Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0157

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

COM/2020/157 final

Brussell, 24.4.2020

COM(2020) 157 final

2020/0063(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Ċertu prodotti jeħtieġu kwoti tariffarji awtonomi meta l-produzzjoni fl-Unjoni ma tkunx biżżejjed biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet tal-industriji li jużawhom. Jenħtieġ li l-kwoti tariffarji tal-Unjoni jinfetħu b’rati ta’ dazju żero jew imnaqqsa għall-volumi x-xierqa, mingħajr ma jfixklu s-swieq ta’ dawn il-prodotti.

Fis-17 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, biex id-domanda tal-Unjoni għall-prodotti inkwistjoni tkun tista’ tiġi ssodisfata bl-iżjed kundizzjonijiet favorevoli.

Ir-Regolament jiġi aġġornat kull sitt xhur biex jakkomoda l-ħtiġijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja, irrieżaminat it-talbiet kollha tal-Istati Membri għal dazji tal-kwoti tariffarji awtonomi.

Wara dan ir-rieżami, il-Kummissjoni tqis li l-ftuħ tal-kwoti tariffarji awtonomi huwa ġġustifikat għal xi prodotti ġodda li bħalissa mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013. Għal xi prodotti oħrajn, jeħtieġ li jinbidel il-kliem tad-deskrizzjoni, li jiġu assenjati kodiċijiet tat-TARIC ġodda, jew jeħtieġ li jiżdied il-volum tal-kwota inizjali, inkluż b’mod retroattiv. Meta l-kwota tariffarja ta’ ċerti prodotti ma tibqax fl-interess ekonomiku tal-Unjoni, jenħtieġ li dawn il-prodotti jiġu rtirati.

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ikun aħjar jekk tiġi ppubblikata verżjoni kkonsolidata tal-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 li se tissostitwixxi għalkollox l-Anness preċedenti.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta ma taffettwax lill-pajjiżi li għandhom ftehim ta’ kummerċ preferenzjali mal-Unjoni, u lanqas lill-pajjiżi kandidati jew lill-kandidati potenzjali għal ftehimiet preferenzjali mal-Unjoni (eż. is-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi; ir-reġim ta’ kummerċ tal-grupp tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku; il-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles).

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta tikkonforma mal-politiki tal-Unjoni dwar l-agrikoltura, il-kummerċ, l-intrapriżi, l-iżvilupp, l-ambjent u r-relazzjonijiet esterni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-miżuri previsti jikkonformaw mal-prinċipji għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-operaturi involuti fil-kummerċ barrani, kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi 1 . Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi mixtieqa skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

Għażla tal-istrument

Skont l-Artikolu 31 tat-TFUE, “Id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni”. Għalhekk, l-istrument xieraq huwa regolament tal-Kunsill.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-iskema tal-kwoti tariffarji awtonomi kienet parti minn studju ta’ evalwazzjoni li sar fl-2013 dwar is-sospensjonijiet tariffarji awtonomi 2 .

Dan għaliex iż-żewġ miżuri huma simili, ħlief għall-fatt li l-kwoti tariffarji jillimitaw il-volumi tal-importazzjonijiet. L-evalwazzjoni kkonkludiet li r-raġuni fundamentali għall-iskema għadha valida. L-iffrankar tal-kostijiet għan-negozji tal-Unjoni li jimpurtaw oġġetti skont l-iskema jista’ jkun sinifikanti. Barra minn hekk, skont il-prodott, il-kumpanija u s-settur ikkonċernati, dan l-iffrankar jista’ jwassal għal benefiċċji usa’, bħall-ixprunar tal-kompetittività, it-titjib fl-effiċjenza tal-metodi ta’ produzzjoni u l-ħolqien jew iż-żamma tal-impjiegi fl-Unjoni. Id-dettalji tal-iffrankar ta’ dan ir-Regolament jistgħu jinstabu fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja, li jikkonsisti minn delegazzjonijiet mill-Istati Membri kollha u mit-Turkija, għen lill-Kummissjoni biex tivvaluta din il-proposta. Il-grupp iltaqa’ tliet darbiet qabel ma ntlaħaq ftehim dwar il-bidliet f’din il-proposta.

Kull talba (ġdida, jew għal emenda) ġiet ivvalutata bir-reqqa. B’mod partikolari eżamina kull każ biex jiżgura li ma kinitx qed tiġi kkawżata xi ħsara lill-produtturi tal-Unjoni u li l-kompetittività tal-produzzjoni tal-Unjoni kienet qed tissaħħaħ u tiġi kkonsolidata. Il-membri tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja wettqu l-valutazzjoni permezz ta’ diskussjonijiet, u l-Istati Membri kkonsultaw lill-industriji, lill-assoċjazzjonijiet, lill-kmamar tal-kummerċ ikkonċeranti u lil partijiet ikkonċernati oħra involuti.

Il-kwoti tariffarji kollha elenkati kienu s-suġġett ta’ ftehimiet jew ta’ kompromessi milħuqa fid-diskussjonijiet li saru fil-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja. Ma ssemma l-ebda riskju potenzjalment serju b’konsegwenzi irreversibbli.

Valutazzjoni tal-impatt

L-emenda proposta hija ta’ natura purament teknika u tikkonċerna biss il-kopertura tal-kwoti tariffarji elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013. Għalhekk, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza fuq id-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul. Id-dazji doganali mhux miġbura jammontaw għal madwar EUR 1,4 miljun fis-sena. L-effett fuq ir-riżorsi proprji tradizzjonali tal-baġit huwa ta’ EUR 1,1 miljun fis-sena (jiġifieri 80 % tat-total). Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tistabbilixxi l-implikazzjonijiet baġitarji tal-proposta f’aktar dettall.

