oġġezzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, u għandha tiddikjara għal liema skart u operazzjonijiet ta’ rkupru tal-iskart japplikaw dawk l-oġġezzjonijiet, qabel ma tali leġiżlazzjoni tiġi invokata bħala raġuni għal oġġezzjoni motivata.
Artikolu 13
Notifika ġenerali
1.In-notifikatur jista’ jissottometti notifika ġenerali li tkopri diversi vjeġġi meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)l-iskart fil-vjeġġi differenti jkollu karatteristiċi fiżiċi u kimiċi essenzjalment simili;
(b)l-iskart li jkun hemm fil-vjeġġi differenti jiġi ttrasportat lill-istess destinatarju u lejn l-istess faċilità;
(c)l-għażla tar-rotta tal-vjeġġi differenti, b’mod partikolari l-punti ta’ ħruġ minn u ta’ dħul f’kull pajjiż ikkonċernat, kif indikat fid-dokument ta’ notifika tkun l-istess.
2.Meta, minħabba ċirkostanzi imprevedibbli, l-istess għażla tar-rotta ma tkunx tista’ tiġi segwita għall-vjeġġi kollha, in-notifikatur għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bin-notifika ġenerali malajr kemm jista’ jkun, u qabel ma jibdew il-vjeġġi meta l-ħtieġa għal modifika tkun diġà magħrufa.
Meta l-modifika tal-għażla tar-rotta tkun magħrufa qabel il-bidu tal-vjeġġi u tinvolvi awtoritajiet kompetenti għajr dawk ikkonċernati bin-notifika ġenerali, in-notifika ġenerali ma tistax tintuża u għandha tiġi sottomessa notifika ġdida f’konformità mal-Artikolu 5.
3.L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jikkondizzjonaw il-ftehim tagħhom għall-użu ta’ notifika ġenerali soġġett għall-provvista sussegwenti ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali, f’konformità mal-Artikolu 5(3) u (4).
Artikolu 14
Faċilitajiet ta’ rkupru li jingħataw kunsens minn qabel
1.Persuna fiżika jew ġuridika li tippossjedi jew teżerċita kontroll fuq faċilità ta’ rkupru tista’ tissottometti talba sabiex dik il-faċilità tingħata kunsens minn qabel lill-awtorità kompetenti li għandha ġurisdizzjoni fuq il-faċilità, kif iddeżinjati skont l-Artikolu 71.
2.It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri l-informazzjoni li ġejja:
(a)l-isem, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-indirizz tal-faċilità ta’ rkupru;
(b)kopji ta’ permessi maħruġa lill-faċilità ta’ rkupru biex jitwettaq it-trattament tal-iskart skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE, kif ukoll, fejn rilevanti, standards jew ċertifikazzjonijiet li magħhom tikkonforma l-faċilità;
(c)deskrizzjoni tat-teknoloġiji użati, inklużi l-kodiċi(jiet)-R, għall-operazzjoni ta’ rkupru li għaliha jintalab il-kunsens minn qabel;
(d)l-iskart li għalih jintalab il-kunsens minn qabel, kif elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament jew, fejn rilevanti, fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/532/KE;
(e)il-kwantità totali ta’ kull tip ta’ skart li għalih jintalab il-kunsens minn qabel, meta mqabbla mal-kapaċità ta’ trattament li għaliha l-faċilità jkollha permess;
(f)rekords tal-attivitajiet tal-faċilità marbuta mal-irkupru tal-iskart, li jkopru b’mod partikolari l-ammont u t-tipi ta’ skart ittrattat fl-aħħar tliet snin, fejn rilevanti;
(g)evidenza jew attestazzjoni li l-persuna ġuridika jew fiżika li tippossjedi jew teżerċita kontroll fuq il-faċilità ma tkunx instabet ħatja ta’ vjeġġ illegali jew kwalunkwe att illegali ieħor b’rabta mal-immaniġġjar tal-iskart.
3.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 76 biex jemendaw il-paragrafu 2 fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fit-talba.
4.Il-proċedura msemmija fil-paragrafi 5 sa 10 ta’ dan l-Artikolu għandha tapplika għall-kunsens minn qabel ta’ faċilità li għaliha tkun ġiet sottomessa talba f’konformità mal-paragrafu 1.
5.L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien 45 jum wara d-data tal-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 1, tivvaluta t-talba u tiddeċiedi jekk tapprovahiex;
6.Meta l-persuna ġuridika jew fiżika msemmija fil-paragrafu 1 tkun ipprovdiet l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tapprova t-talba u toħroġ kunsens minn qabel għall-faċilità kkonċernata. Il-kunsens minn qabel jista’ jinkludi kundizzjonijiet relatati mad-durata tal-kunsens minn qabel, it-tipi u l-kwantitajiet ta’ skart kopert mill-kunsens minn qabel, it-teknoloġiji użati jew kundizzjonijiet oħrajn meħtieġa biex jiġi żgurat li l-iskart jiġi mmaniġġjat b’mod ambjentalment san.
7.B’deroga mill-paragrafu 6, l-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li tapprova t-talba għal kunsens minn qabel meta ma tkunx issodisfata li l-ħruġ tal-kunsens minn qabel se jiżgura trattament ta’ kwalità għolja tal-iskart ikkonċernat.
8.Id-deċiżjoni li tiġi approvata jew irrifjutata t-talba għal kunsens minn qabel għandha tiġi kkomunikata lill-persuna ġuridika jew fiżika li tkun issottomettiet it-talba hekk kif tittieħed mill-awtorità kompetenti u għandha tkun debitament motivata.
9.Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fid-deċiżjoni li tapprova t-talba għal kunsens minn qabel, il-kunsens minn qabel ta’ faċilità ta’ rkupru għandu jkun validu għal seba’ snin.
10.Kunsens minn qabel ta’ faċilità ta’ rkupru jista’ jiġi revokat fi kwalunkwe ħin mill-awtorità kompetenti. Deċiżjoni biex jiġi revokat kunsens minn qabel għandha tkun debitament motivata u kkomunikata lill-faċilità kkonċernata.
11.Il-persuna ġuridika jew fiżika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti kkonċernata bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha debitament tqis dawk il-bidliet meta tivvaluta t-talba għal kunsens minn qabel u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-kunsens minn qabel.
12.Fil-każ ta’ notifika ġenerali sottomessa f’konformità mal-Artikolu 13 b’rabta ma’ vjeġġi destinati għal faċilità li tkun ngħatat kunsens minn qabel, il-perjodu ta’ validità tal-kunsens imsemmi fl-Artikolu 9(3) u (4) għandu jiġi estiż għal tliet snin. B’deroga minn din ir-regola, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jqassru dak il-perjodu f’każijiet debitament ġustifikati.
13.L-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu kunsens minn qabel għal faċilità f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom, billi jużaw il-formola stabbilita fl-Anness VI, jinformaw lill-Kummissjoni u, fejn xieraq, lis-Segretarjat tal-OECD b’dawn li ġejjin:
(a)l-isem, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-indirizz tal-faċilità ta’ rkupru;
(b)deskrizzjoni tat-teknoloġiji użati, inkluż il-kodiċi(jiet)-R;
(c)l-iskart kif elenkat fl-Annessi IV jew l-iskart li għalih japplika l-kunsens minn qabel;
(d)il-kwantità totali li għaliha ngħata l-kunsens minn qabel;
(e)il-perjodu ta’ validità;
(f)kwalunkwe bidla fil-kunsens minn qabel;
(g) kwalunkwe bidla fl-informazzjoni nnotifikata;
(h)kwalunkwe revoka tal-kunsens minn qabel.
14.B’deroga mill-Artikoli 8, 9, 10 u 12, il-kunsens mogħti f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-kundizzjonijiet imposti f’konformità mal-Artikolu 10 jew l-oġġezzjonijiet imressqa f’konformità mal-Artikolu 12 mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha fir-rigward ta’ notifika għall-vjeġġi destinati għal faċilità mogħtija l-kunsens minn qabel għandhom ikunu soġġetti għal limitu ta’ żmien ta’ sebat ijiem tax-xogħol wara li tiġi riċevuta l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4).
15.Jekk awtorità kompetenti waħda jew aktar ikunu jixtiequ jitolbu informazzjoni addizzjonali f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4), b’rabta ma’ notifika għall-vjeġġi lejn faċilità mogħtija l-kunsens minn qabel, il-perjodi ta’ żmien imsemmija f’dak is-subparagrafu, kif ukoll fl-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 8(5), għandhom jitqassru għal jum wieħed għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) u għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5), u għal jumejn għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5), rispettivament.
16.Minkejja l-paragrafu 14, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tista’ tiddeċiedi li jkun meħtieġ iktar żmien sabiex tirċievi iktar informazzjoni jew dokumentazzjoni min-notifikatur.
F’tali każijiet, dik l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol minn meta tirċievi l-informazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4), tinforma lin-notifikatur.
Iż-żmien totali meħtieġ biex tittieħed waħda mid-deċiżjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) ma għandux jaqbeż it-30 jum wara d-data tas-sottomissjoni tan-notifika f’konformità mal-Artikolu 5.
Artikolu 15
Dispożizzjonijiet addizzjonali rigward operazzjonijiet ta’ rkupru interim u ta’ operazzjonijiet ta’ rimi interim
1.Meta vjeġġ ta’ skart ikun destinat għal operazzjoni ta’ rkupru interim jew għal operazzjoni ta’ rimi interim, il-faċilitajiet kollha fejn ikunu previsti operazzjonijiet sussegwenti ta’ rkupru u ta’ rimi interim u mhux interim għandhom ikunu indikati wkoll fid-dokument ta’ notifika flimkien mal-operazzjoni inizjali ta’ rkupru interim jew mal-operazzjoni ta’ rimi interim.
2.L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom għal vjeġġ ta’ skart destinat għal operazzjoni ta’ rkupru interim jew għal operazzjoni ta’ rimi interim biss jekk ma jkunx hemm raġuni għal oġġezzjoni, f’konformità mal-Artikolu 12, għall-vjeġġ(i) ta’ skart lejn il-faċilitajiet li jwettqu kwalunkwe operazzjoni sussegwenti ta’ rkupru mhux interim jew operazzjoni ta’ rimi interim.
3.Fi żmien jum mill-wasla tal-iskart mill-faċilità li twettaq l-operazzjoni ta’ rkupru interim jew l-operazzjoni ta’ rimi interim, dik il-faċilità għandha tagħti konferma lin-notifikatur li l-iskart ikun ġie riċevut. Din il-konferma għandha tingħata fid-dokument ta’ moviment jew tiġi annessa miegħu.
4.Mill-iktar fis possibbli, iżda mhux iktar tard minn 30 jum wara t-tlestija tal-operazzjoni ta’ rkupru interim jew tal-operazzjoni ta’ rimi interim, u mhux iktar tard minn sena kalendarja waħda, jew l-iqsar perjodu imsemmi fl-Artikolu 9(5), wara l-wasla tal-iskart, il-faċilità li twettaq din l-operazzjoni, għandha, taħt ir-responsabbiltà tagħha, tipprovdi ċertifikat li l-operazzjoni tlestiet.
Dak iċ-ċertifikat għandu jiġi sottomess u jkun jinsab fid-dokument ta’ moviment jew anness miegħu.
5.Meta faċilità ta’ rkupru jew ta’ rimi li twettaq operazzjoni ta’ rkupru interim jew operazzjoni ta’ rimi interim tikkunsinna l-iskart għal kwalunkwe operazzjoni sussegwenti ta’ rkupru jew ta’ rimi interim jew mhux interim, lil xi faċilità li tinsab fil-pajjiż tad-destinazzjoni, hija għandha tikseb malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn sena kalendarja waħda, jew l-iqsar perjodu msemmi fl-Artikolu 9(5), wara l-kunsinna tal-iskart, ċertifikat minn dik il-faċilità li l-operazzjoni sussegwenti ta’ rkupru jew ta’ rimi mhux interim ġiet tlestiet.
Il-faċilità msemmija li twettaq operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ rimi interim għandha tittrażmetti minnufih iċ-ċertifikati rilevanti lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, li jidentifikaw il-vjeġġi li għalihom jappartjenu ċ-ċertifikati.
6.Meta kunsinna kif deskritta fil-paragrafu 5 issir lejn faċilità li tinsab fil-pajjiż inizjali tad-dispaċċ jew fi Stat Membru ieħor, għandha tkun meħtieġa notifika ġdida f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
7.Meta kunsinna kif deskritta fil-paragrafu 5 issir lejn faċilità f’pajjiż terz, għandha tkun meħtieġa notifika ġdida f’konformità ma’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom japplikaw ukoll għall-awtorità kompetenti inizjali tal-pajjiż inizjali tad-dispaċċ.
Artikolu 16
Rekwiżiti wara l-għoti tal-kunsens għal vjeġġ
1.Wara li jkun ingħata kunsens għal vjeġġ innotifikat mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, l-impriżi kollha involuti għandhom jimlew id-dokument ta’ moviment, jew, fil-każ ta’ notifika ġenerali, id-dokumenti ta’ moviment fil-punti indikati. Huma għandhom jiżguraw li l-informazzjoni fid-dokument ta’ moviment issir disponibbli elettronikament, inkluż matul il-ħin tat-trasport, għall-awtoritajiet rilevanti.
2.Meta n-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u tat-tranżitu jew jista’ jassumi kunsens taċitu b’rabta mal-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tat-tranżitu, huwa għandu jipprovdi d-data attwali tal-vjeġġ u jimla d-dokument ta’ moviment sa fejn ikun possibbli, mill-inqas jum tax-xogħol wieħed qabel ma jibda l-vjeġġ.
3.Il-faċilità għandha, fi żmien jum minn meta tirċievi l-iskart, tipprovdi konferma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet rilevanti li l-iskart ġie riċevut.
4.Il-faċilità li twettaq operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ rimi mhux interim għandha, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija ta’ dik l-operazzjoni, u mhux aktar tard minn sena kalendarja waħda, jew mill-perjodu iqsar imsemmi fl-Artikolu 9(5), wara li tirċievi l-iskart, tiċċertifika, taħt ir-responsabbiltà tagħha, li l-irkupru jew ir-rimi mhux interim ikun tlesta.
5.Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 4, għandu jiġi sottomess lin-notifikatur u lill-awtoritajiet rilevanti, jew mill-faċilità li twettaq l-operazzjoni, jew, fil-każ li ma jkollhiex aċċess għal sistema kif imsemmi fl-Artikolu 26, permezz tan-notifikatur.
Artikolu 17
Bidliet fil-vjeġġ wara l-kunsens
1.Jekk issir xi bidla essenzjali fid-dettalji u/jew fil-kundizzjonijiet tal-vjeġġ b’kunsens, in-notifikatur għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u lid-destinatarju minnufih u, fejn possibbli, qabel jibda l-vjeġġ. Il-bidliet fil-kwantità, ir-rotta, l-għażla tar-rotta, id-data tal-vjeġġ jew it-trasportatur maħsuba għandhom jikkostitwixxu bidliet essenzjali.
2.F’każijiet ta’ bidliet essenzjali msemmija fil-paragrafu 1, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha ma jindikawx li l-bidliet proposti ma jirrikjedux notifika ġdida.
3.Meta l-bidliet essenzjali msemmija fil-paragrafu 1 jinvolvu awtoritajiet kompetenti għajr dawk ikkonċernati fin-notifika oriġinali, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida.
Kapitolu 2
Artikolu 18
Rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali
1.L-iskart imsemmi fl-Artikolu 4(3) u (4) li huwa maħsub biex jiġi ttrasportat għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.
2.Il-persuna taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali tal-pajjiż tad-dispaċċ li torganizza l-vjeġġ għandha timla u tissottometti l-informazzjoni rilevanti li tinsab fl-Anness VII, sa mhux aktar tard minn jum qabel ma jsir il-vjeġġ.
3.Il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija f’dak il-paragrafu ssir disponibbli elettronikament, inkluż matul il-ħin tat-trasport, għall-awtoritajiet rilevanti.
4.Il-faċilità ta’ rkupru jew il-laboratorju u d-destinatarju jew, f’każ li ma jkollhomx aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 26, il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 għandha, fi żmien jum minn meta tirċievi l-iskart, tipprovdi konferma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet rilevanti li l-iskart ġie riċevut billi timla l-informazzjoni rilevanti li tinsab fl-Anness VII.
5.Il-faċilità ta’ rkupru għandha, malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn 30 jum wara t-tlestija tal-operazzjoni ta’ rkupru, u mhux iktar tard minn sena kalendarja wara li tirċievi l-iskart, tiċċertifika, taħt ir-responsabbiltà tagħha, li l-irkupru tlesta billi timla l-informazzjoni rilevanti li tinsab fl-Anness VII.
6.Il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ f’każ li vjeġġ ma jkunx tħalla jiġi importat fil-pajjiż tad-destinazzjoni, ikun ġie rrifjutat mid-destinatarju jew ma jkunx jista’ jitlesta kif maħsub oriġinarjament.
7.Il-kuntratt imsemmi fl-Anness VII bejn il-persuna li torganizza l-vjeġġ u d-destinatarju għall-irkupru tal-iskart għandu jkun effettiv meta jibda l-vjeġġ. Meta l-vjeġġ ta’ skart jew l-irkupru tiegħu ma jkunux jistgħu jitlestew kif maħsub jew fejn ikunu saru bħala vjeġġ illegali, dak il-kuntratt għandu jinkludi obbligu fuq il-persuna li torganizza l-vjeġġ jew, fejn dik il-persuna ma tkunx f’pożizzjoni li tlesti l-vjeġġ jew l-irkupru tiegħu, fuq id-destinatarju, li tieħu lura l-iskart jew li tiżgura l-irkupru tiegħu b’mod alternattiv; u li tipprevedi, jekk ikun meħtieġ, il-ħżin tiegħu sadanittant.
8.Il-persuna li torganizza l-vjeġġ jew id-destinatarju għandhom jipprovdu kopja tal-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 7 lill-awtorità kompetenti kkonċernata fuq talba.
9.L-informazzjoni meħtieġa fl-Anness VII għandha tkun disponibbli għal finijiet ta’ spezzjoni, infurzar, ippjanar u statistika mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 26 mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.
10.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi trattata bħala kunfidenzjali meta dan ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali.
11.Meta l-iskart jiġi ttrasportat bejn żewġ stabbilimenti taħt il-kontroll tal-istess entità ġuridika, il-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 7 jista’ jiġi sostitwit b’dikjarazzjoni minn dik l-entità ġuridika. Dik id-dikjarazzjoni għandha tkopri mutatis mutandis l-obbligi msemmija fil-paragrafu 7.
