IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.1.2020
COM(2020) 29 final
2020/0015(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Il-“Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja” (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), ġie ffirmat fit-23 ta’ Novembru 2001 f’New Delhi u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 2002. L-Artikolu 11 (b) tal-Ftehim jipprevedi li “Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal perjodu ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet wara evalwazzjoni li ssir fl-aħħar sena tal-perjodu msemmi”. Sa issa, il-Ftehim iġġedded darbtejn; il-Kunsill approva t-tiġdid fl-2009 u fl-2015 kull darba għal perjodu ta’ ħames snin.
Il-Ftehim attwali se jiskadi fis-17 ta’ Mejju 2020.
L-evalwazzjoni li wettqet il-Kummissjoni turi biċ-ċar li l-Ftehim jipprovdi qafas importanti li jiffaċilita t-tmexxija tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Indja fl-oqsma komuni xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ prijorità li jwasslu għal benefiċċji reċiproċi. F’dawn l-aħħar snin, fil-qafas tal-Programm Orizzont 2020, wara li saret sejħa konġunta għal proġetti dwar l-ilma ntgħażlu seba’ proġetti mad-Dipartiment tax-Xjenza u t-Teknoloġija (DST) u mad-Dipartiment tal-Bijoteknoloġija (DBT) li flimkien ingħataw finanzjament totali ta’ EUR 30 miljun; wara sejħa konġunta għal proġetti dwar vaċċini tal-aħħar ġenerazzjoni mad-DBT intgħażlu tliet proġetti b’total ta’ EUR 30 miljun; tnedew żewġ inizjattivi ta’ innovazzjoni: netwerk ta’ inkubaturi u pjattaforma tal-innovazzjoni li minn fost il-parteċipanti tagħhom nibdu aktar minn 20 sħubija ta’ innovazzjoni. Barra minn hekk ġie ffirmat Arranġament ta’ Implimentazzjoni bejn il-Bord tar-Riċerka fix-Xjenza u fl-Inġinerija (SERB) u l-Kummissjoni Ewropea biex jiffaċilita l-mobbiltà tar-riċerkaturi Indjani lejn it-timijiet ta’ riċerkaturi li jirċievu għotjiet mingħand il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka. Fl-aħħar, id-DBT u l-Ministeru għax-Xjenza tad-Dinja (MoES) waqqfu żewġ mekkaniżmi kofinanzjaturi biex jiffinanzjaw il-parteċipanti Indjani li ntgħażlu wara aktar minn 50 sejħa għall-applikazzjonijiet fil-qafas tal-Orizzont 2020.
Huwa fl-interess tal-UE li ġġedded dan il-Ftehim biex tkompli tieħu sehem fil-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika u l-faċilitazzjoni tagħha f’oqsma ta’ interess reċiproku u li jwasslu għal progressi teknoloġiċi li jibbenefikaw lill-komunità xjentifika Ewropea u jżidu l-aċċess għas-suq mill-Indja permezz tal-kooperazzjoni konġunta.
Il-Ftehim huwa essenzjali biex nifhmu x-xenarju xjentifiku u tal-innovazzjoni ta’ xulxin u biex flimkien nistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità ta’ interess reċiproku għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni. Huwa joffri qafas legali u amministrattiv fejn jistgħu jiġu diskussi l-modalitajiet tal-kooperazzjoni filwaqt li jiżgura l-allokazzjoni tajba u ġusta tal-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni f’oqsma li jikkoinċidu mal-interessi u l-politiki tal-UE, u li jistgħu jiġu addattati u aġġustati għall-interessi u l-bżonnijiet tal-Indja.
Joffri wkoll forum utli biex tiġi vvalutata l-kooperazzjoni tal-imgħoddi u biex jiġu ddeterminati l-azzjonijiet futuri, fost l-oħrajn f’suġġetti li jagħmlu l-kooperazzjoni effettiva, bħalma huma l-prinċipji tal-aċċess miftuħ u tal-innovazzjoni miftuħa.
Fil-laqgħa tal-Kumitat konġunt tat-Tmexxija tal-Indja u tal-UE, li ġie stabbilit bil-Ftehim li sar f’New Delhi fl-1 ta’ Marzu tal-2019, iż-żewġ partijiet innutaw l-intenzjoni tagħhom li jġeddu l-Ftehim għal ħames snin oħra mingħajr emendi wara li saret evalwazzjoni skont l-Artikolu 11 tiegħu.