It-telf tad-dħul f’riżorsi proprji tradizzjonali għandu jiġi kkumpensat bl-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tal-Istati Membri abbażi tal-kontribuzzjonijiet għar-riżorsi.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-miżuri proposti huma ġestiti fil-qafas tat-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea (TARIC) u applikati mill-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri.

2020/0063 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Sabiex tiġi żgurata l-provvista suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali li huma prodotti fi kwantitajiet insuffiċjenti fl-Unjoni u b’hekk jiġi evitat kull tfixkil fis-suq għal dawk il-prodotti, infetħu kwoti tariffarji awtonomi bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 3 . Il-prodotti li ma jaqbżux dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b’rati ta’ dazju mnaqqsa jew żero.

(2)Peress li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiżgura provvista adegwata ta’ ċerti prodotti industrijali u wara li tqies il-fatt li prodotti identiċi, ekwivalenti jew sostituti mhumiex jilħqu d-domanda fl-Unjoni, jeħtieġ li jinfetħu kwoti tariffarji ġodda bin-numri tal-ordni 09.2580, 09.2581 u 09.2583 b’rati tad-dazju żero għal kwantitajiet xierqa ta’ dawk il-prodotti.

(3)Peress li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiżgura provvista adegwata ta’ ċerti prodotti industrijali, il-volumi tal-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2634 u 09.2668 jenħtieġ li jiżdiedu.

(4)Peress li l-ambitu tal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2652 ma għadux adegwat biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni, jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-prodott kopert minn din il-kwota tiġi emendata.

(5)Għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2588, il-perjodu tal-kwota jenħtieġ li jiġi estiż tal-31 ta’ Diċembru 2020 minħabba li l-kwota tariffarja nfetħet għal perjodu ta’ sitt xhur u għadu fl-interess tal-Unjoni li tinżamm.

(6)Is-sustanzi Sulfat tad-Dimetil (CAS RN 77-78-1) b’purità ta’ 99 % jew aktar, it-2-Metilanilina (CAS RN 95-53-4) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar u l-4,4’-Metandiildianilina (CAS RN 101-77-9) b’purità skont il-piż ta’ 97 % jew aktar, huma inklużi fil-lista ta’ kandidati msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 u s-sustanza bir-referenza CAS RN 101-77-9 hija inkluża fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament. Għal dik ir-raġuni, il-kwoti tariffarji eżistenti għal tali prodotti se jingħalqu progressivament u l-kwoti tariffarji li għadhom kif infetħu se japplikaw għal perjodu limitat. Għalhekk, jenħtieġ li l-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2648 u 09.2730 japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2020 b’rata ta’ dazju konvenzjonali ta’ 2 %. Barra minn hekk, il-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2590 se jingħalqu u jenħtieġ li tinfetaħ kwota tariffarja ġdida b’numru tal-ordni 09.2582 sal-31 ta’ Diċembru 2020 b’rata ta’ dazju konvenzjonali ta’ 2 %.

(7)Filwaqt li jitqiesu l-emendi li għandhom isiru u għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 jiġi sostitwit.

(8)Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tal-kwoti tariffarji u biex ikun hemm konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi 5 , il-bidliet previsti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-kwoti tariffarji għall-prodotti kkonċernati jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2020. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1388/2013 huwa emendat kif ġej:

   

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    ISEM IL-PROPOSTA:

Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

2.    LINJI BAĠITARJI

Kapitolu u Artikolu:
Il-Kapitolu 12 u l-Artikolu 120 – Dazji doganali u dazji oħra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom;

Ammont ibbaġitjat għas-sena 2020 (EUR 22 156 900 000)

3.    IMPATT FINANZJARJU

   Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

X    Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul. L-effett huwa kif ġej:

(miljuni ta’ EUR aġġustati ’l fuq għal pożizzjoni deċimali waħda)

Linja Baġitarja

Dħul 6

Perjodu ta’ 6 xhur, li jibda minn jj/xx/ssss

[Sena: it-tieni nofs tal-2020]

Artikolu 120

Impatt fuq ir-riżorsi proprji

01/07/2020

-0,5

L-Anness fih tliet prodotti ġodda. Id-dazji mhux miġbura li jikkorrispondu għal dawn il-kwoti tariffarji, ikkalkulati abbażi tat-tbassir tal-Istat Membru li għamel it-talba għall-2020, jammontaw għal EUR 1 554 954 kull sena.

Ir-rata ta’ dazju żero għal tliet kwoti eżistenti żdiedet għal 2 %. Dan jirrappreżenta żieda ta’ EUR 182 864 kull sena fil-ġbir tad-dazji, kif stmat abbażi tal-istatistika tal-2019.

Abbażi ta’ dak li għadu kemm issemma’, l-impatt fuq it-telf ta’ dħul għall-baġit tal-UE li jirriżulta minn dan ir-Regolament huwa stmat li se jkun ta’ EUR 1 554 954 – 182 864 = EUR 1 372 090 (ammont gross, inklużi l-kostijiet tal-ġbir) x 0,8 = EUR 1 097 672 kull sena (ammont nett).

4.    MIŻURI KONTRA L-FRODI

Se jsiru kontrolli fuq l-użu aħħari ta’ wħud mill-prodotti koperti minn dan ir-Regolament tal-Kunsill skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

(1)    ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.
(2)     http://ec.europa.eu/taxation_customs/common/publications/studies/index_en.htm
(3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).
(4)    Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(5)     ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6 .
(6)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti    netti (jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir).    
Top

Brussell, 24.4.2020

COM(2020) 157 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament tal-Kunsill

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali


“Anness

Nru ta' l-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2637

ex 0710 40 00

ex 2005 80 00

20

30

Qamħirrum miċ-ċfaċagħ (Zea Mays Saccharata) imqatta' jew le, b'dijametru ta' 10 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 20 mm, biex jintuża fil-manifattura ta' prodotti tal-industrija tal-ikel għal trattament għajr għall-ippakkjar mill-ġdid sempliċi

 (1)(2)(3)

1.1.-31.12.

