Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0223

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern

COM/2021/223 final

Brussell, 5.5.2021

COM(2021) 223 final

2021/0114(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern

{SEC(2021) 182 final} - {SWD(2021) 99 final} - {SWD(2021) 100 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

L-Unjoni Ewropea (UE) hija marbuta mill-qrib mal-ekonomija dinjija. Fl-2019 il-kummerċ ta’ merkanzija u servizzi kien jiswa EUR 5 984 biljun 1 , li jammonta għal 16,4 % tal-kummerċ globali kumplessiv. B’riżultat ta’ dan, il-kummerċ jammonta għal kważi 35 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-UE, u 35 miljun impjieg fl-UE jiddependu fuq l-esportazzjonijiet. Il-fluss tal-prodotti, tas-servizzi u tal-kapital lejn u barra mill-UE jikkontribwixxi għat-tkabbir tagħha billi jsaħħaħ il-kompetittività, joħloq l-impjiegi, iħeġġeġ l-innovazzjoni u jiftaħ swieq ġodda 2 .

Fl-2017 l-UE28 kienu d-destinazzjoni għal terz mill-istokks ta’ investiment fid-dinja u l-postijiet fejn jinsabu stabbiliti madwar 100 000 kumpanija li huma proprjetà ta’ entitajiet barranin 3 . L-investiment dirett barrani (IDB) huwa sors ta’ impjiegi (16-il miljun impjieg 4 ), tkabbir u kompetittività li jintlaqa’ sew.

Suq uniku b’saħħtu, miftuħ u kompetittiv jippermetti lil kumpaniji Ewropej u barranin jikkompetu fuq il-mertu tagħhom stess - dment li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti fis-suq intern. Għalhekk, fl-10 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni ppreżentat strateġija industrijali ġdida għall-Ewropa 5 , li fasslet triq ċara biex l-UE tkun tista’ tmexxi t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali bbażati fuq il-kompetizzjoni, is-swieq miftuħa, l-aqwa riċerka u teknoloġiji fid-dinja, u suq uniku b’saħħtu. L-UE trid tikseb mudell ta’ awtonomija strateġika miftuħa 6 billi ssawwar is-sistema ta’ governanza ekonomika globali u tiżviluppa relazzjonijiet bilaterali ta’ benefiċċju reċiproku, filwaqt li tħares is-suq uniku tagħha minn prattiki inġusti u abbużivi. Il-Komunikazzjoni dwar ir-rieżami tal-politika kummerċjali adottata fit-18 ta’ Frar 2021 stabbilixxiet id-direzzjoni għal politika kummerċjali miftuħa, sostenibbli u assertiva, mibnija fuq il-ftuħ bħala għażla strateġika filwaqt li tkun mgħammra bl-għodda biex tiġġieled il-prattiki kummerċjali inġusti 7 .

F’dawn l-aħħar snin jidher li f’ċerti każijiet is-sussidji barranin wasslu għal impatt distorsiv fuq is-suq intern tal-UE, li ħoloq kundizzjonijiet mhux ekwi għall-kompetizzjoni. Filwaqt li għad hemm nuqqas ġenerali ta’ data affiddabbli dwar is-sussidji mogħtija minn pajjiżi terzi, hemm għadd dejjem jikber ta’ każijiet fejn jidher li s-sussidji barranin ffaċilitaw l-akkwist ta’ impriżi tal-UE, influwenzaw deċiżjonijiet ta’ investiment, ikkaġunaw distorsjoni f’servizzi jew inkella influwenzaw l-imġiba tal-benefiċjarji tagħhom fis-suq tal-UE, għad-detriment tal-kompetizzjoni ġusta 8 .

F’dan l-isfond, is-sussidji barranin jistgħu jieħdu suriet differenti, pereż. self bla imgħax, garanziji Statali bla limitu, eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa fir-rigward ta’ investimenti barranin jew kummerċ jew finanzjament Statali dedikat. F’ħafna każijiet, dawn ikunu problematiċi jekk jingħataw mill-Istati Membri tal-UE u jekk jiġu vvalutati skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.

Mill-2017 l-UE bdiet tinvolvi ruħha f’taħditiet trilaterali mal-Istati Uniti u mal-Ġappun għat-titjib tal-kooperazzjoni multilaterali f’għadd ta’ oqsma ewlenin. F’Ġunju 2018, il-Kunsill Ewropew ta mandat lill-Kummissjoni biex “issegwi l-modernizzazzjoni tad-WTO sabiex jintlaħqu l-għanijiet li d-WTO ssir aktar rilevanti u adattabbli għal dinja li qed tinbidel, u ssaħħaħ l-effettività tad-WTO” 9 . F’Jannar 2020 10 , rappreżentanti għolja tal-UE, tal-Istati Uniti u tal-Ġappun fil-qasam tal-kummerċ qablu dwar il-ħtieġa li jissaħħew r-regoli tal-Organizzazzjoni Kummerċjali Dinjija (World Trade Organization, WTO) dwar is-sussidji industrijali. F’dan il-kuntest, l-UE biħsiebha tibda ħidma fuq l-iżvilupp ta’ regoli tad-WTO li jindirizzaw il-firxa ta’ distorsjonijiet kompetittivi kkaġunati minn interventi statali fl-ekonomija, inkluż is-sussidji industrijali, kif spjegat fl-Anness tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali 11 .

Meta titqies l-isfida li tinstab soluzzjoni multilaterali għas-sussidji fi żmien raġonevoli, il-Kummissjoni impenjat ruħha (bħala parti mill-istrateġija industrijali l-ġdida għall-Ewropa) li tesplora l-aħjar modi biex issaħħaħ il-mekkaniżmi u l-għodod tal-UE kontra s-sussidji 12 . Fis-17 ta’ Ġunju 2020 il-Kummissjoni adottat White Paper dwar is-sussidji barranin 13 biex tesplora l-kwistjoni, tniedi dibattitu pubbliku u tipproponi soluzzjonijiet possibbli. Il-White Paper u, f’aktar dettall, it-Taqsima 2 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja din il-proposta jiddeskrivu lakuna leġiżlattiva fir-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni, il-kummerċ u l-akkwist pubbliku, li effettivament ma tħallix lill-UE milli tieħu azzjoni meta s-sussidji barranin jikkaġunaw distorsjonijiet fis-suq intern inkluż permezz tal-finanzjament ta’ konċentrazzjonijiet jew ta’ offerta ta’ akkwist.

Il-White Paper tinnota li, filwaqt li l-għoti ta’ appoġġ mill-awtoritajiet tal-Istati Membri huwa soġġett għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat min-naħa tal-UE, ma hemm fis-seħħ l-ebda reġim komparabbli rigward l-appoġġ li jingħata minn pajjiżi mhux tal-UE. Dan ipoġġi lil dawk l-impriżi involuti f’attività ekonomika fl-UE mingħajr sussidji fi żvantaġġ fil-konfront tal-benefiċjarji ta’ sussidji barranin.

Il-White Paper identifikat ukoll problemi marbuta mal-aċċess għal finanzjament tal-UE minn operaturi li jirċievu sussidji barranin, li jista’ joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni għall-fondi tal-UE. Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta tinnota li kwalunkwe miżura tal-Unjoni li tindirizza l-effetti ta’ distorsjoni tas-sussidji barranin fl-akkwist pubbliku tapplika għan-nefqa tal-baġit tal-UE taħt ġestjoni kondiviża li titqassam permezz tal-akkwist pubbliku. Il-ġestjoni diretta tal-fondi tal-UE hija soġġetta għar-Regolament Finanzjarju tal-UE. Il-Kummissjoni se tesplora l-possibbiltà li lill-koleġiżlaturi tipproponilhom emendi għar-Regolament Finanzjarju matul ir-reviżjoni li jmiss biex tqis l-impatt tas-sussidji barranin. Sa fejn il-finanzjament tal-UE jitqassam permezz ta’ akkwist pubbliku b’ġestjoni kondiviża, id-distorsjonijiet possibbli jiġu indirizzati permezz tad-dispożizzjonijiet ta’ akkwist pubbliku ta’ din il-proposta.

Riċentement, diversi Stati Membri għamlu suġġerimenti biex tittieħed azzjoni bil-għan li tindirizza d-distorsjonijiet possibbli minn sussidji barranin 14 . Barra minn hekk, il-Kummissjoni tal-Monopolji Ġermaniża pproponiet strument ta’ għajnuna mill-Istat biex jiġu indirizzati l-effetti negattivi ta’ sussidji barranin fuq is-suq intern 15 .

Il-koleġiżlaturi qajmu il-kwistjoni tas-sussidji barranin f’diversi okkażjonijiet ukoll. Il-Kunsill irrefera għall-White Paper tal-Kummissjoni fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2020 16 , u fil-konklużjonijiet tal-1-2 Ottubru 2020 17 il-Kunsill Ewropew appella għal “strumenti ulterjuri biex jiġu indirizzati l-effetti distorsivi tas-sussidji barranin fis-Suq Uniku”. Fir-rapport tiegħu ta’ Frar 2020 dwar il-politika tal-kompetizzjoni 18 il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex “tinvestiga l-għażla li jiżdied pilastru mad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE, li jagħti lill-Kummissjoni għodod investigattivi xierqa f’każijiet fejn kumpanija titqies li tkun ġabet ruħha b’imġiba distorsiva minħabba s-sussidji li tirċievi mill-gvern jew li tkun għamlet profitti eċċessivi abbażi ta’ pożizzjoni dominanti fis-suq fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha”. F’ittra konġunta lill-Viċi Presidenti Eżekuttivi tal-Kummissjoni Vestager u Dombrovskis u lill-Kummissarju Breton 19 , grupp ta’ 41 Membru tal-Parlament Ewropew esprimew l-appoġġ qawwi tagħhom favur strument li jindirizza “kumpaniji minn pajjiżi terzi li rċevew appoġġ statali sostanzjali”.

Kif tħabbar fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2020-2021, din il-proposta għal regolament għaldaqstant tistabbillixxi l-karatteristiċi ta’ strument ġdid li jindirizza l-lakuna regolatorja u li jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti fis-suq intern. Tissemma wkoll fil-punt 3.2.6 tal-Komunikazzjoni dwar ir-rieżami tal-politika kummerċjali dwar it-tisħiħ tal-enfasi fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar u l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Bħalissa ma hemm l-ebda regola speċfika tal-UE li tindirizza l-effetti possibbilment distorsivi tas-sussidji fuq is-suq intern. Filwaqt li l-UE għandha sistema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat imnaqqxa fl-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), din tapplika biss fil-każ li Stat Membru jagħti appoġġ finanzjarju lil impriża jew lil grupp ta’ impriżi, u li tiġġenera vantaġġ li jfixkel il-kompetizzjoni u jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Ir-regoli tal-antitrust tal-UE 20 jipprojbixxu ftehimiet jew akkordji bejn impriżi li jkollhom l-għan jew l-effett li joħolqu distorsjoni fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern, u abbuż minn pożizzjoni dominanti minn impriżi irrispettivament mis-suriet tagħhom u mill-modi kif jiġu ffinanzjati. Ir-regoli tal-UE dwar il-fużjonijiet 21 jipprevedu sistema ta’ notifikazzjoni u approvazzjoni minn qabel fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet li jinvolvu bdil fil-kontroll ta’ impriżi ’l fuq minn ċerti limiti ta’ fatturat tal-UE, irrispettivament minn jekk dawn il-konċentrazzjonijiet ikunux jistgħu jiġu ffinanzjati permezz tal-għoti ta’ sussidji barranin jew le.

Din il-proposta tindirizza d-distorsjonijiet fuq is-suq intern li jiġu kkaġunati minn sussidji barranin li jaqgħu ’il barra mir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, il-kontroll tal-fużjonijiet u l-antitrust. Tikkumplimenta u hija koerenti bis-sħiħ mar-regoli eżistenti tal-kompetizzjoni. Tindirizza l-effetti detrimentali ta’ sussidji distorsivi barranin fil-każijiet ta’ konċentrazzjonijiet u akkwist pubbliku ex ante, mingħajr ma tillimita l-kapaċità tal-UE li tintervjeni ex post f’sitwazzjonijiet oħra tas-suq, inkluż f’konċentrazzjonijiet iżgħar u fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

Din il-proposta hija kompletament koerenti mar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE. Id-Direttivi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku 22 jkopru offerti li mistennija jiswew aktar minn ammont partikolari. Dawn huma mfassla b’mod li jiżgura suq tal-akkwist pubbliku kompetittiv, miftuħ u regolat tajjeb. Jiżguraw ukoll li l-kumpaniji tal-UE jkollhom aċċess għal rieżami mgħaġġel u effettiv. Il-proposta preżenti tikkonċerna b’mod speċifiku d-distorsjonijiet li jistgħu jiġu kkaġunati minn sissidji barranin fuq il-proċeduri tal-akkwist pubbliku fl-UE. Għaldaqstant tikkomplimenta r-regoli eżistenti.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Fil-kontribut li tagħti biex tiggarantixxi l-kompetittività u awtonomija strateġika miftuħa tal-UE, il-proposta hija koerenti mal-istrateġija industrijali l-ġdida u mar-rieżami tal-politika kummerċjali billi ssaħħaħ il-mekkaniżmi u l-istrumenti tagħha li jiġġieldu s-sussidji. Il-proposta tqis ukoll l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Se tikkostitwixxi qafas koerenti, effettiv u proporzjonat biex jiġu indirizzati dawk id-distorsjonijiet fis-suq intern li ma jistgħux jiġu indirizzati bħalissa.

Din il-proposta tikkomplimenta l-proposta emendata tal-Istrument għal Akkwist Internazzjonali (International Procurement Instrument, IPI) 23 li għandu l-għan li jinkoraġixxi lis-sħab kummerċjali biex jinnegozjaw mal-UE l-ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom għan-negozji tal-UE. Il-proposta tal-IPI kif ippreżentata mill-Kummissjoni għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku barra mill-UE. Madankollu, mhijiex se tindirizza d-distorsjonijiet fil-proċessi tal-akkwist fis-suq intern li jirriżultaw minn sussidji barranin mogħtija lil impriżi li jipparteċipaw fis-swieq tal-akkwist tal-UE 24 .

Il-proposta hija koerenti mal-politika kummerċjali tal-UE u tikkumplimenta strumenti kummerċjali eżistenti. Il-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens (SCM, Subsidies and Countervailing Measures) (fil-livell multilaterali), ftehimiet ta’ kummerċ ħieles bilaterali u r-regolament tal-UE kontra s-sussidji 25 jiddixxipplinaw l-użu ta’ sussidji fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom u jirregolaw azzjonijiet li jistgħu jittieħdu fil-ġlieda kontra l-effett ta’ dawk is-sussidji. Ta’ sikwit il-miżuri li jiġġieldu l-prattiki inġusti jieħdu s-sura ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni li jeliminaw id-dannu tas-sussidju mogħti minn pajjiżi oħra tad-WTO. Madankollu, ir-regoli tal-UE kontra s-sussidji jindirizzaw biss dik il-ħsara li tiġi kkaġunata mill-importazzjoni ta’ merkanzija fl-UE li tkun ibbenefikat minn sussidju barrani. Fil-livell internazzjonali l-UE tista’ tibda litigazzjoni kontra membru tad-WTO għal ksur tal-Ftehim SCM, iżda l-iskop ta’ dan il-Ftehim huwa limitat ukoll għall-kummerċ tal-merkanzija. Il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (General Agreement on Trade in Services, GATS) tad-WHO jinkludi mandat biex jiżviluppa regoli dwar is-sussidji fil-qasam tal-kummerċ fis-servizzi, iżda sal-lum għadha ma ġiet żviluppata l-ebda regola.

Din il-proposta tikkomplimenta r-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-FDI 26 , li għandu l-iskop li jiddetermina l-impatt probabbli tal-FDI fuq is-sigurtà u l-ordni pubbliku billi jqis l-effetti tiegħu fuq, fost l-oħrajn, l-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji u l-inputs. Min-naħa l-oħra, din il-proposta tindirizza b’mod speċifiku l-kwistjoni tad-distorsjonijiet tal-kundizzjonijiet ekwivalenti kkaġunati minn investimenti ssussidjati barranin fis-suq intern, inkluż l-industriji strateġiċi, l-assi kritiċi u t-teknoloġija.

Il-proposta hija allinjata ma’ strumenti oħra tal-UE, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Il-proposta hija koerenti wkoll mar-regolamentazzjoni mmirata u speċifika ta’ setturi partikolari, inkluż it-teknoloġija marittima u s-setturi tal-avjazzjoni 27 .

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Ir-regolament propost jimponi dixxiplini fir-rigward ta’ sussidji barranin li jkollhom impatt distorsiv fuq is-suq intern, inkluż sitwazzjonijiet fejn investur sussidjat ikun qed jippjana li jakkwista mira fl-UE jew li jipparteċipa fi proċedura ta’ akkwist pubbliku tal-UE. L-Artikolu 207(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni bħala waħda li tinkludi, fost l-oħrajn, miżuri li jittieħdu “fil-każ ta’ sussidji”, “investiment dirett barrani” u kummerċ fi prodotti u servizzi. Minħabba f’hekk, fil-parti l-kbira tiegħu r-regolament propost jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 207(2) TFUE, li jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri li jiddefinixxu l-qafas tal-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni.

Fl-istess waqt, ir-regolament propost jista’ japplika wkoll għal ċerti attivitajiet imwettqa minn entità diġà stabbilita fi Stat Membru wieħed fi Stat Membru ieħor, bħall-akkwist ta’ entità oħra fi Stat Membru ieħor jew il-parteċipazzjoni f’offerta pubblika fi Stat Membru ieħor. F’dak ir-rigward ir-regolament propost jista’ jaffettwa d-dritt ta’ stabbiliment u l-moviment liberu ta’ oġġetti u servizzi fl-Unjoni. Fid-dawl ta’ dan, il-proposta jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-Artikolu 114 TFUE, li jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri għall-approssimazzjoni tal-miżuri tal-Istati Membri bil-għan tal-istabbilliment jew il-funzjonament tas-suq intern. Filwaqt li sal-lum ma hemmx regoli nazzjonali li jittrattaw is-sussidji barranin, diversi Stati Membri 28 indikaw li jaraw ħtieġa li jindirizzaw id-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin. Ma jistax jiġi eskluż li, fin-nuqqas ta’ azzjoni tal-UE, tal-anqas uħud mill-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali. Konsegwentement, u sabiex jiġu evitati ostakli bla bżonn li jistgħu jirriżultaw mid-disparità bejn il-liġijiet nazzjonali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sussidji distorsivi barranin.

Għaldaqstant qiegħed jiġi propost li l-proposta tissejjes fuq l-Artikoli 207 u 114 TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-politika kummerċjali hija kompetenza esklużiva tal-UE. Għaldaqstant, li kieku l-proposta kellha tiġi bbażata biss fuq l-Artikolu 207 TFUE, ikunu l-istituzzjonijiet tal-UE, u mhux il-gvernijiet tal-Istati Membri, li jkunu jistgħu jdaħħlu fis-seħħ leġiżlazzjoni ġdida fir-rigward ta’ sussidji distorsivi barranin.

Fuq in-naħa l-oħra, is-suq intern huwa qasam ta’ kompetenza kondiviża. Għalhekk, għal proposta bbażata fuq l-Artikolu 114 TFUE, l-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll jilleġiżlaw u jadottaw atti legalment vinkolanti, dment li l-objettivi tal-proposta ma jkunux jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE. Sal-lum l-ebda Stat Membru ma adotta leġiżlazzjoni nazzjonali li tindirizza l-effetti distorsivi potenzjali ta’ sussidji barranin. Barra minn hekk, diversi Stati Membru nfushom appellaw lill-Kummissjoni biex tipproponi abbozz ta’ leġiżlazzjoni f’dan il-qasam 29 .

L-objettivi tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri b’azzjoni għal rashom. Is-sussidji barranin jikkawżaw distorsjonijiet fis-suq intern, inkluż fil-kuntest tal-akkwiżizzjonijiet ta’ miri fl-UE u tal-akkwist pubbliku. Is-sitwazzjoni hija komparabbli ma’ għajnuna mill-Istat li tingħata minn Stat Membri tal-UE, li min-natura tagħha jkollha effetti fuq aktar minn Stat Membru wieħed. Bl-istess mod, id-distorsjonijiet ikkaġunati minn sussidji barranin jista’ jkollhom dimensjoni tal-Unjoni, li jolqtu lil diversi Stati Membri.

L-indirizzar ta’ sussidji distorsivi barranin fil-livell tal-UE jippermetti lill-benefiċjarji ta’ sussidji barranin jkun jafu minn qabel dawk ir-regoli li se jintużaw mill-Kummissjoni biex tivvaluta l-eżistenza ta’ sussidji barranin u distorsjonijiet possibbli li dawn jistgħu jikkaġunaw. Dan jiggarantixxi l-prevedibbiltà u jtejjeb iċ-ċertezza legali tas-sistema fl-Istati Membri kollha.

Proporzjonalità

Il-proposta għandha l-għan li tipproteġi l-kundizzjonijiet ekwivalenti fis-suq intern biex ma jinħolqux distorsjonijiet min sussidji barranin. Għaldaqstant tiffoka fuq żewġ kwistjonijiet: l-identifikazzjoni ta’ sussidji distorsivi barranin u s-sejbien ta’ rimedju għad-distorsjonijiet li jikkaġunaw.

Fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet u tal-akkwisti u l-akkwist pubbliku, il-proposta tinvolvi sistema ta’ notifika ex ante tal-akbar każijiet bl-akbar potenzjal ta’ effetti distorsivi. L-approċċ ex ante jiżgura l-identifikazzjoni sistematika ta’ sussidji distorsivi barranin f’sitwazzjonijiet fejn fin-nofs ikun hemm l-ogħla valur ekonomiku. Fis-sitwazzjonijiet l-oħra kollha tas-suq, inkluż konċentrazzjonijiet iżgħar u proċeduri ta’ akkwist iżgħar, tali sussidji huma soġġetti għal proċedura ex officio li tippermetti lill-Kummissjoni tiffoka fuq l-aktar każijiet rilevanti. Imbagħad, abbażi tal-informazzjoni rilevanti dwar is-suq, l-awtorità superviżorja tivvaluta l-livell tad-distorsjoni. Fi kwalunkwe każ, sussidji barranin ta’ anqas minn EUR 5 miljun x’aktarx li ma joħolqux distorsjoni.

Il-miżuri ta’ rimedju fil-proposta huma msejsa fuq miżuri applikati fil-kontroll tal-UE tal-għajnuna mill-Istat biex l-effett distorsiv jitneħħa mill-għajnuna mill-Istat. Billi l-impatt potenzjalment distorsiv tas-sussidji barranin fuq is-suq intern huwa simili għal dak tal-għajnuna mill-Istat, l-għodda ta’ rimedju tal-għajnuna mill-Istat jipprovdu sett ta’ miżuri effiċjenti li jirrimedjaw id-distorsjonijiet ikkaġunati minn sussidji barranin. Fil-każ ta’ konċentrazzjonijiet kbar u ta’ proċeduri ta’ akkwist kbar, l-approċċ ex ante jiżgura li l-miżuri jkunu jistgħu jiġu deċiżi qabel ma jagħlqu t-tranżazzjonijiet, li jagħti ċertezza legali lill-impriżi kkonċernati.