Kapitolu 3
Taħlit tal-iskart, dokumentazzjoni u aċċess għall-informazzjoni
Artikolu 19
Projbizzjoni ta’ taħlit tal-iskart matul il-vjeġġ
Mill-bidu tal-vjeġġ sal-wasla tal-iskart f’faċilità ta’ rkupru jew ta’ rimi, l-iskart, kif speċifikat fin-notifika jew kif imsemmi fl-Artikolu 18, ma għandux jitħallat ma’ skart ieħor.
Artikolu 20
Żamma tad-dokumenti u tal-informazzjoni
1.L-awtoritajiet kompetenti, in-notifikatur, id-destinatarju u l-faċilità li tirċievi l-iskart għandhom iżommu d-dokumenti kollha mibgħuta lil jew mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ vjeġġ innotifikat fl-Unjoni għal mill-inqas ħames snin mid-data meta jibda l-vjeġġ. Fil-każ ta’ notifiki ġenerali f’konformità mal-Artikolu 13, dak l-obbligu għandu japplika mid-data meta jibda l-aħħar vjeġġ.
2.L-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 18(1) għandha tinżamm fl-Unjoni għal mill-inqas ħames snin mid-data meta jibda l-vjeġġ, mill-persuna li torganizza l-vjeġġ, mid-destinatarju u mill-faċilità li tirċievi l-iskart.
Artikolu 21
Aċċess pubbliku għan-notifiki
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, b’mezzi xierqa, informazzjoni dwar notifiki ta’ vjeġġi li jkunu taw il-kunsens tagħhom għalihom jew inkella oġġezzjonaw għalihom, kif ukoll dwar vjeġġi ta’ skart soġġetti għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali, meta tali informazzjoni ma tkunx kunfidenzjali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni.
Kapitolu 4
Obbligi ta’ teħid lura
Artikolu 22
Teħid lura meta l-vjeġġ ma jistax jitkompla kif intenzjonat
1.Meta kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ssir taf li xi vjeġġ ta’ skart, inkluż l-irkupru jew ir-rimi tiegħu, ma jistax jitlesta kif intenzjonat f’konformità mat-termini tad-dokumenti tan-notifika u tal-moviment u/jew tal-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 6, hija għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ b’dan. Meta xi faċilità ta’ rkupru jew ta’ rimi tirrifjuta vjeġġ riċevut, hija għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.
2.L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tiżgura li, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-iskart inkwistjoni jittieħed lura fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni tagħha jew xi mkien ieħor fil-pajjiż tad-dispaċċ min-notifikatur. L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tidentifika n-notifikatur skont l-ordni indikata fil-punt (6) tal-Artikolu 3. Meta dan ma jkunx possibbli, dik l-awtorità kompetenti nnifisha jew persuna fiżika jew ġuridika f’isimha għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
It-teħid lura msemmi fl-ewwel subparagrafu fi żmien 90 jum, jew tali perjodu ieħor li jista’ jiġi miftiehem bejn il-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, wara li l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf jew tiġi avżata mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew tat-tranżitu li l-vjeġġ ta’ skart bil-kunsens jew l-irkupru jew ir-rimi tiegħu ma setgħux jitlestew kif intenzjonat u tkun ġiet informata bir-raġuni(jiet) ta’ dan. Tali parir jista’ jirriżulta minn informazzjoni sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew tat-tranżitu, inter alia, minn awtoritajiet kompetenti oħra.
3.L-obbligu ta’ teħid lura stabbilit fil-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni involuti jkunu sodisfatti li l-iskart jista’ jiġi rkuprat jew jintrema b’mod alternattiv fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew xi mkien ieħor min-notifikatur jew, jekk dan ma jkunx possibbli, mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’isimha.
L-obbligu ta’ teħid lura stabbilit fil-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk l-iskart ittrasportat, matul l-operazzjoni fil-faċilità kkonċernata, ikun tħallat b’mod irriversibbli ma’ skart ieħor qabel ma awtorità kompetenti kkonċernata tkun saret taf bil-fatt li l-vjeġġ innotifikat ma jistax jitlesta kif imsemmi fil-paragrafu 1. Tali taħlita għandha tiġi rkuprata jew tintrema b’mod alternattiv f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
4.F’każijiet ta’ teħid lura kif imsemmi fil-paragrafu 2, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jaqblux li talba debitament motivata mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ hija biżżejjed.
Għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, fejn ikun xieraq, min-notifikatur inizjali jew, jekk dan ma jkunx possibbli, minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra identifikata f’konformità mal-punt (6) tal-Artikolu 3, skont l-ordni indikata f’dik id-dispożizzjoni, jew, jekk dak ma jkunx possibbli wkoll, mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha.
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jopponu jew joġġezzjonaw għar-ritorn ta’ skart minn vjeġġ li ma jistax jitlesta jew għall-operazzjoni relatata ta’ rkupru jew ta’ rimi.
5.F’każijiet ta’ arranġamenti alternattivi barra l-pajjiż inizjali tad-destinazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, meta jkun xieraq, min-notifikatur inizjali jew, jekk dak ma jkunx possibbli, minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra identifikata f’konformità mal-punt (6) tal-Artikolu 3, skont l-ordni indikata f’dik id-dispożizzjoni, jew, jekk dak ma jkunx possibbli wkoll, mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha.
Meta tali notifika ġdida tiġi sottomessa min-notifikatur, din għandha tiġi sottomessa wkoll lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż inizjali tad-dispaċċ.
6.F’każijiet ta’ arranġamenti alternattivi fil-pajjiż tad-destinazzjoni inizjali kif msemmi fil-paragrafu 3, ma għandhiex tkun meħtieġa notifika ġdida u talba debitament motivata għandha tkun biżżejjed. Tali talba debitament motivata, sabiex jintlaħaq qbil dwar l-arranġament alternattiv, għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u tad-dispaċċ min-notifikatur inizjali jew, jekk dak ma jkunx possibbli, lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ.
7.Jekk ma tiġi sottomessa l-ebda notifika ġdida f’konformità mal-paragrafi 4 jew 6, għandu jimtela dokument ta’ moviment ġdid f’konformità mal-Artikolu 15 jew mal-Artikolu 16 min-notifikatur inizjali jew, jekk dan ma jkunx possibbli, minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra identifikata f’konformità mal-punt (6) tal-Artikolu 3 skont l-ordni indikata f’dik id-dispożizzjoni jew, jekk dan ukoll ma jkunx possibbli, mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’isimha.
Jekk tiġi sottomessa notifika ġdida mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ f’konformità mal-paragrafi 4 jew 5, ma għandhiex tkun meħtieġa garanzija finanzjarja ġdida jew assigurazzjoni ekwivalenti. Soġġett għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha, id-dokument ta’ moviment għall-vjeġġ inizjali jista’ jintuża għat-teħid lura.
8.L-obbligu tan-notifikatur u l-obbligu sussidjarju tal-pajjiż tad-dispaċċ li jieħdu l-iskart lura jew jagħmlu l-arranġamenti għal irkupru jew rimi alternattiv għandhom jintemmu meta l-faċilità toħroġ iċ-ċertifikat ta’ rkupru jew ta’ rimi mhux interim imsemmi fl-Artikolu 16(4), jew, fejn xieraq, fl-Artikolu 15(5). Fil-każ ta’ rkupru jew ta’ rimi interim imsemmi fl-Artikolu 7(6), l-obbligu sussidjarju tal-pajjiż tad-dispaċċ għandu jintemm meta l-faċilità toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(4).
Meta faċilità toħroġ ċertifikat ta’ irkupru jew ta’ rimi b’tali mod li jirriżulta fi vjeġġ illegali, bil-konsegwenza li tiġi rilaxxata l-garanzija finanzjarja, għandhom japplikaw l-Artikolu 24(4) u l-Artikolu 25(2).
9.Meta jiġi skopert, fi Stat Membru, skart minn vjeġġ li ma jistax jitlesta, inkluż l-irkupru jew ir-rimi tiegħu, l-awtorità kompetenti b’ġurisdizzjoni fiż-żona fejn kien skopert l-iskart għandha tkun responsabbli sabiex tiżgura li jsiru arranġamenti għall-ħżin sikur tal-iskart, sakemm isir ir-ritorn tiegħu jew l-irkupru jew ir-rimi mhux interim tiegħu b’mod alternattiv.
10.Meta notifikatur speċifikat fil-punt (6)(a)(iv) tal-Artikolu 3, jonqos milli jwettaq xi wieħed mill-obbligi ta’ teħid lura stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 23, il-produttur tal-iskart oriġinali, il-produttur tal-iskart il-ġdid jew il-kollettur speċifikati fil-punti (6)(a)(i), (ii) jew (iii) tal-Artikolu 3 rispettivament, li awtorizza lin-negozjant jew lis-sensar biex jaġixxi f’ismu għandu jitqies bħala n-notifikatur għall-finijiet ta’ dawk l-obbligi ta’ teħid lura.
Artikolu 23
Kostijiet għat-teħid lura meta vjeġġ ma jkunx jista’ jitlesta
1.Il-kostijiet li jinħolqu mir-ritorn tal-iskart minn vjeġġ li ma jkunx jista’ jitlesta, inklużi l-kostijiet tat-trasport, tal-irkupru jew tar-rimi tiegħu skont l-Artikolu 22(2) jew (3) u, mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf li vjeġġ ta’ skart jew l-irkupru jew ir-rimi tiegħu ma jistax jitlesta, il-kostijiet tal-ħżin skont l-Artikolu 22(9) għandhom jiġu ddebitati f’konformità mal-ordni li ġejja:
(a)lin-notifikatur skont l-ordni tal-lista fil-punt (6) tal-Artikolu 3; jew, jekk dak ma jkunx possibbli lill-persuna msemmija fil-punt (b);
(b)lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra kif xieraq; jew, jekk dak ma jkunx possibbli wkoll, lill-persuna msemmija fil-punt (c);
(c)lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ; jew, jekk dak ma jkunx possibbli wkoll f’konformità mal-punt (d);
(d)kif ikun miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
2.Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni u nazzjonali dwar ir-responsabbiltà.
Artikolu 24
Teħid lura meta vjeġġ ikun illegali
1.Meta awtorità kompetenti tiskopri vjeġġ li hija tqis li huwa vjeġġ illegali, din għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikkonċernati.
2.Meta r-responsabbiltà ta’ vjeġġ illegali tista’ tiġi imputata lin-notifikatur, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tiżgura li l-iskart inkwistjoni:
(a)jittieħed lura min-notifikatur de facto, sabiex isiru arranġamenti għar-rimi jew l-irkupru tiegħu; jew, jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda notifika, f’konformità mal-punt (b);
(b)jittieħed lura min-notifikatur de jure, sabiex isiru arranġamenti għar-rimi jew l-irkupru tiegħu; jew, jekk dak ma jkunx possibbli, f’konformità mal-punt (c);
(c)jittieħed lura mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha sabiex torganizza r-rimi jew l-irkupru tiegħu; jew, jekk dak ma jkunx possibbli wkoll, f’konformità mal-punt (d);
(d)alternattivament jiġi rkuprat jew jintrema fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew tad-dispaċċ mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha; jew, jekk dak ma jkunx possibbli wkoll, f’konformità mal-punt (e);
(e)alternattivament jiġi rkuprat jew jintrema f’pajjiż ieħor mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha jekk l-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati jaqblu.
It-teħid lura, ir-rimi jew l-irkupru msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iseħħu fi żmien 30 jum, jew f’tali perjodu ieħor kif jista’ jiġi maqbul bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati wara li l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf jew tkun ġiet avżata mill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew tat-tranżitu dwar il-vjeġġ illegali u tkun ġiet infurmata bir-raġunijiet tiegħu. Tali parir jista’ jirriżulta minn informazzjoni sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew tat-tranżitu, inter alia, minn awtoritajiet kompetenti oħra.
F’każijiet ta’ teħid lura kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jaqblux li tkun biżżejjed talba debitament motivata mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ.
In-notifika ġdida għandha tiġi sottomessa mill-persuna jew mill-awtorità elenkata fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) jew (c), u skont dik l-ordni.
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jopponu jew joġġezzjonaw għar-ritorn ta’ skart minn vjeġġ illegali. Fil-każ ta’ arranġamenti alternattivi kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (d) u (e), mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jaqblux li tkun biżżejjed talba debitament motivata minn dik l-awtorità.
3.Meta notifikatur speċifikat fil-punt (6)(a)(iv) tal-Artikolu 3, jonqos milli jwettaq xi wieħed mill-obbligi ta’ teħid lura stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 25, il-produttur tal-iskart oriġinali, il-produttur tal-iskart il-ġdid jew il-kollettur speċifikati fil-punti (6)(a)(i), (ii) jew (iii) tal-Artikolu 3 rispettivament, li awtorizza lin-negozjant jew lis-sensar biex jaġixxi f’ismu għandu jitqies bħala n-notifikatur għall-finijiet ta’ dawk l-obbligi ta’ teħid lura.
4.Meta r-responsabbiltà ta’ vjeġġ illegali tista’ tiġi imputata lid-destinatarju, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tiżgura li l-iskart inkwistjoni jiġi rkuprat jew jintrema b’mod li ma ambjentalment san:
(a)mid-destinatarju; jew, jekk dak ma jkunx possibbli, f’konformità mal-punt (b);
(b)mill-awtorità kompetenti nnifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha.
L-irkupru jew ir-rimi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iseħħu fi żmien 30 jum, jew f’tali perjodu ieħor kif jista’ jiġi maqbul bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati wara li l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni ssir taf jew tkun ġiet avżata mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ jew tat-tranżitu dwar il-vjeġġ illegali u tkun ġiet infurmata bir-raġuni(jiet) tiegħu. Tali parir jista’ jirriżulta minn informazzjoni sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tat-tranżitu, inter alia, minn awtoritajiet kompetenti oħra.
L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkooperaw, kif meħtieġ, fl-irkupru jew fir-rimi tal-iskart f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
5.Meta ma għandha tiġi sottomessa l-ebda notifika ġdida, għandu jitlesta dokument ta’ moviment ġdid f’konformità mal-Artikoli 15 jew 16 mill-persuna responsabbli għat-teħid lura jew, jekk dan ma jkunx possibbli, mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ.
Meta tiġi sottomessa notifika ġdida mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ, ma għandhiex tkun meħtieġa garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti ġdida.
6.F’każijiet meta r-responsabbiltà tal-vjeġġ illegali ma tkunx tista’ tiġi imputata lin-notifikatur jew lid-destinatarju, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw li l-iskart inkwistjoni jiġi rkuprat jew jintrema.
7.Fil-każ ta’ rkupru jew rimi interim imsemmija fl-Artikolu 7(6) meta jiġi skopert vjeġġ illegali wara t-tlestija tal-operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ rimi interim, l-obbligu sussidjarju tal-pajjiż tad-dispaċċ li jieħu l-iskart lura jew jagħmel l-arranġamenti għal irkupru jew rimi alternattiv għandu jintemm meta l-faċilità tkun ħarġet iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(4).
Meta faċilità toħroġ ċertifikat ta’ irkupru jew ta’ rimi b’tali mod li jirriżulta fi vjeġġ illegali, bil-konsegwenza li tiġi rilaxxata l-garanzija finanzjarja, għandhom japplikaw il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 25(2).
8.Meta jiġi skopert l-iskart ta’ vjeġġ illegali fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti b’ġurisdizzjoni fuq iż-żona fejn ġie skopert l-iskart għandha tkun responsabbli sabiex tiżgura li jsiru arranġamenti għall-ħżin sikur tal-iskart sakemm isir ir-ritorn jew l-irkupru jew ir-rimi mhux interim tiegħu b’mod alternattiv.
9.L-Artikoli 34 u 36 ma għandhomx japplikaw f’każijiet fejn vjeġġi illegali jiġu rritornati lejn il-pajjiż tad-dispaċċ u dak il-pajjiż tad-dispaċċ ikun pajjiż kopert mill-projbizzjonijiet stabbiliti f’dawk l-Artikoli.
10.Fil-każ ta’ vjeġġ illegali msemmi fil-punt (25)(g) tal-Artikolu 3, il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandha tkun soġġetta għall-istess obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu bħan-notifikatur.
11.Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni u nazzjonali dwar ir-responsabbiltà.
Artikolu 25
Kostijiet għat-teħid lura meta vjeġġ ikun illegali
1.Il-kostijiet li jirriżultaw mit-teħid lura ta’ skart ta’ vjeġġ illegali, inklużi l-kostijiet tat-trasport, tal-irkupru jew tar-rimi tiegħu skont l-Artikolu 24(2) u, mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf li vjeġġ huwa illegali, il-kostijiet tal-ħżin skont l-Artikolu 24(8), għandhom jiġu ddebitati:
(a)lin-notifikatur de facto, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 24(2), kif identifikat skont l-ordni indikata fil-punt (6) tal-Artikolu 3; jew, jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda notifika, f’konformità mal-punt (b);
(b)lin-notifikatur de jure jew lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn, kif xieraq; jew, jekk dak ma jkunx possibbli, f’konformità mal-punt (c);
(c)lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ.
2.Il-kostijiet li jirriżultaw mill-irkupru jew mir-rimi skont l-Artikolu 24(4), inklużi l-kostijiet possibbli tat-trasport u tal-ħżin skont l-Artikolu 24(7), għandhom jiġu ddebitati lid-destinatarju; jew, jekk dak ma jkunx possibbli, lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.
3.Il-kostijiet li jirriżultaw mill-irkupru jew mir-rimi skont l-Artikolu 24(6), inklużi l-kostijiet possibbli tat-trasport u tal-ħżin skont l-Artikolu 24(8), għandhom jiġu ddebitati:
(a)lin-notifikatur, kif identifikat f’konformità mal-gradazzjoni stabbilita fil-punt (6) tal-Artikolu 3, u/jew lid-destinatarju, skont id-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati; jew, jekk dak ma jkunx possibbli, f’konformità mal-punt (b);
(b)lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra kif xieraq; jew, jekk dak ma jkunx possibbli wkoll, f’konformità mal-punt (c);
(c)lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni.
4.Fil-każ ta’ vjeġġ illegali msemmi fil-punt (25)(g) tal-Artikolu 3, il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandha tkun soġġetta għall-istess obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu bħan-notifikatur.
5.Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni u nazzjonali dwar ir-responsabbiltà.