550 tunnellata

0 % (3)

09.2849

ex 0710 80 69

10

Faqqiegħ ta’ l-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni ta’ l-ikliet ippreparati minn qabel

 (1)(2)

1.1.-31.12.

700 tunnellata

0 %

09.2664

ex 2008 60 39

30

Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut ta’ zokkor ta' mhux aktar minn 9 % tal-piż, ta’ dijametru ta’ mhux aktar minn 19,9mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata

 (2)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

10 %

09.2740

ex 2309 90 31

87

Konċentrat tal-proteina tal-fażola tas-sojja skont il-piż:

60 % (± 10 %) ta' proteina mhux raffinata, 

5 % (± 3 %) ta' fibra mhux raffinata, 

5 % (± 3 %) ta' rmied mhux raffinat, u

3 % jew aktar iżda mhux aktar minn 6,9 % ta' lamtu

għall-użu fil-manifattura ta' prodotti tal-għalf tal-annimali

 (2)

1.1.-31.12.

30 000 tunnellata

0 %

09.2913

ex 2401 10 35

ex 2401 10 70

ex 2401 10 95

ex 2401 10 95

ex 2401 10 95

ex 2401 20 35

ex 2401 20 70

ex 2401 20 95

ex 2401 20 95

ex 2401 20 95

91

10

11

21

91

91

10

11

21

91

Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00

 (2)

1.1.-31.12.

6 000 tunnellata

0 %

09.2587

ex 2710 19 81

ex 2710 19 99

20

40

Żejt ta' bażi idroisomerizzat b'mod katalitiku u mingħajr xama’ magħmul minn idrokarburi idroġenati u isoparaffiniċi ħafna, li fihom:

90 % jew aktar skont il-piż ta' saturati, u

mhux aktar minn 0,03 % skont il-piż ta' kubrit,

b'indiċi ta' viskosità ta’ 80 jew aktar, iżda inqas minn 120, u

viskożita kinematika ta’ 5,0 cSt f’100  C jew aktar, iżda mhux aktar minn 13,0-il cSt f’100  C

1.7.-31.12.

200 000 tunnellata

0 %

09.2828

2712 20 90

Xema' bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż

1.4.-31.10.

60 000 tunnellata

0 %

09.2600

ex 2712 90 39

10

Slack wax (CAS RN 64742-61-6)

1.1.-31.12.

100 000 tunnellata

0 %

09.2928

ex 2811 22 00

40

Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’kontenut minimu ta’ diossidu tas-silikonju, skont il-piż, ta’ 97 %

1.1.-31.12.

1 700 tunnellata

0 %

09.2806

ex 2825 90 40

30

Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu (CAS RN 1314-35-8 jew CAS RN 39318-18-8)

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0 %

09.2872

ex 2833 29 80

40

Sulfat taċ-ċesju (CAS RN 10294-54-9) f’forma solida jew bħala soluzzjoni milwiema li fiha piż skont il-piż ta’ iżjed minn 48 % ta’ sulfat taċ-ċesju iżda mhux iżjed minn 52 %

1.1.-31.12.

200 tunnellata

0 %

09.2837

ex 2903 79 30

20

Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0 %

09.2933

ex 2903 99 80

30

1,3-Dichlorobenzene (CAS RN 541-73-1)

1.1.-31.12.

2 600 tunnellata

0 %

09.2700

ex 2905 12 00

10

Propan-1-ol(alkoħol propiliku) (CAS RN 71-23-8)

1.1.-31.12.

15 000 tunnellata

0 %

09.2830

ex 2906 19 00

40

Ċiklopropilmetanol (CAS RN 2516-33-8)

1.1.-31.12.

20 tunnellata

0 %

09.2851

ex 2907 12 00

10

O-cresol (CAS RN 95-48-7) b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % tal-piż

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0 %

09.2704

ex 2909 49 80

20

2,2,2',2'- tetrakis(idrossimetil)-3,3'- ossidipropan-1-ol (CAS RN 126-58-9)

1.1.-31.12.

500 tunnellata

0 %

09.2624

2912 42 00

Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde) (CAS RN 121-32-4) 

1.1.-31.12.

1 950 tunnellata

0 %

09.2683

ex 2914 19 90

50

Aċetilaċetonat tal-kalċju  (CAS RN 19372-44-2) għall-użu fil-manifattura tas-sistemi ta' stabilizzaturi fil-forma ta' pilloli

 (2)

1.1.-31.12.

200 tunnellata

0 %

09.2852

ex 2914 29 00

60

Cyclopropyl methyl ketone (CAS RN 765-43-5)

1.1.-31.12.

300 tunnellata

0 %

09.2638

ex 2915 21 00

10

Aċtu aċetiku (CAS RN 64-19-7) b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar

1.1.-31.12.

1 000 000 tunnellata

0 %

09.2972

2915 24 00

Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7)

1.1.-31.12.

50 000 tunnellata

0 %

09.2679

2915 32 00

Aċetat tal-Vinil (CAS RN 108-05-4)

1.1.-31.12.

400 000 tunnellata

0 %

09.2728

ex 2915 90 70

85

Etil trifluworoaċetat (CAS RN 383-63-1)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0 %

09.2665

ex 2916 19 95

30

(E,E)-Eża-2,4-dienoat tal-potassju (CAS RN 24634-61-5)

1.1.-31.12.

8 250 tunnellata

0 %

09.2684

ex 2916 39 90

28

Klorur ta' 2,5-dimetilfenilaċetil (CAS RN 55312-97-5)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0 %

09.2599

ex 2917 11 00

40

Ossalat tad-dietil (CAS RN 95-92-1)

1.1.-31.12.

