EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020JC0008

KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI Nindirizzaw id-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 - X’inhuma l-fatti

JOIN/2020/8 final

Brussell, 10.6.2020

JOIN(2020) 8 final

KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Nindirizzaw id-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 - X’inhuma l-fatti


INTRODUZZJONI

Il-pandemija tal-COVID-19 (il-“Coronavirus”) xterdet flimkien ma’ “infodemija” mingħajr preċedent 1 . Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (id-WHO), id-dulluvju ta’ informazzjoni dwar il-virus 2 , li bosta drabi kien jinkludi informazzjoni falza jew impreċiża u li ma damitx ma nfirxet mal-erbat irjieħ tal-midja soċjali, jista’ joħloq konfużjoni u nuqqas ta’ fiduċja filwaqt li jfixkel ir-rispons effettiv tas-saħħa pubblika.

L-“infodemija” tixxeblek mal-aktar ansjetajiet bażiċi tan-nies. Il-konfinament soċjali ġiegħel lil miljuni ta’ persuni jibqgħu fi djarhom, żied l-użu tal-midja soċjali fosthom bħala l-aċċess ewlieni għall-informazzjoni, filwaqt li l-pjattaformi online, il-verifikaturi tal-fatti u l-utenti tal-midja soċjali qed jirrappurtaw miljuni ta’ kontribuzzjonijiet (posts) foloz jew qarrieqa 3 . Meta jitqies li l-virus huwa ġdid, il-lakuni fl-għarfien kienu art għammiela għal narrattivi foloz u qarrieqa biex jinfirxu.

Huwa u jibni fuq il-Pjan ta’ Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni 4 , dan isejjaħ għal azzjoni aktar koordinata u konformi mal-valuri demokratiċi tagħna, biex jiġu indirizzat ir-riskji għas-soċjetajiet miftuħa. Il-valuri komuni u l-istituzzjonijiet demokratiċi tagħna, fosthom l-espressjoni ħielsa u l-midja libera u pluralista, huma l-ġebel tax-xewka tar-reżiljenza tas-soċjetajiet tagħna għall-isfidi tal-pandemija tal-COVID-19.

Din il-Komunikazzjoni Konġunta twieġeb għas-sejħa tal-membri tal-Kunsill Ewropew 5 u tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE 6 , kif ukoll għat-tħassib tal-Parlament Ewropew u tiffoka fuq it-tweġiba immedjata għad-diżinformazzjoni dwar il-pandemija tal-coronavirus, b’ħarsa lejn il-passi li diġà ttieħdu u lejn l-azzjonijiet konkreti li se jsegwu, li jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ abbażi tar-riżorsi eżistenti.

Tefgħu ukoll dawl fuq dawk l-oqsma fejn il-kriżi ħarġet fid-dieher sfidi fundamentali, li għandhom jiġu vvalutati aktar hekk kif il-kriżi tevolvi u li huma parti mill-approċċ aktar ġenerali għat-tisħiħ tad-demokrazija, li se jiġi stabbilit fil-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Demokrazija, kif tħabbar fil-Linji Gwida Politiċi tal-President von der Leyen. 7 . L-għan aħħari tiegħu se jkun it-tisħiħ ulterjuri tal-ħidma tal-UE fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u biex jadatta għat-theddid u l-manipulazzjonijiet li qegħdin jevolvu, kif ukoll bħala appoġġ għal midja ħielsa u indipendenti. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali 8 li dalwaqt jiddaħħal fis-seħħ, u li jirregola s-servizzi diġitali, huwa parti minn dan l-approċċ komprensiv.