Kapitolu 5
Dispożizzjonijiet amministrattivi ġenerali
Artikolu 26
Sottomissjoni elettronika u skambju ta’ informazzjoni
1.L-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu sottomessi u skambjati permezz ta’ mezzi elettroniċi, jew permezz tas-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 2, jew permezz ta’ sistema nazzjonali f’konformità mal-paragrafu 3:
(a)Għal skart kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) u (2):
(i) notifika ta’ vjeġġ ippjanat skont l-Artikoli 5 u 13;
(ii) talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni skont l-Artikoli 5 u 8;
(iii) sottomissjoni ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni skont l-Artikoli 5 u 8;
(iv) informazzjoni u deċiżjonijiet skont l-Artikolu 8;
(v) kunsens għal vjeġġ innotifikat u jekk applikabbli, l-avviż uffiċjali tal-irtirar tiegħu skont l-Artikolu 9;
(vi) kundizzjonijiet għal vjeġġ skont l-Artikolu 10;
(vii) oġġezzjonijiet f’każ li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 11(2) ma jiġux issodisfati;
(viii) oġġezzjonijiet għal vjeġġ skont l-Artikolu 12;
(ix) informazzjoni dwar deċiżjonijiet tal-ħruġ ta’ kunsensi minn qabel lil faċilitajiet ta’ rkupru speċifiċi skont l-Artikolu 14(8) u (10);
(x) informazzjoni u dokumentazzjoni skont l-Artikolu 14(11) u (15);
(xi) konferma tal-wasla tal-iskart skont l-Artikoli 15 u 16;
(xii) ċertifikat għall-irkupru jew għar-rimi tal-iskart skont l-Artikoli 15 u 16;
(xiii) informazzjoni minn qabel rigward il-bidu reali tal-vjeġġ skont l-Artikolu 16;
(xiv) id-dokumenti li għandhom jakkumpanjaw kull trasport f’konformità mal-Artikolu 16;
(xv) informazzjoni dwar bidliet fil-vjeġġ wara l-għoti tal-kunsens skont l-Artikolu 17;
(xvi) jekk fattibbli, kunsensi bil-miktub u dokumenti ta’ moviment li għandhom jintbagħtu skont it-Titoli IV, V u VI;
(b)Għall-iskart imsemmi fl-Artikolu 4(3), l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 18.
2.Il-Kummissjoni għandha tħaddem sistema ċentrali li tippermetti s-sottomissjoni elettronika u l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti msemmija fil-paragrafu 1. Dik is-sistema ċentrali għandha tipprovdi hub li għandu jintuża għall-iskambju f’ħin reali tal-informazzjoni u tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 bejn is-sistemi nazzjonali eżistenti għall-iskambju elettroniku tad-data.
Dik is-sistema ċentrali għandha tintuża wkoll mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li ma jkunux stabbilew sistema nazzjonali għall-iskambju elettroniku tad-data, sabiex jissottomettu u jiskambjaw direttament, b’mezzi elettroniċi, l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.
Dik is-sistema ċentrali għandha tipprevedi wkoll l-interoperabbiltà tagħha mal-ambjent għall-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Fi żmien erba’ snin mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 4, dik is-sistema ċentrali għandha tipprevedi l-interoperabbiltà tagħha mal-ambjent ta’ tieqa unika tal-UE għad-dwana.
3.L-Istati Membri jistgħu jħaddmu s-sistemi nazzjonali tagħhom stess iżda għandhom jiżguraw li dawk is-sistemi jkunu interoperabbli mas-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 2, li jitħaddmu f’konformità mar-rekwiżiti u mar-regoli stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4 u li jiskambjaw informazzjoni u dokumenti mas-sistema ċentrali f’ħin reali.
4.Sa mhux iktar tard minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi:
(a)ir-rekwiżiti meħtieġa għall-interoperabbiltà bejn is-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 2 u s-sistemi nazzjonali, inkluż mudell tad-data u protokoll għall-iskambju tad-data;
(b)kwalunkwe rekwiżit tekniku u organizzattiv ieħor, inkluż dwar aspetti ta’ sigurtà u governanza tad-data, li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni prattika tas-sottomissjoni elettronika u l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 77(2).
Artikolu 27
Lingwa
1.Kwalunkwe notifika, informazzjoni, dokumentazzjoni jew komunikazzjoni oħra sottomessa skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu għandhom jiġu pprovduti b’lingwa aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
2.In-notifikatur għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bi traduzzjonijiet awtorizzati tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 b’lingwa li tkun aċċettabbli għalihom, jekk dawn jitolbu hekk.
Artikolu 28
Nuqqas ta’ ftehim dwar kwistjonijiet ta’ klassifikazzjoni
1.Meta jiddeċiedu jekk oġġett jew sustanza, li jirriżultaw minn proċess ta’ produzzjoni li l-għan primarju tagħhom mhuwiex il-produzzjoni ta’ dak l-oġġett jew dik is-sustanza, għandhomx jitqiesu bħala skart, l-Istati Membri għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/98/KE.
Meta jiddeċiedu jekk l-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta’ riċiklaġġ jew irkupru ieħor għandux jitqies bħala skart, l-Istati Membri għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jistgħux jaqblu fuq il-klassifikazzjoni fir-rigward tad-distinzjoni bejn dak li huwa skart u dak li mhuwiex skart, l-oġġett jew is-sustanza għandhom jiġu ttrattati daqslikieku kienu skart għall-fini tal-vjeġġ. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-pajjiż tad-destinazzjoni li jittratta l-materjal ittrasportat f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, wara l-wasla tal-materjal ittrasportat u meta tali leġiżlazzjoni tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni jew mad-dritt internazzjonali.
2.Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-klassifikazzjoni ta’ skart bħala elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV, jew mhux elenkat f’xi wieħed minn dawk l-Annessi, il-vjeġġ ta’ dak l-iskart għandu jkun soġġett għall-Artikolu 4(1) u (2).
3.Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-klassifikazzjoni tal-operazzjoni nnotifikata ta’ trattament ta’ skart bħala waħda ta’ rkupru jew ta’ rimi, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament rigward ir-rimi.
4.Sabiex tiġi ffaċilitata l-klassifikazzjoni armonizzata tal-iskart elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 76 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi kriterji, bħal livelli ta’ limitu ta’ kontaminazzjoni, li abbażi tagħhom ċertu skart għandu jiġi kklassifikat fl-Annessi III, IIIA, IIIB jew IV.
Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 76 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi kriterji biex issir distinzjoni bejn merkanzija użata u skart, għal kategoriji speċifiċi ta’ komoditajiet li għalihom din id-distinzjoni hija ta’ importanza partikolari għall-esportazzjoni ta’ skart mill-Unjoni.
Artikolu 29
Kostijiet amministrattivi
Il-kostijiet amministrattivi xierqa u proporzjonati għall-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ notifika u superviżjoni u l-kostijiet normali għall-analiżijiet u l-ispezzjonijiet xierqa jistgħu jiġu ddebitati mill-awtoritajiet ikkonċernati lin-notifikatur.
Artikolu 30
Ftehimiet dwar iż-żoni tal-fruntieri
1.F’każijiet eċċezzjonali, u fejn is-sitwazzjoni ġeografika jew demografika speċifika tiġġustifika tali pass, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali li jagħmlu l-proċedura ta’ notifika għal vjeġġi ta’ flussi ta’ skart speċifiċi inqas stretta fir-rigward tal-vjeġġi transfruntiera lejn l-eqreb faċilità xierqa li tinsab fiż-żona tal-fruntieri bejn iż-żewġ Stati Membri kkonċernati.
2.Il-ftehimiet bilaterali msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu konklużi wkoll meta l-iskart jiġi ttrasportat mill-pajjiż tad-dispaċċ u ttrattat fih, iżda jittranżita minn Stat Membru ieħor.
3.L-Istati Membri jistgħu wkoll jikkonkludu ftehimiet bilaterali msemmija fil-paragrafu 1 ma’ pajjiżi li jkunu partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.
4.Il-ftehimiet imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni qabel ma jkollhom effett.
Kapitolu 6
Vjeġġi ġewwa l-Unjoni bi tranżitu minn pajjiżi terzi
Artikolu 31
Vjeġġi ta’ skart destinat għar-rimi
Meta vjeġġ ta’ skart isir ġewwa l-Unjoni, bi tranżitu minn pajjiż terz wieħed jew iktar, u l-iskart ikun destinat għar-rimi, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tistaqsi lill-awtorità kompetenti f’dawk il-pajjiżi terzi jekk jixtiqux jibagħtu l-kunsens bil-miktub tagħhom għall-vjeġġ ippjanat:
(a)meta l-pajjiż terz ikun Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel, fi żmien 60 jum, sakemm din ma tkunx irrinunzjat dan id-dritt f’konformità mat-termini ta’ dik il-Konvenzjoni; jew
(b)meta l-pajjiż terz ma jkunx Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel, f’perjodu ta’ żmien miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 32
Vjeġġi ta’ skart destinat għall-irkupru
1.Meta vjeġġ ta’ skart isir ġewwa l-Unjoni, bi tranżitu minn pajjiż terz wieħed jew iktar li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali tal-Iskart Destinat għall-Operazzjonijiet ta’ rkupru (“id-Deċiżjoni tal-OECD”), u l-iskart ikun destinat għall-irkupru, għandu japplika l-Artikolu 31.
2.Meta vjeġġ ta’ skart isir ġewwa l-Unjoni, inklużi vjeġġi bejn lokalitajiet fl-istess Stat Membru, bi tranżitu minn pajjiż terz wieħed jew iktar li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, u l-iskart ikun destinat għall-irkupru, il-kunsens imsemmi fl-Artikolu 9 jista’ jiġi pprovdut taċitament, u jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni jew ma tiġi speċifikata l-ebda kundizzjoni, il-vjeġġ jista’ jibda 30 jum wara d-data tas-sottomissjoni tan-notifika min-notifikatur f’konformità mal-Artikolu 5.
Titolu III
Vjeġġi esklużivament fi Stat Membru
Artikolu 33
Sistema għall-vjeġġi esklużivament fi Stat Membru
1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema xierqa għas-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi li jseħħu esklużivament fil-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom. Dak ir-reġim għandu jqis il-ħtieġa għal koerenza mas-sistema tal-Unjoni stabbilita permezz tat-Titoli II u VII.
2.L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-reġim tagħhom għas-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b’dan.
Titolu IV
Esportazzjonijiet mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi
Kapitolu 1
Esportazzjonijiet ta’ skart għar-rimi
Artikolu 34
Projbizzjoni tal-esportazzjonijiet
1.L-esportazzjonijiet mill-Unjoni ta’ skart destinat għar-rimi huma pprojbiti.
2.Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-esportazzjonijiet ta’ skart destinat għar-rimi fil-pajjiżi tal-EFTA li jkunu wkoll Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel.
3.B’deroga mill-paragrafu 2, l-esportazzjonijiet ta’ skart destinat għar-rimi lejn pajjiż tal-EFTA li jkun Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel għandhom ikunu pprojbiti:
(a)meta l-pajjiż tal-EFTA jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ tali skart;
(b)meta ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(2);
(c)meta l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ikollha raġuni biex temmen li l-iskart ma jkunx se jkun soġġett għal immaniġġjar ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 56 fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
4.Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal skart li jkun soġġett għal obbligu ta’ teħid lura skont l-Artikoli 22 jew 24.
Artikolu 35
Proċeduri għall-esportazzjoni lejn pajjiżi tal-EFTA
1.Meta jiġi esportat skart mill-Unjoni u lejn pajjiż tal-EFTA li jkun Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel u jkun destinat għar-rimi f’dak il-pajjiż, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-adattamenti u bid-dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.
2.Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:
(a)in-notifikatur għandu jissottometti f’konformità mal-Artikolu 26 it-talba ta’ notifika u l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 5(3), u fl-istess ħin, jipprovdiha bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika b’firma diġitali, lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fil-pajjiżi ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni barra mill-Unjoni, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 26(2);
(b)in-notifikatur għandu jissottometti f’konformità mal-Artikolu 26 kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 5(4), u fl-istess ħin, jipprovdiha bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika b’firma diġitali, lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fil-pajjiżi ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni barra mill-Unjoni, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 26(2);
(c)l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fil-pajjiżi ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni barra mill-Unjoni bi kwalunkwe talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni min-naħa tagħha u bid-deċiżjoni tagħha rigward il-vjeġġ ippjanat, bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika b’firma diġitali, sakemm dawk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 26(2);
(d)l-awtorità kompetenti ta’ tranżitu barra l-Unjoni għandu jkollha 60 jum wara d-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta tan-notifika, sabiex tipprovdi, meta l-pajjiż ikkonċernat ikun iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u jkun informa b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Basel f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dik il-Konvenzjoni, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub b'xi kundizzjonijiet jew mingħajrhom;
(e)l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni għandha tieħu d-deċiżjoni li tagħti kunsens għall-vjeġġ kif imsemmi fl-Artikolu 9 biss wara li tkun irċeviet kunsens bil-miktub mingħand l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u, meta jkun xieraq, il-kunsens taċitu jew bil-miktub tal-awtorità kompetenti ta’ tranżitu barra l-Unjoni u mhux qabel 61 jum wara d-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta tan-notifika mill-awtorità kompetenti ta’ tranżitu, sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma jkollhiex il-kunsens bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra, u f’dak il-każ tkun tista’ tieħu d-deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9 qabel dak il-limitu ta’ żmien.
3.Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a)l-awtorità kompetenti ta’ tranżitu fl-Unjoni għandha tibgħat lin-notifikatur konferma li rċeviet in-notifika, flimkien ma’ kopji lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikkonċernati;
(b)l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u, fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti ta’ tranżitu fl-Unjoni għandhom jiżguraw li l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u l-uffiċċju doganali tal-ħruġ ikunu infurmati bid-deċiżjonijiet tagħhom li jagħtu l-kunsens tagħhom għall-vjeġġ;
(c)għandha tiġi pprovduta kopja tad-dokument ta’ moviment mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika b’firma diġitali, jew inkella, meta l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jkollu aċċess għaliha, permezz tas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 26(2);
(d)malli l-iskart ikun telaq mill-Unjoni, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni li l-iskart ikun telaq mill-Unjoni;
(e)meta, 42 jum wara li l-iskart ikun telaq mill-Unjoni, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni ma tkun irċeviet l-ebda informazzjoni mill-faċilità dwar il-wasla tal-iskart, din għandha tinforma b’dan mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni;
(f)il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jkun fih it-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) meta faċilità toħroġ ċertifikat tar-rimi mhux korrett bil-konsegwenza li tiġi rilaxxata l-garanzija finanzjarja, id-destinatarju għandu jħallas il-kostijiet li jinħolqu mid-dmir li jirritorna l-iskart lejn iż-żona ta’ ġurisdizzjoni tal-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u mill-irkupru jew ir-rimi tiegħu b’mod alternattiv u ambjentalment san;
(ii) il-faċilità għandha, fi żmien tlett ijiem minn meta tirċievi l-iskart għar-rimi, tibgħat kopji ffirmati tad-dokument ta’ moviment mimli, ħlief għaċ-ċertifikat tar-rimi msemmi fil-punt (iii), lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;
(iii) il-faċilità għandha, mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija tar-rimi u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sena kalendarja waħda wara li tirċievi l-iskart taħt ir-responsabbiltà tagħha, tiċċertifika li r-rimi tlesta u għandha tibgħat kopji ffirmati tad-dokument ta’ moviment li jkun fih dik iċ-ċertifikazzjoni lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;
(g)in-notifikatur għandu, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-kopji msemmija fil-punt (f)(ii) u (f)(iii), jagħmel l-informazzjoni li tinsab f’dawk il-kopji disponibbli b’mod elettroniku f’konformità mal-Artikolu 26.
4.Il-vjeġġ jista’ jseħħ biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u, fejn xieraq, ta’ tranżitu barra mill-Unjoni u jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk id-deċiżjonijiet;
(b)jiġi żgurat l-immaniġġjar ambjentalment san tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 56.
5.Meta l-iskart jiġi esportat, dan għandu jkun destinat għal operazzjonijiet ta’ rimi f’faċilità li, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, tkun qed topera jew hija awtorizzata biex topera fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
6.Meta uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jew uffiċċju doganali tal-ħruġ jiskopri vjeġġ illegali, dan għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tal-uffiċċju doganali tiegħu. Dik l-awtorità kompetenti għandha:
(a)tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni dwar il-vjeġġ illegali; u
(b)tiżgura ż-żamma tal-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tkun iddeċidiet mod ieħor u tkun ikkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tal-uffiċċju doganali li fih jinżamm l-iskart.
Kapitolu 2
Esportazzjonijiet ta’ skart għall-irkupru
Taqsima 1
Esportazzjonijiet ta’ skart perikoluż u ċertu skart ieħor lejn pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD
Artikolu 36
Projbizzjoni tal-esportazzjonijiet
1.L-esportazzjonijiet mill-Unjoni tal-iskart li ġej destinat għall-irkupru f’pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD huma pprojbiti:
(a)l-iskart elenkat bħala perikoluż fil-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament;
(b)l-iskart elenkat bħala perikoluż fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(c)l-iskart elenkat fil-Parti 2 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament;
(d)l-iskart perikoluż mhux ikklassifikat taħt entrata waħda fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(e)it-taħlitiet ta’ skart perikoluż u t-taħlitiet ta’ skart perikoluż ma’ skart mhux perikoluż mhux ikklassifikati taħt entrata waħda fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(f)l-iskart li l-pajjiż tad-destinazzjoni jkun innotifika bħala perikoluż skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Basel;
(g)l-iskart li l-importazzjoni tiegħu tkun ġiet ipprojbita mill-pajjiż tad-destinazzjoni;
(h)l-iskart li l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ikollha raġuni biex temmen li ma jkunx se jiġi mmaniġġjat b’mod ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 56, fil-pajjiż tad-destinazzjoni kkonċernat;
(i)l-iskart imsemmi fl-Artikolu 4(5).
2.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal skart li huwa soġġett għal obbligu ta’ teħid lura skont l-Artikoli 22 jew 24.
3.L-Istati Membri jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, jistabbilixxu, abbażi ta’ evidenza dokumentarja pprovduta min-notifikatur, li skart perikoluż speċifiku elenkat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE huwa eskluż mill-projbizzjoni tal-esportazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, fejn ma juri l-ebda waħda mill-proprjetajiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE, filwaqt li jqisu l-kriterji u l-valuri ta’ limitu applikabbli u l-limiti ta’ konċentrazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż kif speċifikat f’dak l-Anness. Meta proprjetà perikoluża ta’ skart tkun ġiet ivvalutata permezz ta’ test u bl-użu tal-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi perikolużi kif indikat fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE, ir-riżultati tat-test għandhom jipprevalu.