500 tunnellata

0 %

09.2769

ex 2917 13 90

10

Dimethyl sebacate (CAS RN 106-79-6)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2634

ex 2917 19 80

40

Aċidu dodekandiojku (CAS RN 693-23-2), b’purità ta’ aktar minn 98,5 % skont il-piż

1.7.-31.12.

4 000 tunnellata

0 %

09.2808

ex 2918 22 00

10

Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2)

1.1.-31.12.

120 tunnellata

0 %

09.2646

ex 2918 29 00

75

Ottadeċil 3-(3,5-di-terz-butil-4-idrossifenil)propjonat (CAS RN 2082-79-3):

bi frazzjoni ta' mogħdija minn għarbiel b'malji ta' 500 μm ta' aktar minn 99 % f'piż u

b'temperatura tat-tidwib ta' 49 °C jew aktar, iżda mhux aktar minn 54 °C,

biex jintuża fil-manifattura ta' pakketti singoli ta' stabilizzaturi għall-ipproċessar tal-PVC abbażi ta' taħlitiet tat-trab (trabijiet jew granuli)

 (2)

1.1.-31.12.

380 tunnellata

0 %

09.2647

ex 2918 29 00

80

Tetrakis(3-(3,5-di-tert-butil-4-idrossifenil)propjonat) tal-pentaeritritol (CAS RN 6683-19-8)

bi frazzjoni ta' mogħdija minn għarbiel b'malji ta' 250 μm ta' aktar minn 75 % f'piż u b'malji ta' 500 μm ta' mhux aktar minn 99 % f'piż, u

b'temperatura tat-tidwib ta' 110 °C jew aktar, iżda mhux aktar minn 125 °C,

biex jintuża fil-manifattura ta' pakketti ta' stabilizzatur wieħed għall-ipproċessar tal-PVC ibbażati fuq taħlitiet tat-trab (trabijiet jew granuli)

 (2)

1.1.-31.12.

140 tunnellata

0 %

09.2975

ex 2918 30 00

10

Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride (CAS RN 2421-28-5)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2688

ex 2920 29 00

70

Tris(2,4-di-terz-butilfenil)fosfit (CAS RN 31570-04-4)

1.1.-31.12.

6 000 tunnellata

0 %

09.2648

ex 2920 90 10

75

Sulfat tad-Dimetil (CAS RN 125225-78-1) b’purità ta’ 99 % jew aktar skont il-piż

1.7.-31.12.

9 000 tunnellata

2 %

09.2598

ex 2921 19 99

75

Ottadeċilammina (CAS RN 124-30-1)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0 %

09.2649

ex 2921 29 00

60

Bis(2-dimetilaminoetil)(metil)ammina (CAS RN 3030-47-5)

1.1.-31.12.

1 700 tunnellata

0 %

09.2682

ex 2921 41 00

10

Anilina (CAS RN 62-53-3) ta' purità ta' 99 % jew aktar fil-piż

1.1.-31.12.

150 000 tunnellata

0 %

09.2617

ex 2921 42 00

89

4-Fluworo-N-(1-metilletil)benżeneammina (CAS RN 70441-63-3)

1.1.-31.12.

500 tunnellata

0 %

09.2582

ex 2921 43 00

80

2-Metilanilina (CAS RN 95-53-4) b'purità skont il-piż ta' 99 % jew iktar

1.7.-31.12.

1 999 tunnellata

2 %

09.2602

ex 2921 51 19

10

o-phenylenediamine (CAS RN 95-54-5)

1.1.-31.12.

1 800 tunnellata

0 %

09.2730

ex 2921 59 90

85

4,4’-Metanedildianilina (CAS RN 101-77-9) b'purità skont il-piż ta' 97 % jew iktar fil-forma ta’ bċejjeċ żgħar, biex jintużaw fil-manifattura ta’ prepolimeri

 (2)

1.7.-31.12.

100 tunnellata

2 %

09.2591

ex 2922 41 00

10

L-Liżina kloridrat (CAS RN 657-27-2)

1.1.-31.12.

445 000 tunnellata

0 %

09.2592

ex 2922 50 00

25

L-Treonina (CAS RN 72-19-5)

1.1.-31.12.

166 000 tunnellata

0 %

09.2854

ex 2924 19 00

85

3-jodoprop-2-in-1-ilbutilkarbamat(CAS RN 55406-53-6)

1.1.-31.12.

250 tunnellata

0 %

09.2874

ex 2924 29 70

87

Paracetamol (INN) (CAS RN 103-90-2)

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0 %

09.2742

ex 2926 10 00

10

Akrilonitril (CAS RN 107-13-1), għall-użu fil-manifattura ta' oġġetti tal-kapitolu 55 u l-intestatura 6815

 (2)

1.1.-31.12.

60 000 tunnellata

0 %

09.2583

ex 2926 10 00

20

Akrilonitril (CAS RN 107-13-1), għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-intestaturi 2921, 2924, 3906 u 4002

 (2)

1.7.-31.12.

20 000 tunnellata

0 %

09.2856

ex 2926 90 70

84

2-Nitro-4-(trifluoromethyl)benzonitrile (CAS RN 778-94-9)

1.1.-31.12.

900 tunnellata

0 %

09.2708

ex 2928 00 90

15

Monometilidrażina (CAS 60-34-4) fil-forma ta' soluzzjoni milwiema b'kontenut skont il-piż tal- monometilidrażina ta' 40 (± 5) %

1.1.-31.12.

900 tunnellata

0 %

09.2581

ex 2929 10 00

25

Diisoċjanat ta’ 1,5-naftilen (CAS RN 3173-72-6) b’purità ta’ 90 % jew aktar skont il-piż

1.7.-31.12.