L-azzjonijiet tal-UE kontra d-diskriminazzjoni sal-lum

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli stabbilew l-approċċ tagħhom kontra d-diżinformazzjoni fl-2018 9 . Il-Pjan ta’ Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni kien imsejjes fuq il-valuri u d-drittijiet fundamentali Ewropej, partikolarment il-libertà tal-espressjoni. Dan stabbilixxa “approċċ soċjetali olistiku” li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-atturi ewlenin bħall-awtoritajiet pubbliċi, il-ġurnalisti, ir-riċerkaturi, il-verifikaturi tal-fatti, il-pjattaformi online, u s-soċjetà ċivili. Jibni fuq l-esperjenza tat-Task Force East StratCom mill-2015, li nħolqot fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex tindirizza l-kampanji ta’ diżinformazzjoni li joriġinaw mir-Russja. 10  Parti importanti tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2018 kienet li l-pjattaformi jitħeġġu jimplimentaw il-Kodiċi ta’ Prattika awtoregolatorju dwar id-Diżinformazzjoni  li ftiehmu dwaru fis-segwitu tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ April 2018. 11 . F’Marzu 2019 nħolqot Sistema ta’ Twissija Bikrija biex isservi ta' kuntatt bejn l-esperti dwar id-diżinformazzjoni mill-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE u biex tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-analiżi u tal-aħjar prattika, bħall-komunikazzjoni proattiva u r-reazzjoni effettiva bejn il-gvernijiet. Element ewlieni ieħor tal-Pjan ta’ Azzjoni kien it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali, bħal fil-qafas tal-G7 u tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO). Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew żviluppaw politika ta’ komunikazzjoni attiva u li tikxef il-gideb”, fosthom b'attivitajiet fil-livelli reġjonali u lokali.

1.L-isfidi ewlenin tal-infodemija tal-COVID-19 u l-passi li jmiss biex jiġu indirizzati

L-infodemija tal-COVID-19 talbet reazzjoni rapida mill-UE u l-Istati Membri tagħha. Id-diżinformazzjoni jista’ jkollha konsegwenzi gravi: tista’ twassal biex in-nies jibdew jinjoraw il-pariri dwar is-saħħa u jinvolvu ruħhom f’imġiba riskjuża, jew tħalli impatt negattiv fuq l-istituzzjonijiet demokratiċi, kif ukoll fuq is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tagħna. Il-kriżi fetħet il-bieb għal riskji ġodda ta’ sfruttar taċ-ċittadini jew li jisfaw vittmi ta’ prattiki kriminali kif ukoll għal kampanji ta’ diżinformazzjoni minn atturi barranin u domestiċi li jippruvaw ifixklu d-demokraziji tagħna u l-kredibilità tal-UE u tal-awtoritajiet u tal-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali tagħna. Il-ġlieda kontra l-fluss tad-diżinformazzjoni, il-miżinformazzjoni u l-operazzjonijiet ta’ influwenza barranija, fosthom permezz ta’ komunikazzjoni proattiva u pożittiva, isejħu għal azzjoni permezz tal-għodod eżistenti tal-UE, kif ukoll mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, mas-soċjetà ċivili, mal-pjattaformi tal-midja soċjali u l-kooperazzjoni internazzjonali, għat-tisħiħ tar-reżiljenza taċ-ċittadini 12 . Din il-ħidma trid issir fir-rispett sħiħ tal-libertà tal-espressjoni u ta’ drittijiet fundamentali u valuri demokratiċi oħra.

Il-lista mhux eżawrjenti ta’eżempji tixhed il-kumplessità tas-sitwazzjoni li għaddejjin minnha matul il-kriżi tal-COVID-19:

·L-informazzjoni li qiegħda tiċċirkola tinkludi inganni perikolużi u informazzjoni qarrieqa dwar il-kura tas-saħħa, b’affermazzjonijiet foloz (bħal “għalxejn taħsel idejk” jew “il-Coronavirus hija perikoluża biss għall-anzjani”). Dan il-kontenut mhuwiex neċessarjament illegali iżda jista’ jipperikola direttament il-ħajjiet tan-nies u jfixkel serjament l-isforzi biex titrażżan il-pandemija. It-tweġiba tagħna hija li l-atturi ewlenin bħall-awtoritajiet pubbliċi, il-midja, il-ġurnalisti, il-pjattaformi online, il-verifikaturi tal-fatti u s-soċjetà ċivili joffru kontenut relatat mas-saħħa li jkun viżibbli faċilment kif ukoll awtorevoli. Tweġiba oħra hija li ċ-ċittadini jsiru aktar kapaċi jirrikonoxxu u jirreaġixxu għal diżinformazzjoni bħal din. Meta mġiba bħal din tkun illegali, jenħtieġ li tiġi indirizzata mill-awtoritajiet kompetenti b’konformità man-normi legali li huma applikabbli.

·It-teoriji ta’ komplott li jistgħu jipperikolaw is-saħħa tan-nies, jikkawżaw ħsara lill-koeżjoni tas-soċjetajiet tagħna u jistgħu jwasslu għal vjolenza pubblika u joħolqu nkwiet soċjali (pereżempju l-konfoffi u l-leġġendi li l-istallazzjonijiet 5G ixerrdu l-COVID-19 u li jwasslu biex isir vandaliżmu fuq arbli, jew li grupp etniku jew reliġjuż partikolari kkawżaw t-tixrid tal-COVID-19, bħaż-żieda inkwetanti f’kontenut anti semitiku relatat mal-COVID-19) jirrikjedu t-tisħiħ tal-impenn tas-soċjetà kollha, fosthom tal-awtoritajiet kompetenti, tal-midja, tal-ġurnalisti, tal-verifikaturi tal-fatti, tas-soċjetà ċivili u tal-pjattaformi online, u pereżempju jinkludu d-dimozzjoni, it-tneħħija jew azzjoni kontra kontijiet.

·Id-diskors ta’ mibegħda illegali (pereżempju dak li jirriżulta minn diżinformazzjoni li grupp etniku jew reliġjuż partikolari għandu t-tort għat-tixrid tal-COVID-19, bħaż-żieda inkwetanti f’kontenut razzist u ksenofobu) huwa rregolat mir-regoli dwar it-tneħħija ta’ kontenut illegali mill-pjattaformi u mill-awtoritajiet u jirrekjedi azzjoni min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti skont il-liġijiet kriminali tal-Istati Membri, b’konformità mar-Rakkomandazzjoni dwar il-miżuri għall-indirizzar effettiv tal-kontenut illegali online 13 .

·Il-frodi tal-konsumaturi (pereżempju l-bejgħ ta’ “prodotti mirakolużi” b’affermazzjonijiet mingħajr provi tal-effett tagħhom fuq is-saħħa) huwa illegali u jitlob azzjoni min-naħa tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur u mill-pjattaformi online.

·Iċ-ċiberkriminalità (bħall-hacking/phishing bl-użu ta’ links relatati mal-COVID-19 għat-tixrid ta’ malware) tirrekjedi azzjoni diretta min-naħa tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kif ukoll minn kampanji ta’ sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini 14 .

·Atturi barranin u ċerti pajjiżi terzi, partikolarment ir-Russja 15 u ċ-Ċina 16 , involvew ruħhom f’operazzjonijiet immirati biex jinfluwenzaw kif ukoll f’kampanji ta’ diżinformazzjoni fir-rigward tal-COVID-19 fl-UE, fil-viċinat tagħha u madwar id-dinja, biex jippruvaw ifixklu d-dibattitu demokratiku u jaggravaw il-polarizzazzjoni soċjali, u jagħtu stampa aħjar tagħhom infushom fil-kuntest tal-COVID-19.