Is-sustanza tal-Ftehim imġedded se tkun identika għal dik tal-Ftehim attwali, kif diskuss u miftiehem mal-kontropartijiet Indjani. Mhux se joħloq drittijiet u obbligi ġodda għall-UE, iżda minflok se jestendi r-reġim ġuridiku diġà eżistenti bejn il-Partijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni tax-Xjenza u t-Teknoloġija.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Din l-inizjattiva tikkonforma kompletament mal-istrateġija ta’ kooperazzjoni internazzjonali tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni. L-istrateġija tal-UE ssemmi biċ-ċar li l-ftehimiet fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija huma strumenti importanti biex jiġu ddefiniti u implimentati pjanijiet direzzjonali pluriennali għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE. Il-Ftehim iservi wkoll ta’ mezz biex tiġi implimentata l-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, li titlob li r-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE jsiru iktar internazzjonali u jinfetħu iktar.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-Ftehim huwa strumentali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Indja biex flimkien jiġġieldu l-isfidi globali, biex isostni l-modernizzazzjoni sostenibbli tal-Indja, biex jinfetħu l-opportunitajiet għall-kummerċ u biex jiżdiedu l-eċċellenza u l-kompetittività xjentifika.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Is-setgħa tal-UE li taġixxi fil-livell internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku hija bbażata fuq l-Artikolu 186 tat-TFUE. Il-bażi ġuridika proċedurali ta’ din il-proposta hija l-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tat-TFUE.
•Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)
L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom kompetenzi paralleli fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku skont l-Artikolu 4(3) tat-TFUE. L-objettivi tal-kooperazzjoni internazzjonali xjentifika u teknoloġika jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE meta jitqiesu l-isfidi globali. Barra minn hekk, l-Unjoni hija fl-aħjar pożizzjoni biex tkun minn ta’ quddiem tippromwovi l-prinċipji komuni fit-twettiq tal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni internazzjonali biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi li bihom ir-riċerkaturi u l-innovaturi mid-dinja kollha jħossu li jistgħu jaħdmu ma’ xulxin. Għalhekk ikun aħjar jekk l-UE tieħu l-azzjoni fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku. Fl-istess ħin, l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali tal-UE u tal-Istati Membri jridu jkunu konsistenti u jikkompementaw lil xulxin.
F’dan il-kuntest, il-Ftehim jippermetti li jkun hemm qafas biex jiġu identifikati l-oqsma fejn jista’ jkun hemm kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni ta’ interess reċiproku u li jkunu skont l-aġenda u l-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni internazzjonali. Sa issa, il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Indja nstabet utli u neċessarja u għaldaqstant qegħdin infittxu li tkompli permezz tat-tiġdid tal-Ftehim.
3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Din l-inizjattiva ma tiffurmax parti mill-aġenda tar-REFIT.
4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT
Huma meħtieġa biss riżorsi umani u amministrattivi; dawn huma stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill:
- japprova, f’isem l-Unjoni u bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, it-tiġdid tal-“Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja” għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin (jiġifieri mis-17 ta’ Mejju 2020 sas-16 ta’ Mejju 2025)
- jawtorizza lill-President tal-Kunsill jaħtar il-persuna jew il-persuni li jingħataw is-setgħa li jinnotifikaw lill-Gvern tar-Repubblika tal-Indja li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni meħtieġa biex jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim imġedded
2020/0015 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1)Bid-Deċiżjoni 2002/648/KE, il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat f’New Delhi, fit-23 ta’ Novembru 2001 u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 2002.
(2)F’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 11 tal-Ftehim, il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet wara evalwazzjoni li ssir fl-aħħar sena tal-perjodu ta’ ħames snin.
(3)Permezz tad-Deċiżjonijiet 2009/501/KE, u 2015/1788/UE, il-Kunsill approva li l-Ftehim kull darba jiġġedded għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin. Il-Ftehim attwali se jiskadi fis-17 ta’ Mejju 2020.
(4)Il-valutazzjoni li wettqu s-servizzi tal-Kummissjoni turi li l-Ftehim jipprovdi qafas importanti biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Indja f’oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija ta’ prijorità komuni u li dan iwassal għal benefiċċji reċiproki. Għalhekk huwa fl-interess tal-Unjoni li l-Ftehim jiġġedded għal perjodu ieħor ta’ ħames snin.
(5) Iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw li biħsiebhom jġeddu l-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin mingħajr ma jagħmlulu l-ebda emenda.