Il-miżuri fil-proposta huma proporzjonati għaliex jiksbu l-objettiv tagħhom billi jimponu piż, b'mod immirat, biss fuq dawk l-impriżi li jinvolvu ruħhom f’attività ekonomika fis-suq intern li jirċievu sussidji barranin. Il-proposta tirrekjedi l-kooperazzjoni tal-kumpaniji li jkunu qed jiġu investigati, iżda l-kostijiet amministrattivi se jkunu raġonevoli u proporzjonati. Il-kostijiet se jimplikaw xi riżorsi biex jitħejjew notifiki ta’ konċentrazzjonijiet sussidjati jew proċeduri ta’ akkwist pubbliku kbar, għall-komunikazzjoni mal-Kummissjoni u għal tweġibiet għal talbiet għal informazzjoni.

Għażla ta’ strument

Strument leġiżlattiv biss jista’ jindirizza b’mod effettiv il-problemi identifikati. Hemm il-ħtieġa ta' regolament, billi dan japplika direttament fl-Istati Membri, jistabbilixxi l-istess livell ta’ drittijiet u obbligi tal-partijiet privati, u jippermetti l-applikazzjoni koerenti u effettivi tar-regoli madwar l-UE. Dawn huwa l-aktar strument xieraq biex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet potenzjali tas-suq intern minn sussidji barranin.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni kkonsultat b’mod wiesa’ 30 dwar il-proposta:

fis-17 ta’ Ġunju 2020 adottat u ppubblikat White Paper dwar is-sussidji barranin , li nediet konsultazzjoni pubblika ta’ 14-il ġimgħa li ntemmet fit-23 ta’ Settembru 2020 31 ;

fis-6 ta’ Ottubru 2020 fetħet konsultazzjoni għall-partijiet ikkonċernati dwar valutazzjoni tal-impatt tal-bidu li tiddeskrivi l-għażliet ta’ politika, l-impatti potenzjali tagħhom u elementi oħra li għandhom jiġu vvalutati f’rapport dettaljat ta’ valutazzjoni tal-impatt;

bejn Ottubru 2020 u Jannar 2021 organizzat għadd ta’ konsultazzjonijiet bilaterali mmirati mal-aktar rappreżentanti rilevanti tal-partijiet ikkonċernati 32 ; kif ukoll

daħlet fi djalogu strutturat mal-Istati Membri, prinċipalment permezz ta’ gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill, il-grupp ta’ esperti dwar l-akkwist pubbliku, u skambji bilaterali u multilaterali u konferenzi kkontribwew għat-tfassil tal-għażliet ta’ politika.

B’mod ġenerali, il-konsultazzjonijiet pubbliċi wrew appoġġ qawwi favur intervent li jindirizza s-sussidji distorsivi barranin fis-suq intern. Kważi r-rispondenti kollha taw feedback dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu appoġġaw azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-UE, possibbilment ikkomplimentata minn regoli internazzjonali.

It-tweġibiet li ngħataw fil-konsultazzjoni dwar il-White Paper kienu rilevanti ferm fl-abbozzar tal-proposta. Kważi l-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż l-Istati Membri, laqgħu l-inizjattiva u qablu dwar il-ħtieġa li tittieħed azzjoni. Maġġoranza fosthom qablu mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-approċċ spjegat fil-White Paper, iżda enfasizzaw il-ħtieġa għal miżura proporzjonata li ma toħnoqx l-investiment barrani, tħassib li ttenna wkoll minn partijiet ikkonċernati mhux mill-UE. Bosta rispondenti aċċentwaw il-ħtieġa li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ trasparenza ta’ ċerti sussidji barranin.

Biex jiġu indirizzati s-sussidji distorsivi barranin filwaqt li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji u l-awtoritajiet pubbliċi, qiegħed jiġi propost li l-livelli limitu tan-notifika fir-rigward ta’ konċentrazzjonijiet u proċeduri ta’ akkwist pubbliku sussidjati jkunu għolja biex b’hekk jinqabdu biss dawk is-sussidji bl-akbar potenzjal ta’ distorsjoni. Il-Kummissjoni tkun tista’ ssegwi każijiet li jaqgħu taħt il-livelli limitu fuq l-inizjattiva tagħha stess. Similarment, biex il-kumpaniji involuti f’attività ekonomika fl-UE tiżdidilhom iċ-ċertezza legali, qiegħed jiġi propost li jiġi ffissat livell minimu li taħtu s-sussidji barranin x’aktarx li ma joħolqux distorsjoni fis-suq intern. Dan se jħalli impatt pożittiv partikolarment fuq l-SMEs. Meta jitqiesu l-għadd kbir ta’ talbiet biex l-istrument jiġi applikat b’mod konsistenti, qiegħed jiġi propost li l-Kummissjoni tkun responsabbli mill-infurzar tar-regolament.

Barra minn hekk, il-feedback fil-konsultazzjonijiet immirati ntuża biex jiġu ġġenerati eżempji ta’ tipi ta’ sussidju, is-setturi milquta u effetti distorsivi konkreti. Dawn ġew diskussi fil-valutazzjoni tal-impatt u ntużaw fit-tiswir tal-proposta.

Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Din l-inizjattiva hija sostnuta minn valutazzjoni tal-impatt. Barra minn hekk, fl-2020 il-Kummissjoni għamlet diversi konsultazzjonijiet (ara aktar ’il fuq). Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għamel riċerka ekonomika interna informa l-valutazzjoni tal-impatt ukoll. L-Istati Membri ġew ikkonsultati f’diversi laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill responsabbli mill-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, u f’laqgħat ta’ gruppi esperti. Fl-aħħar nett, it-tfassil tal-istrument ikkunsidra għadd ta’ dokumenti ta’ pożizzjoni tal-Istati Membri dwar it-trattament tas-sussidji barranin 33 kif ukoll diversi rapporti u studji 34 .

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt li tirfed il-proposta ġiet ikkunsidrata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju tal-Kummissjoni, li ħareġ opinjoni pożittiva b’riżervi fil-5 ta’ Marzu 2021. L-opinjoni tal-Bord, ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu u l-ispjegazzjoni ta’ kif dawn tqiesu, huma inklużi fl-Anness 1 tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta. L-Anness 3 tal-valutazzjoni tal-impatt jipprovdi ħarsa ġenerali dwar min se jintlaqat minn din il-proposta u kif.

Il-Kummissjoni eżaminat diversi għażliet politiċi biex tikseb l-objettiv ġenerali tal-inizjattiva, jiġifieri li tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti fis-suq intern għal kumpaniji li jirċievu sussidji barranin u dawk li ma jirċevuhomx:

Għażla 1 —    ma jsir xejn (status quo);

Għażla 2 —    tingħata gwida dwar liema informazzjoni dwar l-appoġġ pubbliku għandha tiġi ppreżentata meta tiġi notifika akkwiżizzjoni;

Għażla 3 —    l-emendar ta’ leġiżlazzjoni eżistenti; kif ukoll

Għażla 4 —    l-iżviluppar ta’ strument legali tal-UE b’alternattivi għal diversi parametri.

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu ippropona l-ħames għażla, li kienet tinvolvi bidla fir-regoli internazzjonali. Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ma ppreżentax aktar din il-ħames alternattiva u minflok inkluda l-elementi sostantivi tagħha fix-xenarju bażi, billi l-Kummissjoni xorta waħda se ssegwi din l-inizjattiva ta’ politika, jiġifieri li timmira li tippromwovi l-iżviluppar ta’ regoli internazzjonali li jindirizzaw l-impatti negattivi tas-sussidji. L-għażliet 2 u 3 twarrbu fi stadju preliminari billi x’aktarx ma kinux se jkunu effettivi. Konsegwentement, l-għażla 4 biss ġiet ikkunsidrata f’aktar dettall.

L-għażla 4 ipproponiet diversi alternattivi li ġew analizzati. Dawn l-alternattivi kienu jikkonċernaw il-parametri li ġejjin:

i) approċċ investigattiv;

ii) livell ta’ kompetenza;

iii) livell limitu li taħtu s-sussidji barranin ma jitqisux bħala distorsivi;

iv) kriterji tal-valutazzjoni;

v) test tal-ibbilanċjar li jippermetti l-kunsiderazzjoni tal-effetti negattivi u pożittivi; kif ukoll

vi) miżuri ta’ rimedju.

Abbażi tal-valutazzjoni tal-impatti tal-għażla 4, is-subgħażla li tirrigwarda l-parametri ta’ hawn fuq ġew ikkombinati biex jiffurmaw pakketti ta’ politika possibbli għat-tliet oqsma kollha fejn jinstabu sussidji distorsivi, jiġifieri, fil-konċentrazzjonijiet, fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u f’sitwazzjonijiet oħra tas-suq.

L-għażla ppreferuta għal kull wieħed mill-oqsma tista’ tiġi ppreżentata bħala għodda invesigattiva bi tliet saffi bil-komponenti li ġejjin:

·Komponent 1: Għodda investigattiva bbażata fuq notifika għal konċentrazzjonijiet fejn il-fatturat tal-mira tal-UE jaqbeż il-EUR 500 miljun u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li jaqbżu l-EUR 50 miljun;

·Komponent 2: Għodda investigattiva bbażata fuq notifika għal offerti pubbliċi b’valur tal-kuntratt ta’ aktar minn EUR 250 miljun; kif ukoll

·Komponent 3: Għodda investigattiva ex officio għas-sitwazzjonijiet l-oħrajn kollha tas-suq u għal konċentrazzjonijiet jew għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku taħt il-livelli limitu għall-komponenti 1 u 2.

Qiegħed jiġi propost li l-Kummissjoni tkun l-awtorità li tinforza r-regolament. Is-sussidji barranin ta’ anqas minn EUR 5 miljun huma kkunsidrati bħala li x’aktarx ma joħolqux distorsjoni.

L-għażla preferuta tikkorrispondi b’mod ġenerali għall-approċċ ippreżentat fil-White Paper, b’żewġ eċċezzjonijiet ewlenin 35 ::

·fl-istess ħin li l-White Paper tipprevedi rwol għall-Istati Membri fl-iskrutinju ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku, il-proposta tinvolvi l-infurzar tal-komponenti kollha fil-livell tal-UE. Dan iwieġeb għat-tħassib mifrux tal-partijiet ikkonċernati li strument ġdid dwar is-sussidji barranin ma jiġix applikat b’mod konsistenti madwar l-Istati Membri u jitfa’ piż żejjed fuq l-awtoritajiet nazzjonali 36 ; kif ukoll

·L-għażla preferuta tinkludi aktar dettall milli hemm fil-White Paper, prinċipalment dwar il-livelli limitu tan-notifika u l-livell limitu li taħtu s-sussidji barranin ma jitqisux li joħolqu distorsjoni tas-suq intern. Tali livelli limitu jwieġbu wkoll għat-tħassib mifrux fost il-partijiet ikkonċernati dwar il-piż amministrattiv u huma konformi mal-feedback mingħand diversi partijiet ikkonċernati 37 li l-livell limitu li taħtu s-sussidji ma jitqisux bħala distorsivi jenħtieġ li jkun ogħla minn EUR 200 000 fuq perjodu ta’ 3 snin, kif propost inizjalment.

In-notifika ex ante għall-akbar każijiet u l-każijiet bl-akbar potenzjal distorsivi se tiżgura identifikazzjoni sistematika tas-sussidji distorsivi barranin f’sitwazzjonijiet tal-ogħla valur ekonomiku. Għas-sitwazzjonijiet l-oħra kollha tas-suq (inklużi konċentrazzjonijiet iżgħar u proċeduri ta’ akkwist iżgħar), is-sussidji distorsivi barranin jiġu identifikati fi proċedura ex officio. Dan l-approċċ jippermetti lill-awtorità superviżorja tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq l-aktar każijiet rilevanti. L-għażla preferuta tipprevedi wkoll għodod ta’ miżuri ta’ rimedju għall-korrezzjoni tad-distorsjoni kkaġunata minn sussidji barranin.

Il-benefiċċji tal-għażla preferuta mistennija jinkludu l-kundizzjonijiet ekwivalenti fis-suq intern fost il-kumpaniji li jirċievu sussidji barranin u dawk li ma jirċevuhomx. Dan se jtejjeb il-kompetittività ta’ dawn tal-aħħar. In-negozji, speċjalment dawk li jirċievu sussidji barranin kbar, jistgħu jġarrbu kostijiet amministrattivi meta jħejju notifiki jew meta jikkonformaw ma’ talbiet għal informazzjoni. Madankollu, dawn il-kostijiet huma raġonevoli u proporzjonati.

L-impatti tal-għażliet politiċi fuq kategoriji differenti ta’ partijiet ikkonċernati huna spjegati fid-dettall fl-Anness 3 tal-valutazzjoni tal-impatt. Sa fejn possibbli il-valutazzjoni hija kemm kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva. Fid-dawl tal-livell limitu ogħla li taħthom is-sussidji ma jitqisux bħala distorsivi fuq is-suq intern u l-livelli limitu għoljin proposti għan-notifika fir-rigward ta’ konċentrazzjonijiet sussidjati u tranżazzjonijiet ta’ akkwist pubbliku, din l-inizjattiva mhijiex se timponi piż addizzjonali fuq l-SMEs. Il-piż fuq il-Kummissjoni minħabba l-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva huwa raġonevoli (prinċipalment riallokazzjoni jew il-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol) fid-dawl tal-benefiċċji għall-ekonomija.

Idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

Il-proposta mhijiex marbuta mar-REFIT għaliex tikkonċerna qasam li bħalissa mhuwiex irregolat minn leġiżlazzjoni tal-UE (jew nazzjonali).

Fid-dawl tal-livelli limitu għolja ta’ notifika fir-rigward ta’ konċentrazzjonijiet sussidjati u tranżazzjonijiet ta’ akkwist pubbliku, din il-proposta tistabbilixxi l-miżuri li se japplikaw l-aktar għal riċevituri ta’ sussidji barranin kbar, li x’aktarx li jkunu wħud fost l-aktar distorsivi. Dan se jillimita l-piż amministrattiv fuq l-impriżi u fuq l-awtoritajiet pubbliċi. Barra minn hekk, minħabba l-livelli limitu għolja ta’ notifika li ġew proposti, l-SMEs mhumiex se jintlaqtu minn piżijiet amministrattivi addizzjonali li jirriżultaw min-notifiki li jridu jintbagħtu.

Billi tirrimedja l-effetti distorsivi tas-sussidji barranin fis-suq intern, il-proposta se toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti għall-kumpaniji li jirċievu sussidji barranin u dawk li ma jirċevuhomx, u b’hekk ittejjeb il-kompetittività tal-kumpaniji fl-UE. Fid-dawl tal-piż amministrattiv limitat fuq l-impriżi u l-qafas ċar stabbilit minn din il-proposta, ma jidhirx li hemm riskju għoli li l-istrument il-ġdid se jolqot il-flussi kummerċjali u tal-investiment b’mod negattiv. Apparti mir-riskju marbut mal-piż amministrattiv, l-istrument il-ġdid jista’ jnaqqas l-għadd ta’ konċentrazzjonijiet billi jipprevjeni konċentrazzjonijiet sussidjati. Madankollu, dan huwa l-effett maħsub u jenħtieġ li jingħeleb mill-benefiċċji li jitreġġgħu lura s-sinjali tal-prezz u valwazzjonijiet tal-kumpaniji mingħajr distorsjoni, u l-faċilitazzjoni ta’ konċentrazzjonijiet li qabel kienu ostakolati.

Il-proposta hija adattata għall-internet u xierqa kemm għal ambjenti fiżiċi kif ukoll għal dawk diġitali.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta hija allinjata mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u tirrispetta l-libertà li jsir negozju. L-introduzzjoni ta’ strument leġiżlattiv ġdid li jindirizza s-sussidji distorsivi barranin hija soġġetta għall-iżgurar tar-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali għal proċedimenti ġusti u amministrazzjoni tajba.

Meta taġixxi skont l-istrument leġiżlattiv, is-setgħat ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kamp ta’ applikazzjoni kollu tad-drittijiet għal proċess ġust bħad-dritt għal deċiżjoni motivata u ta’ aċċess għal stħarriġ ġudizzjarju, inkluż il-possibbiltà ta’ kontestazzjoni tal-miżuri ta’ infurzar u sanzjonijiet. Dawn id-drittijiet japplikaw fil-każ ta’ proċedimenti amministrattivi.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Sabiex l-għanijiet ta’ din l-inizjattiva jintlaħqu jinkisbu bl-aktar mod effettiv, huwa meħtieġ li jiġu ffinanzjati għadd ta’ azzjonijiet fil-livell tal-Kummissjoni, inkluż ir-riallokazzjoni jew il-ħolqien ta’ għadd ta’ postijiet tax-xogħol għal 145 ekwivalenti full-time 38 . In-nefqa fuq ir-riżorsi umani fil-perjodu bejn l-2021‑2027 se tammonta għal madwar EUR 80.490 miljun. Spejjeż amministrattivi oħra mistenni li jilħqu EUR 0. 800 miljun fuq dak il-perjodu. In-nefqa operazzjonali, li se tintuża għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-IT, studji u konsultazzjonijiet biex jiġi żgurat l-infurzar effettiv tal-istrument se tilħaq madwar is-EUR 7,825 miljuni. L-iżvilupp tal-IT u l-għażliet ta’ akkwist se jkunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Bord tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u taċ-Ċibersigurtà tal-Kummissjoni Ewropea. Approprjazzjonijiet oħra ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi huma bbaġitajati għal madwar EUR 1,225 miljun.

Għaldaqstant, in-nefqa amministrattiva totali għall-implimentazzjoni tal-proposta bejn l-2021 u l-2027 se tammonta għal EUR 90,340 miljun, li parti minnha se tiġi ffinanzjata mill-programm tas-suq uniku. Il-finanzjament se jappoġġa azzjonijiet investigattivi u ta’ infurzar, il-monitoraġġ ta’ attivitajiet u investigazzjoni tas-suq. Se jappoġġa wkoll ir-rieżami ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi, evalwazzjoni tar-regolament u evalwazzjoni kontinwa tal-effettività u tal-effiċjenza tal-miżuri mittieħda. Ħarsa ġenerali dettaljata lejn il-kostijiet involuti tinsab fid-dikjarazzjoni finanzjarja marbuta ma’ din l-inizjattiva.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u rappurtar

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jikkostitwixxu parti mill-proposta. Il-monitoraġġ se jkun kontinwu u bbażat fuq objettivi operazzjonali u indikaturi speċifiċi. Il-monitoraġġ regolari u kontinwu se jkopri l-aspetti ewlenin li ġejjin:

i) l-għadd ta’ sussidji distorsivi barranin (abbażi tal-każi); kif ukoll

ii) l-effettività tal-miżuri ta’ rimedju imposti.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ timmonitorja l-iżviluppi relatati ma’ sussidji distorsivi barranin fil-kuntest ta’ investigazzjoni tas-suq.

L-effettività u l-effiċjenza tal-proposta se jiġu mmonitorjati permezz ta’ indikaturi definiti minn qabel biex jiġi stabbilit jekk ikunx hemm bżonn regoli addizzjonali (pereż. fir-rigward tal-infurzar) biex jiġi żgurat li s-sussidji ma jibqgħux joħolqu distorsjoni tas-suq. Għaldaqstant, l-impatt tal-intervent se jiġi vvalutat fil-kuntest ta’ eżerċizzju ta’ evalwazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, tiġi attivata klawżola ta’ reviżjoni li tippermetti lill-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa, inkluż proposti leġiżlattivi.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-Kapitolu 1 jistipula dispożizzjonijiet ġenerali, inkluż is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament (l-Artikolu 1). Jistabbilixxi meta sussidju barrani jitqies eżistenti (Artikolu 2), taħt liema kundizzjonijiet jitqies li joħloq distorsjoni fis-suq intern (Artikolu 3) u liema tipi ta’ sussidju x’aktarx li jkollu effett distorsiv (l-Artikolu 4). Jiddeskrivi l-bilanċ li jintlaħaq mill-Kummissjoni (Artikolu 5) qabel ma timponi kwalunkwe miżura ta’ rimedju, u t-tipi possibbli ta’ miżuri ta’ rimedju u ta’ impenn (Artikolu 6).

Il-Kapitolu 2 jirregola r-reviżjoni ex officio tas-sussidji. B’mod aktar speċifiku, jistabbilixxi li, fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ teżamina informazzjoni minn kwalunkwe għajn fir-rigward tas-sussidji distorsivi barranin allegati (Artikolu 7) skont rieżami preliminari (Artikolu 8) jew fil-kuntest ta’ investigazzjoni fil-fond (Artikolu 9). Wara jistipula regoli fir-rigward ta’ diversi għodod li jistgħu jintużaw fil-kuntest ta’ proċeduri skont ir-regolament, li jinkludu miżuri interim tal-Kummissjoni (Artikolu 10) u talbiet għal informazzjoni (Artikolu 11). Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkun tista’ twettaq spezzjonijiet fl-Unjoni (Artikolu 12) u f’postijiet oħra (Artikolu 13). Fil-każ li l-impriża kkonċernata ma tikkooperax, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni abbażi tal-fatti disponibbli (Artikolu 14). Tista’ timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali (Artikolu 15) għal ksur proċedurali, bħall-għoti ta’ informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa fil-kuntest ta’ investigazzjoni, u għan-nuqqas ta’ konformità mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jimponu miżuri ta’ rimedju jew interim, jew impenji. Tista’ wkoll tirrevoka deċiżjonijiet preċedenti u tieħu deċiżjoni ġdida (Artikolu 16) meta l-impriża kkonċernata taġixxi kontra l-impenji tagħha jew jekk joħroġ fid-dieher li d-deċiżjoni preċedenti kienet ibbażata fuq informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa.

Il-Kapitolu 3 fih regoli speċifiċi għall-konċentrazzjonijiet. B’mod partikolari, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet skont liema sussidju barrani f’konċentrazzjoni jitqies bħala distorsiv fis-suq intern (Artikolu 17), jiddefinixxi konċentrazzjoni (Artikolu 18) u jippreskrivi meta jenħtieġ li tingħata notifika ta’ konċentrazzjoni (Artikolu 19). Jipprovdi aktar dettall dwar l-obbligu ta’ notifika billi jiddefinixxi l-kunċett ta’ kontroll (Artikolu 20) u jispjega kif jiġi kkalkulat il-fatturat (Artikolu 21) u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja (Artikolu 22). Jistabbillixxi meta konċentrazzjoni jenħtieġ li tiġi sospiża u t-terminu ta’ żmien korrispondenti (Artikolu 23). Jispeċifika liema regoli proċedurali mill-Kapitolu 2 japplikaw għal konċentrazzjonijiet notifikati matul ir-rieżami preliminari u l-investigazzjoni fil-fond, adattati għall-ispeċifiċitajiet ta’ sistema ta’ notifika (Artikolu 24). Il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali (Artikolu 25) stipulati fil-Kapitolu 2 japplikaw għall-konċentrazzjonijiet notifikati wkoll, flimkien mal-possibbiltà li jiġu imposti fil-każ ta’ notifika li tagħti informazzjoni skorretta jew qarrieqa, jew talli ma ssirx notifika jew għan-nuqqas ta’ konformità ma’ obbligu ta’ sospensjoni jew ma’ deċiżjoni li tipprojbixxi konċentrazzjoni.

