Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9783

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9783 — EQT/OMERS/DGF/inexio) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 116/10

PUB/2020/276

ĠU C 116, 8.4.2020, pp. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/20


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9783 — EQT/OMERS/DGF/inexio)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 116/10)

1.   

Fit-2 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EQT Infrastructure IV (il-Lussemburgu), ikkontrollata minn EQT Fund Management S.à.r.l (il-Lussemburgu, “EFMS”),

OMERS Infrastructure European Holdings 2 B.V. (in-Netherlands, “OMERS Infrastructure”), ikkontrollata minn OMERS Administration Corporation (il-Kanada, “OMERS”),

L-entitajiet li jappartjenu għall-grupp Deutsche Glasfaser Group (il-Ġermanja, “DGF”), ikkontrollati minn Goethe Acquisition GmbH (il-Ġermanja),

inexio Beteiligungs GmbH & Co. KGaA u inexio Beteiligungs Geschaftsfuhrungs GmbH u s-sussidjarji tagħha (il-Ġermanja, “inexio”), it-tnejn ikkontrollati esklużivament minn EQT Infrastructure IV.

EFMS u OMERS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ DGF u Inexio kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EQT Infrastructure IV: fond tal-investiment li huwa parti mill-grupp EQT ta’ fondi ta’ ekwità privata li gġandu attivitajiet ta’ investiment fl-infrastruttura u f’assi u negozji marbuta mal-infrastruttura primarjament fl-Ewropa u l-Amerka ta’ Fuq.

OMERS Infrastructure: il-pjattaforma Ewropea tal-investiment għal investimenti fl-infrastruttura għal OMERS, li hija responsabbli għall-investiment u l-amministrazzjoni ta’ pensjonijiet għal impjegati attivi, differiti u ritrati ta’ muniċipalitajiet, bordijiet tal-iskejjel, libreriji, dipartimenti tal-pulizija u aġenziji oħra lokali f’Ontario.

DGF: il-provvista ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet fiss B2C u B2B predominentement għal konsumaturi u n-negozji fil-Ġermanja, predominentement fiż-żoni ta’ Rhine-Westphalia ta’ Fuq u Sassonja t’Isfel, kif ukoll il-provvista ta’ servizzi tal-IPTV.

inexio: il-provvista ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet fiss fil-Ġermanja, servizzi tan-network -fibre optic, teknoloġija tal-cloud u soluzzjonijiet ta’ hosting għal klijenti B2B u B2C bil-maġġoranza tal-klijenti fiż-żoni ta’ Rhineland Palatinate u Saarland.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9783 – EQT/OMERS/DGF/inexio

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top