(6)Jenħtieġ li t-tiġdid tal-Ftehim jiġi approvat f’isem l-Unjoni,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’dan huwa approvat f’isem l-Unjoni t-tiġdid tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li f’isem l-Unjoni jgħarrfu lill-Gvern tar-Repubblika tal-Indja li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa biex jiġġedded il-Ftehim f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 11 tal-Ftehim.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
1.4.Objettiv(i)
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Ir-regoli għall-monitoraġġ u r-rappurtar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) tan-nefqa affettwata(i) tal-baġit
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi
3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
L-istrateġija u l-koordinazzjoni tal-politika, b’mod partikolari tad-Direttorati Ġenerali RTD, AGRI, CLIMA, JRC, EAC, ENER, GROW, CNECT, MARE u MOVE.
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja
☑ Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta mal-estensjoni ta’ azzjoni attwali
◻Il-proposta/l-inizjattiva hi marbuta ma’ azzjoni ridiretta fuq azzjoni ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/l-inizjattiva
Din l-inizjattiva se tippermetti liż-żewġ Partijiet itejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ interess komuni f’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar l-Indja.
1.4.2.L-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/l-attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
Objettiv Speċifiku Nru 4.1
Tkun tippermetti aktar skambju ta’ għarfien speċifiku u t-trasferiment tal-kompetenzi għall-benefiċċju tal-komunitajiet xjentifiċi, tal-industrija u taċ-ċittadini. Tkompli toffri forum utli biex tiġi vvalutata l-kooperazzjoni tal-imgħoddi u biex jiġu ddeterminati l-azzjonijiet tal-futur, fost l-oħrajn f’suġġetti fejn il-kooperazzjoni tkun effettiva, bħalma huma l-prinċipji tal-aċċess miftuħ u tal-innovazzjoni miftuħa.
Attività/attivitajiet ABM/ABB kkonċernata/i
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji/fuq il-gruppi fil-mira.
Din id-deċiżjoni se tippermetti li l-UE u l-Indja jiksbu benefiċċju reċiproku mill-progress xjentifiku u teknoloġiku li jkun inkiseb permezz ta’ kooperazzjoni fir-riċerka fil-programmi speċifiċi ta’ riċerka rispettivi tagħhom u se tkompli tiffaċilita aktar kooperazzjoni. Se tippermetti li l-Unjoni u l-Indja flimkien jiġġieldu l-isfidi globali, u tippermetti li l-Unjoni tikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni sostenibbli tal-Indja.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/l-inizjattiva.
Il-Kummissjoni se tissorvelja l-azzjonijiet kollha li jitwettqu skont il-Ftehim b’mod regolari. Din is-sorveljanza tkun tinkludi evalwazzjoni mill-UE. Fost l-oħrajn, din l-evalwazzjoni se tkopri dawn li ġejjin:
(a) l-indikaturi tal-kooperazzjoni — analiżi tal-għadd u tat-tip ta’ parteċipazzjoni ta’ entitajiet Indjani fi programmi ffinanzjati mill-UE (eż. l-għadd ta’ proposti, l-għadd ta’ ftehimiet ta’ għotjiet iffirmati, ir-rabtiet ta’ kollaborazzjoni prinċipali, it-temi ewlenin; ir-riżultati ġġenerati) u viċiversa (meta tkun disponibbli d-data);
(b) l-indikaturi tal-prestazzjoni — ir-rata ta’ suċċess tal-entitajiet Indjani li jipparteċipaw fi programmi qafas tal-UE mqabbla ma’ dik ta’ entitajiet ta’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE u ma’ dik ta’ entitajiet ta’ Stati Membri jew ta’ pajjiżi assoċjati ma’ Programm Qafas tar-Riċerka; analiżi tal-kwalità tal-parteċipazzjoni (pereżempju l-għadd ta’ universitajiet ikklassifikati fl-aqwa postijiet li jkunu qed jieħdu sehem fil-programm u l-għadd ta’ privattivi u ta’ pubblikazzjonijiet li joħorġu mill-proġetti ta’ kollaborazzjoni);
(c) il-ġbir tad-data dwar l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni u r-rabtiet li jmorru lil hinn mill-programmi rispettivi ta’ finanzjament tar-riċerka, kif ukoll il-valutazzjoni tal-impatt ta’ dawk l-attivitajiet, bħall-parteċipazzjoni f’inizjattivi u fi gruppi ta’ ħidma multilaterali.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fi żmien qasir jew twil
Din id-Deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet ikomplu jtejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi għall-benefiċċju tat-tnejn.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
Il-Ftehim huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-benefiċċju reċiproku, l-aċċess reċiproku għall-programmi u l-attivitajiet tal-parti l-oħra, li jkunu rilevanti għall-fini tal-Ftehim, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, il-ħarsien effettiv tal-proprjetà intellettwali u l-kondiviżjoni ekwa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) u l-isfruttament effettiv tar-riżultati. It-tiġdid ta’ dan il-Ftehim se jippermetti għarfien xjentifiku akbar li jwassal għal opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq.