205 tunnellata

0 %

09.2685

ex 2929 90 00

30

Nitrogwanidina (CAS RN 556-88-7)

1.1.-31.12.

6 500 tunnellata

0 %

09.2597

ex 2930 90 98

94

Bis[3-(trietossisilil)propil]disulfur (CAS RN 56706-10-6)

1.1.-31.12.

6 000 tunnellata

0 %

09.2596

ex 2930 90 98

96

Aċidu 2-kloro-4-(metilsulfonil)-3-((2,2,2-trifluworoetossi)metil) benżojku (CAS RN 120100-77-8)

1.1.-31.12.

300 tunnellata

0 %

09.2580

ex 2931 90 00

75

Eżadeċiltrimetossisilan (CAS RN 16415-12-6) b’purità ta’ 95 % jew aktar skont il-piż, għall-użu fil-manifattura tal-polietilen

 (2)

1.7.-31.12.

83 tunnellata

0 %

09.2842

2932 12 00

2-Furaldeide (furfuraldeide)

1.1.-31.12.

10 000 tunnellata

0 %

09.2955

ex 2932 19 00

60

Flurtamone (ISO) (CAS RN 96525-23-4)

1.1.-31.12.

300 tunnellata

0 %

09.2696

ex 2932 20 90

25

Dekan-5-olid (CAS RN 705-86-2)

1.1.-31.12.

6 000 kg

0 %

09.2697

ex 2932 20 90

30

Dodekan-5-olid (CAS RN 713-95-1)

1.1.-31.12.

6 000 kg

0 %

09.2812

ex 2932 20 90

77

Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3)

1.1.-31.12.

4 000 tunnellata

0 %

09.2858

2932 93 00

Piperonal (CAS RN 120-57-0)

1.1.-31.12.

220 tunnellata

0 %

09.2673

ex 2933 39 99

43

2,2,6,6-tetrametilpiperidin-4-ol (CAS RN 2403-88-5)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2674

ex 2933 39 99

44

Klorpirifos (ISO) (CAS RN 2921-88-2)

1.1.-31.12.

9 000 tunnellata

0 %

09.2880

ex 2933 59 95

39

Ibrutinib (INN) (CAS RN 936563-96-1)

1.1.-31.12.

5 tunnellata

0 %

09.2860

ex 2933 69 80

30

1,3,5-Tris[3-(dimethylamino)propyl]hexahydro-1,3,5-triazine (CAS RN 15875-13-5)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0 %

09.2595

ex 2933 99 80

49

1,4,7,10-Tetraażaċiklododekan (CAS RN 294-90-6)

1.1.-31.12.

40 tunnellata

0 %

09.2658

ex 2933 99 80

73

5-(Acetoacetylamino)benzimidazolone (CAS RN 26576-46-5)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0 %

09.2593

ex 2934 99 90

67

5-Klorotijofen-2-aċidu karbossiliku (CAS RN 24065-33-6)

1.1.-31.12.

45 000 kg

0 %

09.2675

ex 2935 90 90

79

4-[[(2-metossibenżojl)ammino]sulfonil]-klorurtal-benżojl (CAS RN 816431-72-8)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2710

ex 2935 90 90

91

2,4,4-trimetilpentan-2-amminju (3R,5S,6E)-7-{2-[(etilsulfonil)ammino]-4- (4-fluworofenil)-6-(propan-2-il)pirimidin-5-il}-3,5-diidrossiett-6-enoat (CAS RN 917805-85-7)(CAS RN 917805-85-7)

1.1.-31.12.

5 000 kg

0 %

09.2945

ex 2940 00 00

20

D-Xylose (CAS RN 58-86-6)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0 %

09.2686

ex 3204 11 00

75

Koloranti C.I. Disperse Yellow 54 (CAS RN 7576-65-0 ) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom ma’ kolorant C.I. Disperse Yellow 54 kontenut ta' 99 % jew iktar f'piż 

1.1.-31.12.

250 tunnellata

0 %

09.2676

ex 3204 17 00

14

Preparazzjonijiet ibbażati fuq Koloranti C.I. Pigment Red 48:2 (CAS RN 7023-61-2)  b’kontenut ta’ 60 % jew iżjed, iżda b’inqas minn 85 % bil-piż

1.1.-31.12.

50 tunnellata

0 %

09.2698

ex 3204 17 00

30

Kolorant C.I. Pigment Red 4 (CAS RN 2814-77-9) u preparazzjonijiet ibbażati fuqu b'kontenut ta' 60 % jew iżjed tal-Kolorant C.I. Pigment Red 4 skont il-piż

1.1.-31.12.

150 tunnellata

0 %

09.2659

ex 3802 90 00

19

Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda

1.1.-31.12.

35 000 tunnellata

0 %

09.2908

ex 3804 00 00

10

Linjosulfonat tas-sodju (CAS RN 8061-51-6)

1.1.-31.12.

40 000 tunnellata

0 %

09.2889

3805 10 90

Termentina tas-sulfat

1.1.-31.12.

25 000 tunnellata

0 %

09.2935

ex 3806 10 00

10

Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski

1.1.-31.12.

280 000 tunnellata

0 %

09.2832

ex 3808 92 90

40

Taħlita li jkollha 38 % jew aktar imma mhux aktar minn 50 % bil-piż taż-żingu piritijon (INN) (CAS RN 13463-41-7) f'dispersjoni milwiema

1.1.-31.12.

500 tunnellata

0 %

09.2876

ex 3811 29 00

55

Additivi li jikkonsistu fi prodotti tar-reazzjoni ta' difenilammina unoneni ramifikati bi:

skont il-piż aktar minn 28 % iżda mhux aktar minn 55 % 4-monononildifenilammina u

skont il-piż aktar minn 45 % iżda mhux aktar minn 65 % 4,4’-dinonildifenilammina,

skont il-piż persentaġġ totali ta' 2,4-dinonildifenilammina u 2,4’-dinonildifenilammina li ma jaqbiżx 5 %, 

użati għall-manifattura taż-żjut lubrifikanti

 (2)

1.1.-31.12.