F’dan l-isfond, waħda mit-tagħlimiet li ttieħdu minn din il-kriżi hija l-ħtieġa li ssir distinzjoni ċara bejn id-diversi suriet ta’ kontenutfalz jew qarrieqi li ġie żvelat mill-“infodemija” u l-kalibrazzjoni ta’ reazzjonijiet xierqa. Għal dan il-għan, huwa importanti li ssir distinzjoni bejn kontenut illegali, kif definit fil-liġi, u kontenut li huwa dannuż għalkemm mhux illegali. It-tieni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk ikunx hemm l-intenzjoni ta’ qerq jew li jiġi kkaġunat dannu pubbliku, jew li jsir gwadann ekonomiku. Fejn ma jkun hemm ebda intenzjoni bħal din, pereżempju meta ċittadini jikkondividu informazzjoni li ma jkunux jafu li tkun qarrieqa mal-ħbieb u l-familja b’intenzjoni tajba, il-kontenut ikkonċernat ikun jista’ jitqies bħala miżinformazzjoni; Bil-kontra, u kif inhu definit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ April 2018 17 , il-preżenza ta’ tali intenzjoni tikkwalifika l-kontenut bħala diżinformazzjoni.

L-operazzjonijiet ta’ atturi minn pajjiżi terzi biex jinfluwenzaw in-nies jistgħu jużaw firxa ta’ azzjonijiet, fosthom it-tekniki msemmija hawn fuq, f’kombinazzjonijiet differenti. F’dak is-sens, id-diżinformazzjoni tista’ tkun parti minn operazzjoni ta’ influwenza; ta’ sikwit jintużaw azzjonijiet jew tattiki ta’ interferenza manipulattiva 18 , bħall-amplifikazzjoni permezz ta’ mġiba manipulattiva, l-użu koordinat ta’ kontijiet foloz jew mhux awtentiċi, bots awtomatizzati u modi oħrajn li jżidu l-popolarità tal-kontenut b’mod artifiċjali. Tali koordinazzjoni tiżvela l-intenzjoni li tintuża informazzjoni falza jew qarrieqa li tikkawża ħsara.

Hemm bżonn reazzjoni kalibrata mill-partijiet kollha tas-soċjetà, skont il-livell tal-ħsara, l-intenzjoni, is-sura tad-disseminazzjoni, l-atturi involuti u l-oriġini tagħhom. Għaldaqstant, il-miżinformazzjoni tista’ tiġi indirizzata permezz ta’ tweġibiet immirati sew u inizjattivi li jikxfu l-gideb u ta’ litteriżmu medjatiku; minn naħa l-oħra, id-diżinformazzjoni trid tiġi indirizzata b’mezzi oħra, fosthom azzjonijiet tal-gvernijiet, kif ġie spjegat fost l-oħrajn fil-Pjan ta’ Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni. Il-pjattaformi jeħtieġ li jrażżnu l-imġiba manipulattiva u jsaħħu t-trasparenza fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ influwenza negattivi.

Dawn ir-rimedji kollha li qegħdin jissemmew jenħtieġ li jiġu implimentati fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari tal-libertà tal-espressjoni.

L-esperjenza bil-kriżi tal-COVID-19 uriet li l-politika pubblika tal-UE tista’ tibbenefika minn reazzjoni aktar koordinata u mgħaġġla. Approċċ sod u effettiv biex jintlaqgħu dawn l-isfidi jirrekjedi fehim profond tal-problema u evidenza tal-impatt tagħha. Hekk kif il-kriżi tal-COVID-19 tkompli tevolvi, l-UE hija meħtieġa tiżviluppa aktar l-azzjonijiet tagħha biex tindirizza n-nuqqasijiet li ħarġu fid-dieher u biex tifhem aħjar u tantiċipa l-isfidi tal-futur. Pereżempju, id-diżinformazzjoni u l-miżinformazzjoni dwar it-tilqima possibbli għall-COVID-19 għadhom qed joktru u x’aktarx se jikkaġunaw diffikultajiet ladarba t-tilqima titlesta u tibda tintuża. Il-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni ma’ atturi fil-livell tal-UE u f’dak dinji, flimkien mad-WHO u pjattaformi online, se jkunu essenzjali għall-monitoraġġ u għar-reazzjoni effettiva għal dawn l-isfidi.