1.5.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat
Abbażi tal-esperjenza li kien hemm s’issa fil-qasam tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, huwa meqjus li jkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat li titkompla l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka mal-Indja billi l-Ftehim jiġġedded għal ħames snin oħra.
1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn
It-tiġdid tal-Ftehim mal-Indja huwa kompletament konsistenti mal-qafas ta’ politika ġenerali dwar il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni (COM(2012)497).
1.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju
☑ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva fis-seħħ mis-17 ta’ Mejju 2020 sas-16 ta’ Mejju 2025
–☑
Impatt finanzjarju mis-17/05/2020 sas-16/05/2025
◻ Proposta/inizjattiva mingħajr limitu ta’ żmien
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ prova minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn tħaddim sħiħ.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
☑ Ġestjoni diretta mid-dipartimenti
–◻ tal-Kummissjoni, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi li jkunu ħatru;
–◻ lil organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻lill-korpi rregolati bil-liġi pubblika;
–◻ lill-korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u li huma identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk tindika iżjed minn modalità ta’ ġestjoni waħda, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Ir-regoli għall-monitoraġġ u r-rappurtar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-parteċipazzjoni tal-entitajiet legali Indjani fil-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u f’attivitajiet ta’ kooperazzjoni oħrajn fil-kuntest tal-Ftehim se tiġi segwita b’mod regolari permezz tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 6(b) tal-Ftehim.
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
Isiru laqgħat u kuntatti bilaterali b’mod regolari, u dan jippermetti li jkun hemm kondiviżjoni sistematika tal-informazzjoni u tal-kontroll. Ma ġie identifikat l-ebda riskju fis-sistema tal-kontroll.
2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita
2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju li jsiru l-iżbalji
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.
Meta jkun hemm bżonn jintużaw kuntratturi esterni jew jingħata kontribut finanzjarju lil partijiet terzi biex jiġi implimentat il-programm qafas, fjen ikun xieraq, il-Kummissjoni twettaq l-awditi finanzjarji, speċjalment jekk ikollha għalfejn tiddubita kemm ikun realistiku x-xogħol li jkun twettaq jew ġie deskritt fir-rapporti tal-attivitajiet.
L-awditi finanzjarji tal-Unjoni se jsiru jew mill-persunal tagħha jew minn esperti tal-kontabbiltà li jkunu ġew approvati skont il-liġi tal-parti li fuqha jkun qed isir l-awditu. L-Unjoni għandha l-libertà li tagħżel lil dawn l-esperti, filwaqt li tevita kull riskju ta’ kunflitt ta’ interess li tista’ tkun indikatilha l-parti li jkun qed isirilha l-awditu. Barra minn hekk, hija u twettaq l-attivitajiet tar-riċerka, il-Kummissjoni se tiżgura li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi jitwettqu verifiki effettivi u billi jkun hemm miżuri u penali proporzjonati li jservu ta’ deterrent meta jiġu nnotati l-irregolaritajiet.
Sabiex jintlaħaq dan l-għan, ir-regoli dwar il-kontrolli, il-miżuri u l-penali, b’referenza għar-Regolamenti Nru 2988/95, Nru 2185/96 u Nru 883/2013, se jkunu inkorporati fil-kuntratti kollha li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-Programm Qafas.
B’mod partikolari, il-kuntratti jridu jipprevedu l-punti li ġejjin:
- iż-żieda ta’ klawsoli speċifiċi fihom sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE huma u jitwettqu l-verifiki u l-kontrolli b’rabta max-xogħol imwettaq;
- it-twettiq ta’ verifiki amministrattivi bħala parti minn miżuri kontra l-frodi, skont ir-Regolamenti Nru 2185/96 u Nru 883/2013;
- l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi għal kull irregolarità sew intenzjonata kif ukoll ta’ negliġenza fl-implimentazzjoni tal-kuntratti, skont ir-Regolament Qafas Nru 2988/95, inkluż mekkaniżmu għar-reġistrazzjoni f’listi suwed;
- il-fatt li l-ordnijiet ta’ rkupru li jista’ jkun hemm f’każ ta’ irregolarità jew ta’ frodi jridu jkunu jistgħu jiġu infurzati skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk, il-persunal tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni) responsabbli għal dan se jwettaq, bħala miżura ta’ rutina, programm ta’ verifiki b’rabta mal-aspetti xjentifiċi u baġitarji tal-kooperazzjoni. L-Unità tal-Verifika Interna tad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni se twettaq awditu intern u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri se twettaq spezzjonijiet fuq il-post.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) tan-nefqa affettwata(i) tal-baġit
·Linji baġitarji eżistenti
Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.
|
L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Type of
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Intestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi
|
Diff/Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
1a
|
08.01.05.01
|
Mhux diff.