Il-Kapitolu 4 fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proċeduri ta’ akkwist. B’mod partikolari, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet skont liema sussidju barrani jitqies li jagħmel distorsjoni fis-suq intern fi proċedura ta’ akkwist pubbliku (l-Artikolu 26), jistabbilixxi l-livelli limitu ta’ notifika (l-Artikolu 27) u jippreskrivi meta notifika fil-kuntest ta’ tali proċedura tkun obbligatorja (l-Artikolu 28). Jispeċifika liema regoli proċedurali mill-Kapitolu 2 japplikaw għal kontribuzzjonijiet finanzjarji notifikati fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku u l-limiti ta’ żmien biex tinbeda u tintemm investigazzjoni fil-fond (l-Artikolu 29). Jiddeskrivi t-tipi ta’ deċiżjonijiet li l-Kummissjoni tista’ tadotta (l-Artikolu 30) u meta jenħtieġ li l-għoti ta’ kuntratt pubbliku lil offerenti potenzjalment sussidjati fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku jiġu sospiżi (l-Artikolu 31). Finalment, jipprevedi li multi u pagament perjodiċi ta’ penali jistgħu jiġu imposti kif stabbilit fil-Kapitolu 2, ikkomplementati mill-possibbiltà li dan isir fil-każ ta’ notifika li tipprovdi informazzjoni skorretta jew qarrieqa, jew ta’ nuqqas ta’ notifika (l-Artikolu 32).

Il-Kapitolu 5 fih dispożizzjonijiet proċedurali komuni. Jiddeskrivi r-relazzjoni bejn ir-rieżami ex officio, in-notifika ta’ konċentrazzjoni u n-notifika ta’ akkwist pubbliku (l-Artikolu 33). Jipprevedi l-possibbiltà li tinfetaħ investigazzjoni tas-suq (Artikolu 34) u jippreskrivi l-perjodi ta’ limitazzjoni (l-Artikolu 35). Fih ukoll obbligu li jiġu ppubblikati d-deċiżjonijiet adottati skont ir-Regolament (l-Artikolu 36) u jispeċifika lil min jenħtieġ li jiġu indirizzati tali deċiżjonijiet (l-Artikolu 37). Diversi dispożizzjonijiet jistabbilixxu l-garanziji proċedurali quddiem il-Kummissjoni, b’mod partikolari d-drittijiet tad-difiża (l-Artikolu 38) u l-protezzjoni tas-sigriet professjonali (l-Artikolu 39).

Il-Kapitolu 6 jiddeskrivi r-relazzjoni bejn ir-regolament u strumenti legali oħra (l-Artikolu 40).

Il-Kapitolu 7 fih aktar dispożizzjonijiet ġenerali, bħall-proċedura ta’ kumitat għal deċiżjonijiet (l-Artikolu 41), kif ukoll il-possibbiltà li jiġu adottati dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni (l-Artikolu 42, 43) u atti delegati (l-Artikolu 44), f’konformità ma’ regoli speċifiċi dwar id-delega ta’ setgħat (l-Artikolu 45). Barra minn hekk, hemm dispożizzjoni għal rieżami tar-regolament (l-Artikolu 46). Finalment, ir-regolament fih ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji (l-Artikolu 47) u jiddikjara meta se jidħol fis-seħħ u meta se jiġi applikat (l-Artikolu 48).

2021/0114 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114 u 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 39 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Suq intern b’saħħtu, miftuħ u kompetittiv jippermetti kemm lill-impriżi Ewropej kif ukoll lil dawk barranin jikkompetu skont il-mertu. L-Unjoni tibbenefika minn sistema sofistikata u effettiva ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat, bl-għan li tiżgura kundizzjonijiet ġusti għall-impriżi kollha involuti f’attività ekonomika fis-suq intern. Din is-sistema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat tipprevjeni lill-Istati Membri milli jagħtu għajnuna mill-Istat li toħloq distorsjoni indebita fis-suq intern.

(2)Fl-istess ħin, l-impriżi jistgħu jirċievu sussidji minn pajjiżi terzi, li jipprovdu fondi pubbliċi li mbagħad jintużaw, pereżempju, biex jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi fis-suq intern fi kwalunkwe settur tal-ekonomija, bħal pereżempju l-parteċipazzjoni f’offerti tal-akkwist pubbliku, jew akkwiżizzjonijiet ta’ impriżi, inklużi dawk b’assi strateġiċi bħall-infrastruttura kritika u t-teknoloġiji innovattivi. Dawn is-sussidji bħalissa mhumiex soġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

(3)Is-sussidji barranin jistgħu joħolqu distorsjoni fis-suq intern u jimminaw il-kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għal bosta attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni. Dan jista’ jseħħ b’mod partikolari fil-kuntest ta’ konċentrazzjonijiet li jinvolvu bidla fil-kontroll fuq impriżi tal-UE, fejn tali konċentrazzjonijiet ikunu ffinanzjati kompletament jew parzjalment permezz ta’ sussidji barranin, jew jekk impriżi li jibbenefikaw minn sussidji barranin jingħataw kuntratti pubbliċi fl-Unjoni.

(4)L-ebda strument eżistenti tal-Unjoni ma jindirizza distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin. L-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ jippermettu lill-Kummissjoni taġixxi meta prodotti sussidjati jiġu importati fl-Unjoni, iżda mhux meta s-sussidji barranin jieħdu l-forma ta’ investimenti sussidjati, jew meta jkunu kkonċernati s-servizzi u l-flussi finanzjarji. Skont il-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens, l-Unjoni għandha l-possibbiltà li tagħti bidu għal soluzzjonijiet tat-tilwim bejn stat u ieħor kontra ċerti sussidji barranin mogħtija minn membri tad-WTO, limitata għall-merkanzija.

(5)Għaldaqstant huwa meħtieġ li l-istrumenti eżistenti tal-Unjoni jiġu kkomplimentati b’għodda ġdida biex tindirizza d-distorsjonijiet fis-suq intern ikkawżati mis-sussidji barranin u tiżgura kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. B’mod partikolari, l-għodda l-ġdida tikkomplementa r-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat li jittrattaw distorsjonijiet fis-suq intern ikkawżati minn sussidji tal-Istati Membri.

(6)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u proċeduri għall-investigazzjoni ta’ sussidji barranin li realment jew potenzjalment joħolqu distorsjoni fis-suq intern u, fejn rilevanti, tali distorsjonijiet jiġu rimedjati. Is-sussidji barranin jistgħu joħolqu distorsjoni fis-suq intern jekk l-impriża li tibbenefika mis-sussidju barrani tkun involuta f’attività ekonomika fl-Unjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-impriżi kollha li jieħdu sehem f’attività ekonomika fl-Unjoni. Minħabba s-sinifikanza tal-attivitajiet ekonomiċi mwettqa mill-SMEs, u l-kontribut tagħhom għat-twettiq tal-għanijiet ta’ politika ewlenin tal-Unjoni, qed tingħata attenzjoni speċjali għall-impatt li dan ir-Regolament se jkollu fuqhom.

(7)Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq intern, kif ukoll il-konsistenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun l-unika awtorità li jkollha l-kompetenza li tapplika dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li teżamina kwalunkwe sussidju barrani sa fejn dan ikun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe settur tal-ekonomija fuq inizjattiva tagħha stess u bis-saħħa tal-informazzjoni mis-sorsi kollha disponibbli. Sabiex jiġi żgurat kontroll effettiv, fil-każ speċifiku ta’ konċentrazzjonijiet kbar (fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet) u proċeduri ta’ akkwist pubbliku li jaqbżu ċerti livelli limitu, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li teżamina s-sussidji barranin abbażi ta’ notifika minn qabel mill-impriża lill-Kummissjoni Ewropea.

(8)Sussidju barrani, fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, għandu jinftiehem bħala intervent li jissodisfa tliet kundizzjonijiet kumulattivi.

(9)Irid ikun hemm kontribuzzjoni finanzjarja diretta jew indiretta li tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiż terz. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tingħata permezz ta’ entitajiet pubbliċi jew privati. Jekk entità pubblika hix tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jiġi ddeterminat fuq bażi ta’ każ b’każ b’kunsiderazzjoni xierqa għal elementi bħall-karatteristiċi tal-entità rilevanti u l-ambjent legali u ekonomiku li jkun jipprevali fil-pajjiż li fih l-entità topera, inkluż ir-rwol tal-gvern fl-ekonomija. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jistgħu jingħataw ukoll permezz ta’ entità privata jekk l-azzjonijiet tagħha jistgħu jiġu attribwiti lill-pajjiż terz.

(10)Tali kontribuzzjoni finanzjarja trid tkun tagħti benefiċċju lil impriża involuta f’attività ekonomika fis-suq intern. Kontribuzzjoni finanzjarja li tibbenefika entità involuta f’attivitajiet mhux ekonomiċi ma tikkostitwix sussidju barrani. L-eżistenza ta’ benefiċċju jenħtieġ li tiġi determinata abbażi ta’ parametri referenzjarji komparattivi, bħall-prattika tal-investiment ta’ investituri privati, rati għall-finanzjament li jista’ jinkiseb fis-suq, trattament tat-taxxa kumparabbli, jew ir-remunerazzjoni adegwata għal prodott jew servizz partikolari. Jekk ma jkunx hemm disponibbli parametri referenzjarji direttament komparabbli, il-parametri referenzjarji eżistenti jistgħu jiġu aġġustati jew jistgħu jiġu stabbiliti parametri referenzjarji alternattivi abbażi ta’ metodi ta’ valutazzjoni ġeneralment aċċettati.

(11)Il-benefiċċju għandu jingħata lil impriża jew industrija individwali jew lil diversi impriżi jew industriji. Il-benefiċċju jista’ jiġi stabbilit skont il-liġi jew skont il-fatti.

(12)Ladarba tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sussidju barrani, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk is-sussidju barrani joħloqx distorsjoni fis-suq intern. Għall-kuntrarju tal-għajnuna mill-Istat min-naħa ta’ Stat Membru, is-sussidji barranin ġeneralment mhumiex projbiti. Is-sussidji fil-forma ta’ finanzjament għall-esportazzjoni jistgħu jkunu ta’ tħassib partikolari minħabba l-effetti distorsivi tagħhom. Dan mhuwiex il-każ jekk tali finanzjament jingħata f’konformità mal-Arranġament tal-OECD għal Krediti ta’ Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati. Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni jekk sussidju barrani joħloqx distorsjoni fis-suq intern, abbażi tal-każ.

(13)In-nuqqas ta’ trasparenza li jikkonċerna bosta sussidji barranin u l-kumplessità tar-realtà kummerċjali jistgħu jagħmluha diffiċli biex l-impatt ta’ sussidju barrani partikolari fuq is-suq intern jiġi identifikat jew ikkwantifikat b’mod inekwivoku. Biex tiġi ddeterminata d-distorsjoni, għalhekk jidher neċessarju li jintuża sett mhux eżawrjenti ta’ indikaturi. Meta tkun qed tivvaluta l-punt sa fejn sussidju barrani jista’ jtejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-impriża kkonċernata, u huwa u jagħmel dan, realment jew potenzjalment jaffettwa l-kompetizzjoni fis-suq intern, il-Kummissjoni tista’ tqis ċerti indikaturi, inkluż iżda mhux limitat għall-ammont u n-natura tas-sussidju, l-għan u l-kundizzjonijiet marbutin mas-sussidju barrani, kif ukoll l-użu tiegħu fis-suq intern.

(14)Meta tapplika dawn l-indikaturi, il-Kummissjoni tista’ tqis elementi differenti, bħad-daqs tas-sussidju f'termini assoluti jew f’relazzjoni mad-daqs tas-suq jew mal-valur tal-investiment. Pereżempju, konċentrazzjoni li fil-kuntest tagħha sussidju barrani jkopri parti sostanzjali mill-prezz tax-xiri tal-entità fil-mira, aktarx li jkun distorsiv. Bl-istess mod, is-sussidji barranin li jkopru parti sostanzjali tal-valur stmat ta’ kuntratt li għandu jingħata fi proċedura ta’ akkwist pubbliku x’aktarx li jikkawżaw distorsjonijiet. Jekk jingħata sussidju barrani għall-ispejjeż operatorji, jidher li jkun aktar probabbli li joħloq distorsjonijiet milli jekk jingħata għal spejjeż ta’ investiment. Sussidji barranin li jingħataw lil impriżi żgħar u medji jistgħu jitqiesu anqas probabbli li joħolqu distorsjonijiet minn sussidji barranin lil impriżi kbar. Barra minn hekk, il-karatteristiċi tas-suq, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq, bħall-ostakli għad-dħul, iridu jittieħdu inkonsiderazzjoni. Is-sussidji barranin li jwasslu għal kapaċità żejda billi jsostnu assi mhux ekonomiċi jew billi jinkoraġġixxu l-investiment fl-espansjonijiet tal-kapaċità li kieku mod ieħor ma kinux jinbnew aktarx li jikkawżaw distorsjonijiet. Sussidju barrani lil benefiċjarju li juri livell baxx ta’ attività fis-suq intern, imkejjel pereżempju f’termini tal-fatturat miksub fl-Unjoni, huwa inqas probabbli li jikkawża distorsjonijiet minn sussidju barrani lil benefiċjarju li għandu livell ta’ attività aktar sinifikanti fis-suq intern. Finalment, jenħtieġ li sussidji barranin li ma jaqbżux EUR 5 miljun jitqiesu bħala mhux probabbli li joħolqu distorsjoni fis-suq intern skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament.

(15)Bħal ċerti tipi ta’ għajnuna mill-Istat, hemm ukoll ċerti kategoriji ta’ sussidji barranin, bħall-garanziji illimatati, li aktarx joħolqu distorsjonijiet fis-suq intern minħabba n-natura tagħhom. Dawn il-kategoriji ma jridux ikunu jeħtieġu valutazzjoni dettaljati bbażata fuq l-indikaturi. Fi kwalunkwe każ, impriża tista’ turi li s-sussidju barrani inkwistjoni ma joħloqx distorsjoni tas-suq intern fiċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ.

(16)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis l-effetti pożittivi tas-sussidju barrani fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika sussidjata relevanti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżen dawn l-effetti pożittivi kontra l-effetti negattivi ta’ sussidju barrani f’termini ta’ distorsjoni fis-suq intern sabiex tiddetermina, jekk applikabbli, il-miżura ta’ rimedju xierqa jew taċċetta l-impenji. Dan l-eżerċizzju ta’ bbilanċjar jista’ wkoll iwassal għall-konklużjoni li ma għandha tiġi imposta l-ebda miżura ta’ rimedju. Il-kategoriji ta’ sussidji barranin li jitqiesu l-aktar probabbli li joħolqu distorsjoni fis-suq intern huma inqas probabbli li jkollhom aktar effetti pożittivi milli negattivi.

(17)Meta l-Kummissjoni teżamina sussidju barrani fuq inizjattiva tagħha stess, jenħtieġ li jkollha s-setgħa li timponi miżuri ta’ rimedju fuq impriża biex tirrimedja kwalunkwe distorsjoni kkawżata minn sussidju barrani fis-suq intern. Il-miżuri ta’ rimedju jenħtieġ li jkunu proporzjonati u xierqa biex jirrimedjaw id-distorsjoni inkwistjoni. Jenħtieġ li dawn jinkludu rimedji komportamentali jew strutturali jew il-ħlas lura tas-sussidju barrani.

(18)Jenħtieġ li l-impriża kkonċernata jkollha l-possibbiltà li toffri impenji sabiex tirrimedja d-distorsjoni li tkun inħolqot mis-sussidju barrani. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-impenji offruti jirrimedjaw b’mod sħiħ u effettiv id-distorsjoni, tista’ taċċettahom u tagħmilhom vinkolanti permezz ta’ deċiżjoni.

(19)L-impriża kkonċernata tista’ toffri li tħallas lura s-sussidju, flimkien mal-imgħax xieraq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taċċetta l-offerta ta’ ħlas lura bħala impenn, jekk tista’ taċċerta ruħha li l-ħlas lura jkun ta’ rimedju sħiħ għad-distorsjoni, isir b’mod trasparenti u jkun effettiv fil-prattika, filwaqt li tqis ir-riskju li ssir ċirkomvenzjoni tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(20)Sakemm l-impriżi kkonċernati ma joffrux impenji li jirrimedjaw għalkollox u effettivament id-distorsjoni identifikata, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tipprojbixxi konċentrazzjoni jew l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist pubbliku qabel iseħħu. Fejn il-konċentrazzjoni diġà tkun ġiet implimentata, partikolarment f’każijiet fejn l-ebda notifika minn qabel ma kienet meħtieġa minħabba li l-livell limitu ta’ notifika ma ntlaħaqx, id-distorsjoni tista’ madankollu tkun tant sostanzjali li ma tkunx tista’ tiġi rrimedjata minn miżuri komportamentali jew strutturali, jew mill-ħlas lura tas-sussidju. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrimedja d-distorsjoni billi tordna lill-impriżi kkonċernati biex ixolju l-konċentrazzjoni.

(21)Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li, fuq inizjattiva tagħha stess, teżamina kwalunkwe informazzjoni dwar sussidji barranin. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura li tikkonsisti f’żewġ stadji, jiġifieri rieżami preliminari u investigazzjoni fil-fond.

(22)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat investigattivi adegwati biex tiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa. Għaldaqstant jenħtieġ li jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni minn kwalunkwe impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi matul il-proċedura kollha kemm hi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għal nuqqas ta’ forniment f’waqtu tal-informazzjoni mitluba jew għall-għoti ta’ informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tindirizza mistoqsijiet lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tagħmel żjarat għall-ġbir ta’ informazzjoni fil-bini tal-Unjoni tal-impriża, jew, soġġett għal qbil mill-impriża u mill-pajjiż terz ikkonċernat, fil-bini tal-impriża fil-pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li tieħu deċiżjonijiet abbażi tal-fatti disponibbli jekk l-impriża inkwistjoni ma tikkooperax.

(23)Barra minn hekk, fejn ikun meħtieġ biex terġa’ tiġi restawrata immedjatament il-kompetizzjoni fis-suq intern u biex tiġi evitata ħsara irreparabbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta miżuri interim.

(24)Fil-każijiet kollha fejn, bħala riżultat tar-rieżami preliminari, il-Kummissjoni jkollha biżżejjed indikazzjonijiet tal-eżistenza ta’ sussidju barrani li joħloq distorsjoni fis-suq intern, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tniedi investigazzjoni fil-fond biex tiġbor informazzjoni rilevanti addizzjonali biex tivvaluta s-sussidju barrani, u biex tippermetti lill-partijiet interessati jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

(25)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħlaq l-investigazzjoni fil-fond billi tadotta deċiżjoni.

(26)Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-istrumenti xierqa biex tiżgura l-effettività tal-impenji u l-miżuri ta’ rimedju. Jekk l-impriża kkonċernata ma tikkonformax ma’ deċiżjoni b’impenji, deċiżjoni li timponi miżuri ta’ rimedju, jew deċiżjoni li tordna miżuri interim, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali.

(27)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u effettiva ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tirrevoka deċiżjoni u tadotta deċiżjoni ġdida, meta d-deċiżjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa, jew meta impriża taġixxi kontra l-impenji tagħha jew mal-miżuri ta' rimedju imposti.

(28)Minħabba l-impatt potenzjalment sinifikanti tal-konċentrazzjonijiet fuq is-suq intern, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa, man-notifika, li teżamina informazzjoni dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-kuntest ta’ konċentrazzjoni proposta. Jenħtieġ li l-impriżi ma jitħallewx jimplimentaw il-konċentrazzjoni qabel il-konklużjoni tar-rieżami tal-Kummissjoni.

(29)Dan l-eżami mill-Kummissjoni għandu jsegwi l-istess proċedura bħal dik fejn sussidju barrani jiġi rieżaminat fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, soġġett għal aġġustamenti biex jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tal-konċentrazzjonijiet.

(30)Huwa neċessarju li jintlaħaq bilanċ bejn il-protezzjoni effettiva tas-suq intern u l-ħtieġa li jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-impriżi soġġetti għal dan ir-Regolament. Għaldaqstant, huma biss il-konċentrazzjonijiet li jilħqu l-livelli limitu kkombinati kif definiti f’dan ir-Regolament ibbażati fuq id-daqs tal-fatturat fl-Unjoni u d-daqs tas-sussidju li jenħtieġ li jkunu soġġetti għal notifika obbligatorja minn qabel.

(31)Taħt il-livelli limitu ta’ notifika, il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi n-notifika ta’ konċentrazzjonijiet potenzjalment sussidjati li kienu għadhom ma ġewx implimentati jew in-notifika ta’ offerti potenzjalment sussidjati qabel l-għoti ta’ kuntratt pubbliku, jekk tqis li l-konċentrazzjoni jew l-offerta tkun timmerita rieżami ex ante minħabba l-impatt tagħha fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll il-possibbiltà li twettaq rieżami fuq inizjattiva tagħha stess ta’ konċentrazzjonijiet diġà implimentati jew kuntratti pubbliċi li jkunu ngħataw.

(32)Meta tiġi rieżaminata konċentrazzjoni, jenħtieġ li l-valutazzjoni ta’ jekk hemmx distorsjoni fis-suq intern tkun limitata għall-konċentrazzjoni inkwistjoni, u fil-valutazzjoni jitqiesu biss is-sussidji barranin mogħtija fit-tliet snin qabel il-konċentrazzjoni.

(33)Il-ħtieġa li jiġu indirizzati sussidji barranin distorsivi hija partikolarment saljenti fl-akkwist pubbliku, minħabba s-sinifikanza ekonomika tiegħu fis-suq intern u l-fatt li huwa ffinanzjat mill-flus tat-taxxi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa, man-notifika qabel l-għoti ta’ kuntratt pubbliku jew konċessjoni, li teżamina informazzjoni dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin mogħtija lill-impriżi parteċipanti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku. In-notifiki minn qabel jenħtieġ li jkunu mandatorji ’l fuq minn livell limitu stabbilit f’dan ir-Regolament biex jaqbdu każijiet ekonomikament sinifikanti filwaqt li jimminimizzaw il-piż amministrattiv u ma jxekklux il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku. Dan l-obbligu ta’ notifika minn qabel ’il fuq minn livell limitu jenħtieġ li japplika wkoll għal gruppi ta’ operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 , l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 u l-Artikolu 37(2) tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 . Jenħtieġ li japplika wkoll għas-sottokuntratturi ewlenin u għall-fornituri ewlenin tal-impriża.

(34)Meta kontribuzzjoni finanzjarja barranija tiġi nnotifikata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku, jenħtieġ li l-valutazzjoni tkun limitata għal dik il-proċedura.

