This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020M9739
Prior notification of a concentration (Case M.9739 — AXA/Groupe Crédit Agricole/ELL Luxembourg 2) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2020/C 56/12
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9739 — AXA/Groupe Crédit Agricole/ELL Luxembourg 2) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 56/12
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9739 — AXA/Groupe Crédit Agricole/ELL Luxembourg 2) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 56/12
PUB/2020/135
ĠU C 56, 19.2.2020, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
19.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 56/13 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9739 — AXA/Groupe Crédit Agricole/ELL Luxembourg 2)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 56/12)
1.
Fil-11 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AXA Real Estate Investment Managers France (“AXA REIM France”, Franza), li finalment hija kkontrollata minn AXA S.A. (“AXA” Franza), |
|
— |
Predica Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole S.A (“Predica”, Franza), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Crédit Agricole Assurances (“CAA”, Franza), li min-naħa tagħha hija sussidjarja u proprjetà kollha kemm hi tal-Groupe Crédit Agricole (“GCA”, Franza). |
AXA REIM France u Predica jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ELL Luxembourg 2 S.à r.l. (“ELL”, il-Lussemburgu).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AXA REIM France: ġestjoni ta’ assi u ta’ fondi u hija predominantement attiva fl-Ewropa u hija finalment ikkontrollata minn AXA, grupp dinji tal-assikurazzjoni, attiv fl-assikurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u forom oħra tal-assikurazzjoni, kif ukoll fil-ġestjoni tal-investimenti, |
|
— |
Predica: attiva fis-settur tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja u s-saħħa, fi Franza. Predica tappartjeni għal GCA, grupp dinji li joffri firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji u servizzi marbuta mal-assikurazzjoni, |
|
— |
ELL: il-kiri ta’ lokomotivi elettriċi; il-lokomotivi tagħha huma ddisinjati għal traffiku internazzjonali u li jaqsam il-fruntieri u mħaddma mal-Ewropa kollha kontinentali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9739 — AXA/Groupe Crédit Agricole/ELL Luxembourg 2
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).