This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021AT40410
Opinion of the Advisory Committee on restrictive agreements and dominant positions at its meeting on 10 July 2020 concerning a draft decision relating to Case AT.40410 – Ethylene Rapporteur: Czech Republic 2021/C 24/07
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjonijiet dominanti waqt il-laqgħa tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-Każ AT.40410 — Etilen Relatur: Ir-Repubblika Ċeka 2021/C 24/07
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjonijiet dominanti waqt il-laqgħa tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-Każ AT.40410 — Etilen Relatur: Ir-Repubblika Ċeka 2021/C 24/07
C/2020/4817
ĠU C 24, 22.1.2021, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/11 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjonijiet dominanti waqt il-laqgħa tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-Każ AT.40410 — Etilen
Relatur: Ir-Repubblika Ċeka
(2021/C 24/07)
1.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu li jikkonsisti fi ftehimiet antikompetittivi u/jew prattiki miftiehma bejn l-impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE.
2.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ambitu ġeografiku u tal-prodott għall-ksur uniku u kontinwu li jinsab fl-abbozz ta’ deċiżjoni.
3.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fil-ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE, kif spjegat fl-abbozz ta’ deċiżjoni.
4.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ksur kien li jirrestrinġi l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE.
5.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-ksur seta’ jaffettwa b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.
6.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kemm dam għaddej il-ksur.
7.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji fir-rigward tal-ksur.
8.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li l-ksur jiġi ordnat li jintemm u li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni għall-ksur li kienu involuti fih.
9.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu tal-iffissar ta' multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.
10.
Il-Kumitat Konsultattiv ((12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.
11.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tad-durata għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi.
12.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemm l-ebda ċirkostanzi aggravanti u mitiganti applikabbli f’dan il-każ, minbarra r-reċidività għal parti waħda kif deskritt fl-abbozz ta’ deċiżjoni.
13.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006.
14.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.
15.
Il-Kumitat Konsultattiv(12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Riżoluzzjoni tal-2008.
16.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multa stabbilita.
17.
Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.