Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021AP0341

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (COM(2020)0321 – C9-0216/2020 – 2020/0143(NLE))

    ĠU C 99, 1.3.2022, p. 248–248 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 99/248


    P9_TA(2021)0341

    L-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u tal-Assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (COM(2020)0321 – C9-0216/2020 – 2020/0143(NLE))

    (Konsultazzjoni)

    (2022/C 99/39)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0321),

    wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tiegħu, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0216/2020),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0228/2021),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

    2.

    Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    3.

    Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    Top