900 tunnellata

0 %

09.2814

ex 3815 90 90

76

Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

1.1.-31.12.

3 000 tunnellata

0 %

09.2820

ex 3824 79 00

10

Taħlitiet li fihom f’piż:

60 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 90 % ta’ 2-kloropropen (CAS RN 557-98-2),

8 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 14 % ta’ (Z)-1-kloropropen (CAS RN 16136-84-8),

5 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 23 % ta’ 2-kloropropan (CAS RN 75-29-6),

mhux aktar minn 6 % ta’ 3-kloropropen (CAS RN 107-05-1), u

mhux aktar minn 1 % tal-piż ta' klorur tal-etil (CAS RN 75-00-3)

1.1.-31.12.

6 000 tunnellata

0 %

09.2644

ex 3824 99 92

77

Preparat li jkun fih:

55 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 78 % ta’ Glutarat Dimetiliku (CAS RN 1119-40-0)

10 % jew aktar iżda mhux aktar minn 30 % ta’ Adipat Dimetiliku u (CAS RN 627-93-0)

mhux aktar minn 35 % ta’ Suċċinat Dimetiliku (CAS RN 106-65-0)

1.1.-31.12.

10 000 tunnellata

0 %

09.2681

ex 3824 99 92

85

Taħlita ta' sulfuri ta' bis [3-(trietossisilil)propil] (CAS RN 211519-85-6)

1.1.-31.12.

9 000 tunnellata

0 %

09.2650

ex 3824 99 92

87

Aċetofenon (CAS RN 98-86-2), b'purità f'piż ta' 60 % jew aktar iżda mhux aktar minn 90 %

1.1.-31.12.

2 000 tunnellata

0 %

09.2888

ex 3824 99 92

89

Taħlita ta’ ammini terzjarji tal-alkildimetil li fiha, skont il-piż:

60 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 80 %, ta’ dodekildimetilammina (CAS RN 112-18-5), u

20 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 30 % ta’ dimetil(tetradeċil)ammina (CAS RN 112-75-4)

1.1.-31.12.

25 000 tunnellata

0 %

09.2829

ex 3824 99 93

43

Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

kontenut ta’ l-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30 % tal-piż,

numru ta’ l-aċidu li ma jaqbiżx il-110, u

punt tat-tidwib ta’ 100° C jew aktar

1.1.-31.12.

1 600 tunnellata

0 %

09.2907

ex 3824 99 93

67

Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:

75 % jew aktar ta steroli,

mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters

 (2)

1.1.-31.12.

2 500 tunnellata

0 %

09.2639

3905 30 00

Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed

1.1.-31.12.

15 000 tunnellata

0 %

09.2671

ex 3905 99 90

81

Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2):

li jkun fihbħala piż 17,5 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 20 % ta’ gruppi idrossiliu

li d-daqs medju ta’ kull partiċella tiegħu (D50) teċċedi 0,6mm

1.1.-31.12.

12 500 tunnellata

0 %

09.2846

ex 3907 40 00

25

Taħlita ta' polimeri ta' polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b'kontenut ta' polikarbonat ta' 98,5 % skont il-piż, f'forma ta' gerbub jew granuli, bi trażmittanza luminuża ta' mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta' kampjun għall-ittestjar ta' ħxuna ta' 4 mm b'tul tal-mewġa ta' λ = 400 nm (skont ISO 13468-2)

1.1.-31.12.

2 000 tunnellata

0 %

09.2723

ex 3911 90 19

10

Poly(oxy-1,4-phenylenesulfonyl-1,4-phenyleneoxy-4,4’-biphenylene)

1.1.-31.12.

5 000 tunnellata

0 %

09.2816

ex 3912 11 00

20

Frak ta’ l-aċetat taċ-ċellulożju

1.1.-31.12.

75 000 tunnellata

0 %

09.2864

ex 3913 10 00

10

Alġinat tas-sodju, estratt minnalgi kannella(CAS RN 9005-38-3)

1.1.-31.12.

10 000 tunnellata

0 %

09.2641

ex 3913 90 00

87

Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:

b’ piż medju tal-piż molekulari (Mw) li ma jaqbiżx 900 000,

b’livell ta’ endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta’ Endotossin (EU)/mg,

b’kontenut ta’ etanol li ma jaqbiżx 1 % bil-piż,

b’kontenut ta’ isopropanol li ma jaqbiżx 0,5 % tal-piż

1.1.-31.12.

200 kg

0 %

09.2661

ex 3920 51 00

50

Folji ta’ polimetilmetakrilat konformi mal-istandards:

EN 4364 (MIL-P-5425E) u DTD5592A, jew

EN 4365 (MIL-P-8184) u DTD5592A

1.1.-31.12.

100 tunnellata

0 %

09.2645

ex 3921 14 00

20

Blokka ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta' 100 cm (± 10 cm) x 100 cm (± 10 cm) x 40 cm (± 5 cm)

1.1.-31.12.

1 700 tunnellata

0 %

09.2848

ex 5505 10 10

10

Fdal ta’ fibri sintetiċi (li jinkludi fibri li jibqgħu fil-moxt, fdal tal-ħjut u materjal "garnetted") ta’ najlon jew ta’ poliammidi oħra (PA6 u PA66)

1.1.-31.12.