4.Il-fatt li l-iskart mhuwiex elenkat bħala perikoluż fl-Anness V jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE, jew huwa elenkat fil-Parti 1, il-Lista B tal-Anness V, ma għandux jipprekludi, f’każijiet eċċezzjonali, il-karatterizzazzjoni ta’ tali skart bħala perikoluż u, għalhekk, soġġett għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni jekk juri kwalunkwe waħda mill-proprjetajiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE, filwaqt li jitqiesu l-kriterji u l-valuri ta’ limitu applikabbli u l-limiti ta’ konċentrazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż, kif speċifikati hemmhekk. Meta proprjetà perikoluża ta’ skart tkun ġiet ivvalutata permezz ta’ test u bl-użu tal-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi perikolużi kif indikat fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE, ir-riżultati tat-test għandhom jipprevalu.
5.Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-pajjiż tad-destinazzjoni previst qabel ma jieħu deċiżjoni li jagħti l-kunsens għall-vjeġġi ppjanati lejn dak il-pajjiż. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali każijiet lill-Kummissjoni qabel it-tmiem ta’ kull sena kalendarja. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Istati Membri kollha u lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Basel. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni tista’ tagħmel kummenti u, fejn xieraq, tadatta l-Anness V ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 72.
Taqsima 2
Esportazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż lejn pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD
Artikolu 37
Projbizzjoni tal-esportazzjonijiet
1.L-esportazzjonijiet mill-Unjoni tal-iskart li ġej destinat għall-irkupru f’pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD huma pprojbiti:
(a)l-iskart elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA jew fl-Anness IIIB;
(b)l-iskart mhux perikoluż inkluż fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE, meta ma jkunx diġà elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA jew fl-Anness IIIB.
2.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-esportazzjonijiet ta’ skart destinat għall-irkupru lejn pajjiż inkluż fil-lista ta’ pajjiżi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 38 għall-iskart speċifikat f’dik il-lista.
Tali esportazzjoni tista’ ssir biss bil-kundizzjoni li l-iskart ikun destinat lejn faċilità liċenzjata skont il-leġiżlazzjoni domestika tal-pajjiż ikkonċernat, biex twettaq operazzjonijiet ta’ rkupru għal dak l-iskart. Barra minn hekk, tali esportazzjoni għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 18 jew, fil-każ li l-pajjiż ikkonċernat jindika hekk fit-talba msemmija fl-Artikolu 39, il-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel imsemmija fl-Artikolu 35.
Artikolu 38
Stabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż mill-Unjoni għall-irkupru
1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 76 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD u li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż mill-Unjoni għall-irkupru (“lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet”). Din il-lista għandha tinkludi l-pajjiżi li ssottomettew talba skont l-Artikolu 39(1) u li wrew konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39(3), abbażi ta’ valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 40.
2.Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri l-informazzjoni li ġejja:
(a)l-isem tal-pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż mill-Unjoni għall-irkupru;
(b)l-iskart speċifiku li jkun awtorizzat għall-esportazzjoni mill-Unjoni lejn kull pajjiż imsemmi fil-punt (a);
(c)informazzjoni, bħal indirizz tal-internet, li tippermetti l-aċċess għal lista ta’ faċilitajiet li jkunu liċenzjati skont il-leġiżlazzjoni domestika ta’ kull pajjiż imsemmi fil-punt (a) biex jitwettaq l-irkupru tal-iskart imsemmi fil-punt (b);
(d)fejn disponibbli, informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura ta’ kontroll speċifika li tapplika skont il-leġiżlazzjoni domestika ta’ kull pajjiż imsemmi fil-punt (a) għall-importazzjoni tal-iskart imsemmi fil-punt (b), inkluża indikazzjoni jekk tali importazzjoni hijiex soġġetta għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel imsemmija fl-Artikolu 35.
3.Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi adottata minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data 30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], sakemm l-ebda pajjiż ma jissottometti talba skont l-Artikolu 39(1) jew l-ebda pajjiż ma jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39(3) f’dak iż-żmien.
Sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tikkuntattja lill-pajjiżi kollha li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD, sabiex tipprovdilhom l-informazzjoni meħtieġa dwar il-possibbiltà għal dawk il-pajjiżi li jiġu inklużi fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet.
Sabiex jiġu inklużi fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet adottata sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data 30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD għandhom jissottomettu t-talba tagħhom skont l-Artikolu 39(1) sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
4.Il-Kummissjoni għandha regolarment, u mill-inqas kull sentejn wara l-istabbiliment tagħha, taġġorna l-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet, sabiex:
(a)iżżid pajjiż li l-inklużjoni tiegħu tkun deċiża f’konformità mal-paragrafu 1;
(b)tneħħi pajjiż li ma jibqax jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39;
(c)taġġorna l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2, abbażi ta’ talba riċevuta mill-pajjiż ikkonċernat u, jekk dik it-talba tikkonċerna ż-żieda ta’ skart ġdid, diment li l-pajjiż ikkonċernat ikun wera konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39 fir-rigward tal-iskart il-ġdid inkwistjoni;
(d)tinkludi jew tneħħi kwalunkwe element ieħor rilevanti biex tiżgura li l-lista jkun fiha informazzjoni akkurata u aġġornata.
5.Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39(3), il-pajjiżi inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu aġġornament tal-informazzjoni speċifikata fil-formola stabbilita fl-Anness VIII, flimkien mal-evidenza ta’ sostenn rilevanti mingħajr dewmien.
Il-pajjiżi inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandhom fi kwalunkwe każ, fil-ħames sena wara l-inklużjoni inizjali tagħhom, jipprovdu lill-Kummissjoni b’aġġornament tal-informazzjoni speċifikata fil-formola stabbilita fl-Anness VIII, flimkien mal-evidenza ta’ sostenn rilevanti.
Wara li tirċievi l-informazzjoni u l-evidenza msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mill-pajjiż ikkonċernat biex juri li qed ikompli jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39.
6.Meta ssir disponibbli informazzjoni li turi b’mod plawżibbli li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39 ma għadhomx jiġu ssodisfati għal pajjiż li jkun diġà inkluż fil-lista msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tistieden lil dak il-pajjiż biex jipprovdi l-fehmiet tiegħu dwar dik l-informazzjoni, f’perjodu massimu ta’ xahrejn mill-istedina tagħha biex jipprovdi kummenti, flimkien ma’ evidenza ta’ sostenn rilevanti li turi konformità kontinwa ma’ dawk ir-rekwiżiti. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali ta’ xahrejn meta l-pajjiż ikkonċernat jagħmel talba motivata għal tali estensjoni.
7.Meta l-pajjiż ikkonċernat ma jipprovdix il-fehmiet tiegħu u l-evidenza ta’ sostenn mitluba fil-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jew meta l-evidenza pprovduta ma tkunx biżżejjed biex turi konformità kontinwa mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39, il-Kummissjoni għandha tneħħi lil dak il-pajjiż mil-lista mingħajr dewmien żejjed.
8.Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tikkuntattja pajjiż inkluż fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 biex tikseb informazzjoni li tkun rilevanti biex tiżgura li dan il-pajjiż qed ikompli jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39.
Artikolu 39
Rekwiżiti għall-inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet
1.Il-pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD u li beħsiebhom jirċievu ċertu skart imsemmi fl-Artikolu 37(1) mill-Unjoni għall-irkupru għandhom jissottomettu talba lill-Kummissjoni fejn jindikaw ir-rieda tagħhom li jirċievu dak l-iskart u li jiġu inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 38. Tali talba u kull dokumentazzjoni relatata jew komunikazzjoni oħra għandhom jiġu pprovduti bl-Ingliż.
2.It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa billi tintuża l-formola stabbilita fl-Anness VIII u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha speċifikata hemmhekk.
3.Il-pajjiż li qed jagħmel it-talba għandu juri li jkun stabbilixxa u qed jimplimenta l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-iskart ikkonċernat jiġi mmaniġġjat b’mod ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 56.
Għal dan l-għan, il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu juri li:
(a)għandu strateġija komprensiva jew pjan komprensiv għall-immaniġġjar tal-iskart li jkopru t-territorju kollu tiegħu u juri l-kapaċità u r-rieda tiegħu li jiżgura l-immaniġġjar ambjentalment san tal-iskart. Dik l-istrateġija jew dak il-pjan għandhom jinkludu, mill-inqas, l-elementi li ġejjin:
(i)l-ammont ta’ skart totali ġġenerat fil-pajjiż fuq bażi annwali, kif ukoll l-ammont ta’ skart kopert mill-ambitu ta’ din it-talba (“skart ikkonċernat mit-talba”), u stimi dwar kif dawn l-ammonti se jiżviluppaw fl-10 snin sussegwenti;
(ii)stima tal-kapaċità attwali tal-pajjiż għat-trattament tal-iskart b’mod ġenerali, kif ukoll stima tal-kapaċità tal-pajjiż għat-trattament tal-iskart ikkonċernat mit-talba, u evalwazzjoni ta’ kif dawn il-kapaċitajiet se jiżviluppaw fl-10 snin sussegwenti;
(iii)il-proporzjon ta’ skart domestiku li jinġabar b’mod separat, kif ukoll kwalunkwe objettiv u miżura biex tiżdied din ir-rata fil-futur;
(iv)indikazzjoni tal-proporzjon tal-iskart domestiku kkonċernat mit-talba li jintrema f’landfill, kif ukoll kwalunkwe objettiv u miżura biex dak il-proporzjon jitnaqqas fil-futur;
(v)indikazzjoni tal-proporzjon tal-iskart domestiku li jiġi riċiklat, u l-objettivi u l-miżuri possibbli biex jiżdied dak il-proporzjon fil-futur;
(vi)informazzjoni dwar l-ammont ta’ skart li jintrema bħala żibel u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni u t-tindif taż-żibel;
(vii)strateġija dwar kif jiġi żgurat l-immaniġġjar ambjentalment san tal-iskart importat fit-territorju tiegħu, inkluż l-impatt possibbli ta’ tali importazzjoni fuq l-immaniġġjar tal-iskart iġġenerat domestikament;
(viii)informazzjoni dwar il-metodoloġija użata għall-kalkolu tad-data msemmija fil-punti (i) sa (vi);
(b)għandu qafas legali għall-immaniġġjar tal-iskart fis-seħħ, li jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(i)sistemi ta’ permessi jew ta’ liċenzjar għall-faċilitajiet tat-trattament tal-iskart;
(ii)sistemi ta’ permessi jew ta’ liċenzjar għat-trasport tal-iskart;
(iii)dispożizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw li l-iskart residwu ġġenerat permezz tal-operazzjoni ta’ rkupru għall-iskart ikkonċernat mit-talba jiġi mmaniġġjat b’mod ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 56;
(iv)kontrolli adegwati tat-tniġġis li japplikaw għall-operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart, inklużi limiti tal-emissjonijiet għall-protezzjoni tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma u miżuri maħsuba biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn dawk l-operazzjonijiet;
(v)dispożizzjonijiet dwar l-infurzar, l-ispezzjoni u l-penali maħsuba biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti domestiċi u internazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart u l-vjeġġi tal-iskart;
(c)ikun Parti għall-ftehimiet ambjentali multilaterali msemmija fl-Anness VIII, u jkun ħa l-miżuri meħtieġa biex jimplimenta l-obbligi tiegħu skont dawk il-ftehimiet;
(d)stabbilixxa strateġija għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni domestika dwar l-immaniġġjar tal-iskart u l-vjeġġi tal-iskart, li tkopri miżuri ta’ kontroll u monitoraġġ, inkluża informazzjoni dwar l-għadd ta’ spezzjonijiet tal-vjeġġi ta’ skart u tal-faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart imwettqa u dwar il-penali imposti f’każijiet ta’ ksur tar-regoli domestiċi rilevanti.
Artikolu 40
Valutazzjoni tat-talba għal inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet
1.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet sottomessi skont l-Artikolu 39 mingħajr dewmien żejjed u, jekk tkun sodisfatta li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu jkunu ssodisfati, għandha tinkludi l-pajjiż li jagħmel it-talba fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn ipprovduti mill-pajjiż li jagħmel it-talba, kif ukoll fuq informazzjoni rilevanti oħra, u għandha l-għan li tiddetermina jekk il-pajjiż li jagħmel it-talba jkunx stabbilixxa u huwiex qed jimplimenta l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-iskart ikkonċernat jiġi mmaniġġjat b’mod ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 56. Sabiex twettaq din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tuża, bħala punti ta’ referenza, id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni u l-gwida msemmija fl-Anness IX.
2.Meta, matul il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni pprovduta mill-pajjiż li jagħmel it-talba mhijiex kompluta jew hija insuffiċjenti biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39, hija għandha tagħti lil dak il-pajjiż opportunità biex jipprovdi informazzjoni addizzjonali f’perjodu massimu ta’ tliet xhur. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali ta’ tliet xhur meta l-pajjiż rikjedenti jagħmel talba motivata għal tali estensjoni.
3.Meta l-pajjiż li jagħmel it-talba ma jipprovdix l-informazzjoni addizzjonali fil-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew meta l-informazzjoni addizzjonali pprovduta xorta titqies bħala mhux kompluta jew mhux suffiċjenti biex turi konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39, il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien żejjed lill-pajjiż li jkun qed jagħmel it-talba li ma jistax jiġi inkluż fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet u li t-talba tiegħu ma tkunx se tibqa’ tiġi pproċessata. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-pajjiż li qed jagħmel it-talba bir-raġunijiet għal dik il-konklużjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-pajjiż li jagħmel it-talba jissottometti talba ġdida skont l-Artikolu 39.
Taqsima 3
Esportazzjonijiet lejn pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni OECD
Artikolu 41
Reġim ġenerali għall-esportazzjonijiet tal-iskart
1.Meta l-iskart elenkat fl-Annessi III, IIIA, IIIB jew IV, l-iskart mhux ikklassifikat jew it-taħlitiet ta’ skart mhux ikklassifikat taħt entrata waħda fl-Anness III jew fl-Anness IV jiġu esportati mill-Unjoni u jkunu destinati għall-irkupru f’pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, bi jew mingħajr tranżitu tramite pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-adattamenti u d-dispożizzjonijiet addizzjonali elenkati fil-paragrafi 2, 3 u 5.
2.Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:
(a)taħlitiet ta’ skart elenkat fl-Anness IIIA destinati għal operazzjoni interim għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel jekk tkun se ssir operazzjoni sussegwenti ta’ rkupru jew ta’ rimi interim jew mhux interim f’pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD;
(b)l-iskart elenkat fl-Anness IIIB għandu jkun soġġett għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel;
(c)l-esportazzjoni tal-iskart imsemmi fl-Artikolu 4(5) għandha tkun ipprojbita;
(d)il-kunsens kif meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 9 jista’ jiġi pprovdut fil-forma ta’ kunsens taċitu mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni barra mill-Unjoni.
3.Fir-rigward ta’ esportazzjonijiet tal-iskart elenkat fl-Anness IV, għandhom japplikaw l-adattamenti u d-dispożizzjonijiet addizzjonali elenkati fl-Artikolu 35(2) u fl-Artikolu 35(3), il-punti (a) sa (e).
Barra minn hekk, il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jkun fih it-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)meta faċilità toħroġ ċertifikat ta’ rkupru mhux korrett bil-konsegwenza li tiġi rilaxxata l-garanzija finanzjarja, id-destinatarju għandu jħallas il-kostijiet li jinħolqu mid-dmir li l-iskart jiġi rritornat lejn iż-żona tal-ġurisdizzjoni tal-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u mill-irkupru jew ir-rimi tiegħu b’mod alternattiv u b’mod ambjentalment san;
(b)il-faċilità għandha, fi żmien tlett ijiem minn meta tirċievi l-iskart għall-irkupru, tibgħat kopji ffirmati tad-dokument ta’ moviment mimli, ħlief għaċ-ċertifikat tal-irkupru msemmi fil-punt (c), lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;
(c)il-faċilità għandha, mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija tal-irkupru u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sena kalendarja waħda wara li tirċievi l-iskart taħt ir-responsabbiltà tagħha, tiċċertifika li l-irkupru tlesta u għandha tibgħat kopji ffirmati tad-dokument ta’ moviment li jkun fih dik iċ-ċertifikazzjoni lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;
In-notifikatur għandu, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-kopji msemmija fil-punti (b) u (c), jagħmel l-informazzjoni li tinsab f’dawk il-kopji disponibbli b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 26.
4.Il-vjeġġ ta’ skart soġġett għan-notifika u għall-kunsens bil-miktub minn qabel jista’ jsir biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u, meta jkun xieraq, tat-tranżitu jew, l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tat-tranżitu barra mill-Unjoni jkunu pprovdew kunsens taċitu jew ikun jista’ jiġi preżunt tali kunsens taċitu u jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjonijiet rispettivi;
(b)ikun hemm konformità mal-punti (b)(c) u (d) tal-Artikolu 35(4).
5.Meta esportazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 tal-iskart elenkat fl-Anness IV tkun fi tranżitu tramite pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD, għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:
(a)l-awtorità kompetenti ta’ tranżitu tal-pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD għandu jkollha 60 jum wara d-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta tan-notifika, sabiex tipprovdi, meta l-pajjiż ikkonċernat ikun iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u jkun informa b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Basel f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dik il-Konvenzjoni, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub b'xi kundizzjonijiet jew mingħajrhom;
(b)l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni għandha tieħu d-deċiżjoni li tagħti kunsens għall-vjeġġ kif imsemmi fl-Artikolu 9 biss wara li tkun irċeviet kunsens taċitu jew bil-miktub mingħand l-awtorità kompetenti ta’ tranżitu ta’ pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD, u mhux qabel 61 jum wara d-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta tal-awtorità kompetenti ta’ tranżitu, sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma tkunx irċeviet il-kunsens bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra, u f’dak il-każ tkun tista’ tieħu d-deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9 qabel dak il-limitu ta’ żmien.
6.Meta l-iskart jiġi esportat, dan għandu jiġi destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru f’faċilità li, taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, tkun qed topera jew tkun awtorizzata topera fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
7.Meta uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jew uffiċċju doganali tal-ħruġ jiskopri vjeġġ illegali, dan għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta’ dak l-uffiċċju doganali tiegħu. Dik l-awtorità kompetenti għandha:
(a)tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni dwar il-vjeġġ illegali; u
(b)tiżgura ż-żamma tal-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tkun iddeċidiet mod ieħor u tkun ikkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tal-uffiċċju doganali li fih jinżamm l-iskart.