(35)Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-prinċipji li jirregolaw l-akkwist pubbliku, partikolarment il-proporzjonalità, in-nondiskriminazzjoni, it-trattament indaqs, u t-trasparenza, jiġu rrispettati fir-rigward tal-impriżi kollha involuti fil-proċedura tal-akkwist pubbliku, irrispettivament mill-investigazzjonijiet mibdija u pendenti bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament.

(36)Is-sussidji barranin li jippermettu lil impriża tissottometti offerta li tkun indebitament vantaġġuża fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi kkonċernati jenħtieġ li jitqiesu li effettivament jew potenzjalment joħolqu distorsjoni fi proċedura ta’ akkwist pubbliku. Jenħtieġ għalhekk li dawn id-distorsjonijiet jiġu vvalutati abbażi tas-sett mhux eżawrjenti ta’ indikaturi deskritti fil-premessi (13) u (14) kif ukoll abbażi tal-kunċett ta’ offerta indebitament vantaġġuża. Jenħtieġ li l-indikaturi jippermettu li jiddeterminaw kif sussidju barrani joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni billi jtejjeb il-pożizzjoni kompetittiva ta’ impriża u jippermettilha tippreżenta offerta indebitament vantaġġuża. L-impriżi jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jiġġustifikaw li l-offerta mhijiex indebitament vantaġġuża, u inkluż billi jippreżentaw l-elementi msemmija fl-Artikolu 69(2) tad-Direttiva 2014/24/UE. Il-projbizzjoni tal-għoti jenħtieġ li tapplika biss meta n-natura vantaġġuża tal-offerta li tibbenefika minn sussidji barranin ma tkunx tista’ tiġi ġġustifikata, l-offerta tingħata l-kuntratt u l-impriża offerenti ma offrietx impenji meqjusa xierqa u suffiċjenti biex ineħħu d-distorsjoni effettivament u għalkollox.

(37)Meta titqies in-natura tal-mekkaniżmu ta’ rieżami ex ante għall-konċentrazzjonijiet u l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, u l-ħtieġa taċ-ċertezza tad-dritt rigward dawn it-tranżazzjonijiet speċifiċi, konċentrazzjoni jew offerta għal akkwist pubbliku notifikati u vvalutati taħt il-proċeduri rispettivi ma jistgħux jerġgħu jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni tkun ġiet infurmata dwarhom permezz tal-proċedura ta’ notifika jistgħu madankollu jkunu rilevanti barra mill-konċentrazzjoni jew il-proċedura tal-akkwist. Sabiex tiġbor informazzjoni dwar sussidji barranin, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tniedi investigazzjonijiet rigward setturi speċifiċi tal-ekonomija, tipi partikolari ta’ attività ekonomika jew l-użu ta’ strumenti ta’ sussidju barranin partikolari.

(38)Għall-istess raġunijiet, huwa xieraq li jiġu previsti perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali.

(39)Fl-interess tat-trasparenza u ċ-ċertezza tad-dritt, huwa xieraq li d-deċiżjonijiet kollha adottati mill-Kummissjoni jiġu ppubblikati fl-intier tagħhom jew f’forma mqassra.

(40)Il-Kummissjoni, meta tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha, jenħtieġ li tirrispetta r-regoli dwar is-segretezza professjonali, inkluż il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, is-sigrieti kummerċjali u d-data personali kollha, f’konformità mal-Artikolu 339 tat-Trattat.

(41)F’każijiet li fihom informazzjoni li l-impriża tkun immarkat bħala kunfidenzjali jew sigriet kummerċjali ma tkunx tidher li tkun koperta mill-obbligi tas-segretezza professjonali, huwa xieraq li jkun hemm mekkaniżmu fis-seħħ li permezz tiegħu l-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi sa liema punt tkun tista’ tiġi żvelata tali informazzjoni. Kwalunkwe deċiżjoni bħal dik li fiha tinċaħad dikjarazzjoni li l-informazzjoni hija kunfidenzjali jenħtieġ li tindika perjodu li fit-tmiem tiegħu l-informazzjoni se tiġi żvelata, biex b'hekk il-konvenut ikun jista' jagħmel użu minn kwalunkwe protezzjoni ġudizzjarja disponibbli għalih, inkluż kwalunkwe miżura interim.

(42)L-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi kkonċernati minn investigazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollhom l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. Filwaqt li tiġi żgurata l-preservazzjoni tad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati, huwa essenzjali li s-sigrieti kummerċjali jiġu protetti.

(43)L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-Unjoni jenħtieġ li tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni, mal-Ftehim tad-WTO u tkun konsistenti mal-impenji li jkunu saru skont ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment oħra li l-Unjoni jew l-Istati Membri jkunu partijiet tagħhom.

(44)Ir-restrizzjonijiet għall-Artikoli 34, 49, 56 u 63 tat-TFUE jistgħu jiġu ġġustifikati mill-ħtieġa li tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta, dment li tali restrizzjonijiet, bħal restrizzjonijiet oħra tal-libertajiet fundamentali jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħall-proporzjonalità, iċ-ċertezza tad-dritt, u mad-drittijiet fundamentali.

(45)L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tista’ tikkoinċidi mar-regoli settorjali, b’mod partikolari fil-qasam tat-trasport marittimu u bl-ajru. Għaldaqstant, huwa neċessarju li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u l-istrumenti settorjali li jittrattaw is-sussidji barranin, jiġifieri r-Regolament (UE) 2016/1035 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 ; ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 4057/86 44 ; u r-Regolament (UE) 2019/712 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45 .

(46)Meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni fi tmiem investigazzjoni fil-fond, jenħtieġ li l-Istati Membri ikunu adegwatament involuti qabel it-teħid ta’ deċiżjonijiet fi proċedura konsultattiva skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 . L-għażla ta’ din il-proċedura hija ġġustifikata meta jitqies ir-rwol tal-Istati Membri fil-kompetizzjoni u l-istrumenti tal-għajnuna mill-Istat, li għandhom l-għan ukoll li joħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern.

(47)Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 291 tat-Trattat. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati biex jistabbilixxu l-forma u l-kontenut tan-notifiki dwar konċentrazzjonijiet kif ukoll ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, dettalji ta’ divulgazzjoni, il-forma u l-kontenut tar-rekwiżiti tat-trasparenza, il-kalkolu tal-limiti ta’ żmien, il-kundizzjonijiet u l-limiti ta’ żmien għall-impenji u regoli dettaljati dwar il-passi proċedurali rigward l-investigazzjonijiet dwar proċeduri ta’ akkwist pubbliku. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(48)Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern anke fit-tul, bil-ħsieb li tiġi żgurata kopertura adegwata ta’ każijiet investigati kemm permezz ta’ notifiki kif ukoll ex officio, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-limiti ta’ notifika għall-konċentrazzjonijiet u għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku, fir-rigward tal-eżenzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ impriżi mill-obbligi ta’ notifika skont dan ir-Regolament, kif ukoll fir-rigward tal-emendar tal-limiti ta’ żmien għar-rieżami preliminari u l-investigazzjonijiet fil-fond ta’ konċentrazzjonijiet notifikati jew ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji notifikati fil-kuntest ta’ proċedura għall-akkwist pubbliku. Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku, is-setgħa li jiġu adottati tali atti jenħtieġ li tiġi eżerċitata b’mod li jitqiesu l-interessi tal-SMEs. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul it-tħejjija ta’ dawn l-atti, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 47 . B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(49)Meta konċentrazzjoni tkun notifikabbli bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji lil kwalunkwe parti tal-konċentrazzjoni mogħtija fit-tliet snin ta’ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’dan ir-Regolament jenħtieġ li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll għal kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija lil impriża fit-tliet snin ta’ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu 1: Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

(1)Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-investigazzjoni ta’ sussidji barranin li joħolqu distorsjonijiet fis-suq intern u għar-rimedju ta’ tali distorsjonijiet. Tali distorsjonijiet jistgħu jinqalgħu fir-rigward ta’ kwalunkwe attività ekonomika, u b’mod partikolari f’konċentrazzjonijiet u fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

(2)Dan ir-Regolament jindirizza sussidji barranin mogħtija lil impriża involuta f’attività ekonomika fis-suq intern. Impriża li takkwista l-kontroll jew li tingħaqad ma’ impriża stabbilita fl-Unjoni jew impriża li tipparteċipa fi proċedura ta’ akkwist pubbliku titqies li tkun involuta f’attività ekonomika fis-suq intern.

Artikolu 2

Eżistenza ta’ sussidju barrani

(1)Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sussidju barrani għandu jitqies li jeżisti meta pajjiż terz jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju lil impriża involuta f’attività ekonomika fis-suq intern u li tkun limitata, fil-liġi jew fil-fatt, għal impriża jew industrija individwali jew għal diversi impriżi jew industriji.

(2)Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament,

(a)kontribuzzjoni finanzjarja għandha tinkludi:

(i) it-trasferiment ta’ fondi jew obbligazzjonijiet, bħal injezzjonijiet ta’ kapital, għotjiet, self, garanziji ta’ self, inċentivi fiskali, tpaċija ta’ telf operattiv, kumpens għal piżijiet finanzjarji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi, maħfra ta’ dejn, swaps ta’ dejn għall-ekwità, jew skedar mill-ġdid;

ii) ir-rinunzja tad-dħul li jkun dovut mod ieħor; jew

(iii) il-forniment ta’ prodotti jew servizzi jew ix-xiri ta’ prodotti u servizzi;

(b)il-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta mill-pajjiż terz għandha tinkludi l-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta:

(i) mill-gvern ċentrali u l-awtoritajiet tal-gvern fil-livelli l-oħrajn kollha;

(ii) minn entitajiet pubbliċi barranin, li l-azzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu attribwiti lill-pajjiż terz, huma u jitqiesu elementi bħall-karatteristiċi tal-entità, l-ambjent legali u ekonomiku prevalenti fl-Istat li fih topera l-entità inkluż ir-rwol tal-gvern fl-ekonomija; jew

(iii) minn kwalunkwe entità privata li l-azzjonijiet tagħha jistgħu jiġu attribwiti lill-pajjiż terz, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha.

Artikolu 3

Distorsjonijiet fis-suq intern

(1)Distorsjoni fis-suq intern għandha titqies li teżisti meta sussidju barrani jista’ jtejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-impriża fis-suq intern u meta, b’dan il-mod, effettivament jew potenzjalment jaffettwa b’mod negattiv il-kompetizzjoni fis-suq intern. Jekk hemmx distorsjoni fis-suq intern għandu jiġi ddeterminat skont indikaturi, li jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

(a)l-ammont tas-sussidju; 

(b)in-natura tas-sussidju;

(c)is-sitwazzjoni tal-impriża u tas-swieq ikkonċernati;

(d)il-livell ta’ attività ekonomika tal-impriża kkonċernata fis-suq intern.

(e)l-iskop u l-kundizzjonijiet marbuta mas-sussidju barrani kif ukoll l-użu tiegħu fis-suq intern.

(2)Sussidju barrani aktarx li ma joħloqx distorsjoni fis-suq intern jekk l-ammont totali tiegħu jkun inqas minn EUR 5 miljun matul kwalunkwe perjodu konsekuttiv ta’ tliet snin fiskali.

Artikolu 4

Kategoriji ta’ sussidji barranin l-aktar probabbli li joħolqu distorsjoni fis-suq intern

Sussidju barrani li jaqa’ f’waħda mill-kategoriji li ġejjin huwa l-aktar probabbli li joħloq distorsjoni fis-suq intern:

(1)sussidju barrani mogħti lil impriża f’diffikultà, jiġifieri waħda li aktarx tfalli fit-terminu qasir jew medju fin-nuqqas ta’ sussidju, sakemm ma jkunx hemm pjan ta’ ristrutturar li jkun kapaċi jwassal għall-vijabbiltà fit-tul ta’ dik l-impriża u li jkun jinkludi kontribuzzjoni proprja sinifikanti mill-impriża;

(2)sussidju barrani fil-forma ta’ garanzija illimitata għad-djun jew l-obbligazzjonijiet tal-impriża, jiġifieri mingħajr ebda limitazzjoni fuq l-ammont jew it-tul ta’ żmien ta’ tali garanzija;

(3)sussidju barrani li jiffaċilita konċentrazzjoni direttament;

(4)sussidju barrani li jippermetti lil impriża tippreżenta offerta indebitament vantaġġuża, li abbażi tagħha l-impriża tingħata l-kuntratt pubbliku.

Artikolu 5

Ibbilanċjar

(1)Il-Kummissjoni għandha, fejn ġustifikat, tibbilanċja l-effetti negattivi ta’ sussidju barrani f’termini ta’ distorsjoni fis-suq intern bl-effetti pożittivi fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika rilevanti.

(2)Il-Kummissjoni għandha tqis l-ibbilanċjar bejn l-effetti negattivi u pożittivi meta tiddeċiedi jekk timponix miżuri ta’ rimedju jew taċċettax impenji, u n-natura u l-livell ta’ dawk il-miżuri ta’ rimedju jew impenji.

Artikolu 6

Impenji u miżuri ta’ rimedju

(1)Sabiex tirrimedja d-distorsjoni fis-suq intern realment jew potenzjalment ikkawżata minn sussidju barrani, il-Kummissjoni tista’ timponi miżuri ta’ rimedju. L-impriża kkonċernata tista’ wkoll toffri impenji.

(2)L-impenji jew il-miżuri ta’ rimedju għandhom jirrimedjaw kompletament u effettivament id-distorsjoni kkawżata minn sussidju barrani fis-suq intern.

(3)L-impenji jew il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jikkonsistu f’dan li ġej:

(a)l-għoti ta’ aċċess b’kundizzjonijiet ġusti u mhux diskriminatorji lil infrastruttura li tkun ġiet akkwistata permezz tas-sussidji barranin distorsivi jew appoġġata minnhom dment li tali aċċess ġust u mhux diskriminatorju diġà jkun previst minn leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Unjoni;

(b)it-tnaqqis tal-kapaċità jew tal-preżenza fis-suq;

(c)li ma jsirux ċerti investimenti;

(d)liċenzjar fuq termini ġusti raġonevoli u mhux diskriminatorju ta’ assi akkwiżiti jew żviluppati bl-għajnuna tas-sussidji barranin;

(e)il-pubblikazzjoni tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp;

(f)l-iżvestiment ta’ ċerti assi;

(g)ir-rekwiżit li l-impriżi kkonċernati jxolju l-konċentrazzjoni;

(h)il-ħlas lura tas-sussidju barrani, inkluża rata tal-imgħax xierqa.

(4)Il-Kummissjoni tista’ timponi rekwiżiti ta’ rappurtar u trasparenza.

(5)Jekk impriża toffri impenji li jirrimedjaw kompletament u effettivament id-distorsjoni fis-suq intern, il-Kummissjoni tista’ taċċettahom u tagħmilhom vinkolanti fuq l-impriża f’deċiżjoni b’impenji f’konformità mal-Artikolu 9(3).

(6)Fejn l-impriża kkonċernata tipproponi li tħallas lura s-sussidju barrani inkluża rata tal-imgħax xierqa, il-Kummissjoni għandha taċċetta dak il-ħlas lura bħala impenn jekk tista’ taċċerta ruħha li l-ħlas lura huwa trasparenti u effettiv, hija u tieħu kont tar-riskju ta’ ċirkomvenzjoni.

Kapitolu 2: Rieżami ex officio tas-sussidji barranin

Artikolu 7

Rieżami ex officio tas-sussidji barranin

Fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ teżamina informazzjoni minn kwalunkwe sors rigward allegati sussidji barranin distorsivi.

Artikolu 8

Rieżami preliminari

(1)Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tqis neċessarja biex tivvaluta, fuq bażi preliminari, jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja taħt eżami tikkostitwix sussidju barrani u jekk toħloqx distorsjoni fis-suq intern. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tista’ b’mod partikolari:

(a)titlob informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 11;

(b)twettaq spezzjonijiet fl-Unjoni u barra minnha f’konformità mal-Artikolu 12 jew l-Artikolu 13.

(2)Fejn il-Kummissjoni, abbażi tar-rieżami preliminari, tqis li hemm biżżejjed indikazzjonijiet li impriża ngħatat sussidju barrani li joħloq distorsjoni fis-suq intern, hija għandha

(a)tadotta deċiżjoni li tinbeda investigazzjoni fil-fond (“deċiżjoni li tinbeda investigazzjoni fil-fond”), li għandha tiġbor fil-qosor il-kwistjonijiet rilevanti tal-fatti u tal-liġi u għandha tinkludi l-valutazzjoni preliminari tal-eżistenza ta’ sussidju barrani u tad-distorsjoni reali jew potenzjali fis-suq intern;

(b)tinforma lill-impriża kkonċernata; u

(c)tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jistieden lill-partijiet interessati, lill-Istati Membri u lill-pajjiż terz ikkonċernati biex jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub f’perjodu ta’ żmien preskritt.

(3)Fejn il-Kummissjoni, wara valutazzjoni preliminari, tikkonkludi li ma hemmx raġunijiet suffiċjenti biex tinbeda l-investigazzjoni fil-fond, jew minħabba li ma hemm l-ebda sussidju barrani jew minħabba li ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ distorsjoni reali jew potenzjali fis-suq intern, hija għandha tagħlaq ir-rieżami preliminari u tinforma lill-impriża kkonċernata.

Artikolu 9

Investigazzjoni fil-fond

(1)Matul l-investigazzjoni fil-fond, il-Kummissjoni għandha tivvaluta ulterjorment is-sussidju barrani li joħloq distorsjoni fis-suq intern identifikat fid-deċiżjoni li tinbeda investigazzjoni fil-fond, u tfittex l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa f’konformità mal-Artikoli 11, 12 u 13.

(2)Meta l-Kummissjoni ssib li sussidju barrani joħloq distorsjoni fis-suq intern skont l-Artikoli minn 3 sa 5, tista’ timponi miżuri ta’ rimedju (“deċiżjoni b’miżuri ta’ rimedju”).

(3)Meta l-Kummissjoni ssib li sussidju barrani joħloq distorsjoni fis-suq intern skont l-Artikoli 3 sa 5 u l-impriża kkonċernata toffri impenji, li l-Kummissjoni tqis xierqa u suffiċjenti biex tirrimedja għalkollox u effettivament id-distorsjoni, tista’ permezz ta’ deċiżjoni tagħmel dawn l-impenji vinkolanti fuq l-impriża (“deċiżjoni b’impenji”). Deċiżjoni li taċċetta l-ħlas lura ta’ sussidju barrani f’konformità mal-Artikolu 6(6) għandha titqies bħala deċiżjoni b’impenji.

(4)Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ ebda oġġezzjoni meta ssib li:

(a)il-valutazzjoni preliminari kif stabbilita fid-deċiżjoni tagħha li tibda investigazzjoni fil-fond mhijiex ikkonfermata; jew

(b)distorsjoni fis-suq intern tkun misbuqa minn effetti pożittivi fis-sens tal-Artikolu 5.

Artikolu 10

Miżuri interim

Il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri interim, meta:

(1)ikun hemm indikazzjonijiet li kontribuzzjoni finanzjarja tikkostitwixxi sussidju barrani u toħloq distorsjoni fis-suq intern; u

(2)ikun hemm riskju serju ta’ ħsara sostanzjali u irreparabbli għall-kompetizzjoni fis-suq intern.

Artikolu 11

Talbiet għal informazzjoni

(1)Il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi li impriża kkonċernata tipprovdi l-informazzjoni neċessarja kollha.

(2)Il-Kummissjoni tista’ wkoll titlob din l-informazzjoni minn impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi oħrajn.

(3)Talba għal informazzjoni lil impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi għandha:

(a)tiddikjara l-bażi ġuridika u l-iskop tagħha, tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u tistabbilixxi limitu ta’ żmien xieraq li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(b)tinkludi dikjarazzjoni li jekk l-informazzjoni pprovduta tkun skorretta, mhux sħiħa jew qarrieqa, jistgħu jiġu imposti multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 15;

(c)tinkludi dikjarazzjoni li, skont l-Artikolu 14, nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-impriża kkonċernata tippermetti lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni abbażi tal-fatti li huma disponibbli.

(4)Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtuha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament.

(5)Il-Kummissjoni tista’ wkoll titlob lil pajjiż terz ikkonċernat biex jipprovdi l-informazzjoni neċessarja kollha.

Artikolu 12

Spezzjonijiet fl-Unjoni

(1)Il-Kummissjoni tista’ twettaq l-ispezzjonijiet tal-impriżi li jkunu meħtieġa.

(2)Meta l-Kummissjoni twettaq tali spezzjoni, l-uffiċjali awtorizzati mill-Kummissjoni biex iwettqu spezzjoni għandhom jingħataw is-setgħa:

(a)li jidħlu fi kwalunkwe bini jew art tal-impriża kkonċernata;

(b)li jeżaminaw kotba u reġistri oħra tan-negozju u jieħdu, jew jitolbu, kopji;

(c)li jitolbu lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-impriża spjegazzjonijiet dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-għan tal-kontroll u biex jirreġistraw it-tweġibiet;

(d)li jissiġilaw kwalunkwe post, kotba jew reġistri ta’ negozju għall-perjodu, u sal-punt meħtieġ għall-ispezzjoni.

(3)L-impriża kkonċernata għandha toqgħod għall-ispezzjonijiet ordnati b’deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni biex iwettqu spezzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom wara li jippreżentaw deċiżjoni tal-Kummissjoni li:

(a)tispeċifika s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni;

(b)tinkludi dikjarazzjoni li, bis-saħħa tal-Artikolu 14, nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-impriża kkonċernata tippermetti lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni abbażi tal-fatti disponibbli;

(c)li tirreferi għall-possibbiltà li jiġu imposti multi u penali previsti fl-Artikolu 15.

(4)Fi żmien li jkun twil biżżejjed qabel l-ispezzjoni, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun se ssir l-ispezzjoni dwarha.

(5)L-uffiċjali tal-Kummissjoni kif ukoll l-uffiċjali awtorizzati jew maħtura mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun qed issir l-ispezzjoni għandhom, fuq talba tal-Istat Membru jew tal-Kummissjoni, jassistu attivament lill-uffiċjali jew akkumpanjaturi oħra awtorizzati mill-Kummissjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom jingħataw is-setgħat speċifikati fil-paragrafu 2.

(6)Meta l-uffiċjali jew akkumpanjaturi oħra awtorizzati mill-Kummissjoni jsibu li impriża topponi spezzjoni skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdilhom l-assistenza neċessarja u għandu jitlob, fejn xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom.

(7)Fuq talba tal-Kummissjoni, Stat Membru għandu jwettaq fit-territorju tiegħu kwalunkwe spezzjoni jew miżura ta’ ġbir ta’ informazzjoni skont id-dritt nazzjonali tiegħu biex jistabbilixxi jekk hemmx sussidju barrani li joħloq distorsjoni fis-suq intern.