L-UE trid tkompli tibni fuq l-esperjenza li kisbet sal-lum fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni relatata mal-COVID-19 u tista’ tieħu aktar azzjonijiet konkreti u fuq żmien qasir biex tgħin biex tagħti s-setgħa liċ-ċittadini, tiżviluppa kooperazzjoni aħjar fl-UE u ma’ sħab madwar id-dinja. L-istituzzjonijiet kollha tal-UE jeħtieġ li jkunu involuti fi sforz komuni u li jikkumplimenta dak tal-Istati Membri, u joffru valur miżjud, bħall-kapaċità analitika tagħhom u l-aċċess għall-pjattaformi.

Dawn l-azzjonijiet jenħtieġ li jikkontribwixxu fil-ħidma ġejjiena tal-UE dwar id-diżinformazzjoni, prinċipalment l-evalwazzjoni li dalwaqt issir tal-Kodiċi ta’ Prattika u tal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Demokrazija. Id-dimensjoni tas-sigurtà tal-problema jenħtieġ li tiġi riflessa wkoll fl-Istrateġija l-ġdida dwar is-Sigurtà tal-Unjoni.

2.It-tisħiħ tal-komunikazzjoni strateġika fl-UE u lil hinn minnha

Minn meta faqqgħet il-kriżi tal-COVID-19, karatteristika ċentrali għall-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini kienet komunikazzjoni ċara u aċċessibbli. Minbarra l-mezzi ta’ informazzjoni nazzjonali, l-UE kellha rwol f’dan bis-saħħa tal-istituzzjonijiet, il-multiplikaturi u n-netwerks tagħha fl-Istati Membri, fil-viċinat u lil hinn. Il-ħidma inkludiet sforzi ta’ komunikazzjoni effettivi u proattivi favur il-promozzjoni ta’ informazzjoni dwar is-saħħa li tkun affidabbli bil-provi 19 , l-għoti ta’ informazzjoni liċ-ċittadini u lill-pajjiżi terzi sħab dwar l-attivitajiet tal-UE biex tindirizza l-kriżi 20 , kif ukoll għas-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji tad-diżinformazzjoni. F’Marzu 2020, il-Kummissjoni nediet paġna web speċifika biex tindirizza l-affermazzjonijiet foloz relatati mal-COVID-19, li tippromwovi kontenut awtorevoli u biex issir distinzjoni bejn il-fatti u l-gideb, pereżempju kontronarrattivi dwar in-nuqqas ta’ solidarjetà fl-UE 21 .

Bħal fil-każ tal-pandemija nnifisha, l-“l-infodemija” dwar il-COVID-19 hija sfida globali. Sa mill-bidu tal-kriżi, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli kif ukoll l-Istati Membri ħadmu id f’id f’fora internazzjonali, bħall-G7 (u b’mod partikolari fil-Mekkaniżmu ta’ Rispons Rapidu tiegħu ) u fin-NATO. Is-SEAE żidiet ukoll l-isforzi tagħha biex tindirizza l-operazzjonijiet ta’ influwenza barranija, billi ppubblikat rapporti ta’ analiżi tal-ambjent tal-informazzjoni f’dan ir-rigward u kkondividiet is-sejbiet tagħhom mas-soċjetà ċivili, mal-midja u ma’ komunitajiet ta’ esperti 22 . Is-Sistema ta’ Twissija Rapida tal-UE ntużat għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u analiżi biex tinħoloq stampa komprensiva tal-ambjent tal-informazzjoni madwar il-kwistjoni tal-COVID-19. Il-Europol ħareġ rapport apposta 23 u qed jimmonitorja b’mod sistematiku l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq ix-xenarju taċ-ċiberkriminalità, filwaqt li qed jipprovdi stampi tat-theddid u valutazzjoni ta’ żviluppi potenzjali ulterjuri f’dan il-qasam tal-kriminalità. B’mod aktar ġenerali, l-UE wettqet ħidma biex tiġġieled dawk in-narrattivi qarrieqa, bħall-allegazzjoni li l-UE ma għenitx lil sħabha, b’kampanji ta’ komunikazzjoni mmirati madwar id-dinja. Dawn involvew ukoll koordinazzjoni mill-qrib mad-WHO. Meta jitqiesu r-riskji u t-theddid marbuta ma’ operazzjonijiet ta’ influwenza barranija, u anke jekk l-azzjoni ttieħdet sa mill-bidu tal-kriżi, għad hemm lok għal aktar titjib tal-kapaċità tal-UE li twassal messaġġi f’waqthom, konsistenti, koerenti u viżibbli lil udjenzi esterni madwar id-dinja, b’enfasi partikolari fuq il-viċinat immedjat tal-UE, l-Afrika, l-Asja u l-Amerika Latina.

