Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10585

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Kawża M.10585 — APMH INVEST / UNILABS) Kawża li tista’ tiġi kkunsidrata għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 523/07

    PUB/2021/1028

    ĠU C 523, 28.12.2021, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 523/8


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Kawża M.10585 — APMH INVEST / UNILABS)

    Kawża li tista’ tiġi kkunsidrata għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2021/C 523/07)

    1.   

    Fis-17 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    APMH Invest A/S (“APMHI”, id-Danimarka), ikkontrollata minn A.P. Møller Holding A/S (“APMH”, id-Danimarka);

    Unilabs Holding AB (“Unilabs”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Cidra GP S.à.r.l (il-Lussemburgu).

    AMPHI takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Unilabs.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ azzjonijiet.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal APMHI: kumpanija ta’ investiment attiva globalment, b’investimenti f’Maersk Tankers, Maersk Product Tankers, A.P. Moller Capital, KK Wind Solutions Holding A/S, Faerch, Nissens Cooling Solutions, Maersk Drilling, Danske Bank A/S u investimenti finanzjarji oħra fi dħul fiss u titoli. APHM tikkontrolla wkoll lil A.P. Møller-Mærsk A/S, kumpanija integrata tat-trasport u tal-loġistika b’attivitajiet globali.

    għal Unilabs: fornitur ta’ servizzi dijanjostiċi, li huwa attiv fil-forniment ta’ servizzi ta’ ttestjar bijomediku (magħrufa wkoll bħala CLTS), servizzi ta’ immaġni mediċi, servizzi ta’ mediċina riproduttiva u servizzi ta’ żvilupp tad-droga. Hija għandha laboratorji u/jew ċentri ta’ immaġini f’diversi pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10585 — APMH INVEST / UNILABS

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Fax +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top