Artikolu 13

Spezzjoni barra l-Unjoni

Sabiex twettaq id-dmirijiet li dan ir-Regolament jassenjalha, il-Kummissjoni tista’ twettaq spezzjonijiet fit-territorju ta’ pajjiż terz, dment li l-impriża kkonċernata tkun tat il-kunsens tagħha u li l-gvern tal-pajjiż terz ikun ġie nnotifikat uffiċjalment u jkun qabel mal-ispezzjoni. L-Artikoli 12(1), (2) u (3), il-punti (a) u (b) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 14

Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(1)Il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 8 jew l-Artikolu 9 abbażi tal-fatti disponibbli, jekk impriża kkonċernata jew pajjiż terz:

(a)jipprovdu informazzjoni mhux kompluta, mhux korretta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 11;

(b)jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni mitluba fil-limitu ta’ żmien preskritt mill-Kummissjoni;

(c)jirrifjutaw li jissottomettu ruħhom għall-ispezzjoni tal-Kummissjoni fl-Unjoni jew barra minnha ordnata skont l-Artikolu 12 jew l-Artikolu 13; jew

(d)ifixklu b’mod ieħor ir-rieżami preliminari jew l-investigazzjoni fil-fond.

(2)Meta impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi, Stat Membru jew pajjiż terz ikunu pprovdew informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa lill-Kummissjoni, dik l-informazzjoni għandha tiġi injorata.

(3)Meta impriża kkonċernata, inkluża impriża pubblika li hija direttament jew indirettament ikkontrollata mill-Istat, tonqos milli tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tiddetermina jekk kontribuzzjoni finanzjarja tikkonferixxix benefiċċju lilha, dik l-impriża tista’ titqies li rċeviet tali benefiċċju.

(4)Meta jiġu applikati l-fatti disponibbli, ir-riżultat tal-proċedura jista’ jkun inqas favorevoli għall-impriża kkonċernata milli kieku kkooperat.

Artikolu 15

Multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali

(1)Il-Kummissjoni tista’ timponi b’deċiżjoni multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali meta impriża kkonċernata jew assoċjazzjoni ta’ impriżi, intenzjonalment jew b’negliġenza:

(a)jipprovdu informazzjoni mhux korretta, mhux kompluta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba magħmula skont l-Artikolu 11, jew ma jipprovdux l-informazzjoni fil-limitu ta’ żmien preskritt;

(b)jipproduċu l-kotba meħtieġa jew rekords oħra relatati man-negozju f’forma mhux kompluta matul l-ispezzjonijiet skont l-Artikolu 12;

(c)b’risposta għad-domanda mistoqsija skont l-Artikolu 12(2), punt (c),

(i) jagħtu tweġiba mhux korretta jew qarrieqa,

(ii) jonqsu milli jirrettifikaw f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni tweġiba mhux korretta, mhux kompluta jew qarrieqa mogħtija minn membru tal-persunal, jew

(iii) jonqsu jew jirrifjutaw li jipprovdu tweġiba sħiħa dwar fatti relatati mas-suġġett u l-iskop ta’ spezzjoni ordnata b’deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 12(3);

(d)jirrifjutaw li jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet ordnati skont l-Artikolu 12 jew kisru s-siġilli mwaħħla skont l-Artikolu 12(2)(d).

(2)Il-multi imposti fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx jaqbżu l-1 % tal-fatturat aggregat tal-impriża jew l-assoċjazzjoni tal-impriżi kkonċernati fis-sena kummerċjali preċedenti.

(3)Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali imposti fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx jaqbżu l-5 % tal-fatturat aggregat medju ta’ kuljum tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernati fis-sena kummerċjali preċedenti għal kull jum tax-xogħol ta’ dewmien, ikkalkulati mid-data stabbilita fid-deċiżjoni, sakemm tippreżenta informazzjoni kompluta u korretta kif mitlub mill-Kummissjoni.

(4)Qabel ma tadotta kwalunkwe deċiżjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien finali ta’ ġimagħtejn biex tirċievi l-informazzjoni nieqsa mill-impriża jew mill-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernati.

(5)Fejn impriża kkonċernata ma tikkonformax ma’ deċiżjoni b’impenji skont l-Artikolu 9(3), deċiżjoni li tordna miżuri interim skont l-Artikolu 10 jew deċiżjoni li timponi miżuri ta’ rimedju skont l-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni tista’ timponi permezz ta’ deċiżjoni:

(a)multi li ma jaqbżux l-10 % tal-fatturat aggregat tal-impriża kkonċernata fis-sena kummerċjali preċedenti; u

(b)ħlasijiet perjodiċi ta’ penali li ma jaqbżux il-5 % tal-fatturat aggregat medju ta’ kuljum tal-impriża kkonċernata fis-sena kummerċjali preċedenti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità, li jibdew mill-jum tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi tali pagamenti ta’ penali, sakemm il-Kummissjoni ssib li l-impriża kkonċernata tikkonforma mad-deċiżjoni.

(6)Fl-iffissar tal-ammont tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali, għandhom jitqiesu n-natura, il-gravità u t-tul tal-ksur, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-prinċipji tal-proporzjonalità u l-adegwatezza.

Artikolu 16

Revoka

Il-Kummissjoni tista’ tirrevoka deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 9(2), (3) jew (4) u tadotta deċiżjoni ġdida fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(1)meta l-impriża kkonċernata taġixxi kontra l-impenji tagħha jew il-miżuri ta’ rimedju imposti;

(2)fejn id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq informazzjoni mhux kompluta, mhux korretta jew qarrieqa.

Kapitolu 3: Konċentrazzjonijiet

Artikolu 17

Distorsjonijiet fis-suq intern minn sussidji barranin f’konċentrazzjonijiet

F’konċentrazzjoni, il-valutazzjoni dwar jekk hemmx distorsjoni fis-suq intern skont it-tifsira tal-Artikoli 3 jew 4 għandha tkun limitata għall-konċentrazzjoni inkwistjoni. Fil-valutazzjoni għandhom jitqiesu biss is-sussidji barranin mogħtija fit-tliet snin kalendarji qabel il-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbira tal-offerta pubblika, jew l-akkwist ta’ interess kontrollanti.

Artikolu 18

Definizzjoni u livelli limitu ta’ notifika tal-konċentrazzjonijiet

(1)Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, konċentrazzjoni għandha titqies li tirriżulta meta bidla fil-kontroll fuq bażi dejjiema tirriżulta minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)il-fużjoni ta’ żewġ impriżi jew aktar jew partijiet ta’ impriżi li qabel kienu indipendenti;

(b)l-akkwist, minn persuna jew minn aktar minn persuna waħda li diġa tikkontrolla jew jikkontrollaw mill-anqas impriża waħda, jew minn impriża jew minn aktar minn impriża waħda, kemm jekk permezz tax-xiri ta’ titoli jew ta’ assi, permezz ta’ kuntratt jew permezz ta’ kull mezz ieħor ta’ kontroll dirett jew indirett ta’ impriża waħda jew aktar, kollha jew partijiet minnhom.

(2)Il-ħolqien ta’ impriża konġunta li twettaq fuq bażi dejjiema l-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma għandu jikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-paragrafu 1.

(3)Għall-finijiet tal-Artikolu 19, “konċentrazzjoni notifikabbli” għandha titqies li tinħoloq meta, f’konċentrazzjoni,

(a)l-impriża akkwistata jew mill-inqas waħda mill-impriżi li għaddejjin minn fużjoni tkun stabbilita fl-Unjoni u tiġġenera fatturat aggregat fl-Unjoni ta’ mill-inqas EUR 500 miljun; u

(b)l-impriżi kkonċernati rċevew kontribuzzjoni finanzjarja aggregata minn pajjiżi terzi fit-tliet snin kalendarji qabel in-notifika ta’ aktar minn EUR 50 miljun.

(4)Fil-ħolqien ta’ impriża konġunta kif imsemmi fil-paragrafu 2, għandha titqies li tinħoloq “konċentrazzjoni notifikabbli” fejn:

(a)l-impriża konġunta nnifisha jew waħda mill-impriżi prinċipali tagħha tkun stabbilita fl-Unjoni u tiġġenera fatturat aggregat fl-Unjoni ta’ mill-inqas EUR 500 miljun; u

(b)l-impriża konġunta nnifisha u l-impriżi prinċipali tagħha rċevew kontribuzzjoni finanzjarja aggregata minn pajjiżi terzi fit-tliet snin kalendarji qabel in-notifika ta’ aktar minn EUR 50 miljun.

Artikolu 19

Notifikazzjoni minn qabel ta’ konċentrazzjonijiet

(1)Konċentrazzjonijiet notifikabbli għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tagħhom u wara l-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbir tal-offerta pubblika, jew l-akkwist ta’ interess ta’ kontroll.

(2)L-impriżi kkonċernati jistgħu jinnotifikaw ukoll il-konċentrazzjoni proposta meta juru lill-Kummissjoni intenzjoni bona fide li jikkonkludu ftehim jew, fil-każ ta’ offerta pubblika, fejn ikunu ħabbru pubblikament l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu tali offerta, sakemm il-ftehim jew l-offerta maħsuba jirriżultaw f’konċentrazzjoni notifikabbli skont il-paragrafu 1.

(3)Konċentrazzjoni magħmula minn fużjoni fis-sens tal-Artikolu 18(1), punt (a) jew minn akkwist ta’ kontroll flimkien fis-sens tal-Artikolu 18(1), punt (b) għandha tiġi notifikata mill-partijiet flimkien li jiffurmaw il-fużjoni jew minn dawk li jakkwistaw il-kontroll flimkien skont il-każ. Fil-każijiet l-oħra kollha, in-notifika għandha ssir mill-persuna jew l-impriża li takkwista l-kontroll ta’ impriża waħda jew aktar, kollha jew partijiet minnhom.

(4)Jekk l-impriżi kkonċernati jonqsu milli jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jinnotifikaw, il-Kummissjoni tista’ tirrieżamina konċentrazzjoni notifikabbli skont dan ir-Regolament billi titlob in-notifika ta’ dik il-konċentrazzjoni. F’dak il-każ il-Kummissjoni m’għandhiex tkun marbuta bil-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 23(1) u (4).

(5)Il-Kummissjoni tista’ titlob in-notifika minn qabel ta’ kwalunkwe konċentrazzjoni li mhijiex konċentrazzjoni notifikabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 fi kwalunkwe ħin qabel l-implimentazzjoni tagħha meta l-Kummissjoni tissuspetta li l-impriżi kkonċernati setgħu bbenefikaw minn sussidji barranin fit-tliet snin qabel il-konċentrazzjoni. Dik il-konċentrazzjoni għandha titqies bħala konċentrazzjoni notifikabbli għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Definizzjoni ta’ kontroll

(1)Għall-finijiet tal-Artikolu 18, il-kontroll għandu jkun magħmul minn drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor li, jew separatament jew flimkien u b’kont meħud tal-konsiderazzjonijiet ta’ fatt jew liġi involuti, jagħtu l-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, b’mod partikolari permezz ta’:

(a)il-proprjetà jew id-dritt li jintużaw l-assi kollha ta’ impriża, jew parti minnhom;

(b)drittijiet jew kuntratti li jikkonferixxu influwenza deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet tal-organi ta’ impriża.

(2)Kontroll jinkiseb minn persuni jew impriżi li:

(a)huma d-detenturi tad-drittijiet jew huma intitolati għal drittijiet taħt il-kuntratti kkonċernati; jew

(b)minkejja li mhumiex detenturi ta’ dawn id-drittijiet u lanqas ma huma intitolati għal drittijiet taħt dawn il-kuntratti, għandhom s-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet li jirriżultaw minn dawn il-kuntratti.

Artikolu 21

Kalkolu tal-fatturat

(1)Il-fatturat aggregat għandu jinkludi l-ammonti derivati mill-impriżi kkonċernati fis-sena finanzjarja preċedenti mill-bejgħ ta’ prodotti u mill-provvista ta’ servizzi li jaqgħu taħt l-attivitajiet ordinarji tal-impriżi wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet fuq il-bejgħ u tat-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra direttament relatati mal-fatturat. Il-fatturat aggregat totali ta’ impriża kkonċernata m’għandux jinkludi l-bejgħ ta’ prodotti jew l-għoti ta’ servizzi bejn l-impriżi msemmija fil-paragrafu 4.

Il-fatturat fis-suq intern għandu jinkludi prodotti mibjugħa u servizzi pprovduti lill-impriżi jew lill-konsumaturi fis-suq intern.

(2)B’deroga mill-paragrafu 1, fejn il-konċentrazzjoni tikkonsisti fl-akkwist ta’ partijiet, kemm jekk kostitwiti bħala entitajiet ġuridiċi kif ukoll jekk le, ta’ impriża waħda jew aktar, għandu jitqies biss il-fatturat relatat mal-partijiet li huma l-oġġett tal-konċentrazzjoni fir-rigward tal-bejjiegħ jew bejjiegħa.

Madankollu, żewġ tranżazzjonijiet jew aktar fit-tifsira tal-ewwel subparagrafu li jseħħu f’perijodu ta’ sentejn bejn l-istess persuni jew impriżi għandhom jiġu ttrattati bħala l-istess konċentrazzjoni li tirriżulta fid-data tal-aħħar tranżazzjoni.

(3)Minflok il-fatturat, dan li ġej għandu jintuża għall-kategoriji ta’ impriżi li ġejjin:

(a)għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, is-somma tal-entrati ta’ introjtu li ġejjin kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE 48 , wara t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra direttament relatati ma’ dawk l-entrati, fejn xieraq:

(ii) introjtu mill-imgħax u introjtu simili;

(ii) introjtu minn titoli:

introjtu minn ishma u titoli oħra bi qligħ varjabbli,

introjtu minn interessi parteċipanti,

introjtu minn ishma f’impriżi affiljati;

(iii) kummissjonijiet riċevibbli;

(iv) profitt nett fuq operazzjonijiet finanzjarji;

(v) introjtu operatorju ieħor;

(b)għall-impriżi tal-assigurazzjoni, il-valur tal-primjums grossi miktuba li għandu jinkludi l-ammonti kollha riċevuti u riċevibbli fir-rigward ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa minn jew f’isem l-impriżi tal-assigurazzjoni, inklużi wkoll primjums tar-riassigurazzjoni li ħerġin, u wara t-tnaqqis tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet parafiskali jew imposti b’referenza għall-ammonti ta’ primjums individwali jew il-volum totali tal-primjums.

Għall-finijiet tal-punt (a), għal istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja fis-suq intern il-fatturat għandu jinkludi l-elementi tal-introjtu, kif definiti f’dak il-punt, li huma riċevuti mill-fergħa jew id-diviżjoni ta’ dik l-istituzzjoni stabbilita fis-suq intern.

(4)Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-fatturat aggregat ta’ impriża kkonċernata għandu jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien il-fatturati rispettivi ta’:

(a)l-impriża kkonċernata;

(b)dawk l-impriżi li fihom l-impriża kkonċernata, b’mod dirett jew indirett:

(i) tippossjedi aktar minn nofs il-kapital jew l-assi tan-negozju,

(ii) għandha s-setgħa li teżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot,

(iii) għandha s-setgħa li taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew tal-korpi li jirrappreżentaw l-impriżi b’mod ġuridiku,

(iv) għandha d-dritt li tamministra l-affarijiet tal-impriżi;

(c)dawk l-impriżi li fl-impriża kkonċernata jkollhom xi drittijiet jew setgħat imsemmija fil-punt (b);

(d)dawk l-impriżi li fihom impriża kif imsemmi fil-punt (c) ikollha kwalunkwe wieħed mid-drittijiet jew setgħat imsemmija fil-punt (b);

(e)dawk l-impriżi li fihom żewġ impriżi jew aktar kif imsemmi fil-punti (a) sa (d) b’mod konġunt ikollhom kwalunkwe wieħed mid-drittijiet jew setgħat imsemmija fil-punt (b).

(5)Meta l-impriżi kkonċernati flimkien ikollhom id-drittijiet jew poteri elenkati fil-paragrafu 4, punt (b), fil-kalkolu tal-fatturat aggregat tal-impriżi kkonċernati,

(a)għandu jitqies il-fatturat li jirriżulta mill-bejgħ ta’ prodotti u l-forniment ta’ servizzi bejn l-impriża konġunta u kwalunkwe impriża terza, u dan il-fatturat għandu jitqassam b’mod ugwali fost l-impriżi kkonċernati;

(b)m’għandux jitqies il-fatturat li jirriżulta mill-bejgħ ta’ prodotti jew mill-forniment ta’ servizzi bejn l-impriża konġunta u kull waħda mill-impriżi kkonċernati jew kwalunkwe impriża oħra konnessa ma’ xi waħda minnhom, kif stabbilit fil-paragrafu 4, punti (b) sa (e).

Artikolu 22

Aggregazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji

Il-kontribuzzjoni finanzjarja aggregata lil impriża kkonċernata għandha tiġi kkalkulata billi jingħaddu flimkien il-kontribuzzjonijiet finanzjarji rispettivi riċevuti minn pajjiżi terzi mill-impriżi kollha msemmija fl-Artikolu 21(4), punti (a) sa (e).

Artikolu 23

Sospensjoni ta’ konċentrazzjonijiet u limiti ta’ żmien

(1)Konċentrazzjoni notifikabbli m’għandhiex tiġi implimentata qabel in-notifika tagħha.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw il-limiti ta’ żmien li ġejjin:

(a)meta l-Kummissjoni tirċievi n-notifika kompluta, il-konċentrazzjoni m’għandhiex tiġi implimentata għal perjodu ta’ 25 jum tax-xogħol wara li l-wasla tan-notifika;

(b)meta l-Kummissjoni tibda investigazzjoni fil-fond mhux aktar tard minn 25 jum tax-xogħol wara li tirċievi n-notifika kompluta, il-konċentrazzjoni m’għandhiex tiġi implimentata għal perjodu ta’ 90 jum tax-xogħol wara l-ftuħ tal-investigazzjoni fil-fond; dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi 15-il jum tax-xogħol meta l-impriżi kkonċernati joffru impenji skont l-Artikolu 6 bil-ħsieb li jirrimedjaw id-distorsjoni fis-suq intern;

(c)fejn il-konċentrazzjoni tkun ġiet iddikjarata li ma toħloqx distorsjoni fis-suq intern skont deċiżjoni skont l-Artikolu 24(3), punt (a) jew punt (b), din tista’ tiġi implimentata minn hemm ’il quddiem.

Kull perjodu għandu jibda fil-jum tax-xogħol wara dak tal-wasla tan-notifika kompluta jew tal-adozzjoni tad-deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni, rispettivament.

(2)Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni l-implimentazzjoni ta’ offerta pubblika jew ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet f’titoli inklużi dawk konvertibbli f’titoli oħra ammessi għall-kummerċ f’suq bħal ma hi borża, li permezz tagħha jinkiseb il-kontroll minn diversi bejjiegħa, sakemm:

(a)il-konċentrazzjoni tkun notifikata mingħajr dewmien lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19; u

(b)minn jakkwista ma jeżerċitax id-drittijiet tal-vot marbuta mat-titoli kkonċernati jew jagħmel hekk biss sabiex iżomm il-valur totali tal-investimenti tiegħu abbażi ta’ deroga mogħtija mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3.

(3)Il-Kummissjoni tista’, fuq talba, tagħti deroga mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 jew 2. It-talba biex tingħata deroga għandha tiddikjara r-raġunijiet għad-deroga. Meta tiddeċiedi dwar it-talba, il-Kummissjoni għandha tqis b’mod partikolari l-effetti tas-sospensjoni fuq impriża waħda jew aktar ikkonċernati mill-konċentrazzjoni jew fuq parti terza u r-riskju ta’ distorsjoni fis-suq intern maħluq mill-konċentrazzjoni. Tali deroga tista’ tingħata soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet u obbligi sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda distorsjoni fis-suq intern. Tista’ ssir applikazzjoni għal deroga u tingħata fi kwalunkwe ħin, jew qabel in-notifika jew wara t-tranżazzjoni.

(4)Il-limiti ta’ żmien previsti fil-paragrafu 1, punt (b) għandhom jiġu estiżi jekk l-impriżi kkonċernati jagħmlu talba għal dak il-għan mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol wara l-ftuħ tal-investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 8. L-impriżi kkonċernati jistgħu jagħmlu biss talba waħda bħal din. Bl-istess mod, fi kwalunkwe żmien wara l-ftuħ tal-investigazzjoni fil-fond, il-limiti ta’ żmien previsti fil-paragrafu 1, punt (b) jistgħu jiġu estiżi mill-Kummissjoni bil-qbil tal-impriżi kkonċernati. It-tul ta’ żmien totali ta’ kwalunkwe estensjoni skont dan il-paragrafu m’għandux jaqbeż l-20 jum tax-xogħol.

(5)Il-limiti ta’ żmien previsti fil-paragrafu 1 jistgħu eċċezzjonalment jiġu sospiżi fejn l-impriżi ma jkunux fornew l-informazzjoni kompleta li l-Kummissjoni tkun talbet skont l-Artikolu 11 jew ikunu rrifjutaw li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 12.

(6)Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 24(3) mingħajr ma tkun marbuta bil-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 1 u 4, f’każijiet fejn:

(a)hija ssib li konċentrazzjoni ġiet implimentata bi ksur tal-impenji mehmuża ma’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 24(3), punt (a), li sabet li, fin-nuqqas tal-impenji, il-konċentrazzjoni tkun toħloq distorsjoni fis-suq intern; jew

(b)deċiżjoni tkun ġiet revokata skont l-Artikolu 24(1).

(7)Kwalunkwe tranżazzjoni mwettqa bi ksur tal-paragrafu 1 għandha titqies valida biss wara li tkun ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 24(3).

(8)Dan l-Artikolu m’għandu jkollu l-ebda effett fuq il-validità ta’ tranżazzjonijiet f’titoli inklużi dawk konvertibbli f’titoli oħra ammessi għall-kummerċ f’suq bħal borża, sakemm ix-xerrej u l-bejjiegħ ma kinux konxji jew kellhom ikunu konxji li t-tranżazzjoni twettqet bi ksur tal-paragrafu 1.

Artikolu 24

Regoli proċedurali applikabbli għar-rieżami preliminari u l-investigazzjoni fil-fond ta’ konċentrazzjonijiet notifikati

(1)L-Artikoli 8, 9(1), (3) u (4), 10, 11, 12, 13, 14 u 16 għandhom japplikaw għall-konċentrazzjonijiet notifikati.

(2)Il-Kummissjoni tista’ tibda investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 8(2) mhux aktar tard minn 25 jum tax-xogħol wara li tirċievi n-notifika kompluta.

(3)Wara l-investigazzjoni fil-fond, il-Kummissjoni għandha tadotta waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin:

(a)deċiżjoni b’impenji skont l-Artikolu 9(3);

(b)deċiżjoni ta’ ebda oġġezzjoni skont l-Artikolu 9(4);

(c)deċiżjoni li tipprojbixxi konċentrazzjoni, fejn il-Kummissjoni ssib li sussidju barrani joħloq distorsjoni fis-suq intern skont l-Artikoli 3 sa 5.