Artikolu 42
Monitoraġġ tal-proċedura ta’ esportazzjoni u ta’ salvagwardja
1.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-livelli ta’ esportazzjoni ta’ skart mill-Unjoni lejn pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, bil-ħsieb li jiġi żgurat li tali esportazzjonijiet ma jwasslux għal danni serji għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem fil-pajjiż tad-destinazzjoni. Bħala parti minn tali monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu akkumpanjati minn informazzjoni u data rilevanti li turi li l-esportazzjoni tal-iskart mill-Unjoni twassal għal danni serji għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem f’pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD.
2.F’każijiet fejn l-esportazzjoni tal-iskart mill-Unjoni lejn pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD tkun żdiedet b’mod konsiderevoli f’perjodu ta’ żmien qasir, u fejn ma hemmx biżżejjed evidenza disponibbli li turi li l-pajjiż ikkonċernat għandu l-kapaċità li jirkupra dan l-iskart b’mod ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 56, il-Kummissjoni għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat biex jipprovdu, fi żmien 60 jum, informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li taħthom jiġi rkuprat l-iskart inkwistjoni u l-kapaċità tal-pajjiż ikkonċernat li jimmaniġġja l-iskart inkwistjoni. Il-Kummissjoni tista’ tagħti estensjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien jekk il-pajjiż ikkonċernat jagħmel talba motivata għall-estensjoni tiegħu.
3.It-talba msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollha l-għan li tivverifika li l-pajjiż ikkonċernat:
(a)ikun stabbilixxa u implimenta qafas legali adegwat għall-importazzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart ikkonċernat, kif ukoll miżuri adegwati biex jiġi żgurat l-immaniġġjar ambjentalment san tal-iskart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart ikkonċernat;
(b)ikollu kapaċità suffiċjenti fit-territorju tiegħu li tippermetti li l-iskart ikkonċernat jiġi mmaniġġjat b’mod ambjentalment san, filwaqt li jqis il-volum akbar ta’ skart importat fit-territorju tiegħu;
(c)ikun stabbilixxa strateġija adegwata biex jiġi indirizzat l-impatt negattiv possibbli ta’ żieda fl-importazzjoni tal-iskart ikkonċernat fuq il-ġbir u l-immaniġġjar tal-iskart iġġenerat domestikament;
(d)ikun stabbilixxa u implimenta miżuri ta’ infurzar adegwati biex jindirizzaw vjeġġi jew trattament illegali possibbli tal-iskart ikkonċernat.
4.Fejn, wara t-talba msemmija fil-paragrafu 2, il-pajjiż ikkonċernat ma jipprovdix biżżejjed evidenza kif imsemmi fil-paragrafu 3 li l-iskart huwa mmaniġġjat b’mod ambjentalment san f’konformità mal-Artikolu 56, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 76 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tipprojbixxi l-esportazzjoni tal-iskart ikkonċernat lejn dan il-pajjiż.
Din il-projbizzjoni għandha titneħħa mill-Kummissjoni meta l-Kummissjoni jkollha biżżejjed evidenza li l-iskart ikkonċernat se jiġi mmaniġġjat b’mod li ambjentalment san.
Kapitolu 3
Obbligi addizzjonali
Artikolu 43
Obbligi fuq l-esportaturi
1.Persuna fiżika jew ġuridika għandha tesporta l-iskart mill-Unjoni biss jekk tkun tista’ turi li l-faċilitajiet li għandhom jirċievu l-iskart fil-pajjiż tad-destinazzjoni se jimmaniġġjawh b’mod ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 56.
2.Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1, persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-ħsieb li tesporta l-iskart mill-Unjoni għandha tiżgura li l-faċilitajiet li se jimmaniġġjaw l-iskart fil-pajjiż tad-destinazzjoni jkunu ġew soġġetti għal awditu minn parti terza indipendenti u akkreditata bi kwalifiki xierqa.
3.L-awditu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jivverifika l-konformità tal-faċilità kkonċernata mal-kriterji stabbiliti fl-Anness X. Persuna ġuridika jew fiżika ma għandhiex tesporta skart lejn faċilità li ma tikkonformax ma’ dawk il-kriterji.
4.Persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-ħsieb li tesporta l-iskart għandha tiżgura li l-faċilità li se timmaniġġja l-iskart fil-pajjiż tad-destinazzjoni tkun ġiet soġġetta għal awditu msemmi fil-paragrafu 2 qabel ma tesporta l-iskart lejn il-faċilità kkonċernata u li l-awditu jiġi ripetut f’intervalli regolari, skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju, bi frekwenza minima ta’ kull tliet snin wara l-ewwel awditu.
Persuna fiżika jew ġuridika li tesporta l-iskart mill-Unjoni għandha twettaq ukoll awditu ad hoc mingħajr dewmien f’każ li tirċievi informazzjoni plawżibbli li faċilità ma għadhiex konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness X.
5.Persuna fiżika jew ġuridika li tkun ikkummissjonat jew wettqet awditu għal faċilità partikolari skont il-paragrafu 2 għandha tiżgura li tali awditu jkun disponibbli għal persuna fiżika jew ġuridika oħra li jkollha l-ħsieb li tesporta l-iskart lejn il-faċilità inkwistjoni, taħt kundizzjonijiet kummerċjali ġusti.
6.Fuq talba minn awtorità kompetenti jew awtorità involuta fl-ispezzjonijiet, persuna fiżika jew ġuridika għandha tipprovdi evidenza dokumentarja li l-awditi kif imsemmija fil-paragrafu 2 twettqu fil-faċilitajiet kollha li lejhom qed jesportaw l-iskart inkwistjoni. Tali evidenza dokumentarja għandha tiġi pprovduta b’lingwa aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
7.Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jesportaw skart barra mill-Unjoni għandhom, fuq bażi annwali, jagħmlu pubblikament disponibbli b’mezzi elettroniċi l-informazzjoni dwar kif jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu.
8.Fejn ikun hemm ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u pajjiż terz li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, li jirrikonoxxi li l-faċilitajiet f’dak il-pajjiż terz se jimmaniġġjaw l-iskart b’mod ambjentalment san, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness X, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkollhom il-ħsieb li jesportaw l-iskart lejn dak il-pajjiż terz għandhom jiġu eżentati mill-obbligu speċifikat fil-paragrafu 2.
9.Fuq talba minn awtorità kompetenti jew awtorità involuta fl-ispezzjonijiet, persuna fiżika jew ġuridika li tkun eżentata skont il-paragrafu 8, għandha tipprovdi evidenza dokumentarja tal-ftehim internazzjonali rilevanti kif imsemmi f’dak il-paragrafu b’lingwa aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
Artikolu 44
Obbligi fuq l-Istati Membri tal-esportazzjoni
1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni ġuridiċi u fiżiċi taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom ma jesportawx skart f’każijiet fejn ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 36 sa 43 għal tali esportazzjoni.
2.L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki regolari, skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju, biex jiżguraw li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jesportaw skart mill-Unjoni jikkonformaw mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 43.
Meta l-Istati Membri jkollhom fil-pussess tagħhom informazzjoni plawżibbli li tindika li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jesportaw l-iskart mill-Unjoni mhumiex konformi mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 43, huma għandhom iwettqu l-verifiki meħtieġa.
Kapitolu 4
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 45
Esportazzjonijiet lejn l-Antartiku
L-esportazzjonijiet ta’ skart mill-Unjoni lejn l-Antartiku għandhom ikunu pprojbiti.
Artikolu 46
Esportazzjonijiet lejn pajjiżi jew territorji ekstra-Ewropej
1.L-esportazzjonijiet mill-Unjoni lejn pajjiż jew territorju ekstra-Ewropew ta’ skart destinat għar-rimi f’dak il-pajjiż jew territorju għandhom ikunu pprojbiti.
2.Fir-rigward ta’ esportazzjonijiet ta’ skart destinat għall-irkupru f’pajjiżi jew f’territorji ekstra-Ewropej, il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 36 għandha tapplika mutatis mutandis.
3.Fir-rigward ta’ esportazzjonijiet ta’ skart destinat għall-irkupru f’pajjiżi jew f’territorji ekstra-Ewropej mhux koperti mill-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 36, għandhom japplikaw mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II.
Titolu V
Importazzjonijiet lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi
Kapitolu 1
Importazzjonijiet ta’ skart għar-rimi
Artikolu 47
Projbizzjoni ta’ importazzjonijiet
1.L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ skart destinat għar-rimi għandhom ikunu pprojbiti għajr l-importazzjonijiet ġejjin minn:
(a)pajjiżi li jkunu Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel;
(b)pajjiżi oħra li magħhom l-Unjoni, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ikunu kkonkludew ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basel;
(c)pajjiżi oħra li magħhom Stati Membri individwali jkunu kkonkludew ftehimiet jew arranġamenti bilaterali f’konformità mal-paragrafu 2; jew
(d)żoni oħra f’każijiet fejn, minħabba raġunijiet eċċezzjonali matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi, tal-istabbiliment tal-paċi, taż-żamma tal-paċi jew ta’ gwerra, ebda ftehim jew arranġament bilaterali skont il-punti (b) jew (c) ma jkun jista’ jiġi konkluż jew fejn għadha ma ġietx iddeżinjata jew mhijiex kapaċi li taġixxi awtorità kompetenti fil-pajjiż tad-dispaċċ.
2.F’każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet u arranġamenti bilaterali għar-rimi ta’ skart speċifiku f’dawk l-Istati Membri, fejn tali skart ma jkunx immaniġġjat b’mod ambjentalment san fil-pajjiż tad-dispaċċ.
Dawn il-ftehimiet u l-arranġamenti għandhom:
(a)ikunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basel.
(b)jiggarantixxu li l-operazzjonijiet ta’ rimi jitwettqu f’faċilità awtorizzata u jkunu konformi mar-rekwiżiti għall-immaniġġjar ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 56; u
(c)jiggarantixxu li l-iskart jiġi prodott fil-pajjiż tad-dispaċċ u li r-rimi jitwettaq esklużivament fl-Istat Membru li jkun ikkonkluda l-ftehim jew l-arranġament.
(d)jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel il-konklużjoni tagħhom jew, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, sa mhux iktar tard minn xahar wara l-konklużjoni.
3.Il-ftehimiet jew l-arranġamenti bilaterali jew multilaterali msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, għandhom ikunu bbażati fuq r-rekwiżiti proċedurali tal-Artikolu 48.
4.Il-pajjiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu meħtieġa jippreżentaw talba debitament motivata minn qabel lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni abbażi tal-fatt li huma ma għandhomx u ma jistgħux jiksbu b’mod raġonevoli l-kapaċità teknika u l-faċilitajiet meħtieġa sabiex jarmu l-iskart b’mod ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 56.
Artikolu 48
Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjonijiet
1.Meta l-iskart destinat għar-rimi jiġi importat fl-Unjoni minn pajjiżi li jkunu Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-adattamenti u d-dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.
2.Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:
(a)in-notifikatur għandu jissottometti t-talba għal notifika f’konformità mal-Artikolu 26, sakemm in-notifikatur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni u ma jkollu l-ebda aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 26, f’liema każ it-talba għal notifika, u b’mod partikolari l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) għandhom jiġu pprovduti lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika b’firma diġitali;
(b)in-notifikatur għandu jissottometti kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, u b’mod partikolari l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) f’konformità mal-Artikolu 26, sakemm in-notifikatur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni u ma jkollu l-ebda aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 26, f’liema każ dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika b’firma diġitali, lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;
(c)in-notifikatur, jew fejn in-notifikatur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni u ma jkollu l-ebda aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 26, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fl-Unjoni, għandu jiżgura/għandha tiżgura li l-informazzjoni rilevanti kollha tkun inkluża f’dik is-sistema;
(d)l-awtoritajiet kompetenti ta’ tranżitu u tad-destinazzjoni fl-Unjoni għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fil-pajjiżi ta’ tranżitu u ta’ dispaċċ barra l-Unjoni bi kwalunkwe talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni min-naħa tagħhom u bid-deċiżjoni tagħhom rigward il-vjeġġ ippjanat, bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika b’firma diġitali, sakemm l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi kkonċernati ma jkollhomx aċċess għas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 26(2);
(e)l-awtorità kompetenti ta’ tranżitu barra l-Unjoni għandu jkollha 60 jum wara d-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta tan-notifika, sabiex tipprovdi, jekk il-pajjiż ikkonċernat ikun iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u jkun informa b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Basel f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dik il-Konvenzjoni, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub b'xi kundizzjonijiet jew mingħajrhom;
(f)fil-każijiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 46(1) li jinvolvu sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ta’ stabbiliment tal-paċi, taż-żamma tal-paċi jew ta’ gwerra, il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ ma għandux ikun meħtieġ.
3.Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a)l-awtorità kompetenti ta’ tranżitu fl-Unjoni għandha tipprovdi konferma tar-riċevuta lin-notifikatur, flimkien ma’ kopji lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;
(b)l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u, meta jkun xieraq, ta’ tranżitu fl-Unjoni għandhom jiżguraw li l-uffiċċju doganali tad-dħul ikun infurmat bid-deċiżjonijiet tagħhom ta’ kunsens għall-vjeġġ;
(c) għandha tintbagħat kopja tad-dokument ta’ moviment mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali tad-dħul bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika b’firma diġitali, jew, meta l-uffiċċju doganali tad-dħul ikollu aċċess għaliha, permezz tas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 26(2); u
(d)malli l-iskart ikun ġie rrilaxxat għal proċedura doganali mill-awtoritajiet doganali fid-dħul, l-uffiċċju doganali tad-dħul għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u ta’ tranżitu fl-Unjoni li l-iskart ikun daħal fl-Unjoni.
4.Il-vjeġġ jista’ jseħħ biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u, fejn xieraq, ta’ tranżitu u jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-kunsens;
(b)ikun ġie konkluż u jkun effettiv kuntratt bejn in-notifikatur u d-destinatarju kif imsemmi fl-Artikolu 6;
(c)tkun ġiet stabbilita u tkun effettiva garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 7; u
(d)jiġi żgurat l-immaniġġjar ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 33.
5.Meta uffiċċju doganali tad-dħul jiskopri vjeġġ illegali, dan għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta’ dak l-uffiċċju doganali. Dik l-awtorità kompetenti għandha:
(a)mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fl-Unjoni bil-vjeġġ illegali, u mbagħad, dik l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Unjoni; u
(b)tiżgura ż-żamma tal-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Unjoni ma tkunx iddeċidiet mod ieħor u tkun ikkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tal-uffiċċju doganali li fih ikun miżmum l-iskart.
6.Meta l-iskart iġġenerat mill-forzi armati jew minn organizzazzjonijiet ta’ għajnuna f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u f’operazzjonijiet ta’ stabbiliment tal-paċi jew żamma tal-paċi jiġi ttrasportat, minn dawk il-forzi armati jew l-organizzazzjonijiet ta’ għajnuna jew f’isimhom, kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu u l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fl-Unjoni għandhom jiġu infurmati minn qabel dwar il-vjeġġ u d-destinazzjoni tiegħu.
Kapitolu 2
Importazzjonijiet ta’ skart għall-irkupru
Artikolu 49
Projbizzjoni ta’ importazzjonijiet
1.L-importazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni ta’ skart destinat għall-irkupru għandhom ikunu pprojbiti għajr għall-importazzjonijiet li jkunu ġejjin minn:
(a)pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD;
(b)pajjiżi oħra li jkunu Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel;
(c)pajjiżi oħra li magħhom l-Unjoni, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ikunu kkonkludew ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basel;
(d)pajjiżi oħra li magħhom Stati Membri individwali jkunu kkonkludew ftehimiet jew arranġamenti bilaterali f’konformità mal-paragrafu 2; jew
(e)żoni oħra f’każijiet fejn, minħabba raġunijiet eċċezzjonali matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi, tal-istabbiliment tal-paċi, taż-żamma tal-paċi jew ta’ gwerra, ebda ftehim jew arranġament bilaterali skont il-punti (c) jew (d) ma jkun jista’ jiġi konkluż jew fejn għadha ma ġietx iddeżinjata jew mhijiex kapaċi li taġixxi awtorità kompetenti fil-pajjiż tad-dispaċċ.
2.F’każijiet eċċezzjonali, Stati Membri individwali jistgħu jikkonkludu ftehimiet u arranġamenti bilaterali għall-irkupru ta’ skart speċifiku f’dawk l-Istati Membri, fejn tali skart ma jkunx immaniġġjat b’mod ambjentalment san fil-pajjiż tad-dispaċċ.
F’każijiet bħal dawn, għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(2).
3.Il-ftehimiet jew l-arranġamenti bilaterali jew multilaterali miftiehma f’konformità mal-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu ibbażati fuq ir-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 48 sa fejn dan ikun pertinenti.
Artikolu 50
Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjonijiet minn pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD
1.Meta l-iskart destinat għall-irkupru jiġi importat fl-Unjoni minn u tramite pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-adattamenti u d-dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.
2.Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:
(a)il-kunsens kif meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 9 jista’ jiġi pprovdut fil-forma ta’ kunsens taċitu mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Unjoni;
(b)fil-każijiet imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 49(1) li jinvolvu sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ta’ stabbiliment tal-paċi, taż-żamma tal-paċi jew ta’ gwerra, il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ ma għandux ikun meħtieġ.
3.Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin: il-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 48(2), u l-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 48(3).
4.Il-vjeġġ jista’ jseħħ biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u, meta jkun xieraq, ta’ tranżitu jew ikun ingħata jew jista’ jiġi preżunt kunsens taċitu mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Unjoni, u l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjonijiet rispettivi jkunu ġew issodisfati;
(b)ikun ġie konkluż u jkun effettiv kuntratt bejn in-notifikatur u d-destinatarju kif imsemmi fl-Artikolu 6;
(c)tkun ġiet stabbilita u tkun effettiva garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 7; u
(d)jiġi żgurat l-immaniġġjar ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 56.
5.Meta uffiċċju doganali tad-dħul jiskopri vjeġġ illegali, dan għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta’ dak l-uffiċċju doganali. Dik l-awtorità kompetenti għandha:
(a)mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fl-Unjoni, u mbagħad, dik l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Unjoni bil-vjeġġ illegali; u
(b)tiżgura ż-żamma tal-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Unjoni ma tkunx iddeċidiet mod ieħor u tkun ikkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tal-uffiċċju doganali li fih ikun miżmum l-iskart.
Artikolu 51
Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjonijiet minn jew tramite pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD
Meta skart destinat għall-irkupru jiġi importat fl-Unjoni minn pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD jew tramite kwalunkwe pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD u li jkun ukoll Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel, l-Artikolu 48 għandu japplika mutatis mutandis.
