EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021DC0134

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-irtirar tal- Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) billi tiġi estiża l-possibbiltà ta’ adeżjoni għar-Renju tal-Marokk (COM(2020) 770 final tat-30.11.2020) u tal- Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) billi tiġi estiża l-possibbiltà ta’ adeżjoni għar-Renju tal-Marokk (COM(2020) 769 final tat-30.11.2020)

COM/2021/134 final

Brussell, 23.3.2021

COM(2021) 134 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL













dwar l-irtirar tal-




Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) billi tiġi estiża l-possibbiltà ta’ adeżjoni għar-Renju tal-Marokk (COM(2020) 770 final tat-30.11.2020) 



u tal-




Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) billi tiġi estiża l-possibbiltà ta’ adeżjoni għar-Renju tal-Marokk (COM(2020) 769 final tat-30.11.2020)







































MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Kummissjoni b’dan tinforma lill-Kunsill li qed tirtira żewġ proposti ppreżentati fit-30 ta’ Novembru 2020 lill-Kunsill kif ġej:

·Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) billi tiġi estiża l-possibbiltà ta’ adeżjoni għar-Renju tal-Marokk (COM(2020) 770 final);

·Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) billi tiġi estiża l-possibbiltà ta’ adeżjoni għar-Renju tal-Marokk (COM(2020) 769 final).

Ir-raġuni għal dan l-irtirar hija li r-Renju tal-Marokk indika permezz ta’ Note Verbale tat-8 ta’ Jannar 2021, li mhux lest li jiffirma u jikkonkludi l-Protokoll imsemmi hawn fuq.

Għalhekk, il-proposti saru superfluwi u jenħtieġ jiġu rtirati.

Top