(4)Id-deċiżjonijiet skont il-paragrafu 3 għandhom jiġu adottati mhux aktar tard minn 90 jum tax-xogħol wara l-ftuħ tal-investigazzjoni fil-fond, estiżi skont il-każ skont l-Artikolu 23(1), punt (b), (4) u (5). Jekk il-Kummissjoni ma tadottax deċiżjoni f’dak il-limitu ta’ żmien, l-impriżi kkonċernati għandhom jitħallew jimplimentaw il-konċentrazzjoni.

(5)Fi kwalunkwe talba għal informazzjoni lil impriża, il-Kummissjoni għandha tispeċifika jekk il-limiti ta’ żmien humiex se jiġu sospiżi skont l-Artikolu 23(5), fil-każ li l-impriża tonqos milli tipprovdi informazzjoni kompluta fil-limitu ta’ żmien preskritt.

(6)Il-Kummissjoni tista’, fejn issib li konċentrazzjoni tkun diġà ġiet implimentata u dik il-konċentrazzjoni tkun instabet li toħloq distorsjoni fis-suq intern skont l-Artikoli 3 sa 5, tadotta waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)teħtieġ li l-impriżi kkonċernati jxolju l-konċentrazzjoni, b’mod partikolari permezz tax-xoljiment tal-fużjoni jew id-disponiment tal-ishma jew l-assi kollha akkwistati, biex ireġġgħu lura s-sitwazzjoni prevalenti qabel l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni; f’ċirkostanzi fejn ir-restawr tas-sitwazzjoni prevalenti qabel l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni ma jkunx possibbli permezz tax-xoljiment tal-konċentrazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu kwalunkwe miżura oħra xierqa biex tikseb tali restawr kemm jista’ jkun;

(b)tordna kull miżura oħra adattata sabiex tassigura li l-impriżi kkonċernati jxolju l-konċentrazzjoni jew jieħdu miżuri oħra li jreġġgħu lura s-sitwazzjoni, kif mitlub fid-deċiżjoni tagħha.

Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jiġu imposti jew f’deċiżjoni skont il-paragrafu 3, punt (c), jew permezz ta’ deċiżjoni separata.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-punti (a) jew (b) fejn issib li konċentrazzjoni ġiet implimentata bi ksur ta’ deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu (3), punt (a), li sabet li, fin-nuqqas tal-impenji, il-konċentrazzjoni tissodisfa l-kriterju stabbilit fil-paragrafu 3, punt (c).

(7)Il-Kummissjoni tista’ tordna miżuri interim imsemmija fl-Artikolu 10 ukoll fejn:

(a)konċentrazzjoni tkun ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 19;

(b)konċentrazzjoni tkun ġiet implimentata bi ksur ta’ deċiżjoni b’impenji skont dan l-Artikolu, paragrafu 3, punt (a).

Artikolu 25

Multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali applikabbli għall-konċentrazzjonijiet

(1)Il-Kummissjoni tista’ timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali kif stabbilit fl-Artikolu 15.

(2)Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ timponi permezz ta’ deċiżjoni fuq l-impriżi kkonċernati multi li ma jaqbżux il-1 % tal-fatturat aggregat tagħhom fis-sena kummerċjali preċedenti fejn huma, intenzjonalment jew b’negliġenza, jipprovdu informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa f’notifika skont l-Artikolu 19 jew suppliment għaliha.

(3)Il-Kummissjoni tista’ timponi b’deċiżjoni fuq l-impriżi kkonċernati multi li ma jeċċedux l-10 % tal-fatturat aggregat tagħhom fis-sena kummerċjali preċedenti fejn huma, intenzjonalment jew b’negliġenza:

(a)jonqsu milli jinnotifikaw konċentrazzjoni notifikabbli skont l-Artikolu 19 qabel l-implimentazzjoni tagħha, sakemm ma jkunux espressament awtorizzati li jagħmlu dan mill-Artikolu 23;

(b)jimplimentaw konċentrazzjoni notifikata bi ksur tal-Artikolu 23;

(c)jimplimentaw konċentrazzjoni notifikata pprojbita f’konformità mal-Artikolu 24(3), punt (c).

Kapitolu 4: Proċeduri ta’ akkwist pubbliku

Artikolu 26

Distorsjonijiet fis-suq intern minn sussidji barranin fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku

Sussidji barranin li joħolqu jew jirriskjaw li joħolqu distorsjoni fi proċedura ta’ akkwist pubbliku għandhom jinftiehmu bħala sussidji barranin li jippermettu lil impriża tippreżenta offerta li tkun vantaġġuża indebitament fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi kkonċernati. Il-valutazzjoni ta’ jekk hemmx distorsjoni fis-suq intern skont l-Artikolu 3 u jekk l-offerta hijiex vantaġġuża indebitament fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi kkonċernati għandha tkun limitata għall-proċedura ta’ akkwist pubbliku inkwistjoni. Fil-valutazzjoni għandhom jitqiesu biss is-sussidji barranin mogħtija matul it-tliet snin qabel in-notifika.

Artikolu 27

Definizzjoni ta’ u limitu ta’ notifika fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku

(1)Għall-finijiet tal-Artikolu 28, proċedura ta’ akkwist pubbliku tfisser:

(a)kwalunkwe tip ta’ proċedura ta’ għoti stabbilita fid-Direttiva 2014/24/UE u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-konklużjoni ta’ kuntratt pubbliku kif definit fl-Artikolu 2(1), punt (5) tad-Direttiva 2014/24/UE jew ta’ kuntratt ta’ provvista, xogħlijiet u servizz kif definit fl-Artikolu 2, punt (1) tad-Direttiva 2014/25/UE;

(b)proċedura għall-għoti ta’ konċessjoni ta’ xogħlijiet jew servizz kif definit fl-Artikolu 5, punt (1) tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(c)proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti msemmija fl-Artikolu 10(4), punt (a) tad-Direttiva 2014/23/UE, l-Artikolu 9(1), punt (a) tad-Direttiva 2014/24/UE, u l-Artikolu 20(1) punt (a) tad-Direttiva 2014/25/UE.

(2)Għall-iskop tal-Artikolu 28, kontribuzzjoni finanzjarja barranija notifikabbli fi proċedura ta’ akkwist pubbliku tal-UE għandha titqies li sseħħ meta l-valur stmat ta’ dak l-akkwist pubbliku huwa ugwali jew akbar minn EUR 250 miljun.

(3)Il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 ma jaqgħux taħt dan il-Kapitolu.

(4)Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, id-definizzjonijiet tat-termini “awtorità kontraenti” fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/23/UE, l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/25/UE, u “entità kontraenti” fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/23/UE u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/25/UE għandhom japplikaw.

Artikolu 28

Notifika minn qabel ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku

(1)Meta jippreżentaw offerta jew talba għal parteċipazzjoni fi proċedura ta’ akkwist pubbliku, l-impriżi għandhom jew jinnotifikaw lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti bil-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin kollha li jkunu rċevew fit-tliet snin ta’ qabel dik in-notifika jew jikkonfermaw f’dikjarazzjoni li ma rċevew l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja barranija fl-aħħar tliet snin. Impriżi li ma jippreżentawx tali informazzjoni jew dikjarazzjoni m’għandhomx jingħataw il-kuntratt.

(2)L-obbligu ta’ notifika tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin skont dan il-paragrafu għandu jestendi għall-operaturi ekonomiċi, il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 2014/23/UE, l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 37(2) tad-Direttiva 2014/25/UE, is-sottokuntratturi ewlenin u l-fornituri ewlenin. Sottokuntrattur jew fornitur għandu jitqies bħala ewlieni fejn il-parteċipazzjoni tiegħu tiżgura elementi ewlenin tal-prestazzjoni tal-kuntratt u fi kwalunkwe każ fejn is-sehem ekonomiku tal-kontribuzzjoni tiegħu jaqbeż it-30 % tal-valur stmat tal-kuntratt.

(3)Għal gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, sottokuntratturi ewlenin u fornituri ewlenin, l-operatur ekonomiku ewlieni għandu jiżgura n-notifika.

(4)L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tittrasferixxi n-notifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

(5)Meta l-impriża, l-operaturi ekonomiċi jew il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 jonqsu milli jinnotifikaw kontribuzzjoni finanzjarja barranija, jew fejn tali notifika ma tiġix ittrasferita lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tibda rieżami.

(6)Fejn il-Kummissjoni tissuspetta li impriża setgħet ibbenefikat minn sussidji barranin fit-tliet snin qabel il-preżentazzjoni tal-offerta jew talba biex tipparteċipa fil-proċedura ta’ akkwist pubbliku, hija tista’ titlob in-notifika tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin riċevuti minn dik l-impriża fi kwalunkwe proċedura ta’ akkwist pubbliku li mhumiex notifikabbli skont l-Artikolu 27(2) jew li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, fi kwalunkwe ħin qabel l-għoti tal-kuntratt. Ladarba l-Kummissjoni tkun talbet in-notifika ta’ tali kontribuzzjoni finanzjarja, din titqies bħala kontribuzzjoni finanzjarja barranija notifikabbli fi proċedura ta’ akkwist pubbliku.

Artikolu 29

Regoli proċedurali applikabbli għar-rieżami preliminari u l-investigazzjoni fil-fond tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji notifikati fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku

(1)L-Artikoli 8, 9(1), (3) u (4), 11, 12, 13, 14, 16 u 22 għandhom japplikaw għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji notifikati fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

(2)Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami preliminari mhux aktar tard minn 60 jum wara li tkun irċeviet in-notifika.

(3)Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tibdiex investigazzjoni fil-fond fil-limitu ta’ żmien għat-tlestija tar-rieżami preliminari u tinforma lill-impriża kkonċernata u lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti mingħajr dewmien.

(4)Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li tagħlaq l-investigazzjoni fil-fond mhux aktar tard minn 200 jum wara li tkun irċeviet in-notifika. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż wara konsultazzjoni mal-awtorità kontraenti jew entità kontraenti kkonċernata.

Artikolu 30

Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

(1)Meta, wara investigazzjoni fil-fond, il-Kummissjoni ssib li impriża tibbenefika minn sussidju barrani li joħloq distorsjoni fis-suq intern skont l-Artikoli 3 sa 5, u fejn l-impriża kkonċernata toffri impenji li jneħħu kompletament u effettivament id-distorsjoni fis-suq intern, hija għandha tadotta deċiżjoni b’impenji skont l-Artikolu 9(3). Il-valutazzjoni skont l-Artikolu 5 m’għandhiex tirriżulta f’modifika tal-offerta inizjali ppreżentata mill-impriża li hija inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni.

(2)Meta l-impriża kkonċernata ma toffrix impenji jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-impenji msemmija fil-paragrafu 1 la huma xierqa u lanqas suffiċjenti biex ineħħu kompletament u effettivament id-distorsjoni għandha tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi l-għoti tal-kuntratt lill-impriża kkonċernata (“deċiżjoni li tipprojbixxi l-għoti tal-kuntratt”).

(3)Meta, wara investigazzjoni fil-fond, il-Kummissjoni ma ssibx li impriża tibbenefika minn sussidju barrani li joħloq distorsjoni fis-suq intern, hija għandha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(4).

Artikolu 31

Evalwazzjonijiet fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku li jinvolvu notifika u sospensjoni tal-għoti

(1)Matul ir-rieżami preliminari u l-investigazzjoni fil-fond, l-evalwazzjoni tal-offerti fi proċedura ta’ akkwist pubbliku tista’ tkompli. Il-kuntratt m’għandux jingħata qabel il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 29(2).

(2)Jekk tittieħed deċiżjoni biex tinfetaħ investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 29(3), il-kuntratt m’għandux jingħata lil impriża li tippreżenta notifika skont l-Artikolu 28 sakemm il-Kummissjoni tasal għal deċiżjoni skont l-Artikolu 30(3) jew sakemm jiskadi l-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 29(4). Jekk il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni sa dan il-limitu ta’ żmien, il-kuntratt jista’ jingħata lil kwalunkwe impriża, inkluża dik li tippreżenta n-notifika.

(3)Il-kuntratt jista’ jingħata lil impriża li tippreżenta dikjarazzjoni skont l-Artikolu 28 qabel ma l-Kummissjoni tieħu kwalunkwe waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30 jew qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 29(4) biss jekk l-evalwazzjoni tal-offerta tkun stabbiliet li l-impriża inkwistjoni tkun fi kwalunkwe każ ippreżentat l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

(4)Fejn il-Kummissjoni toħroġ deċiżjoni skont l-Artikolu 30(2) rigward l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, il-kuntratt jista’ jingħata lill-impriża li tkun ippreżentat l-aħjar offerta li jmiss li ma tkunx soġġetta għal deċiżjoni skont l-Artikolu 30(2).

(5)Fejn il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 30(1) jew (3), il-kuntratt jista’ jingħata lil kwalunkwe impriża li tkun ippreżentat l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, inkluż, skont il-każ, l-impriża/i li ppreżentat/w in-notifika skont l-Artikolu 28.

(6)Fil-każijiet kollha, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni relatata mar-riżultat tal-proċedura ta’ akkwist pubbliku.

(7)Il-prinċipji li jirregolaw l-akkwist pubbliku, inklużi l-proporzjonalità, in-nondiskriminazzjoni, it-trattament ugwali, u t-trasparenza, għandhom jiġu osservati fir-rigward tal-impriżi kollha involuti fil-proċedura ta’ akkwist pubbliku. L-investigazzjoni ta’ sussidji barranin skont dan ir-Regolament m’għandhiex tirriżulta f’li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tittratta lill-impriża kkonċernata b’mod li jmur kontra dawk il-prinċipji.

(8)Kull limitu ta’ żmien għandu jibda fil-jum tax-xogħol wara dak tal-wasla tan-notifika jew tal-adozzjoni tad-deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni.

Artikolu 32

Multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali applikabbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku

(1)Il-Kummissjoni tista’ timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali kif stabbilit fl-Artikolu 15.

(2)Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ timponi b’deċiżjoni fuq l-impriżi kkonċernati multi li ma jaqbżux il-1 % tal-fatturat aggregat tagħhom fis-sena kummerċjali preċedenti, fejn huma intenzjonalment jew b’negliġenza jipprovdu informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa f’notifika skont l-Artikolu 28 jew suppliment għaliha;

(3)Il-Kummissjoni tista’ timponi b’deċiżjoni fuq l-impriżi kkonċernati multi li ma jaqbżux l-10 % tal-fatturat aggregat tagħhom fis-sena kummerċjali preċedenti fejn huma, intenzjonalment jew b’negliġenza, jonqsu milli jinnotifikaw sussidju skont l-Artikolu 28 matul il-proċedura ta’ akkwist pubbliku.

Kapitolu 5: Dispożizzjonijiet proċedurali komuni

Artikolu 33

Relazzjoni bejn il-proċeduri

(1)Kontribuzzjoni finanzjarja notifikata fil-kuntest ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 19 tista’ tkun rilevanti u vvalutata mill-ġdid fir-rigward ta’ attività ekonomika oħra.

(2)Kontribuzzjoni finanzjarja notifikata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku skont l-Artikolu 28 tista’ tkun rilevanti u vvalutata mill-ġdid fir-rigward ta’ attività ekonomika oħra.

Artikolu 34

Investigazzjoni tas-suq

(1)Fejn l-informazzjoni disponibbli tissostanzja suspett raġonevoli li s-sussidji barranin f’settur partikolari, għal tip partikolari ta’ attività ekonomika jew abbażi ta’ strument ta’ sussidju partikolari jistgħu joħolqu distorsjoni fis-suq intern, il-Kummissjoni tista’ twettaq investigazzjoni tas-suq fis-settur partikolari, it-tip ta’ attività ekonomika partikolari jew l-użu tal-istrument ta’ sussidju kkonċernat. Matul dik l-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-impriżi jew lill-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi kkonċernati biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa u tista’ twettaq l-ispezzjonijiet meħtieġa. Il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll lill-Istat Membru jew lill-pajjiż terz ikkonċernat biex jipprovdi informazzjoni.

(2)Il-Kummissjoni tista’ tippubblika rapport dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq tagħha f’setturi partikolari, tipi partikolari ta’ attività ekonomika jew strumenti partikolari ta’ sussidju u tistieden kummenti minn partijiet interessati.

(3)Il-Kummissjoni tista’ tuża l-informazzjoni miksuba minn tali investigazzjonijiet tas-suq fil-qafas tal-proċeduri skont dan ir-Regolament.

(4)L-Artikoli 11, 12, 13 u 15 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw.

Artikolu 35

Perjodi ta’ limitazzjoni

(1)Is-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin, li jibda mill-jum li fih jingħata sussidju barrani lill-impriża kkonċernata. Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 8, 11, 12 jew 13 fir-rigward ta’ sussidju barrani għandha tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni. Wara kull interruzzjoni, il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jerġa’ jibda jiddekorri mill-ġdid.

(2)Is-setgħat tal-Kummissjoni li timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali skont l-Artikoli 15, 25 u 32 għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ tliet snin, li jibda mill-jum li fih ikun seħħ il-ksur imsemmi fl-Artikoli 15, 25 jew 32. Fil-każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jibda mill-jum li fih jieqaf il-ksur. Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ksur imsemmi fl-Artikoli 15, 25 jew 32 għandha tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali. Wara kull interruzzjoni, il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jerġa’ jibda jiddekorri mill-ġdid.

(3)Is-setgħat tal-Kummissjoni li tinforza deċiżjonijiet li jimponu multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali skont l-Artikoli 15, 25 u 32 għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin, li jibda mill-jum li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali. Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Kummissjoni, jew minn Stat Membru li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, maħsuba biex tinforza l-ħlas tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali għandha tinterrompi dak il-perjodu ta’ limitazzjoni. Wara kull interruzzjoni, il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jerġa’ jibda jiddekorri mill-ġdid.

Artikolu 36

Pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet

(1)Il-Kummissjoni għandha tippubblika notifika sommarja tad-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 8(2).

(2)Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 9(2), (3) u (4), l-Artikolu 24(3), u l-Artikolu 30(1), (2) u (3) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(3)Meta tippubblika notifiki u deċiżjonijiet sommarji, il-Kummissjoni għandha tieħu kont debitu tal-interessi leġittimi tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom u informazzjoni kunfidenzjali oħra.

Artikolu 37

Destinatarji tad-deċiżjonijiet

(1)Id-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikoli 8, 9, 15, 24(3), 25, 30(1) u 32 għandhom ikunu indirizzati lill-impriżi jew lill-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni lid-destinatarju mingħajr dewmien u għandha tagħti lid-destinatarju l-opportunità li jindika lill-Kummissjoni liema informazzjoni iqis bħala kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti kkonċernata b’kopja ta’ kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lil impriża li tipparteċipa fi proċedura ta’ akkwist pubbliku.

(2)Id-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 30(2) u (3) għandhom ikunu indirizzati lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti kkonċernata. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-impriża li lilha huwa pprojbit l-għoti tal-kuntratt pubbliku b’kopja ta’ dik id-deċiżjoni.

Artikolu 38

Żvelar u drittijiet tad-difiża

(1)Il-Kummissjoni għandha, qabel ma tadotta deċiżjoni skont l-Artikoli 9, 15, 24(3) punt (c), 25, 30(2) jew 32 tagħti lill-impriża kkonċernata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li fuqhom il-Kummissjoni biħsiebha tadotta d-deċiżjoni tagħha.

(2)Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjoni tagħha biss fuq raġunijiet li fuqhom l-impriżi kkonċernati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 39

Is-segretezza professjonali

(1)L-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun inkisbet.

(2)Il-Kummissjoni, l-uffiċjali tagħha u persuni oħra li jaħdmu taħt is-superviżjoni tagħha m’għandhomx jiżvelaw informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali li jkunu kisbu skont dan ir-Regolament.

(3)Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jipprevjenu l-pubblikazzjoni ta’ statistika u rapporti li ma jkunx fihom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi speċifiċi.

Kapitolu 6: Relazzjoni ma’ strumenti oħra

Artikolu 40

Relazzjoni ma’ strumenti oħra

(1)Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101, 102, 106, 107 u 108 tat-Trattat, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 50 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 51 .

(2)Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 52 .

(3)Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 .

(4)Dan ir-Regolament jieħu preċedenza fuq ir-Regolament (UE) 2016/1035 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sakemm dak ir-Regolament isir applikabbli skont l-Artikolu 18 tiegħu. Fejn, wara dik id-data, sussidju barrani jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni kemm tar-Regolament (UE) 2016/1035 kif ukoll ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2016/1035 jieħu preċedenza. Madankollu, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-akkwist pubbliku u l-konċentrazzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jieħdu preċedenza fuq ir-Regolament (UE) 2016/1035.

(5)Dan ir-Regolament jieħu preċedenza fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4057/86.

(6)Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/712 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Konċentrazzjonijiet notifikabbli, kif definiti fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament, li jinvolvu trasportaturi bl-ajru għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3. Il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku, kif definiti fl-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament, li jinvolvu t-trasportaturi bl-ajru għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4.

(7)Investigazzjoni skont dan ir-Regolament ma għandhiex titwettaq u ma għandhomx jiġu imposti jew jinżammu miżuri fejn tali investigazzjoni jew miżuri jmorru kontra l-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe ftehim internazzjonali rilevanti li tkun daħlet fih. B’mod partikolari, ma għandha tittieħed l-ebda azzjoni skont dan ir-Regolament li tkun tammonta għal azzjoni speċifika kontra sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 32.1 tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji. Dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi lill-Unjoni milli teżerċita d-drittijiet tagħha jew milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont ftehimiet internazzjonali.

Kapitolu 7: Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 41

Proċedura ta’ kumitat għad-deċiżjonijiet

Id-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 9, 24 (3) u 30 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 43(2).

Artikolu 42

Proċedura ta' kumitat għall-atti ta’ implimentazzjoni

(1)Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar:

(a)il-forma, il-kontenut u d-dettalji proċedurali tan-notifiki tal-konċentrazzjonijiet skont l-Artikolu 19;

(b)il-forma, il-kontenut u d-dettalji proċedurali tan-notifiki tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku skont l-Artikolu 28;

(c)id-dettalji tad-divulgazzjoni skont l-Artikolu 38;

(d)il-kontenut tal-forma u d-dettalji proċedurali tar-rekwiżiti ta’ trasparenza;

(e)regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-limiti ta’ żmien;

(f)il-kundizzjonijiet u l-limiti ta’ żmien biex jiġu proposti l-impenji skont l-Artikolu 30;

(g)regoli dettaljati dwar il-passi proċedurali msemmija fl-Artikolu 28, 29, 30 u 31 dwar investigazzjonijiet rigward proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

(2)L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).

Artikolu 43

Kumitat

(1)Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(2)Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 44

Atti ddelegati

(1)Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati għall-finijiet ta’:

(a)l-emendar tal-limiti għan-notifiki kif stabbilit fl-Artikoli 18 u 27, fid-dawl tal-prattika tal-Kummissjoni matul l-ewwel ħames snin tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u b’kont meħud tal-effettività tal-applikazzjoni;

(b)l-eżenzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ impriżi kkonċernati mill-obbligu ta’ notifika skont l-Artikoli 19 u 28, fid-dawl tal-prattika tal-Kummissjoni fl-ewwel ħames snin tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, f’każ li din il-prattika tippermetti li jiġu identifikati attivitajiet ekonomiċi fejn is-sussidji barranin x’aktarx ma jfixklux is-suq intern;

(c)l-emendar tal-iskedi ta’ żmien għal rieżami u investigazzjonijiet fil-fond kif stabbilit fl-Artikoli 24 u 29.