Kapitolu 3
Obbligi addizzjonali
Artikolu 52
Obbligi tal-Istati Membri tal-importazzjoni
1.Fil-każ tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fl-Unjoni għandha tirrikjedi u tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li kwalunkwe skart ittrasportat fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni tagħha jiġi mmaniġġjat mingħajr ma tiġi pperikolata s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma jintużaw proċessi jew metodi li jistgħu jagħmlu ħsara lill-ambjent, u f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE u ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-iskart matul il-perjodu tal-vjeġġ, inkluż l-irkupru jew ir-rimi fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
2.L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprojbixxi wkoll l-importazzjonijiet ta’ skart minn pajjiżi terzi meta jkollha raġuni biex temmen li l-iskart mhux se jiġi mmaniġġjat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.
Kapitolu 4
Importazzjonijiet minn pajjiżi jew territorji ekstra-Ewropej
Artikolu 53
Importazzjonijiet minn pajjiżi jew territorji ekstra-Ewropej
1.Meta skart jiġi importat fl-Unjoni minn pajjiżi jew territorji ekstra-Ewropej, għandu japplika, mutatis mutandis, it-Titolu II.
2.Pajjiż jew territorju ekstra-Ewropew u l-Istat Membru li miegħu jkun marbut jista’ japplika l-proċeduri nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru għal vjeġġi mill-pajjiż jew mit-territorju ekstra-Ewropew lejn dak l-Istat Membru f’każ li l-ebda pajjiż ieħor ma jkun involut fil-vjeġġ bħala pajjiż ta’ tranżitu.
3.L-Istati Membri li japplikaw il-paragrafu 2 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-proċeduri nazzjonali applikati.
Titolu VI
Tranżitu tramite l-Unjoni minn u lejn pajjiżi terzi
Artikolu 54
Tranżitu tramite l-Unjoni ta’ skart destinat għar-rimi
Meta l-iskart destinat għar-rimi jiġi ttrasportat tramite Stati Membri minn u lejn pajjiżi terzi, l-Artikolu 48 għandu japplika mutatis mutandis, bl-adattamenti u d-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a)l-ewwel u l-aħħar awtorità kompetenti ta’ tranżitu fl-Unjoni għandha, meta jkun xieraq, tiżgura li l-uffiċċju doganali tad-dħul u l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jiġu infurmati bid-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom li jagħtu kunsens għall-vjeġġ jew, jekk ikunu pprovdew kunsens taċitu, bil-konferma f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 48(3);
(b)l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu, malli l-iskart ikun telaq mill-Unjoni, jinforma lill-awtorità/awtoritajiet kompetenti ta’ tranżitu fl-Unjoni li l-iskart ikun telaq mill-Unjoni.
Artikolu 55
Tranżitu tramite l-Unjoni ta’ skart destinat għall-irkupru
1.Meta l-iskart destinat għall-irkupru jiġi ttrasportat tramite Stati Membri minn u lejn pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD, l-Artikolu 54 għandu japplika mutatis mutandis.
2.Meta l-iskart destinat għall-irkupru jiġi ttrasportat tramite Stati Membri minn u lejn pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, l-Artikolu 50 għandu japplika mutatis mutandis, bl-adattamenti u d-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a)l-ewwel u l-aħħar awtorità kompetenti ta’ tranżitu fl-Unjoni għandha, meta jkun xieraq, tiżgura li l-uffiċċju doganali tad-dħul u l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jiġu infurmati bid-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom li jagħtu kunsens għall-vjeġġ jew, jekk ikunu pprovdew kunsens taċitu, bil-konferma f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 48(3);
(b)l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu, malli l-iskart ikun telaq mill-Unjoni, jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ tranżitu fl-Unjoni li l-iskart ikun telaq mill-Unjoni.
3.Meta l-iskart destinat għall-irkupru jiġi ttrasportat tramite Stati Membri minn pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD lejn pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD jew viċi versa, għandu japplika l-paragrafu 1 fir-rigward tal-pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD u għandu japplika l-paragrafu 2 fir-rigward tal-pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD.
Titolu VII
Immaniġġjar ambjentalment san u infurzar
Kapitolu 1
Artikolu 56
Immaniġġjar ambjentalment san
1.Il-produttur tal-iskart, in-notifikatur u kwalunkwe impriża oħra involuta fi vjeġġ ta’ skart jew fl-irkupru jew ir-rimi tiegħu għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe skart ittrasportat jiġi mmaniġġjat mingħajr ma tiġi pperikolata s-saħħa tal-bniedem u b’mod ambjentalment san matul il-perjodu kollu tal-vjeġġ u matul l-irkupru u r-rimi tal-iskart.
2.Għall-finijiet tal-esportazzjoni tal-iskart, l-iskart ittrasportat għandu jitqies li huwa mmaniġġjat b’mod ambjentalment san fir-rigward tal-operazzjoni ta’ rkupru jew rimi kkonċernata, fejn ikun jista’ jintwera li l-iskart se jiġi mmaniġġjat f’konformità mar-rekwiżiti tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent li huma ġeneralment ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Meta tiġi vvalutata tali ekwivalenza wiesgħa, ma għandhiex tkun meħtieġa konformità sħiħa mar-rekwiżiti li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iżda jenħtieġ li jintwera li r-rekwiżiti applikati fil-pajjiż tad-destinazzjoni jiżguraw livell simili ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent bħar-rekwiżiti li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Kapitolu 2
Infurzar
Taqsima 1
Spezzjonijiet mill-Istati Membri u penali
Artikolu 57
Spezzjonijiet
1.L-Istati Membri għandhom, għall-iskop ta’ infurzar ta’ dan ir-Regolament, iwettqu spezzjonijiet ta’ stabbilimenti, impriżi, sensara u negozjanti f’konformità mal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/98/KE, u spezzjonijiet ta’ vjeġġi ta’ skart u tal-irkupru jew tar-rimi relatat.
2.L-ispezzjonijiet tal-vjeġġi għandhom isiru mill-inqas f’wieħed mill-punti li ġejjin:
(a)fil-post tal-oriġini, imwettqa mal-produttur tal-iskart, mad-detentur tal-iskart jew man-notifikatur;
(b)fil-punt tad-destinazzjoni, inkluż l-irkupru jew ir-rimi interim jew mhux interim, imwettqa mad-destinatarju jew mal-faċilità;
(c)fil-fruntieri tal-Unjoni;
(d)matul il-vjeġġ fl-Unjoni.
Artikolu 58
Dokumentazzjoni u evidenza
1.L-ispezzjonijiet tal-vjeġġi għandhom jinkludu mill-inqas verifika tad-dokumenti, konferma tal-identità tal-atturi involuti f’dawk il-vjeġġi u, fejn xieraq, kontroll fiżiku tal-iskart.
2.Sabiex jiġi aċċertat li sustanza jew oġġett li jkunu qed jinġarru bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru, bil-baħar jew permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni mhumiex skart, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistgħu jitolbu lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun fil-pussess tas-sustanza kkonċernata jew tal-oġġett ikkonċernat, jew li torganizza l-ġarr tagħhom, biex tissottometti prova dokumentarja:
(a)rigward l-oriġini u d-destinazzjoni tas-sustanza jew l-oġġett ikkonċernati; u
(b)li dawn mhumiex skart, inkluż, fejn xieraq, evidenza tal-funzjonalità.
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-protezzjoni tas-sustanza kkonċernata jew tal-oġġett ikkonċernat minn ħsara waqt it-trasport, it-tagħbija u l-ħatt, bħal imballaġġ adegwat u stivar xieraq, għandha tiġi aċċertata wkoll.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 23(2) u l-Anness VI tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
3.L-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistgħu jikkonkludu li s-sustanza jew l-oġġett ikkonċernati jkunu skart, meta:
(a)l-evidenza msemmija fil-paragrafu 2 jew meħtieġa skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni biex taċċerta li sustanza jew oġġett mhumiex skart, ma tkunx ġiet sottomessa fil-perjodu speċifikat minnhom; jew
(b)iqisu l-evidenza u l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom bħala insuffiċjenti biex tintlaħaq konklużjoni, jew iqisu l-protezzjoni pprovduta kontra l-ħsara msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 bħala insuffiċjenti.
Meta l-awtoritajiet ikunu kkonkludew li sustanza jew oġġett ikunu skart f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-ġarr tas-sustanza jew tal-oġġett ikkonċernati jew il-vjeġġ ta’ skart ikkonċernat għandhom jitqies bħala vjeġġ illegali. Konsegwentement, dak il-vjeġġ għandu jiġi trattat f’konformità mal-Artikoli 24 u 25 u l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet għandhom, mingħajr dewmien, jinformaw b’dan lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż fejn tkun saret l-ispezzjoni kkonċernata.
4.Sabiex jiġi aċċertat jekk vjeġġ ta’ skart huwiex konformi ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistgħu jitolbu lin-notifikatur, lill-persuna li torganizza l-vjeġġ, lid-detentur tal-iskart, lit-trasportatur, lid-destinatarju u lill-faċilità li tirċievi l-iskart biex jissottomettulhom prova dokumentarja rilevanti fi żmien perjodu speċifikat minnhom.
5.Sabiex jiġi aċċertat jekk vjeġġ ta’ skart soġġett għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 18 huwiex destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru li jkunu f’konformità mal-Artikolu 56, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistgħu jitolbu lill-persuna li torganizza l-vjeġġ biex tissottometti evidenza dokumentarja rilevanti, ipprovduta mill-faċilità ta’ rkupru interim jew mhux interim u, jekk ikun meħtieġ, approvata mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.
6.Meta l-evidenza msemmija fil-paragrafu 4 ma tkunx ġiet sottomessa lill-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet fil-perjodu speċifikat minnhom, jew iqisu l-evidenza u l-informazzjoni disponibbli għalihom bħala insuffiċjenti biex jaslu għal konklużjoni, il-vjeġġ ikkonċernat għandu jitqies bħala vjeġġ illegali u għandu jiġi ttrattat f’konformità mal-Artikoli 24 u 25. L-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet għandhom, mingħajr dewmien, jinformaw b’dan lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż fejn tkun saret l-ispezzjoni kkonċernata.
7.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tabella ta’ korrelazzjoni bejn il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda, previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, u l-entrati tal-iskart elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB, fl-Anness IV, u fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha żżomm dan l-att aġġornat, sabiex tirrifletti l-bidliet f’dik in-nomenklatura u fl-entrati elenkati f’dawk l-Annessi, kif ukoll sabiex tinkludi kwalunkwe kodiċi ġdid relatat mal-iskart tan-Nomenklatura tas-Sistema Armonizzata li l-Organizzazzjoni Doganali Dinjija tista’ tadotta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 77(2). Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1245 għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm is-setgħa msemmija f’dan l-Artikolu tiġi eżerċitata mill-Kummissjoni.
Artikolu 59
Pjanijiet ta’ spezzjoni
1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li, fir-rigward tat-territorju ġeografiku kollu tagħhom, pjan wieħed jew iktar, separatament jew bħala parti definita b’mod ċar minn pjanijiet oħra, għal spezzjonijiet li għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 57(1) (“pjan ta’ spezzjoni”).
Il-pjanijiet ta’ spezzjoni għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju li tkopri flussi ta’ skart u sorsi ta’ vjeġġi illegali speċifiċi, ir-riżultati ta’ spezzjonijiet preċedenti u, jekk ikun xieraq, jikkunsidraw id-data bbażata fuq l-intelligence bħal data dwar investigazzjonijiet mill-pulizija u mill-awtoritajiet doganali u l-analiżijiet tal-attivitajiet kriminali. Dik il-valutazzjoni tar-riskju għandha timmira li, inter alia, tidentifika l-għadd u l-frekwenza minima tal-ispezzjonijiet meħtieġa, inkluż kontrolli fiżiċi fuq l-istabbilimenti, l-impriżi, is-sensara, in-negozjanti u l-vjeġġi ta’ skart jew fuq l-irkupru jew ir-rimi relatati.
2.Il-pjanijiet ta’ spezzjoni għandhom jinkludu, mill-inqas, l-elementi li ġejjin:
(a)l-objettivi u l-prijoritajiet tal-ispezzjonijiet, inkluż deskrizzjoni ta’ kif ikunu ġew identifikati dawk l-objettivi u l-prijoritajiet;
(b)iż-żona ġeografika koperta mill-pjan ta’ spezzjoni;
(c)informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet ippjanati, inkluż dwar il-kontrolli fiżiċi;
(d)il-kompiti assenjati lil kull awtorità involuta fl-ispezzjonijiet;
(e)arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet;
(f)informazzjoni dwar it-taħriġ tal-ispetturi fir-rigward ta’ materji relatati mal-ispezzjonijiet; u
(g)informazzjoni dwar ir-riżorsi umani, finanzjarji u oħrajn għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ spezzjoni.
3.Pjan ta’ spezzjoni għandu jiġi rieżaminat mill-inqas kull tliet snin u, għandu jiġi aġġornat, meta jkun xieraq. Dak ir-rieżami għandu jevalwa sa liema punt ikunu ġew implimentati l-objettivi u elementi oħra ta’ dik l-ispezzjoni.
4.Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-pjanijiet ta’ spezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u bi kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tagħhom kull tliet snin, u għall-ewwel darba sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
5.Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-pjanijiet ta’ spezzjoni nnotifikati mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 4 u, jekk ikun xieraq, tfassal rapporti, ibbażati fuq ir-rieżami ta’ dawn il-pjanijiet, dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawn ir-rapporti jistgħu jinkludu, inter alia, rakkomandazzjonijiet dwar il-prijoritajiet tal-ispezzjonijiet u dwar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-infurzar bejn l-awtoritajiet rilevanti involuti fl-ispezzjonijiet. Dawn ir-rapporti jistgħu jiġu ppreżentati wkoll, meta jkun xieraq, fil-laqgħat tal-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart stabbilit skont l-Artikolu 63.
Artikolu 60
Penali
1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali amministrattivi applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
2.Meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali li għandhom jiġu imposti f’każ ta’ ksur, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq il-kriterji li ġejjin:
(a)in-natura, is-serjetà u d-durata tal-ksur;
(b)meta jkun xieraq, il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;
(c)is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli, kif indikat pereżempju mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika li tinżamm responsabbli jew mill-introjtu annwali tal-persuna fiżika li tinżamm responsabbli;
(d)il-benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw mill-ksur għall-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(e)il-ħsara ambjentali kkawżata mill-ksur, sa fejn ikun jista’ jiġi ddeterminat;
(f)kwalunkwe azzjoni meħuda mill-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli biex ittaffi jew tirrimedja l-ħsara kkawżata;
(g)il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli mal-awtorità kompetenti;
(h)ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli;
(i)kwalunkwe azzjoni li għandha l-għan li tevita jew tostakola l-kontrolli amministrattivi u
(j)kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.
3.L-Istati Membri għandhom mill-anqas ikunu jistgħu jimponu l-penali li ġejjin f’każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament:
(a)multi;
(b)il-konfiska tad-dħul miksub mill-persuna fiżika jew ġuridika minn tranżazzjoni relatata mal-ksur;
(c)is-sospensjoni jew ir-revoka tal-awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ attivitajiet relatati mal-immaniġġjar u l-vjeġġ tal-iskart, sa fejn dawn l-attivitajiet jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(d)esklużjoni mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku.
Taqsima 2
Kooperazzjoni fl-infurzar
Artikolu 61
Kooperazzjoni fl-infurzar fil-livell nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha involuti fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament, mekkaniżmi effettivi biex ikunu jistgħu jikkooperaw u jikkoordinaw domestikament fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet ta’ infurzar biex jindirizzaw il-vjeġġi illegali ta’ skart, inkluż għall-istabbiliment u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ spezzjoni.
Artikolu 62
Kooperazzjoni fl-infurzar bejn l-Istati Membri
1.L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, bilateralment u multilateralment, ma’ xulxin sabiex jiffaċilitaw il-prevenzjoni u d-detezzjoni ta’ vjeġġi illegali. Għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti dwar il-vjeġġi tal-iskart, il-flussi tal-iskart, l-operaturi u l-faċilitajiet u jikkondividu l-esperjenza u l-għarfien dwar il-miżuri ta’ infurzar, inkluż il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 59(1), fi ħdan strutturi stabbiliti, partikolarment, permezz tal-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart stabbilit skont l-Artikolu 63.
2.L-Istati Membri għandhom jidentifikaw dawk il-membri tal-persunal permanenti tagħhom li jkunu responsabbli għall-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jidentifikaw il-punti fokali għall-kontrolli fiżiċi msemmija fl-Artikolu 58(1). Dik l-informazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, li għandha tqassam lista kkompilata lil dawk il-membri.
3.Fuq it-talba ta’ Stat Membru ieħor, Stat Membru jista’ jieħu azzjoni ta’ infurzar kontra persuni, preżenti f’dak l-Istat Membru, suspettati li jkunu mdaħħla fi vjeġġi ta’ skart illegali.
Artikolu 63
Grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart
1.Għandu jiġi stabbilit grupp ta’ infurzar biex jiffaċilita u jtejjeb il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri għall-prevenzjoni u għad-detezzjoni ta’ vjeġġi illegali (il-“grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart”).
2.Il-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart għandu jikkonsisti mill-persunal permanenti ddeżinjat li jkun responsabbli għall-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 62(2) u jista’ jinkludi wkoll rappreżentanti ulterjuri tal-awtoritajiet rilevanti ta’ kull Stat Membru b’responsabbiltà għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Għandu jkun ippresedut mir-rappreżentant(i) tal-Kummissjoni.
3.Il-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart għandu jkun forum għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-intelligence dwar xejriet ġenerali relatati ma’ vjeġġi illegali ta’ skart, valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju mwettqa mill-Istati Membri, u attivitajiet ta’ infurzar, kif ukoll għall-iskambju ta’ fehmiet dwar l-aħjar prattiki u għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti. Il-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart jista’ jeżamina kwalunkwe kwistjoni teknika relatata mal-infurzar ta’ dan ir-Regolament imqajma mill-president, jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-membri tal-grupp jew tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 77.
4.Il-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. Minbarra l-membri msemmija fil-paragrafu 2, il-president jista’ jistieden għal-laqgħat, meta jkun xieraq, rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji, aġenziji jew networks rilevanti oħra.
5.Il-Kummissjoni għandha twassal l-opinjonijiet espressi fil-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 77.