10 000 tunnellata

0 %

09.2721

ex 5906 99 90

20

Drapp tat-tessut bil-lastiku minsuġ u laminat bil-karatteristiċi li ġejjin:

bi tliet saffi,

saff wieħed ta’ barra magħmul minn drapp tal-akrilik,  

is-saff l-ieħor ta’ barra magħmul minn drapp tal-poliester,

is-saff tan-nofs huwa magħmul mil-lastiku tal-klorobutil,

is-saff tan-nofs għandu piż ta’ 452 g/m² jew aktar iżda mhux aktar minn 569 g/m²,

id-drapp tat-tessut għandu piż totali ta’ 952 g/m2 jew aktar iżda mhux aktar minn 1159 g/m2, u

id-drapp tat-tessut għandu ħxuna totali ta’ 0,8 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 4 mm,

użat għall-manifattura tas-saqaf li jitla’ u jinżel tal-vetturi bil-mutur

 (2)

1.1.-31.12.

375 000 m²

0 %

09.2594

ex 6909 19 00

55

Skrataċ tal-assorbiment biċ-ċeramika u l-karbonju bil-karatteristiċi li ġejjin:

struttura ċilindrika multiċellulari estruża mgħaqqda biċ-ċeramika moħmija

b’10 % jew aktar skont il-piż iżda mhux aktar minn 30 % skont il-piż ta’ karbonju attiv,

b’70 % jew aktar skont il-piż iżda mhux aktar minn 90 % skont il-piż ta’ legant taċ-ċeramika,

b’dijametru ta’ 29 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 41 mm,

b’tul ta’ mhux aktar minn 150 mm,

moħmija f’temperatura ta’ 800 °C jew aktar, u

għall-adsorbiment tal-fwar

ta’ tip użat għall-montatura fl-assorbituri tal-fwar tal-fjuwil fis-sistemi tal-fjuwil tal-vetturi bil-mutur

1.1.-31.12.

1 000 000 biċċa

0 %

09.2866

ex 7019 12 00

ex 7019 12 00

06

26

Stratifils (rovings/fibri) tal-ħġieġ-S:

magħmulin minn filamenti kontinwi tal-ħġieġ ta’ 9 μm (± 0,5 μm),

b’kejl ta’ 200 tex jew aktar iżda mhux aktar minn 680 tex,

li ma jkunx fihom xi ossidu tal-kalċju, u

b’reżistenza meta jinqasmu ta’ aktar minn 3 550 Mpa determinat minn ASTM D2343-09

għall-użu fil-manifattura tal-ajrunawtiċi

 (2)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2628

ex 7019 52 00

10

Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m²(± 10 g/m²), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

1.1.-31.12.

3 000 000 m²

0 %

09.2799

ex 7202 49 90

10

Ferro-kromju li fih 1.5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju

1.1.-31.12.

50 000 tunnellata

0 %

09.2652

ex 7409 11 00

ex 7410 11 00

30

40

Fojl u strixxi tar-ram raffinat, manifatturati permezz tal-elettroliżi, bi ħxuna ta’ 0,015-il mm jew aktar

1.1.-31.12.

1 020 tunnellata

0 %

09.2734

ex 7409 19 00

20

Pjanċi jew folji li jikkonsistu minn:

saff ta’ nitrur taċ-ċeramika tas-silikon bi ħxuna ta’ 0,32 mm (± 0,1 mm) jew aktar, iżda mhux aktar minn 1,0 mm (± 0,1 mm),

miksija fuq iż-żewġ naħat b’fojl ta’ ram irfinut bi ħxuna ta’ 0,8 mm (± 0,1 mm) u

fuq naħa waħda parzjalment mgħottijin b’kisja tal-fidda

1.1.-31.12.

7 000 000 biċċa

0 %

09.2662

ex 7410 21 00

55

Pjanċi:

magħmulin minn tal-anqas saff wieħed ta' tessut tal-fibra tal-ħġieġ mimli bir-reżina tal-epossidu,

miksija fuq naħa waħda jew iż-żewġ naħat bil-fojl tar-ram bi ħxuna ta' mhux aktar minn 0,15 mm,

b'kostant dielettriku (DK) ta' anqas minn 5,4  f'1 MHz, kif imkejjel skont IPC-TM-650 2.5.5.2,

b'tanġenti tat-telf ta' anqas minn 0,035 f'1 MHz, kif imkejjel skont IPC-TM-650 2.5.5.2,

b'indiċi komparattiv ta' trekkjar (CTI) ta' 600 jew aktar

1.1.-31.12.

80 000 m²

0 %

09.2834

ex 7604 29 10

20

Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litjuta' diametru ta' 200 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 300 mm

1.1.-31.12.

2 000 tunnellata

0 %

09.2835

ex 7604 29 10

30

Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litjuta' diametru ta' 300,1 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 533,4 mm

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2736

ex 7607 11 90

83

Strixxa jew fojl illigati tal-aluminju u tal-manjeżju:

ta’ liga li tikkonforma mal-istandards 5182-H19 jew 5052-H19,

f’rombli b’dijametru estern ta’ minimu ta' 1 250 mm iżda mhux aktar minn 1 350 mm, 

ta’ ħxuna (tolleranza - 0,006 mm) ta’ 0,15 mm, 0,16 mm, 0,18 mm jew 0,20 mm,

ta’ wisa’ (tolleranza ± 0,3 mm) ta’ 12,5 mm, 15,0 mm, 16,0 mm, 25,0 mm, 35,0 mm, 50,0 mm jew 356 mm,

b'tolleranza kamber ta’ mhux aktar minn 0,4 mm/750 mm,

ta' kejl tal-pjan: I-unità ±4,

b’reżistenza għat-tensjoni ta’ aktar minn (5182-H19) 365 MPa jew (5052-H19) 320 MPa, u

ta' elongazzjoni A50 ta’ aktar minn (5182-H19) 3 % jew (5052-H19) 2,5 %

għall-użu fil-manifattura tal-paletti għall-blinds

 (2)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0 %

09.2722

8104 11 00

Manjeżju mhux maħdum, li fih talanqas 99,8 % f'piż tal-manjeżju

1.1.-31.12.

