Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10383

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10383 — Blackstone/Vista/Ellucian) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 313/05

    PUB/2021/636

    ĠU C 313, 5.8.2021, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/14


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10383 — Blackstone/Vista/Ellucian)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2021/C 313/05)

    1.   

    Fis-27 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Blackstone Group Inc (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

    Vista Equity Partners Management, LLC (“Vista”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

    Ellucian Company L.P. (“Ellucian”, l-Istati Unita tal-Amerka).

    Blackstone u Vista jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ellucian kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Blackstone: ġestjoni ta’ assi alternattivi globali,

    Vista: ditta ta’ investiment privat li tiġġestixxi għadd ta’ kumpaniji ta’ portafoll attivi fil-forniment ta’ servizzi tal-IT, iffukata fuq l-għoti tas-setgħa u t-tkabbir ta’ software għall-intrapriżi, negozji abilitati għad-data u t-teknoloġija,

    Ellucian: fornitur ta’ software u servizzi tal-cloud lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, bħal software għall-ippjanar tar-riżorsi tal-intrapriżi, sistemi ta’ informazzjoni għall-istudenti, software għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet kostitwenti u l-analitika. Ellucian bħalissa hija kkontrollata minn TPG Capital.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

    M.10383 — Blackstone/Vista/Ellucian

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top