Taqsima 3
Azzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni
Artikolu 64
Dispożizzjonijiet ġenerali
1.Sabiex tiġġieled kontra l-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, tappoġġa u tikkomplementa l-attivitajiet ta’ infurzar tal-Istati Membri, u tikkontribwixxi għal applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha teżerċita s-setgħat mogħtija lilha bl-Artikoli 64 sa 68.
2.Dawn is-setgħat huma mingħajr preġudizzju:
(a)għar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri li jiżguraw u li jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament; u
(b)għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni jew lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), rispettivament, f’atti legali oħrajn, b’mod partikolari fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-Regolament tal-Kunsill Nru 515/97, jew fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2185/96.
3.Il-Kummissjoni tista’ teżerċita s-setgħat mogħtija lilha minn dan ir-Regolament fuq l-inizjattiva tagħha stess, fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, jew fuq ilment jekk ikun hemm biżżejjed suspett li l-ġarr tas-sustanza jew tal-oġġett ikkonċernati jew il-vjeġġ ta’ skart ikkonċernat jikkostitwixxu vjeġġ illegali.
4.Il-Kummissjoni tista’ teżerċita s-setgħat mogħtija lilha minn dan ir-Regolament fir-rigward ta’ vjeġġi ta’ skart li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(1) u, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ tali vjeġġi li jaffettwaw diversi pajjiżi jew li għandhom effetti avversi serji fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent.
5.Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispezzjonijiet li jkunu għaddejjin jew li jkunu diġà twettqu fir-rigward tal-istess vjeġġi minn Stat Membru skont dan ir-Regolament.
6.Malli tlesti l-azzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ġarr tas-sustanza jew tal-oġġett ikkonċernati jew il-vjeġġ ta’ skart ikkonċernat jikkostitwixxu vjeġġ illegali, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż jew tal-pajjiżi kkonċernat(i) b’dan u tirrakkomanda li tali vjeġġ illegali jiġi ttrattat f’konformità mal-Artikoli 24 u 25. Tali awtoritajiet jistgħu japplikaw penali f’konformità mal-Artikolu 60. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tirrakkomanda ċertu segwitu lill-awtoritajiet rilevanti u, fejn meħtieġ, tinforma lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-Unjoni kkonċernati.
7.Ir-rapporti mfassla abbażi tal-paragrafu 6, flimkien mal-evidenza kollha ta’ sostenn u mehmuża magħhom, għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli:
(a)fi proċedimenti ġudizzjarji ta’ natura mhux kriminali quddiem il-qrati nazzjonali u fi proċedimenti amministrattivi fl-Istati Membri;
(b)fi proċedimenti kriminali tal-Istat Membru li fih l-użu tagħhom jirriżulta li jkun meħtieġ bl-istess mod u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal rapporti amministrattivi mfassla minn spetturi amministrattivi nazzjonali u għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli ta’ evalwazzjoni bħal dawk applikabbli għal rapporti amministrattivi mfassla minn spetturi amministrattivi nazzjonali u għandu jkollhom l-istess valur ta’ evidenza daqs tali rapporti;
(c)fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 65
Spezzjonijiet mill-Kummissjoni
1.Il-Kummissjoni tista’ twettaq spezzjonijiet ta’ vjeġġi skont l-Artikolu 57(2) ta’ dan ir-Regolament.
2.Il-Kummissjoni għandha tħejji u twettaq spezzjonijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat.
Il-Kummissjoni għandha tavża fi żmien xieraq dwar l-għan, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-ispezzjonijiet lill-punti fokali msemmija fl-Artikolu 62(2) fl-Istat Membru kkonċernat li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni, sabiex tali awtoritajiet ikunu jistgħu jipprovdu l-assistenza meħtieġa. Għal dak l-għan, l-uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet.
Barra minn hekk, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, l-ispezzjonijiet jistgħu jitwettqu b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet rilevanti ta’ dak l-Istat Membru.
3.Il-persunal u persuni oħra li jakkumpanjawhom li jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni biex iwettqu spezzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni.
4.Il-persunal tal-Kummissjoni li jwettaq spezzjoni għandu jkollu s-setgħa li:
(a)ikollu aċċess għal kwalunkwe bini, art u mezz ta’ trasport tal-persuna li torganizza l-vjeġġ, id-detentur, it-trasportatur, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart;
(b)jeżamina kwalunkwe dokument rilevanti relatat mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjonijiet, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna, u jieħu jew jikseb fi kwalunkwe forma kopji ta’ tali dokumenti jew siltiet minnhom;
(c)jistaqsi lin-notifikatur, lill-persuna li torganizza l-vjeġġ, lid-detentur, lit-trasportatur, lid-destinatarju jew lill-faċilità li tirċievi l-iskart għal spjegazzjonijiet dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjonijiet u biex jirreġistra t-tweġibiet;
(d)jieħu u jirreġistra dikjarazzjonijiet min-notifikatur, mill-persuna li torganizza l-vjeġġ, mid-detentur, mit-trasportatur, mid-destinatarju jew mill-faċilità li tirċievi l-iskart relatati mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjonijiet;
(e)jikkontrollaw l-iskart fiżikament u jieħdu kampjuni tal-iskart għat-testijiet fil-laboratorju, fejn xieraq.
5.In-notifikatur, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju u l-faċilità li tirċievi l-iskart għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni matul l-ispezzjonijiet tagħha.
6.L-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fl-ispezzjonijiet dwar il-vjeġġi ta’ skart li fit-territorju tagħhom għandha titwettaq l-ispezzjoni tal-Kummissjoni għandhom, fuq it-talba tal-Kummissjoni, jipprovdu l-assistenza meħtieġa lill-persunal tal-Kummissjoni.
7.In-notifikatur, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju u l-faċilità li tirċievi l-iskart huma meħtieġa jiġu sottomessi għall-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni.
8.Meta l-Kummissjoni ssib li n-notifikatur, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart jopponu spezzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni l-assistenza meħtieġa, filwaqt li jitlob meta jkun xieraq l-assistenza tal-awtoritajiet ta’ infurzar, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq l-ispezzjoni tagħha. Jekk tali assistenza teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni.
Artikolu 66
Talbiet għall-informazzjoni
1.Il-Kummissjoni tista’ tintervista kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata bl-iskop li tinġabar l-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mal-vjeġġi ta’ skart rilevanti.
2.Meta tali intervista ssir fil-bini ta’ stabbiliment, impriża, sensar jew negozjant, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-punti fokali msemmija fl-Artikolu 62(2) fl-Istat Membru kkonċernat li fit-territorju tiegħu ssir l-intervista. Jekk jintalab hekk mill-awtorità ta’ dak l-Istat Membru, l-uffiċjali tiegħu jistgħu jassistu lill-persunal tal-Kummissjoni biex issir l-intervista.
3.Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jkunu responsabbli għal stabbiliment jew impriża, jew kwalunkwe sensar u negozjant biex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mal-vjeġġi ta’ skart rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara l-bażi ġuridika u l-iskop tat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u tiffissa l-limitu ta’ żmien li fih l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta.
4.Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tibgħat kopja tat-talba lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab is-sede tal-istabbiliment, l-impriża, is-sensar jew in-negozjant u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li t-territorju tiegħu jkun affettwat.
5.Meta l-istabbiliment, l-impriża, is-sensar jew in-negozjant ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba, jew il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni li tkun irċeviet ma tkunx biżżejjed biex tintlaħaq konklużjoni, għandu japplika, mutatis mutandis, l-Artikolu 58(5).
Artikolu 67
Garanziji proċedurali
1.Il-Kummissjoni għandha twettaq spezzjonijiet u titlob informazzjoni b’rispett sħiħ tal-garanziji proċedurali tal-persuna li torganizza l-vjeġġ, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart, inkluż:
(a)id-dritt li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet awtoinkriminanti;
(b)id-dritt li jkunu assistiti minn persuna tal-għażla tagħhom;
(c)id-dritt li jużaw kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn issir l-ispezzjoni;
(d)id-dritt li jikkummentaw dwar il-fatti li jikkonċernawhom;
(e)id-dritt li jirċievu kopja tar-reġistrazzjoni tal-intervista u japprovawha jew iżidu xi osservazzjonijiet.
Il-Kummissjoni għandha tfittex evidenza favur u kontra l-persuna li torganizza l-vjeġġ, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart, u twettaq spezzjonijiet u titlob informazzjoni b’mod oġġettiv u imparzjali u f’konformità mal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza.
2.Il-Kummissjoni għandha twettaq spezzjonijiet u titlob l-informazzjoni b’rispett sħiħ tal-kunfidenzjalità applikabbli u r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
Artikolu 68
Assistenza reċiproka
1.Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu assistenza lil xulxin f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
2.Fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(1) u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 61 u 62 ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-inċiżi 3 sa 5, 7 u 8 tal-Artikolu 2, tal-Artikoli 3, 4(1) sa “leġiżlazzjoni” u (2), 5 sa 14, 15(1) u 16 sa 18 tar-Regolament (KE) Nru 515/97 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u tal-Unjoni li jimplimentaw dan ir-Regolament; ir-referenzi għal “leġiżlazzjoni doganali u agrikola” għandhom jinftehmu li jirreferu għal dan ir-Regolament.
Titolu VIII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 69
Rapportar
1.Qabel it-tmiem ta’ kull sena kalendarja, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni kopja tar-rapport li, f’konformità mal-Artikolu 13(3) tal-Konvenzjoni ta’ Basel, ikun fassal u ssottometta lis-Segretarjat ta’ dik il-Konvenzjoni għas-sena kalendarja preċedenti.
2.Qabel it-tmiem ta’ kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom ifasslu wkoll rapport għas-sena preċedenti, ibbażat fuq il-kwestjonarju ta’ rapportar addizzjonali fl-Anness XI, u jibagħtuh lill-Kummissjoni. Fi żmien xahar mit-trażmissjoni ta’ dak ir-rapport lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu t-taqsima ta’ dak ir-rapport relatata mal-Artikoli 57(1) u 60(1), inkluż it-Tabella 5 tal-Anness XI, disponibbli pubblikament, elettronikament permezz tal-internet, flimkien ma’ kwalunkwe spjegazzjoni li l-Istati Membri jqisu li tkun xierqa. Il-Kummissjoni għandha tiġbor lista tal-hyperlinks tal-Istati Membri msemmija fit-taqsima relatata mal-Artikolu 57(1) fl-Anness XI u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha.
3.Ir-rapporti mfassla mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni f’verżjoni elettronika.
4.Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data rrapportata f’konformità ma’ dan l-Artikolu u għandha tippubblika rapport bir-riżultati tar-rieżami tagħha.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tappoġġa lill-Kummissjoni fil-kompitu tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament, billi, fejn xieraq, tfassal rapporti li jipprovdu analiżi tal-vjeġġi ta’ flussi ta’ skart speċifiċi, u l-impatti ambjentali tagħhom.
Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitfassal għall-ewwel darba sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data ta’ tmiem il-ħames sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem.
Artikolu 70
Kooperazzjoni internazzjonali
L-Istati Membri, fejn xieraq u meħtieġ b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jikkooperaw ma’ Partijiet oħrajn għall-Konvenzjoni ta’ Basel u organizzazzjonijiet inter-Statali, fost l-oħrajn, permezz tal-iskambju u/jew il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-promozzjoni ta’ teknoloġiji ambjentalment sani u l-iżvilupp ta’ kodiċijiet xierqa ta’ prattika tajba.
Artikolu 71
Deżinjazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti
L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità kompetenti waħda biss ta’ tranżitu.
Artikolu 72
Deżinjazzjoni tal-korrispondenti
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom rispettivament jiddeżinjaw korrispondent wieħed jew iktar responsabbli sabiex jinformaw u jagħtu pariri lil persuni jew impriżi li jitolbu informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-korrispondent tal-Kummissjoni għandu jgħaddi lill-korrispondenti tal-Istati Membri kwalunkwe mistoqsija magħmula lilu/ha li tikkonċerna lill-Istati Membri, u viċe versa.
Artikolu 73
Deżinjazzjoni tal-uffiċċji doganali tad-dħul u tal-ħruġ
L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw uffiċċji doganali speċifiċi tad-dħul u tal-ħruġ għall-vjeġġi ta’ skart li jidħlu fl-Unjoni u li joħorġu minnha. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jiddeżinjaw tali uffiċċji doganali, ebda vjeġġ ta’ skart ma għandu jitħalla juża xi post ta’ qsim tal-fruntieri fi Stat Membru għall-finijiet ta’ dħul fl-Unjoni jew ta’ ħruġ minnha.
Artikolu 74
Notifika u informazzjoni dwar id-deżinjazzjonijiet
1.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deżinjazzjonijiet:
(a)tal-awtoritajiet kompetenti, skont l-Artikolu 71;
(b)tal-korrispondenti, skont l-Artikolu 72;
(c)fejn rilevanti, tal-uffiċċji doganali tad-dħul u tal-ħruġ, skont l-Artikolu 73.
2.Fir-rigward tad-deżinjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:
(a)l-isem/ismijiet;
(b)l-indirizz(i) postali;
(c)l-indirizz(i) tal-posta elettronika;
(d)in-numru/i tat-telefown;
(e)il-lingwi aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti.
3.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni immedjatament bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
4.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, kif ukoll kwalunkwe bidla f’dik l-informazzjoni, għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni b’mod elettroniku.
5.Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha listi tal-awtoritajiet kompetenti, tal-korrispondenti u tal-uffiċċji doganali tad-dħul u tal-ħruġ iddeżinjati, u għandha taġġorna dawk il-listi kif ikun xieraq.
Artikolu 75
Emendar tal-Annessi minn I sa X
1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 76 biex temenda l-Annessi IA, IB, IC, II, III, IIIA, IIIB, IV, V, VI u VII sabiex jitqiesu l-bidliet maqbula skont il-Konvenzjoni ta’ Basel u d-Deċiżjoni tal-OECD jew, fil-każ tal-Anness IC, sabiex tadattah għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 26 wara [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament].
2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 76 biex temenda l-Anness IIIA, sabiex, wara s-sottomissjoni ta’ talba minn Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tinkludi f’dak l-Anness taħlitiet ta’ żewġ tipi ta’ skart jew aktar elenkati fl-Anness III, meta dawk it-tipi ta’ skart ma jitħalltux sa punt li jipprevjeni r-riċiklaġġ tagħhom b’mod ambjentalment san u, fejn meħtieġ, tistabbilixxi li waħda jew aktar mill-entrati fl-Anness IIIA ma għandhomx japplikaw għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi li għalihom id-Deċiżjoni tal-OECD ma tapplikax.
3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 76 biex temenda l-Anness IIIB, sabiex, wara s-sottomissjoni ta’ talba minn Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tinkludi f’dak l-Anness skart mhux elenkat fl-Anness III, fl-Anness IV jew fl-Anness V, u tipprevedi li waħda jew iktar mill-entrati fl-Anness IIIB ma għandhomx japplikaw għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi li għalihom id-Deċiżjoni tal-OECD ma tapplikax.
4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 76 biex jemendaw il-forma u l-kontenut tal-informazzjoni msemmija f’dak l-Anness.
5.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 76 biex temenda l-Anness IX, sabiex taġġorna l-listi ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni u gwida internazzjonali fir-rigward tal-immaniġġjar ambjentalment san.
6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 76 biex jemendaw l-Anness X fir-rigward tal-kriterji f’dak l-Anness.
Artikolu 76
Eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 14(3), 28(4), 38(1), 42(4) u 75 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 14(3), 38(1), 42(4) u 75 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 14(3), 28(4), 38(1), 42(4) u 75 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 77
Proċedura ta’ Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE. Dak il-kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 78
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1257/2013
Fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a) jiġu rriċiklati biss f’faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jkunu inklużi fil-Lista Ewropea u, fil-każ ta’ bastimenti li jsiru skart fl-Unjoni, f’dawk il-faċilitajiet biss li jkunu inklużi fil-Lista Ewropea li jinsabu f’pajjiżi elenkati fl-Anness VII tal-Konvenzjoni ta’ Basel”.
Artikolu 79
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 2020/1056
Fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2020/1056, il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(iv) l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ dan l-att]; dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mill-uffiċċji doganali previsti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti legali tal-Unjoni;”
Artikolu 80
Rieżami
Sal-31 ta’ Diċembru 2035, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis, inter alia, ir-rapporti mfassla f’konformità mal-Artikolu 69, u r-rieżami msemmi fl-Artikolu 59(5), għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament u tissottometti rapport dwar ir-riżultati tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq, akkumpanjati minn proposta leġiżlattiva.
Artikolu 81
Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1.Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jitħassar b’effett minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data xahrejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Madankollu, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 7, 8 u 9, fl-Artikolu 14(4) u (5), u fl-Artikoli 15, 16, 18, 26, 35, 38, 41, 42, 43, 44, 45, 47 u 48, 50, 51, 54 u 55 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandhom ikomplu japplikaw sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u l-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament għandu jkompli japplika sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XII.
2.Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu jkompli japplika wkoll għal vjeġġi li jkunu ġew innotifikati f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament u li għalihom l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tkun tat il-konferma tagħha f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament qabel [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data xahrejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Għal dawk il-vjeġġi, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.
3.Il-vjeġġi li għalihom l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandhom jitlestew mhux aktar tard minn sena minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Artikolu 82
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament.
Madankollu, l-Artikoli 5, 8 u 9, l-Artikolu 14(14) u (15), l-Artikoli 15, 16, 18, l-Artikolu 26(1), (2) u (3), u l-Artikoli 35, 41, 47, 48, 49, 50, 51, 54 u 55 minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament] u l-Artikoli 37, 38, 39, 40, 43 u 44 għandhom japplikaw minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013 u Nru 2020/1056.
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Qasam ta’ politika:
09 Ambjent
Attività:
09 02 02 Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) - L-ekonomija ċirkolari u l-kwalità tal-ħajja
1.3. Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
◻ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
☑ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jħares l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem mill-impatti avversi li jistgħu jirriżultaw mill-vjeġġ tal-iskart.
Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni tipproponi dispożizzjonijiet biex tiffaċilita l-immaniġġjar ambjentalment san tal-iskart, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, u biex tnaqqas l-impatti ġenerali tal-użu tar-riżorsi, inkluż billi ttejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. Il-miżuri proposti huma kruċjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
–Iffaċilitar tal-vjeġġi fl-UE, b’mod partikolari biex id-WSR jiġi allinjat mal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari.
–Garanzija li l-iskart esportat mill-UE jiġi mmaniġġjat b’mod ambjentalment san.
