This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020XG1103(01)
Notice from the Government of the Republic of Poland concerning Directive 94/22/EC of the European Parliament and of the Council on the conditions for granting and using authorisations for the prospection, exploration and production of hydrocarbons 2020/C 369/08
Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja li jikkonċerna d-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi 2020/C 369/08
Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja li jikkonċerna d-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi 2020/C 369/08
PUB/2020/784
ĠU C 369, 3.11.2020, p. 14–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 369/14 |
Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja li jikkonċerna d-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi
(2020/C 369/08)
AVVIŻ TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR U L-ESPLORAZZJONI TA’ DEPOŻITI TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS NATURALI U GĦALL-ESTRAZZJONI TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS NATURALI
TAQSIMA I: BAŻI ĠURIDIKA
1. |
L-Artikolu 49ec(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2020, il-punt 1064, kif emendat) |
2. |
Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-lingwa Pollakka: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262) |
SEZZJONI II: ENTITÀ LI QED ISSEJJAĦ GĦALL-OFFERTI
Isem: Il-Ministeru għall-Ambjent |
Indirizz postali: |
ul. Wawelska 52/54 |
00-922 Warsaw |
POLAND |
Tel. +48 223692449
Faks +48 223692460
Sit web: www.gov.pl/web/srodowisko
TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA
1) Informazzjoni dwar is-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal konċessjoni:
Ġiet sottomessa applikazzjoni għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Żarówka” mill-awtorità ta’ konċessjoni.
2) It-tip ta’ attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata:
Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Żarówka”, partijiet tal-blokok tal-konċessjoni Nri 374, 375, 394, 395 u 415.
3) Iż-żona li fiha l-attivitajiet għandhom jitwettqu:
Il-konfini taż-żona huma ddefiniti permezz tal-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:
Nru |
X [PL-1992] |
Y [PL-1992] |
1 |
270 540,043 |
672 311,742 |
2 |
249 443,453 |
672 878,103 |
3 |
245 290,899 |
669 473,151 |
4 |
240 958,636 |
665 921,830 |
5 |
237 577,757 |
665 495,763 |
6 |
237 410,575 |
650 413,455 |
7 |
239 417,422 |
650 357,023 |
8 |
238 508,655 |
648 788,837 |
9 |
243 613,841 |
646 403,423 |
10 |
249 610,064 |
642 378,845 |
11 |
272 901,839 |
642 324,883 |
12 |
275 644,856 |
655 439,420 |
13 |
281 714,994 |
660 677,582 |
14 |
281 732,174 |
663 835,806 |
15 |
277 531,651 |
670 376,646 |
16 |
271 201,938 |
670 339,108 |
bl-eċċezzjoni taż-żoni Nri 1-3, konfinati permezz tal-linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
|
iż-żona Nru 1:
|
|
iż-żona Nru 2:
|
|
iż-żona Nru 3:
|
Iż-żona tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona hija 1 072,40 km2.
Post amministrattiv:
il-Provinċja ta’ Małopolskie;
id-Distrett ta’ Dąbrowa: il-muniċipalitajiet rurali ta’ Mędrzechów, Radgoszcz u Olesno; il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Szczucin u Dąbrowa Tarnowska;
id-Distrett ta’ Tarnów: il-muniċipalitajiet rurali ta’ Lisia Góra, Tarnów u Skrzyszów;
il-Provinċja ta’ Podkarpackie;
id-Distrett ta’ Mielec: il-muniċipalitajiet rurali ta’ Borowa, Czermin, Wadowice Górne u Mielec; il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Radomyśl Wielki u Przecław;
id-Distrett ta’ Dębica: il-muniċipalitajiet rurali ta’ Żyraków u Czarna; il-muniċipalità urbana-rurali ta’ Pilzno.
4) Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal konċessjoni minn entitajiet oħra interessati fl-attività li għaliha għandha tingħata l-konċessjoni, mhux inqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:
L-applikazzjonijiet 'għal konċessjoni jridu jiġu sottomessi lill-Ministeru tal-Ambjent sa mhux iktar tard min-nofsinhar (12:00) (CET/CEST) tal-aħħar jum tal-perjodu ta’ 180 jum li jibda mill-għada tad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5) Kriterji ta’ valutazzjoni għall-applikazzjonijiet għal konċessjoni u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom stabbilita b’kunsiderazzjoni xierqa tal-Artikolu 49k(1), (1a) u (3) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja:
L-applikazzjonijiet li jaslu se jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
|
30 % — l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni proposti; |
|
20 % — l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir; |
|
20 % — il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u mal-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern; |
|
20 % — it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni; |
|
5 % — il-kapaċitajiet tekniċi għall-prospettar u għall-esplorazzjoni, rispettivament, ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq (inkluż 2 % għall-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi, flimkien ma’ korpi xjentifiċi attivi fir-riċerka tal-ġeoloġija tal-Polonja, u ta’ għodod, teknoloġiji u metodi analitiċi għall-prospettar ta’ depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f’dawk il-kundizzjonijiet, inklużi fil-lista ta’ korpi xjentifiċi attivi msemmija fl-Artikolu 49k(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni); |
|
5 % — l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta’ operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent. |
Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.
TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI
IV.1) L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
Ministerstwo Środowiska [Ministry of the Environment] |
Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Geology and Geological Concessions Department] |
ul. Wawelska 52/54 |
00-922 Warsaw |
Poland |
IV.2) L-informazzjoni tista’ tinkiseb:
— |
mis-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent: https://www.gov.pl/web/srodowisko |
— |
mid-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi
Tel. +48 225792449 Faks +48 225792460 Posta elettronika: sekretariat.dgk@srodowisko.gov.pl |
IV.3) Deċiżjoni ta’ kwalifika:
L-applikazzjonijiet għall-konċessjoni jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni.
IV.4) Tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju:
L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għaż-żona “Żarówka” matul il-perjodu bażi ta’ ħames snin tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni huwa ta’ PLN 245 740,46 (mitejn u ħamsa u erbgħin elf, seba’ mija u erbgħin zloty, sitta u erbgħin grosz) fis-sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni ta’ minerali huwa indiċizzat mal-indiċijiet tal-prezzijiet annwali medji tal-konsumatur stabbiliti b’mod kumulattiv għall-perjodu mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali).
IV.5) L-għoti tal-konċessjonijiet u l-istabbiliment ta’ użufrutt minerarju
L-awtorità ta’ konċessjoni, wara li tkun kisbet l-opinjonijiet jew il-ftehimiet meħtieġa skont l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi:
1) |
lill-entità li l-applikazzjoni għal konċessjoni tagħha tkun ingħatat l-ogħla punteġġ, jew |
2) |
meta applikazzjoni għal konċessjoni ppreżentata b’mod konġunt minn diversi entitajiet tingħata l-ogħla punteġġ, lill-partijiet fil-ftehim ta’ kooperazzjoni – ladarba dak il-ftehim ikun ġie sottomess lill-awtorità tal-konċessjoni
|
L-awtorità ta’ konċessjoni se tikkonkludi kuntratt ta’ użufrutt minerarju mal-entità li l-applikazzjoni għal konċessjoni tagħha tkun ingħatat l-ogħla punteġġ u, fejn applikazzjoni għal konċessjoni sottomessa b’mod konġunt minn entitajiet diversi entitajiet tingħata l-ogħla punteġġ, mal-entitajiet kollha li ppreżentaw l-applikazzjoni konġunta (l-Artikolu 49ee (2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni). Sabiex ikun jista’ jwettaq attivitajiet li jinvolvu l-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u l-estrazzjoni tal-idrokarburi fil-Polonja, operatur irid ikollu d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju u konċessjoni.
IV.6) Ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-applikazzjonijiet għal konċessjoni u d-dokumenti meħtieġa mill-applikanti:
L-Artikolu 49eb tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni jispeċifika l-partijiet komponenti tal-applikazzjoni għal konċessjoni.
L-età ġeoloġika tal-formazzjonijiet fejn se jitwettqu xogħlijiet ġeografiċi (skop ġeoloġiku) għandha tiġi indikata bħala l-għan tax-xogħlijiet, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi.
IV.7) Kategorija minima tal-esplorazzjoni tad-depożiti:
Il-Kategorija C hija l-kategorija minima tal-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Żarówka”.
F’isem il-Ministru
Il-Ministeru għall-Ambjent