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
LE
|
|
1a
|
08.01.05.03
|
Mhux diff.
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.
|
L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Type of
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Number
[L-Intestatura….....................................................]
|
Diff./mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
|
[XX.SS.SS.SS]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)
|
L-intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
1a
|
“Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi”
|
|
DĠ: RTD
|
|
|
Year
2020
|
Year
2021
|
Year
2022
|
Year
2023
|
Year
2024
|
Year
2025
|
TOTAL
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja: 08.01.05.01
|
Impenji
|
(1)
|
0,040
|
0,060
|
0,060
|
0,060
|
0,060
|
0,020
|
0,300
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
0,040
|
0,060
|
0,060
|
0,060
|
0,060
|
0,020
|
0,300
|
|
Numru tal-linja baġitarja: 08.01.05.03
|
|
(3)
|
0,008
|
0,012
|
0,012
|
0,012
|
0,012
|
0,004
|
0,060
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ RTD
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
0,048
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,024
|
0,360
|
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3
|
0,048
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,024
|
0,360
|
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
(6)
|
0,048
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,024
|
0,360
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA <1a>
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
0,048
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,024
|
0,360
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
0,048
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,024
|
0,360
|
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)
|
|
|
|
Year
2020
|
Year
2021
|
Year
2022
|
Year
2023
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
TOTAL
|
|
DĠ: RTD
|
|
|
•Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
•Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL TAD-DĠ RTD
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
|
|
|
|
|
|
|
Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)
|
|
|
|
Year
2020
|
Year
2021
|
Year
2022
|
Year
2023
|
Year
2024
|
Year
2025
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
0,048
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,024
|
0,360
|
|
|
Pagamenti
|
0,048
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,024
|
0,360
|
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)
|
Indika l-objettivi u r-riżultati
⇩
|
|
|
Year
N
|
Year
N+1
|
Year
N+2
|
Year
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Għadd
|
Kost
|
Għadd
|
Kost
|
Għadd
|
Kost
|
Għadd
|
Kost
|
Għadd
|
Kost
|
Għadd
|
Kost
|
Għadd
|
Kost
|
Għadd Totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 …
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KOST TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)
|
|
Year
2020
|
Year
2021
|
Year
2022
|
Year
2023
|
Year
2024
|
Year
2025
|
TOTAL
|
|
HEADING 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal HEADING 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Outside HEADING 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
0,040
|
0,060
|
0,060
|
0,060
|
0,060
|
0,020
|
0,300
|
|
Other expenditure
ta’ natura amministrattiva
|
0,008
|
0,012
|
0,012
|
0,012
|
0,012
|
0,004
|
0,060
|
|
Subtotal
Barra mill-INTESTATURA 5
of the multiannual financial framework
|
0,048
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,024
|
0,360
|
|
TOTAL
|
0,048
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,072
|
0,024
|
0,360
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew intużaw mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.2.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
|
Year
2020
|
Year
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
|
•Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
|
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
08 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
0,3
|
0,5
|
0,5
|
0,5
|
0,5
|
0,2
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
•Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE)
|
|
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 ss
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
0,3
|
0,5
|
0,5
|
0,5
|
0,5
|
0,2
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fid-DĠ, jekk ikun meħtieġ, flimkien ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u aġenti temporanji
|
Tħejjija u ġestjoni tal-laqgħat tal-Grupp Konġunt Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 6(b) tal-Ftehim, kif ukoll segwitu tal-funzjonament u tal-implimentazzjoni tal-Ftehim.
Il-kalkoli jsiru b’mod proporzjonat skont kemm ikollu tul il-Ftehim.
|
|
Il-persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 għadu jrid jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi
–☑ Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)
|
|
Year
N
|
Year
N+1
|
Year
N+2
|
Year
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva ma tħalli l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/l-inizjattiva
|
|
|
|
Year
N
|
Year
N+1
|
Year
N+2
|
Year
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Artikolu ….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja jew il-linji tan-nefqa tal-baġit li huma affettwati.
Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkulat l-impatt fuq id-dħul.