(2)Atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-Artikolu 45.

Artikolu 45

Eżerċitar tad-delega

(1)Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

(2)Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 44 għal perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(3)Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 44 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

(4)Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

(5)Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(6)Att delegat adottat skont l-Artikolu 44 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 46

Rieżami

Sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, akkumpanjat, fejn il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq, minn proposti leġiżlattivi rilevanti.

Artikolu 47

Dispożizzjonijiet tranżitorji

(1)Dan ir-Regolament għandu japplika għal sussidji barranin mogħtija fl-għaxar snin qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fejn tali sussidji barranin ifixklu s-suq intern wara l-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(2)Dan ir-Regolament għandu japplika għal kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin mogħtija fit-tliet snin qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fejn tali kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin ikunu ngħataw lil impriża li tinnotifika konċentrazzjoni jew tinnotifika kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku skont dan ir-Regolament.

(3)Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal konċentrazzjonijiet li għalihom ġie konkluż il-ftehim, tħabbret l-offerta pubblika, jew inkiseb interess ta’ kontroll qabel id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament.

(4)Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku mibdija qabel id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament.

Artikolu 48

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika minn [data: sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis--suq intern

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Qasam ta’ politika:    Kompetizzjoni/Suq Uniku

L-impatt baġitarju jikkonċerna l-kompiti l-ġodda fdati lill-Kummissjoni, inkluż il-kompiti superviżorji diretti.

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 54  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv ġenerali ta’ din l-inizjattiva huwa li jerġa’ jkun hemm kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern sabiex ma jkunx imfixkel minn sussidji barranin.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Din l-inizjattiva għandha żewġ objettivi speċifiċi.

1.    L-identifikazzjoni tas-sussidji l-aktar distorsivi; Dan l-objettiv speċifiku jindirizza l-kwistjoni li hemm nuqqas ġenerali ta’ informazzjoni dwar is-sussidji fil-livell internazzjonali u li ma hemm l-ebda kriterju u proċedura biex tiġi vvalutata d-distorsjoni potenzjali tas-suq intern tal-UE kkawżata minn sussidji barranin.

2.    Ir-rimedju tad-distorsjoni kkawżata minn sussidji barranin: Dan l-objettiv jindirizza l-kwistjoni li ma hemm l-ebda għodda biex jiġu rrimedjati d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin ladarba jiġu identifikati.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistenni/mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Grupp tal-partijiet ikkonċernati

Implikazzjonijiet prattiċi

In-negozji

L-ewwel nett, in-negozji li potenzjalment jibbenefikaw minn sussidji barranin se jkunu l-partijiet ikkonċernati l-aktar affettwati mill-inizjattiva. Dan jista’ potenzjalment jikkonċerna kwalunkwe impriża, jiġifieri impriżi li fl-aħħar mill-aħħar huma proprjetà ta’ ċittadini barranin u tal-UE. L-obbligu ta’ notifika introdott għall-konċentrazzjonijiet u l-offerti ta’ akkwist pubbliku li jaqbżu ċerti limiti jirriżulta f’piż amministrattiv fuq dawn in-negozji. Barra minn hekk, jekk il-Kummissjoni tibda investigazzjoni ex-officio fis-sitwazzjonijiet l-oħra kollha tas-suq, l-impriżi kkonċernati jkollhom jissottomettu l-informazzjoni mitluba. Jekk jinstab li l-impriżi bbenefikaw minn sussidji barranin distorsivi, dawn se jkunu soġġetti għal miżuri ta’ rimedju bħall-ħlas lura tas-sussidju.

It-tieni, in-negozji li ma jibbenefikawx minn sussidji barranin distorsivi se jibbenefikaw mir-Regolament minħabba li se jirrestawraw u jippreservaw il-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern.

It-tielet, ir-Regolament mhux se jaffettwa wisq lill-SMEs. Il-limiti tan-notifika x’aktarx li jkunu għoljin wisq biex jaffettwawhom. Barra minn hekk, il-limitu għoli li taħtu s-sussidji x’aktarx ma jkunux ta’ distorsjoni — li huwa 25 darba ogħla mid-de minimis għall-Għajnuna mill-Istat — x’aktarx li jkun għoli wisq biex jaffettwa l-biċċa l-kbira tal-SMEs.

Konsumaturi

Għalkemm il-konsumaturi mhux se jiġu affettwati direttament mil-leġiżlazzjoni l-ġdida, ir-Regolament jista’ jkollu impatt ekonomiku kemxejn negattiv fuq il-konsumaturi fi żmien qasir peress li jista’ jwassal għal żieda fil-prezzijiet, għalkemm dan mhuwiex mistenni li jkun sinifikanti. Fuq medda twila ta’ żmien, madankollu, il-konsumaturi se jibbenefikaw minn kontroll ex ante ta’ konċentrazzjonijiet potenzjalment sussidjati. B’mod partikolari, kontroll ta’ konċentrazzjonijiet issussidjati jista’ jixpruna l-innovazzjoni u l-effiċjenzi peress li l-impriżi mhux issussidjati mbagħad ikollhom aktar ċans li jiksbu ekonomiji ta’ skala. Barra minn hekk, l-indirizzar ta’ sussidji barranin li joħolqu distorsjoni anke lil hinn mill-konċentrazzjonijiet għandu jtejjeb il-kompetizzjoni fis-suq intern, li fl-aħħar mill-aħħar ikun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi permezz ta’ prezzijiet aktar baxxi u prodotti aħjar.

Stati li huma pajjiżi terzi

L-awtoritajiet pubbliċi minn pajjiżi terzi mhux se jkunu affettwati direttament mir-Regolament. Madankollu, il-Kummissjoni bħala infurzatur tista’ tinvolvi ruħha magħhom fir-rigward ta’ talbiet għal informazzjoni jew b’mod aktar ġenerali, f’konsultazzjonijiet matul il-proċedura kollha.

B’mod ġenerali, dan l-istrument jista’ jħeġġeġ lill-pajjiżi terzi biex iżidu l-isforzi biex ifittxu soluzzjonijiet multilaterali kif ukoll biex jivvalutaw mill-ġdid l-użu ta’ sussidji fil-politiki ta’ investiment tagħhom.

Awtoritajiet pubbliċi

Il-Kummissjoni se tkun l-aktar awtorità pubblika affettwata mir-Regolament, peress li l-Kummissjoni se ssir l-uniku infurzatur tal-għodod investigattivi. Il-kontroll ex-ante tal-konċentrazzjonijiet sussidjati jista’ jeħtieġ madwar 40 FTEs; il-kontroll ex-ante tal-offerti sussidjati fl-akkwist pubbliku 45 FTEs u l-kontroll ex officio tas-sitwazzjonijiet l-oħra kollha tas-suq li jinvolvu sussidji barranin distorsivi jistgħu jeħtieġu madwar 60 FTEs. Fuq livell inqas, l-awtoritajiet nazzjonali u l-awtoritajiet kontraenti x’aktarx li jiġu affettwati mir-Regolament fuq perjodu ta’ żmien medju u twil peress li l-Kummissjoni x’aktarx tfittex li tistabbilixxi mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali biex jiġi infurzat aħjar l-istrument investigattiv.


1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

L-indikaturi proposti jiddependu prinċipalment fuq sorsi ta’ data interni tal-Kummissjoni jew konsultazzjonijiet li se jitmexxew mill-Kummissjoni. L-inizjattiva hija ppjanata li tiġi evalwata fi żmien 5 snin wara d-dħul fis-seħħ. L-evalwazzjoni se teżamina b’mod partikolari jekk, u sa liema punt, ir-Regolament ikunx ikkontribwixxa għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern. L-indikaturi proposti għall-monitoraġġ tal-kisba tal-objettivi ta’ politika segwiti minn dan ir-Regolament huma ppreżentati hawn taħt.

Objettivi speċifiċi

Indikaturi ta' monitoraġġ

Sorsi ta’ data u/jew metodi ta’ ġbir ta’ data

Id-data diġà miġbura?

Atturi responsabbli għall-ġbir tad-data

L-identifikazzjoni tas-sussidji l-aktar distorsivi;

In-numru annwali ta’ każijiet ta’ sussidji barranin allegatament distorsivi ttrattati mill-awtorità superviżorja

Sorsi tal-informazzjoni

-Notifiki

-Sottomissjonijiet ta’ informazzjoni tas-suq minn partijiet terzi

-Każijiet ex officio

Le

Il-Kummissjoni

Sehem ta’ każijiet ta’ sussidji barranin li nstabu li joħolqu distorsjoni meta mqabbla man-numru totali ta’ każijiet

Rekord tad-deċiżjonijiet finali kollha li jsibu distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin.

Le

Il-Kummissjoni

Sehem ta’ każijiet ikklerjati grazzi għat-test tal-ibbilanċjar vs. l-għadd totali ta’ każijiet.

Rekord tad-deċiżjonijiet finali kollha li sabu li l-effetti pożittivi huma akbar mid-distorsjonijiet.

Le

Il-Kummissjoni

Ir-rimedju tad-distorsjoni kkawżata minn sussidji barranin:

Il-perċezzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati tal-impatti tal-miżuri ta’ rimedju imposti.

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati tal-UE dwar il-perċezzjonijiet tagħhom tal-impatti tal-miżuri ta’ rimedju

Le

Il-Kummissjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/għandhom jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża skeda ta’ żmien dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Ir-Regolament għandu jkun applikabbli direttament. Sa meta r-Regolament jibda jiġi applikat, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri effettivi għall-infurzar tar-Regolament, b’mod partikolari, għall-funzjonament tas-sistemi ta’ notifika ex ante dwar konċentrazzjonijiet potenzjalment sussidjati u offerti ta’ akkwist pubbliku, iżda wkoll biex twettaq investigazzjonijiet tas-suq u twettaq kwalunkwe setgħa oħra ta’ investigazzjoni, infurzar u monitoraġġ.

Ladarba r-Regolament jidħol fis-seħħ u l-informazzjoni dwar is-sussidji barranin issir dejjem aktar disponibbli, il-Kummissjoni se tibni għarfien espert dwar l-effettività tal-proċess. Jekk il-Kummissjoni tqis, fid-dawl ta’ din l-informazzjoni, li l-proċeduri jistgħu jittejbu jew jiġu ssimplifikati, tista’ tiddeċiedi li timmodifika l-limiti xierqa jew teżenta ċerti kategoriji ta’ impriżi mill-obbligu li jinnotifikaw permezz ta’ att delegat.

L-inizjattiva hija ppjanata li tiġi evalwata fi żmien 5 snin wara d-dħul fis-seħħ. L-evalwazzjoni se teżamina b’mod partikolari jekk, u sa liema punt, ir-Regolament ikunx ikkontribwixxa għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern.

1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività jew kumplimentarjetajiet akbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li inkella kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante):

Il-kawża ewlenija tal-problema hija l-eżistenza ta’ sussidji barranin, li jikkawżaw distorsjonijiet fis-suq intern tal-UE, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe mekkaniżmu regolatorju biex jipprevjeni jew jirrimedja tali distorsjonijiet. Filwaqt li s-sett ta’ għodod eżistenti tal-UE jinkludi xi regoli biex jittrattaw is-sussidji barranin f’ċerti ċirkostanzi tas-suq, dawn ir-regoli mhumiex biżżejjed, u dan iħalli “lakuna regolatorja”. Peress li l-Unjoni għandha kompetenza esklużiva fl-oqsma tal-kompetizzjoni u l-politika kummerċjali komuni, l-Istati Membri ma jistgħux isolvu l-kwistjoni permezz ta’ azzjonijiet ta’ politika individwali. Id-distakk regolatorju huwa deskritt f’aktar dettall fit-Taqsimiet 1.5.3. u 1.5.4 hawn taħt.

Is-sussidji huma tipikament parti minn strateġiji industrijali usa’ ta’ pajjiżi terzi. Il-pajjiżi għandhom id-dritt li jiżviluppaw u jimplimentaw il-politiki industrijali tagħhom stess inkluż l-għoti ta’ sussidji, li madankollu jistgħu jgħawġu s-swieq f’pajjiżi oħra. Skont id-data rreġistrata mill-Global Trade Alert (GTA), l-għadd ta’ miżuri ta’ sussidju implimentati madwar id-dinja żdied b’mod stabbli f’dawn l-aħħar snin. Sa tmiem l-2020, kien hemm 1724 miżura ta’ sussidju implimentati mill-akbar ħames sħab kummerċjali tal-UE (iċ-Ċina: 205, l-Istati Uniti: 999, ir-Renju Unit: 104, ir-Russja: 414 u l-Iżvizzera: 2). Tlieta minn dawn il-pajjiżi (l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Iżvizzera u ċ-Ċina) huma wkoll is-sħab ewlenin f’termini ta’ IDB f’żoni ġodda fl-UE. L-istess ħames pajjiżi rrapportaw lid-WTO l-ammonti ta’ sussidju li ġejjin għall-2018: Iċ-Ċina (EUR 520 biljun), l-Istati Uniti (EUR 17-il biljun), ir-Russja (EUR 3.8 biljuni), ir-Renju Unit (EUR 888 miljun), l-Iżvizzera (EUR 697 miljun). L-evidenza tidher li tissuġġerixxi li dawn l-ammonti notifikati huma sottovalutati. Il-kombinazzjoni ta’ sussidjar li qed jiżdied u livelli għoljin ta’ attività kummerċjali u ta’ investiment bejn l-UE u s-sħab kummerċjali tagħha toħloq riskju dejjem jikber ta’ distorsjonijiet fis-suq intern tal-UE.

Valur miżjud li mistennija tiġġenera l-Unjoni (ex-post):

Jidher li hemm valur miżjud tal-azzjoni tal-UE. B’mod partikolari, l-objettivi u l-valur miżjud ta’ kontroll ta’ sussidji barranin jistgħu jitqabblu ma’ dawk tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat eżistenti jiġifieri biex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva u kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern. Il-kriterji ta’ kompatibbiltà fl-għajnuna mill-Istat jiżguraw li l-ammont ta’ għajnuna jinżamm għall-minimu neċessarju u proporzjonat biex jintlaħaq objettiv ta’ interess komuni. Għalhekk, l-Istati Membri huma preklużi milli jonfqu ammonti eċċessivi u għalhekk distorsivi ta’ għajnuna mill-Istat jew milli jidħlu f’ “tiġrijiet ta’ sussidju” ma’ xulxin. L-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-appoġġ tal-Istati Membri trawwem ukoll id-dixxiplina tas-suq. Tali benefiċċji ma setgħux jinkisbu fil-livell tal-Istati Membri.

Barra minn hekk, li jkun hemm Regolament fil-livell tal-UE jippermetti lill-benefiċjarji potenzjali ta’ sussidji barranin li jkunu jafu ex ante r-regoli li l-awtorità superviżorja kompetenti se tuża biex tivvaluta l-eżistenza u d-distorsjonijiet possibbli kkawżati minn sussidji barranin. Dan jiggarantixxi l-prevedibbiltà u jżid iċ-ċertezza legali tas-sistema fl-Istati Membri differenti.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Hawn taħt (u fit-taqsima 1.5.4.), tingħata ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti eżistenti tal-UE u internazzjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni, il-kummerċ, l-akkwist pubbliku u f’ċerta leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, li turi d-distakk regolatorju eżistenti biex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet fis-suq intern tal-UE kkawżati minn sussidji barranin.

Fir-rigward tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, ir-regoli tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat japplikaw biss għall-appoġġ finanzjarju mogħti mill-Istati Membri tal-UE u għandhom l-għan li jiżguraw li l-interventi tal-gvern tal-UE ma joħolqux distorsjoni fil-kompetizzjoni u l-kummerċ fi ħdan l-UE. Ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu ta’ kontroll bħal dan fir-rigward ta’ sussidji distorsivi mogħtija minn pajjiżi terzi. Ir-regoli tal-UE dwar il-fużjonijiet u l-antitrust għandhom l-għan li jipprevjenu distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni minħabba fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet li joħolqu “impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva” jew minħabba prattiki antikompetittivi tal-impriżi. Huma ma jiħdux inkunsiderazzjoni b’mod speċifiku jekk l-aġir ta’ impriża, pereżempju fil-forma ta’ prezzijiet antikompetittivi jirriżultax jew kienx iffaċilitat minn sussidji barranin.

Barra minn hekk, ir-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-FDI jippermetti lill-Istati Membri jiskrinjaw l-investimenti barranin, li x’aktarx ikollhom impatt fuq is-sigurtà u l-ordni pubbliku ta’ Stat Membru billi jikkunsidraw l-effetti tiegħu fuq l-assi u l-infrastruttura kritiċi. Ir-Regolament, madankollu, ma jindirizzax speċifikament il-kwistjoni tad-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin fis-suq intern.

Fir-rigward tal-akkwist pubbliku, il-qafas legali eżistenti tal-UE ma jindirizzax speċifikament id-distorsjonijiet fis-swieq tal-akkwist tal-UE kkawżati minn sussidji barranin. Id-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jirrifjutaw offerti anormalment baxxi jekk ikun jista’ jiġi stabbilit li offerent ikun kiseb għajnuna mill-Istat inkompatibbli, iżda d-Direttivi ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni korrispondenti għal sussidji barranin. Barra minn hekk, filwaqt li l-għoti ta’ sussidji barranin jista’ jitqies fil-valutazzjoni globali ta’ offerta, kwalunkwe rifjut ta’ offerta bħala anormalment baxxa jeħtieġ li jiġi ġġustifikat billi jintwera li s-sussidju barrani jimpedixxi l-vijabbiltà tal-offerta u l-kapaċità tal-offerent li jeżegwixxi l-kuntratt bil-prezz offrut (anormalment baxx).

L-Istrument għal Akkwist Internazzjonali (IPI) għandu l-għan li jinċentiva lis-sħab kummerċjali biex jinnegozjaw mal-UE l-ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom għan-negozji tal-UE. Ladarba tiġi adottata, hija tinforza l-prinċipju ta’ aċċess reċiproku għas-suq ibbilanċjat għan-negozji tal-UE għas-swieq tal-akkwist ta’ pajjiżi terzi, iżda mhux se tkun tista’ tindirizza d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin fl-UE.

Ftehimiet intergovernattivi (IGAs) jiġu konklużi biex jiffaċilitaw l-investiment. Dawn jistgħu jkopru l-organizzazzjoni ta’ akkwisti maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-esplojtazzjoni konġunta ta’ proġett, speċjalment f’infrastruttura kbira. Akkwisti bħal dawn huma eżentati mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/24/UE jiġu ssodisfati, għalkemm dejjem iridu jkunu kompatibbli mat-Trattati tal-UE. L-effetti distorsivi tas-sussidji barranin mhumiex speċifikament skrutinizzati skont ftehimiet bħal dawn.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

L-inizjattiva tista’ tiġi ffinanzjata kollha b’riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP). L-impatt finanzjarju tal-approprjazzjonijiet operattivi se jkun kopert kollu mill-allokazzjonijiet previsti fil-QFP 2021-27 permezz tal-pakketti finanzjarji tal-Programm tas-Suq Uniku.

L-inizjattiva se tibbenefika mill-għarfien espert eżistenti fl-oqsma tal-kompetizzjoni, tad-difiża tal-kummerċ u tal-akkwist pubbliku, li jista’ joħloq sinerġiji bejn l-istrumenti eżistenti u jnaqqas l-ispejjeż meħtieġa.

Fil-qasam tal-politika kummerċjali, il-Ftehim SCM tad-WTO kif ukoll l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ (TDIs) jippermettu lill-UE tirreaġixxi għal kompetizzjoni inġusta f’termini ta’ importazzjonijiet dannużi ta’ oġġetti li huma pprezzati b’mod inġust taħt il-valur normali tagħhom (strument antidumping) jew issussidjati (strument antisussidji). Ir-regoli antidumping u antisussidji tal-UE, madankollu, japplikaw biss għall-importazzjoni ta’ oġġetti u ma jkoprux servizzi, investiment jew flussi finanzjarji oħra fir-rigward ta’ impriżi li joperaw fl-UE.

Fil-livell internazzjonali, l-UE tista’ tressaq litigazzjoni kontra Membru tad-WTO quddiem bord tad-WTO għal ksur tal-Ftehim SCM. Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim SCM huwa limitat ukoll għall-kummerċ ta’ prodotti. Is-sussidji mhumiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Ġenerali tad-WTO dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS). Fil-fatt, il-GATS jinkludi mandat inkorporat fih biex ikompli jinnegozja dixxiplini għas-sussidji tas-servizzi.

Fir-rigward tal-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles (FTAs) bilaterali, hemm differenzi kbar fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar is-sussidji. Il-biċċa l-kbira tal-FTAs jiffokaw fuq it-trasparenza u l-konsultazzjonijiet f’każ ta’ sussidji distortivi. Xi wħud jinkludu dispożizzjonijiet li jipprojbixxu sussidji meqjusa partikolarment dannużi (bħal garanziji illimitati). Il-ftehimiet iffirmati ma’ xi pajjiżi ġirien jinkludu l-impenn li tiġi stabbilita sistema ta’ kontroll tas-sussidji ispirata mir-regoli tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat. Għalkemm il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-ftehimiet huwa li jiġu indirizzati s-sussidji li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-UE u l-pajjiż terz rispettiv, il-ġurisdizzjonijiet li għandhom fis-seħħ tali sistemi ta’ kontroll tas-sussidji huma mistennija li jkunu f’pożizzjoni aħjar biex jidentifikaw u jindirizzaw sussidji li jfixklu s-suq intern tal-UE. Jekk iseħħu dawk il-każijiet, l-FTAs normalment ma jipprovdux għal soluzzjonijiet f’waqthom biex jindirizzaw tali sussidji distorsivi.

Ir-Regolament 2019/712 dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru jippermetti lill-Kummissjoni twettaq investigazzjonijiet jekk issib evidenza ta’ prattika li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fost it-trasportaturi tal-ajru tal-UE u fis-swieq tas-servizzi tat-trasport bl-ajru. Huwa jkopri wkoll sussidji lil trasportaturi tal-ajru ta’ pajjiżi terzi, iżda mhux lil atturi oħra tal-katina tal-avjazzjoni u ma fih l-ebda regola speċifika dwar l-akkwist pubbliku jew l-akkwist issussidjat tal-miri tal-UE.