Azzjonijiet

·Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli se:

ojinvestu aktar fil-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni strateġika, b’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni, u jagħtu spinta lill-kooperazzjoni u lill-koordinazzjoni mal-Istati Membri.

oiżidu l-użu ta’ mekkaniżmi eżistenti, biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni konkreta mal-Istati Membri u mas-sħab internazzjonali dwar il-komunikazzjoni strateġika, fosthom permezz tal-mezzi ta’ kooperazzjoni tal-Kummissjoni mal-Istati Membri u tat-Task Forces dwar il-Komunikazzjonijiet Strateġiċi tas-SEAE.

ojoħolqu taqsima speċjali fis-Sistema ta’ Twissija Rapida biex jiffaċilitaw l-iskambju ta’ materjal ta’ komunikazzjoni rilevanti għall-COVID-19 bejn l-Istati Membri tal-UE u l-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE.

ojissoktaw isaħħu l-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni strateġiċi u diplomazija pubblika tad-Delegazzjonijiet tal-UE, f’ħidma mill-qrib man-netwerk diplomatiku tal-Istati Membri tal-UE u mal-gvernijiet tal-pajjiżi terzi u mas-soċjetà ċivili.

·Ir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni fl-Istati Membri se jkollhom rwol aktar attiv fid-dibattiti nazzjonali b’informazzjoni msejsa fuq il-fatti, u speċifika għas-sitwazzjoni lokali, b’mod partikolari bl-użu tal-midja soċjali.

3.Kooperazzjoni aħjar fl-UE

Il-ġlieda kontra l-operazzjonijiet ta’ diżinformazzjoni, miżinformazzjoni u influwenza barranija matul il-kriżi tal-COVID-19 uriet li l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE hija essenzjali biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-messaġġ u l-koerenza tal-isforz. Jenħtieġ li jittieħdu aktar miżuri għas-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet, 24   25 għat-titjib tal-analiżi tar-riskju u għall-iżvilupp ulterjuri tar-rapportar regolari. Anke l-kooperazzjoni ġewwa l-UE trid tintegra l-pjattaformi u l-partijiet ikkonċernati ewlenin oħrajn, bħal pereżempju l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, ir-riċerkaturi u l-verifikaturi tal-fatti.

Pass importanti huwa li jiġi żgurat li l-inizjattivi kollha jkunu komplimentari biex titqajjem kuxjenza fost l-Istati Membri dwar l-istrumenti disponibbli; il-kriżi ħarġet fid-dieher li dan mhuwiex dejjem il-każ. Saru tentattivi biex tittejjeb il-koordinazzjoni bejn l-atturi differenti, pereżempju billi jiddaħħlu kontroreferenzi fil-paġni web differenti li huma ddedikati għad-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19, iżda dawn għadhom passi modesti meta jitqabblu mal-ħtiġijiet.