–Indirizzar aħjar tal-vjeġġi illegali ta’ skart fl-UE, minnha u lejha
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Ir-Regolament il-ġdid jenħtieġ li jirriżulta fl-użu mill-ġdid ta’ iktar materjali u prodotti u fir-riċiklaġġ ta’ iktar skart. Jenħtieġ li dan itejjeb ukoll l-istandards u l-prattiki għall-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżi li jimportaw l-iskart mill-UE. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li dan iwassal għal tnaqqis fl-istandards u l-prattiki illegali għall-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżi li jimportaw l-iskart mill-UE. Dawn l-effetti kollha se jikkontribwixxu għall-bini ta’ swieq robusti u dinamiċi għall-materjali sekondarji u għaż-żieda fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-UE u fil-pajjiżi terzi
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
L-indikaturi tal-progress u l-ksib tal-objettivi se jkunu:
-
l-ammont ta’ skart ittrasportat għar-riċiklaġġ f’sena partikolari;
-
l-għadd ta’ kunsensi għal notifiki f’sena partikolari, destinati għar-riċiklaġġ;
-
l-għadd ta’ faċilitajiet li ngħataw kunsens minn qabel madwar l-UE;
-
l-ammont ta’ skart ittrasportat lejn faċilitajiet li ngħataw il-kunsens minn qabel f’sena partikolari;
-
l-għadd ta’ kunsensi għal notifiki f’sena partikolari, destinati għal faċilitajiet li ngħataw il-kunsens minn qabel.
-
l-ammonti ta’ skart esportat kull sena mill-UE, għal kull fluss ta’ skart rilevanti;
-
l-għadd ta’ pajjiżi mhux tal-OECD li jkunu inklużi fil-lista tal-UE ta’ pajjiżi awtorizzati li jimportaw skart mill-UE, u l-ammont ta’ skart esportat lejn dawn il-pajjiżi.
-
l-għadd ta’ spezzjonijiet imwettqa minn Stat Membru f’sena partikolari;
-
l-għadd ta’ każijiet illegali rrapportati u l-penali imposti;
-
l-ammonti ta’ skart involuti f’dawk il-każijiet illegali;
-
l-għadd ta’ azzjonijiet investigattivi u ta’ koordinazzjoni mwettqa mill-OLAF fir-rigward ta’ vjeġġi illegali ta’ skart, kif ukoll l-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-OLAF li fuqhom l-Istati Membri jkunu ħadu azzjoni.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil, inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-implimentazzjoni tar-Regolament se tirrikjedi li jiġu adottati għadd ta’ regoli dettaljati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni/atti delegati f’perjodu ta’ żmien ta’ bejn sentejn u ħames snin mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se teħtieġ tieħu rwol iktar importanti fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regolament il-ġdid, biex tiżgura li l-objettivi tiegħu jintlaħqu.
L-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni li jkun jeħtieġ li jiġu adottati biex tiġi żgurata implimentazzjoni kif suppost tar-Regolament huma dawn li ġejjin:
-
Rekwiżiti proċedurali u operazzjonali dettaljati biex jiġi żgurat il-funzjonament tal-interskambju elettroniku tad-data;
-
Żvilupp ta’ metodu ta’ kalkolu armonizzat għall-garanziji finanzjarji;
-
Stabbiliment ta’ livelli limitu ta’ kontaminazzjoni għal ċerti flussi ta’ skart, sabiex tiġi ċċarata l-klassifikazzjoni tagħhom bħala mhux perikolużi jew le;
-
Valutazzjoni tal-inklużjoni ta’ flussi ta’ skart jew taħlitiet ta’ skart ġodda fil-“lista ħadra”;
-
Stabbiliment ta’ kriterji biex issir distinzjoni għal ċerti oġġetti jew materjali, bejn merkanzija użata u skart;
-
Valutazzjoni u elenkar ta’ pajjiżi terzi li huma kapaċi, fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jwettqu l-Immaniġġjar Ambjentalment San (Environmentally Sound Management - ESM) tal-iskart;
-
Monitoraġġ tal-esportazzjonijiet ta’ skart lejn il-pajjiżi tal-OECD u teħid ta’ azzjoni meta jkun meħtieġ biex tali esportazzjonijiet jiġu limitati, meta jiġi identifikat riskju ta’ ħsara għall-ambjent minħabba dawn il-vjeġġi.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (li jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività akbar jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.
Ir-regoli madwar l-UE kollha dwar il-vjeġġi ta’ skart jiżguraw li l-leġiżlazzjoni komprensiva tal-UE dwar l-iskart ma tiġix evitata permezz tat-trasport tal-iskart lejn pajjiżi terzi, fejn l-istandards u l-prestazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart ivarjaw ħafna minn dawk tal-UE. Huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar il-kontroll tal-movimenti transkonfinali tal-iskart fil-livell tal-UE, sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn l-operaturi illegali jagħżlu li jittrasportaw l-iskart tagħhom tramite pajjiżi tal-UE b’regoli domestiċi inqas stretti minn oħrajn, sabiex jesportaw dan l-iskart mill-UE (xenarju ta’ port-hopping). Ir-regoli tal-UE huma ġġustifikati wkoll għal vjeġġi intra-UE ta’ skart, fid-dawl tal-fatt li l-industrija tal-iskart tal-UE hija integrata ħafna, u sabiex jiġi żgurat trattament ugwali u ċarezza legali għall-atturi ekonomiċi kollha f’dan is-settur.
Il-valur miżjud ta’ approċċ tal-UE għall-vjeġġi ta’ skart huwa wkoll li jiżgura konsistenza fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Basel u d-Deċiżjoni tal-OECD minn kull Stat Membru. Id-dispożizzjonijiet dettaljati li jinsabu fid-WSR jevitaw li l-Istati Membri jiżviluppaw interpretazzjonijiet differenti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li kieku jxekklu l-vjeġġi ta’ skart fl-UE.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Dan ir-Regolament jibni fuq ir-Regolament attwali dwar Vjeġġi ta’ Skart (KE) Nru 1013/2006, li huwa stess kien mibni fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea, u jtejjeb il-funzjonament tiegħu. Ir-Regolament jibbaża b’mod partikolari fuq l-evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, li ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni f’Jannar 2020.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Ir-Regolament propost huwa tweġiba għas-sejħa mill-Patt Ekoloġiku, mill-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid għal Ekonomija Ċirkolari u mill-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero li l-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi rieżami ambizzjuż tar-regoli tal-UE dwar il-vjeġġi tal-iskart.
L-objettivi ta’ dan ir-regolament huma appoġġati mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali u mill-Istrument Ewropew għall-Irkupru (Next Generation EU), li t-tnejn jagħmlu enfasi importanti fuq il-finanzjament u l-investimenti maħsuba biex jappoġġaw it-tranżizzjoni tal-ekonomija Ewropea lejn mudelli ċirkolari u newtrali għall-klima. Dan jinkludi investimenti biex jiġi mmodernizzat l-immaniġġjar tal-iskart, tiżdied il-kapaċità għar-riċiklaġġ ta’ xi flussi ta’ skart u jiġu promossi l-innovazzjoni u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja.
L-ekonomija ċirkolari hija inkorporata wkoll fil-matriċi tal-programm Orizzont Ewropa dwar ir-riċerka, b’mod partikolari s-sħubija tagħha fuq iċ-ċirkolarità u hija wieħed mill-pilastri tal-Programm għall-ambjent u l-azzjoni klimatika (LIFE) 2021-2027.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Bħalissa, l-esportaturi tal-UE huma meħtieġa jsegwu l-proċedura ta’ kontroll ta’ pajjiżi terzi inklużi fir-Regolament (KE) 1418/2007 meta jesportaw l-iskart hemmhekk. Dan ir-Regolament tal-Kummissjoni jeħtieġ aġġornament regolari, li jieħu r-riżorsi umani u l-fondi għal studji ta’ sostenn mill-Kummissjoni. Fil-mument, dan is-subkompitu tal-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-vjeġġi tal-iskart jitwettaq mid-DĠ Kummerċ. Bir-Regolament propost, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1418/2007 jitħassar u jiġi sostitwit b’regoli ġodda, li l-implimentazzjoni tagħhom tkun teħtieġ ukoll riżorsi tal-Kummissjoni. Dan il-kompitu huwa mistenni li ma jibqax jitwettaq mid-DĠ Kummerċ iżda mid-DĠ ENV u, b’hekk, qed jiġi propost trasferiment ta’ FTE mid-DĠ Kummerċ għad-DĠ ENV. Se jkun meħtieġ bejn wieħed u ieħor FTE wieħed addizzjonali fid-DĠ ENV biex iwettaq dawn il-kompiti ġodda.
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ durata limitata
–◻
b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–◻
Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
☑ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2024 sal-2027,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
☑ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–☑ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi ddeżinjati minnhom;
–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
L-LFS tikkonċerna n-nefqa u l-akkwist tal-persunal, u japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqiet.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
L-LFS tikkonċerna n-nefqa u l-akkwist tal-persunal, u japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqiet.
2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
L-LFS tikkonċerna n-nefqa u l-akkwist tal-persunal, u japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqiet.
3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff..
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
3,2
|
09 02 02 - L-ekonomija ċirkolari u l-kwalità tal-ħajja
|
Diff.
|
IVA
|
LE
|
LE
|
LE
|
7,2
|
20 01 02 01 - Remunerazzjoni u
gratifiki
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
7,2
|
20 02 01 01 - Persunal bil-kuntratt
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
7,2
|
20 02 06 02 - Kostijiet tal-konferenzi u tal-laqgħat
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
7,2
|
20 03 17 - L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
3
|
Riżorsi Naturali u Ambjent
|
DĠ: ENV
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
(2024-2027)
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
09 02 02 - L-ekonomija ċirkolari u l-kwalità tal-ħajja
|
Impenji
|
(1a)
|
1,260
|
1,080
|
0,780
|
0,540
|
3,660
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
1,260
|
1,080
|
0,780
|
0,540
|
3,660
|
09 02 02 - L-ekonomija ċirkolari u l-kwalità tal-ħajja
|
Impenji
|
(1a)
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ ENV
|
Impenji
|
=1a+1b +3
|
1,260
|
1,080
|
0,780
|
0,540
|
3,660
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b
+3
|
1,260
|
1,080
|
0,780
|
0,540
|
3,660
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
1,260
|
1,080
|
0,780
|
0,540
|
3,660
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
1,260
|
1,080
|
0,780
|
0,540
|
3,660
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 3
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
1,260
|
1,080
|
0,780
|
0,540
|
3,660
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
1,260
|
1,080
|
0,780
|
0,540
|
3,660
|
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
1,260
|
1,080
|
0,780
|
0,540
|
3,660
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
1,260
|
1,080
|
0,780
|
0,540
|
3,660
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 6
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
1,260
|
1,080
|
0,780
|
0,540
|
3,660
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
1,260
|
1,080
|
0,780
|
0,540
|
3,660
|
L-ammont irrapportat hawn fuq f’09.02.02 se jkun meħtieġ biex jappoġġa diversi kompiti ta’ implimentazzjoni relatati mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, li se jitwettqu mid-DĠ ENV (bl-appoġġ ta’ servizzi oħra).
L-attivitajiet akkwistati (ara l-lista ta’ hawn taħt) jinkludu l-ikkummissjonar ta’ studji preparatorji b’appoġġ għall-adozzjoni ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni biex jiġu implimentati għadd ta’ miżuri fid-WSR, b’mod partikolari biex jiġi armonizzat il-kalkolu tal-garanziji finanzjarji, u biex tiġi ċċarata l-klassifikazzjoni ta’ ċertu skart u d-distinzjoni bejn merkanzija użata u skart għal ċerti gruppi ta’ prodotti. Dawn l-attivitajiet se jintensifikaw fl-ewwel sentejn wara l-adozzjoni tar-Regolament il-ġdid.
Minbarra l-attivitajiet akkwistati, jeħtieġ li jiġi inkluż l-appoġġ tal-ICT fl-iżvilupp u ż-żamma tas-sistema għall-interskambju elettroniku tad-data u l-appoġġ minn esperti esterni biex tiġi implimentata l-proċedura biex pajjiżi mhux tal-OECD jimportaw l-iskart tal-UE. Dan jinkludi li l-pajjiżi mhux tal-OECD jiġu infurmati dwar id-dispożizzjonijiet il-ġodda, jiġu vvalutati n-notifiki minn dawn il-pajjiżi u tiġi stabbilita u aġġornata l-lista ta’ pajjiżi mhux tal-OECD awtorizzati li jimportaw skart elenkat fil-lista ħadra mill-UE.
Il-proposta tipprevedi wkoll li l-interoperabbiltà tas-sistema ta’ interskambju elettroniku tad-data proposta mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana. Tali ħidma se teħtieġ riżorsi finanzjarji addizzjonali, li se jkunu disponibbli għad-DĠ TAXUD mid-DĠ ENV mil-LIFE, sabiex l-interkonnessjoni deċiża tkun possibbli. Attwalment, il-livell ta’ riżorsi xierqa għal tali ħidma ma jistax jiġi ddeterminat b’ċertezza, iżda ara n-nota 69 f’qiegħ il-paġna dwar l-istima tal-kostijiet.
Lista ta’ studji ta’ akkwist u ta’ kuntratti ta’ servizzi proposti (is-suġġetti jaf ikunu jeħtieġu iktar irfinar)
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Lista ta’ studji ta’ akkwist u ta’ kuntratti ta’ servizzi proposti (is-suġġetti jaf ikunu jeħtieġu iktar irfinar)
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Perjodu
2024-2027
|
L-irfinar u ż-żamma tas-sistema ċentrali għall-interskambju elettroniku tad-data għall-vjeġġi ta’ skart (żvilupp u żamma tal-ICT fid-DĠ ENV)
|
0,260
|
0,380
|
0,180
|
0,140
|
0,960
|
Studju preparatorju għal metodoloġija ta’ kalkolu armonizzata għall-garanzija finanzjarja
|
0,100
|
|
|
|
0,100
|
Studju preparatorju biex jiġu identifikati l-flussi ta’ skart li għalihom il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi livelli limitu għall-kontaminazzjoni tal-iskart
|
0,200
|
|
|
|
0,200
|
Studju preparatorju biex jiġu stabbiliti livelli limitu ta’ kontaminazzjoni għal kull fluss ta’ skart
|
|
0,100
|
0,100
|
0,100
|
0,300
|
Studju preparatorju biex jiġu identifikati flussi ta’ skart li għalihom il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji biex issir distinzjoni bejn merkanzija użata u skart
|
0,200
|
|
|
|
0,200
|
Studju preparatorju biex jiġu stabbiliti kriterji sabiex issir distinzjoni bejn merkanzija użata u skart għal kull fluss ta’ skart
|
|
0,100
|
0,100
|
0,100
|
0,300
|
Appoġġ minn esperti esterni għall-implimentazzjoni tal-proċedura biex pajjiżi mhux tal-OECD jimportaw skart tal-UE. Dan jinkludi li l-pajjiżi mhux tal-OECD jiġu infurmati dwar id-dispożizzjonijiet il-ġodda, jiġu vvalutati n-notifiki minn dawn il-pajjiżi u tiġi stabbilita u aġġornata l-lista ta’ pajjiżi mhux tal-OECD awtorizzati li jimportaw skart elenkat fil-lista ħadra mill-UE
|
0,500
|
0,500
|
0,400
|
0,200
|
1,600
|
Total għall-kuntratti ta’ akkwist (li jkopru l-istudji u l-kostijiet tal-ICT)
(mingħajr il-kostijiet previsti għar-rabta mal-ambjent ta’ Tieqa Unika għad-Dwana tad-DĠ TAXUD)
|
1,260
|
1,080
|
0,780
|
0,540
|
3,660
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl-
Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva
(l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fuq DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
(2024-2027)
|
DĠ: ENV u OLAF
|
• Riżorsi umani
|
0,509
|
0,509
|
0,468
|
0,193
|
1,679
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
0,040
|
0,040
|
0,040
|
0,040
|
0,160
|
TOTAL TAD-DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
0,549
|
0,549
|
0,508
|
0,233
|
1,839
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
0,549
|
0,549
|
0,508
|
0,233
|
1,839
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
(2024-2027)
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
1,809
|
1,629
|
1,288
|
0,773
|
5,499
|
|
Pagamenti
|
1,809
|
1,629
|
1,288
|
0,773
|
5,499
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Indika l-objettivi u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
OUTPUTS
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
(2024-2027)
|
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
0,509
|
0,509
|
0,468
|
0,193
|
1,679
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,040
|
0,040
|
0,040
|
0,040
|
0,160
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
0,549
|
0,549
|
0,508
|
0,233
|
1,839
|
Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
0,549
|
0,549
|
0,508
|
0,233
|
1,839
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
1,0
|
1,0
|
1,0
|
1,0
|
|
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
20 03 17 - L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)
|
1,0
|
1,0
|
1,0
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
2,5
|
2,5
|
2,0
|
0,5
|
|
|
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 xx yy zz
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
4,5
|
4,5
|
4,0
|
2,5
|
|
|
|
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u persunal temporanju
|
Għad-DĠ ENV, hija meħtieġa kariga AD waħda minbarra l-persunal disponibbli bħalissa għall-implimentazzjoni ġenerali tar-regolament, u biex tiġi żgurata l-kontinwità għall-ħidma preparatorja differenti u l-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni sekondarja skont l-iskadenzi proposti fir-Regolament.
Għall-OLAF, hija meħtieġa kariga AD waħda minbarra l-persunal disponibbli bħalissa biex jitwettqu l-azzjonijiet investigattivi u ta’ koordinazzjoni addizzjonali fl-OLAF relatati mal-vjeġġi ta’ skart.
|
Persunal estern
|
L-AI huma meħtieġa biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ġenerali, u b’mod partikolari l-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda dwar l-esportazzjoni tal-iskart mill-Unjoni, u biex iwettqu ħidma teknika fuq it-tħejjija tal-leġiżlazzjoni sekondarja meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament fid-DĠ ENV (atti delegati u ta’ implimentazzjoni).
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
–☑
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
Il-kostijiet previsti taħt il-linja baġitarja 09 02 02 se jitħallsu mill-programm LIFE u se jiġu ppjanati taħt l-eżerċizzji tal-pjan ta’ ġestjoni annwali tad-DĠ ENV. Ir-riżorsi umani meħtieġa għandhom preferibbilment jiġu ssodisfati b’allokazzjoni addizzjonali taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali tar-riżorsi umani, possibbilment flimkien ma’ kwalunkwe riallokazzjoni tar-riżorsi mid-DĠ Kummerċ għad-DĠ ENV.
–◻
teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
–◻
teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–☑
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–◻
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–☑ Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–◻
fuq dħul ieħor
–indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa ◻
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
[…]