Fl-aħħar nett, ir-Regolament (UE) 2016/1035 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta’ bastimenti jippermetti lill-UE taġixxi kontra l-bejgħ ta’ bastimenti li jinbiegħu b’inqas mill-valur normali u għalhekk jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni, kieku kellu japplika. Madankollu, filwaqt li dan ir-Regolament daħal fis-seħħ formalment, ma japplikax qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tal-OECD dwar il-Bini tal-Vapuri, kif stabbilit fl-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament. Minħabba li l-Ftehim tal-OECD dwar il-Bini tal-Vapuri qatt ma daħal fis-seħħ (u mhux mistenni li jagħmel dan) minħabba ratifika insuffiċjenti, ir-Regolament (UE) 2016/1035 ma japplikax.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż il-kamp ta' applikazzjoni għar-riallokazzjoni

L-inizjattiva tista’ tiġi ffinanzjata kollha b’riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP). L-impatt finanzjarju tal-approprjazzjonijiet operattivi se jkun kopert kollu mill-allokazzjonijiet previsti fil-QFP 2021-27 permezz tal-pakketti finanzjarji tal-Programm tas-Suq Uniku.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2022 sal-2025,

segwit minn tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 55   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

   mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-Kummissjoni se tkun unikament responsabbli għall-infurzar tar-Regolament.

2.MIŻURI TA' ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ir-Regolament se jiġi evalwat u rivedut 5 snin wara d-dħul fis-seħħ. L-evalwazzjoni se teżamina b’mod partikolari jekk, u sa liema punt, l-għanijiet speċifiċi ikkontribwewx għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern. Il-Kummissjoni se tippreżenta rapport dwar is-sejbiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Barra minn hekk, fil-kuntest tal-infurzar tal-istrument il-ġdid, il-Kummissjoni se timmonitorja kontinwament l-effettività u l-effiċjenza tal-miżuri applikati. L-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni fir-rigward tar-Regolament il-ġdid se jiġu rrappurtati fir-Rapport Annwali tal-Kompetizzjoni.

Barra minn hekk, tista’ tkun meħtieġa reviżjoni jekk jiġu kkunsidrati regoli addizzjonali għall-kontroll tal-effetti distorsivi tas-sussidji barranin fis-suq intern tal-UE, inkluż fil-livell internazzjonali.

2.2.Sistema jew sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament, il-Kummissjoni se tkun esklussivament kompetenti biex tinforza l-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament, inkluża l-valutazzjoni tan-notifiki ta’ konċentrazzjonijiet u offerti potenzjalment sussidjati fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku tal-UE.

Jekk impriża tonqos milli tinnotifika tranżazzjoni sussidjata notifikabbli mod ieħor, il-Kummissjoni tista’ timponi penali u multi. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li sussidju barrani jfixkel is-suq intern, hija tista’ timponi miżuri ta’ rimedju jew taċċetta impenji, inkluż il-ħlas lura tas-sussidju barrani.

Jista’ jkun meħtieġ djalogu bejn il-Kummissjoni u l-impriżi kkonċernati mill-applikazzjoni tar-Regolament sabiex jiġi żgurat li l-impriżi jikkonformaw mal-miżuri implimentati, inkluż il-ħlas lura possibbli tas-sussidju, tal-multi jew ta’ penali oħra.

Il-qafas tal-kontroll intern hu mibni fuq l-implimentazzjoni tal-Prinċipji ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni. F’konformità mar-rekwiżit tar-Regolament Finanzjarju, objettiv importanti tal-“istrateġija għal baġit iffukat fuq ir-riżultati” tal-Kummissjoni hu li tiġi żgurata l-kosteffettività meta jitfasslu u jiġu implimentati sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu l-erruri.

L-attivitajiet li jeħtieġu riżorsi finanzjarji se jiġu implimentati l-aktar bl-akkwist pubbliku, li jimxi b’modalità ta’ ġestjoni diretta. Għalhekk, ir-riskji ta’ legalità u regolarità assoċjati huma meqjusa baxxi (ħafna).

Se jkun hemm rabta kostanti mal-ħidma ta’ politika, li se tiżgura l-flessibbiltà meħtieġa għall-adattament tar-riżorsi għall-ħtiġijiet attwali ta’ politika f’qasam soġġett għal bidliet frekwenti.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Ġew identifikati r-riskji li ġejjin relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament propost:

1) Azzjoni ta’ ritaljazzjoni diretta lejn kumpaniji tal-UE

Strument leġiżlattiv ġdid jista’ jirriskja miżuri ta’ ritaljazzjoni minn dawk il-pajjiżi terzi li jqisu l-għażla bħala li xxekkel lill-kumpaniji tagħhom. Biex jiġi miġġieled kwalunkwe tħassib bħal dan, ir-Regolament huwa bbażat fuq prinċipji simili għar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, dan jelimina lakuna legali eżistenti u jreġġa’ lura l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern. Kumpaniji minn pajjiżi terzi li ma jibbenefikawx minn sussidji jappoġġjaw l-istrument. Ir-Regolament se japplika b’mod oġġettiv u mhux diskriminatorju għall-impriżi kollha attivi fl-UE irrispettivament mis-sjieda tagħhom u għalhekk se jkun konsistenti mal-obbligi internazzjonali tal-UE. L-adozzjoni tar-Regolament tista’ wkoll tinċentiva aktar lill-pajjiżi mhux tal-UE biex jiżviluppaw sistema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat simili għall-UE u biex jimpenjaw ruħhom (mill-ġdid) f’negozjati biex jaqblu dwar regoli internazzjonali għas-sussidji, pereżempju skont id-WTO. Fi kwalunkwe każ, tali miżuri ta’ ritaljazzjoni x’aktarx ma jkunux konformi mar-regoli tad-WTO peress li jkunu diskriminatorji jekk pajjiż terz ma jkollux fis-seħħ sistema ekwivalenti għall-kontroll ta’ sussidji domestiċi.

2) Żieda mhux mistennija fil-piż amministrattiv għall-kumpaniji

Ir-Regolament jinkludi l-possibbiltà li jiġu modifikati l-limiti xierqa jew li ċerti kategoriji ta’ impriżi jiġu eżentati mill-obbligu li jinnotifikaw permezz ta’ att delegat jekk jinstab li ċerti tranżazzjonijiet notifikati ma jikkawżawx distorsjonijiet. Ir-riskji assoċjati ma’ piż amministrattiv bla bżonn jistgħu jiġu mminimizzati wkoll permezz ta’ gwida dwar l-applikazzjoni tar-Regolament.

3) Żieda mhux mistennija fil-piż amministrattiv għall-awtoritajiet pubbliċi

L-infurzar tar-Regolament propost se jirriżulta f’każijiet li għandhom jiġu indirizzati mill-Kummissjoni u għalhekk se jirriżulta f’żieda fl-ispejjeż amministrattivi (spejjeż tax-xogħol, spejjeż tat-tagħmir u materjal, kif ukoll spejjeż ġenerali). Jekk jasal għadd kbir mhux mistenni ta’ notifiki, jista’ jkun hemm nuqqas ta’ persunal, diffikultajiet ta’ ġestjoni u spejjeż addizzjonali. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tiħux azzjoni jekk il-każ ma jqajjimx kwistjoni sistemika, u lanqas ma jkollu impatt sinifikanti fuq is-suq intern tal-UE.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u l-valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Mhux Applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija ta’ Kontra l-Frodi.

Il-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni jiffukaw fuq iż-żieda fit-trasparenza tal-laqgħat ta’ ġestjoni u l-kuntatti mal-partijiet ikkonċernati, billi jsegwu l-aqwa prattiki tal-akkwist pubbliku, inkluż l-użu tal-għodda tal-akkwist elettroniku u tas-sottomissjoni elettronika. L-azzjonijiet se jipprevjenu u jidentifikaw ukoll kunflitti possibbli ta’ interess.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff/Mhux diff 56 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 57

mill-pajjiżi kandidati 58

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1

03 01 Programm tas-Suq Uniku

Mhux diff.

IVA

LE

LE

LE

1

03 02 01 01 Programm tas-Suq Uniku

Differenzjata

IVA

LE

LE

LE

1

03 02 01 05 Programm tas-Suq Uniku

Differenzjata

IVA

LE

LE

LE

7

20 02 06 Nefqa oħra fuq il-ġestjoni

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

1

Innovazzjoni tas-Suq Uniku

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTALI

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Approprjazzjonijiet operazzjonali – 03 02 01 01 Programm tas-Suq Uniku

Impenji

(1a)

--

0,725

0,775

0,450

0,450

0,450

0,450

3,300

Pagamenti

(2 a)

--

0,363

0,750

0,613

0,450

0,450

0,450

0,225

3,300

Approprjazzjonijiet operazzjonali – 03 02 01 05 Programm tas-Suq Uniku

Impenji

(1b)

--

0,725

0,950

0,800

0,600

0,875

0,575

4,525

Pagamenti

(2b)

--

0,363

0,838

0,875

0,700

0,738

0,725

0,288

4,525

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi 59

Linja baġitarja

03.010101.02

(3)

--

--

0,175

0,350

0,150

0,425

0,125

 

1,225



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi

Impenji

(4)

--

1,450

1,725

1,250

1,050

1,325

1,025

 

7,825

Pagamenti

(5)

--

0,725

1,588

1,488

1,150

1,188

1,175

0,513

7,825

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

--

--

0,175

0,350

0,150

0,425

0,125

 

1,225

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 1  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+6

--

1,450

1,900

1,600

1,200

1,750

1,150

 

9,050

Pagamenti

=5+6

--

0,725

1,763

1,838

1,300

1,600

1,300

0,513

9,050



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTALI

•Riżorsi umani

--

3,040

9,260

15,480

17,570

17,570

17,570

 

80,490

•Nefqa amministrattiva oħra

--

0,050

0,150

0,150

0,150

0,150

0,150

 

0,800

TOTALI

Approprjazzjonijiet

--

3,090

9,410

15,630

17,720

17,720

17,720

81,290

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
taħt l-INTESTATURA 7  
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

--

3,090

9,410

15,630

17,720

17,720

17,720

81,290

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTALI

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

--

4,540

11,310

17,230

18,920

19,470

18,870

0,000

90,340

Pagamenti

--

3,815

11,173

17,468

19,020

19,333

19,020

0,513

90,340


3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali 

L-approprjazzjonijiet operazzjonali se jintużaw biex jiffinanzjaw l-infrastruttura, l-istudji u l-konsultazzjonijiet meħtieġa tal-IT biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tal-istrument.

Mhux possibbli li tingħata lista eżawrjenti tar-riżultati li jridu jinkisbu b’interventi finanzjarji, tal-medja tal-kost u tan-numri kif mitlub minn din it-Taqsima għax din hi inizjattiva ġdida u ma hemm l-ebda data statistika preċedenti li wieħed jista’ jimxi fuqha. Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta għal Regolament stmat li jista’ jkun hemm madwar 30 każ notifikat ta’ konċentrazzjoni sussidjata kull sena, madwar 36 każ notifikat ta’ offerti sussidjati fl-akkwist pubbliku u bejn 30-45 każ ex-officio fis-sena f’sitwazzjonijiet oħra tas-suq, inklużi konċentrazzjonijiet u proċeduri ta’ akkwist pubbliku taħt il-limiti tan-notifika.

Ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin minn:

1. L-identifikazzjoni tas-sussidji l-aktar distorsivi; kif ukoll

2. Ir-rimedju tad-distorsjoni kkawżata minn sussidji barranin.

Dawn iż-żewġ objettivi speċifiċi se jiġu mmonitorjati bl-użu ta’ erba’ indikaturi ta’ monitoraġġ kif deskritt fit-taqsima 1.4.4.:

   a. In-numru annwali ta’ każijiet ta’ sussidji barranin allegatament distorsivi ttrattati mill-awtorità superviżorja

b. Sehem ta’ każijiet ta’ sussidji barranin li nstabu li joħolqu distorsjoni meta mqabbla man-numru totali ta’ każijiet

c. Sehem ta’ każijiet ikklerjati grazzi għat-test tal-ibbilanċjar vs. l-għadd totali ta’ każijiet.

d. Il-perċezzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati tal-impatti tal-miżuri ta’ rimedju imposti.

Barra minn hekk, l-effettività tal-istrument se tiġi mmonitorjata u rrappurtata biex tiġi żgurata l-kosteffettività tar-riżorsi użati għall-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament.

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

--

3,040

9,260

15,480

17,570

17,570

17,570

80,490

Nefqa amministrattiva oħra

--

0,050

0,150

0,150

0,150

0,150

0,150

0,800

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

--

3,090

9,410

15,630

17,720

17,720

17,720

81,290

Barra l-INTESTATURA 7 60  
of the multiannual financial framework

Riżorsi umani

--

--

--

--

--

--

--

--

Nefqa oħra 
ta’ natura amministrattiva

--

--

0,175

0,350

0,150

0,425

0,125

1,225

Subtotal
barra l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

--

--

0,175

0,350

0,150

0,425

0,125

1,225

TOTALI

--

3,090

9,585

15,980

17,870

18,145

17,845

82,515

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Ir-rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

wara l-2027

   Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20

50

80

80

80

80

80

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

   Persunal estern (f’unità ekwivalenti għal full-time: FTE) 61

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20

40

65

65

65

65

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   62

- fil-Kwartieri Ġenerali    

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka Indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTALI

20

70

120

145

145

145

145

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Jissorveljaw il-konformità mar-Regolament il-ġdid, iwettqu ħidma rilevanti fuq il-każijiet, jabbozzaw deċiżjonijiet u jwettqu investigazzjonijiet tas-suq.

Persunal estern

Jissorvelja l-konformità mar-Regolament il-ġdid, jipprovdi assistenza lill-uffiċjali u lill-persunal temporanju fit-twettiq ta’ ħidma ta’ każijiet rilevanti, fl-abbozzar ta’ deċiżjonijiet, fit-twettiq ta’ investigazzjonijiet tas-suq.

Il-ġestjoni ta’ proġetti tal-IT, inkluż il-portal ta’ notifika u s-sistema ta’ ġestjoni tad-dokumenti. L-għoti ta’ appoġġ klerikali lit-timijiet tal-każijiet rilevanti.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-QFP).

L-inizjattiva tista’ tiġi ffinanzjata kollha b’riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP). L-impatt finanzjarju tal-approprjazzjonijiet operattivi se jkun kopert kollu mill-allokazzjonijiet previsti fil-QFP 2021-27 permezz tal-pakketti finanzjarji tal-Programm tas-Suq Uniku.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprovdi għall-kofinanzjament minn partijiet terzi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena  
N 63

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: Kapitolu 42 – Multi u penali

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 64

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

L-ammont tad-dħul ma jistax jiġi stmat minn qabel għax jikkonċerna multi fuq l-impriżi li ma jikkonformawx mal-obbligi stabbiliti fir-Regolament. 

(1)    DG Trade Statistical Guide, Awwissu 2020, teskludi l-kummerċ intra-UE;    
https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2013/may/tradoc_151348.pdf  
(2)    Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Politika Kummerċjali għal Kulħadd: It-Twettiq ta’ Politika Kummerċjali Progressiva li Tisfrutta b’Mod Għaqli l-Globalizzazzjoni (COM(2017) 491 final).
(3)    Eurostat, Statistika fuq Affiljati Barranin (Foreign AffiliaTes Statistics, FATS), Il-kontroll barrani ta’ impriżi skont l-attività ekonomika u għażla ta’ pajjiżi kontrollanti (mill-2008’il quddiem) [fats_g1a_08]. Iċ-ċifra ta’ 100 000 tinkludi r-Renju Unit bħala parti mill-UE-28. Id-data preliminari turi li x’aktarx din iċ-ċifra mhix se tinbidel b’mod sinifikanti għall-UE-27. Fl-2018 kient stmat li 84 000 impriża fl-UE-27 kienu proprjetà ta’ entitajiet barranin (minbarra r-Renju Unit), filwaqt li bejn l-2015 u l-2017 kien hemm madwar 18 000 impriża f’pajjiżi oħrajn tal-UE-27 b’sidien mir-Renju Unit.
(4)    Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar l-Investiment dirett barrani fl-UE (SWD(2019) 108 final), li jsegwi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Nilqgħu l-Investiment Dirett Barrani filwaqt li Nħarsu l-Interessti Essenzjali (it-13 ta’ Settembru 2017).
(5)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa (COM(2020) 102 final), aġġornata fl-2021. Ara wkoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza (COM(2021) 32).
(6)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss (COM(2020) 456 final). Ara wkoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza (COM(2021) 32).
(7)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Rieżami tal-Politika Kummerċjali - Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva (COM(2021) 66 final).
(8)    Rapport riċenti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri jikkonkludi li ċerti sussidji mogħtija mill-Istat Ċiniż jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat jekk jingħataw minn Stat Membru tal-UE, u jinnota li din “id-differenza fit-trattament tista’ tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern tal-UE ”; Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, “Ir-rispons tal-UE għall-istrateġija ta’ investiment immexxija mill-Istat taċ-Ċina, Rapport Analitiku Nru 3 (2020);    
https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/RW20_03/RW_EU_response_to_China_MT.pdf
(9)    Il-Kummissjoni Ewropea, Dokument kunċettwali: Il-modernizzazzjoni tad-WTO (Settembru 2018).
(10)    Dikjarazzjoni Konġunta tal-Laqgħa Trilaterali tal-Ministri tal-Kummerċ tal-Ġappun, tal-Istati Uniti u tal-Unjoni Ewropea (Washington, D.C., l-14 ta’ Jannar 2020).
(11)    L-Anness tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Rieżami tal-Politika Kummerċjali: Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva (COM(2021) 66 final).
(12)    Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa (COM(2020) 102 final), aġġornata fl-2021.
(13)    White Paper dwar il-kisba ta’ kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tas-sussidji barranin (COM(2020) 253 final).
(14)    In-Netherlands issuġġerixxa li fil-mira jkun hemm l-impriżi li jirċievu sussidji barranin jew li jkollhom pożizzjoni dominanti mhux regolata f’suq mhux tal-UE sabiex tiġi evitata mġiba potenzjalment fixkiela;    
https://www.permanentrepresentations.nl/documents/publications/2019/12/09/non-paper-on-level-playing-field .Franza, il-Ġermanja, l-Italja u l-Polonja appellaw biex ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jiġu adattati, partikolarment biex jikkunsidraw id-distorsjonijiet possibbli maħluqa minn appoġġ Statali barrani u minn swieq protetti;    
https://g8fip1kplyr33r3krz5b97d1-wpengine.netdna-ssl.com/wp-content/uploads/2020/02/Letter-to-Vestager.pdf.
(15)    Biennial Report XXIII of the Monopolies Commission (‘Competition 2020’);    
https://www.monopolkommission.de/images/HG23/Main_Report_XXIII_Chinese_state_capitalism.pdf  
(16)    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Konklużjonijiet dwar Suq Uniku approfondit għal irkupru qawwi u Ewropa kompetittiva u sostenibbli (il-11 ta’ Settembru 2020);    
https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10698-2020-INIT/mt/pdf  
(17)    Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (l-1 u t-2 ta’ Ottubru 2020) – Konklużjonijiet (it-2 ta’ Ottubru 2020);    
https://www.consilium.europa.eu/media/45926/021020-euco-final-conclusions-mt.pdf  
(18)    Il-Parlament Ewropew, Rapport dwar il-politika tal-kompetizzjoni – rapport annwali 2019 (A9-0022/2020; 25.2.2020);    
https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/A-9-2020-0022_MT.html  
(19)    Ittra lill-Ministri tat-Telekomunikazzjoni u l-Kummerċ u lill-Kummissarji Breton, Vestager u Dombrovskis (14.10.2020);    
https://reinhardbuetikofer.eu/2020/10/14/letter-to-eu-telecom-and-trade-ministers-and-to-european-commissioners-thierry-breton-margrethe-vestager-and-valdis-dombrovskis/
(20)    L-Artikoli 101 u 102 TFUE.
(21)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
(22)    Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65. Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE, ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1
(23)

   Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi, (COM(2016) 34 final, id-29 ta’ Jannar 2016). Din il-proposta qed tiġi diskussa fil-Kunsill.

(24)    Wara s-sejħa mill-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew f’Marzu 2019 biex jerġgħu jibdew id-diskussjonijiet, bħalissa l-koleġiżlaturi huma impenjati f’diskussjonijiet kostruttivi dwar l-IPI, fuq il-bażi tal-proposta leġiżlattiva emendata tal-Kummissjoni tal-2016.
(25)    Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).
(26)    Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79I , 21.3.2019, p. 1).
(27)    Kif kopert mir-Regolament (UE) 2016/1035 (li madankollu ma japplikax għaliex il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 18 mhumiex issodisfati), ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 u r-Regolament (UE) 2019/712.
(28)    Fost l-oħrajn in-Netherlands, Franza, il-Ġermanja, il-Polonja u l-Italja
(29)    Ara, pereżempju, il-kontributi li ssemmew aktar qabel tan-Netherlands, ta’ Franza, tal-Ġermanja , tal-Polonja u tal-Italja.
(30)    Il-ħarsa ġenerali dettaljata tar-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet tinsab fl-Anness 2 u fl-Anness 6 tal-valutazzjoni tal-impatt.
(31)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12621-Addressing-distortions-caused-by-foreign-subsidies  
(32)     https://ec.europa.eu/competition/international/overview/foreign_subsidies.html
(33)    Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 15.
(34)    Biennial Report XXIII of the Monopolies Commission (‘Competition 2020’);    
https://www.monopolkommission.de/images/HG23/Main_Report_XXIII_Chinese_state_capitalism.pdf  Mercator Institute for China Studies (MERICS), Made in China 2025: The making of a high-tech superpower and consequences for industrial countries, MERICS Papers on China No 2 (December 2016);    
https://merics.org/sites/default/files/2020-04/Made%20in%20China%202025.pdf
(35)    Filwaqt li uħud mill-partijiet ikkonċernati esprimew dubji dwar l-approċċ ippreżentat fil-white paper, il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati tal-UE (l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati) u uħud mill-partijiet ikkonċernati mhux mill-UE jappoġġaw l-inizjattiva (ara l-kontributi msemmija fl-Anness 2 u fl-Anness 6 tal-valutazzjoni tal-impatt).
(36)    Ara l-kontributi tan-Netherlands, tal-Forum tas-Servizzi Ewropej (European Services Forum, ESF), tal-European Semiconductor Industry Association (ESIA), tal-Grupp ta’ Esperti Governattivi dwar l-Akkwist Pubbliku u ta’ partijiet ikkonċernati oħra fl-Anness 2 u fl-Anness 6 tal-valutazzjoni tal-impatt.
(37)    pereż. iċ-Ċekja, il-Polonja, il-European Round Table for Industry, il-Confederation of Danish Industry, il-Bundesverband der Deutschen Industrie, Eurometaux.
(38)    Ara wkoll il-valutazzjoni tal-impatt (Anness III, punt 2).
(39)    ĠU C , , p. .
(40)    Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
(41)    Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(42)    Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243)
(43)    Ir-Regolament (UE) 2016/1035 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta’ bastimenti (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 1).
(44)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4057/86 tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar prattiċi ta’ prezzijiet mhux ġusti fit-trasport marittimu (ĠU L 378, 31.12.1986, p. 14).
(45)    Ir-Regolament (UE) 2019/712 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 (ĠU L 123, 10.5.2019, p. 4).
(46)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(47)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(48)    Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).
(49)    Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).
(50)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(51)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.
(52)    Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).
(53)    Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79I , 21.3.2019, p. 1).
(54)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(55)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(56)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati
(57)    L-EFTA: L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(58)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(59)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(60)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(61)    AC= Persunal b’Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JPD= Professjonisti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(62)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(63)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(64)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top