120 000 tunnellata

0 %

09.2840

ex 8104 30 00

20

Trab tal-manjeżju:

ta' purità skont il-piż ta' 98 % jew iktar, iżda mhux iktar minn 99,5 %, u

b'daqs tal-partiċella ta' 0,2 mm jew iktar iżda mhux iktar minn 0,8 mm

1.1.-31.12.

2 000 tunnellata

0 %

09.2629

ex 8302 49 00

91

Manku teleskopiku ta’ l-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji

 (2)

1.1.-31.12.

1 500 000 biċċa

0 %

09.2720

ex 8413 91 00

50

Pump head għal pompa bi pressjoni għolja b'żewġ ċilindri magħmula mill-azzar maħdum b':

fittings bil-kamin imħaffer b'dijametru ta' 10 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 36,8 mm, u

kanali tal-fjuwil imtaqqbin b'dijametru ta' 3,5 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 10 mm

tat-tip użat fis-sistemi tal-injezzjoni tad-diżil

1.1.-31.12.

65 000 biċċa

0 %

09.2738

ex 8482 99 00

30

Gaġeġ tar-ram bil-karatteristiċi li ġejjin:

ikkastjati bis-sistema kontinwa jew b'mod ċentrifugu,

itturnjati,

li skont il-piż fihom 35 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 38 % ta' żingu,

li skont il-piż fihom 0,75 %, iżda mhux aktar minn 1,25 % ta' ċomb,

li fihom skont il-piż 1,0 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 1,4 % ta' aluminju, u

b'reżistenza għat-tensjoni ta' 415 Pa jew aktar,

tat-tip użat għall-manifattura tal-bolberings

1.1.-31.12.

50 000 biċċa

0 %

09.2763

ex 8501 40 20

ex 8501 40 80

40

30

Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ 250 W jew aktar, input enerġetiku ta’ 700 W jew aktar imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-arja, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners

 (2)

1.1.-31.12.

2 000 000 biċċa

0 %

09.2588

ex 8529 90 92

56

Display LCD b’:

pannell tattili,

mill-inqas bord ta’ ċirkwit stampat wieħed għall-indirizzar tal-pixels għall-apparat “simple slave” (funzjoni ta’ Kontrollur tal-Ħin) u kontroll tattili, bl-EEPROM (Electrically Erasable Programmable Read-Only Memory - Memorja tinqara biss, kanċellabbli u programmabbli bl-elettriku) għall-konfigurazzjonijiet tad-display,

kejl djagonali tal-iskrin ta’ 15-il cm jew aktar iżda mhux aktar minn 21 cm,

dawl minn wara,

LVDS (Low Voltage Differential Signalling - Sinjalar Differenzjali b’Vultaġġ Baxx) u konnettur għall-provvista tal-enerġija,

angolu ta’ viżwalizzazzjoni ta’ 70 grad jew aktar, u

luminanza ta’ 715-il cd/m2 jew aktar,

għall-użu fil-manifattura ta’ vetturi bil-mutur tal-Kapitolu 87

 (2)

1.7.-31.12.

450 000 biċċa

0 %

09.2672

ex 8529 90 92

ex 9405 40 39

75

70

Bord ta’ ċirkwit stampat b'diodes LED:

kemm jekk mgħammra b’priżmi/lenti kif ukoll jekk le, u

kemm jekk mgħammra b’konnettur(i) kif ukoll jekk le

għall-manifattura ta’ unitajiet tar-retroluminazjzoni għal oġġetti ta’ titlu 8528

 (2)

1.1.-31.12.

115 000 000 biċċa

0 %

09.2003

ex 8543 70 90

63

Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 mm x 30 mm

1.1.-31.12.

1 400 000 biċċa

0 %

09.2910

ex 8708 99 97

75

Brekit ta’ appoġġ tal-ħadid jew tal-azzar, b’toqob tal-immuntar, bi skorfini ta’ twaħħil jew mingħajrhom, maħsuba biex twaħħal il-gerboks mal-karozzerija għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-Kapitolu 87

 (2)

1.1.-31.12.

200 000 biċċa

0 %

09.2694

ex 8714 10 90

30

Klamps tal-fusijiet, ħawsings, fork bridges u aċċessorji għall-ikklampjar, magħmulin minn liga tal-aluminju tat-tip li jintuża fil-muturi

1.1.-31.12.

1 000 000 biċċa

0 %

09.2668

ex 8714 91 10

ex 8714 91 10

ex 8714 91 10

21

31

75

Qafas ta’ rota, mibni mill-fibri tal-karbonju u mir-reżina artifiċjali, għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi r-roti elettriċi)

 (2)

1.7.-31.12.

250 000 biċċa

0 %

09.2589

ex 8714 91 10

ex 8714 91 10

ex 8714 91 10

23

33

70

Frejm, maħdum mill-aluminju jew minn fibri tal-aluminju u tal-karbonju, għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi roti elettriċi)

 

 (2)

1.1.-31.12.

8 000 000 biċċa

0 %

09.2631

ex 9001 90 00

80

Lentijiet mhux iffrejmjati, prismi u elementi ssimentjati għall-użu fil-manifattura jew it-tiswija ta' oħħetti tal-kodiċijiet tan-NM 9002, 9005, 9013 10 u 9015

 (2)

1.1.-31.12.

5 000 000 biċċa

0 %

(1)

Madankollu, is-sospensjoni tat-tariffi doganali ma għandhiex tapplika meta l-ipproċessar isir minn impriżi tal-forniment tal-ikel jew li jbiegħu bl-imnut.

(2)

Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni  (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(3)

Id-dazju ad valorem biss huwa sospiż. Id-dazju speċifiku għandu jkompli japplika.”

ANNESS […]

Top