Azzjonijiet

·Il-Kummissjoni se tipproponi lill-istituzzjonijiet l-oħra li jistabbilixxu u jittestjaw mekkaniżmi 26 li jtejbu l-koordinazzjoni dwar id-diżinformazzjoni relatata mal-COVID-19 fi ħdan l-istrutturi eżistenti u li jikkondividu l-valutazzjoni u l-analiżi.

·Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu użu aktar estensiv tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija u ta’ mezzi oħra xierqa biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u bejniethom, b’mod partikolari dwar il-valutazzjoni tal-ambjent tal-informazzjoni u l-għarfien tas-sitwazzjoni.

·Il-Kummissjoni se tibni fuq l-esperjenza li nkisbet min-Netwerk Ewropew ta’ Kooperazzjoni għall-Elezzjonijiet u se tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi relatati mad-diżinformazzjoni, bħall-micro-targeting.

4.Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ sħab internazzjonali

Id-diżinformazzjoni u l-operazzjonijiet ta’ influwenza barranija dwar il-COVID-19 ma jiffokawx biss fuq l-UE jew fuq Stati Membri individwali. B’mod aktar ġenerali fil-mira tagħhom kien hemm ukoll pajjiżi terzi, oqfsa ta’ kooperazzjoni internazzjonali u multilaterali 27 . 

Minkejja r-riskji u t-theddid li l-kampanji ta’ diżinformazzjoni jġibu magħhom, l-UE bdiet twassal messaġġi f’waqthom, konsistenti, koerenti u viżibbli lil udjenzi globali, u prinċipalment fil-viċinat immedjat tal-UE, fil-Balkani tal-Punent u fl-Afrika. Pereżempju, biex tiġġieled in-narrattiva dwar in-nuqqas ta’ assistenza min-naħa tal-UE lil pajjiżi terzi saru kampanji ta’ komunikazzjoni f’diversi pajjiżi, fosthom fil-viċinat Ewropew. Il-Kummissjoni u s-SEAE qegħdin ukoll jikkoordinaw mill-qrib mad-WHO u ma’ sħab internazzjonali oħrajn biex tiġi żgurata l-aqwa viżibbiltà tal-għoti tal-assistenza tal-UE għall-COVID-19 u tal-impatt pożittiv fil-prattika, inkluż permezz ta’ Tim Ewropa.

Barra minn hekk, l-istrumenti eżistenti tal-politika barranija diġà ttrasferew fondi biex jingħata appoġġ lill-gvernijiet reġjonali jindirizzaw il-kriżi u ħadu azzjoni biex toħroġ il-verità fir-rigward tad-diżinformazzjoni li tista’ tagħti n-nar lil tensjonijiet u konflitti, f’kuntesti li huma milquta minn kunflitti u kriżijiet fosthom fis-Saħel, fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, fil-Qarn tal-Afrika, fil-Lvant Nofsani u fl-Amerika Latina. Barra minn hekk, l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem jiffinanzja proġetti ta’ appoġġ lill-ġurnalisti, jippromwovi l-verifika tal-fatti u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni relatat mal-COVID-19.

Il-kooperazzjoni mal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida tal-G7, man-NATO u ma’ oħrajn wasslet għal żieda fl-iskambju ta’ informazzjoni, fl-attivitajiet u fl-aħjar prattika. Din wasslet għal skambju ta’ informazzjoni aktar rapidu u fetħet il-bibien biex isiru aktar azzjonijiet konġunti fil-futur.

Azzjonijiet

·Fi ħdan ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant għoli se:

ojaħdmu fi sħubija mad-WHO biex tissaħħaħ is-sorveljanza epidemjoloġika permezz ta’ monitoraġġ effettiv tal-midja u tal-promozzjoni tal-kxif ta’ narrattivi qarrieqa u dannużi u r-rispons fil-konfront tagħhom;

ojappoġġaw il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattika fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-operazzjonijiet ta’ influwenza barranija madwar id-dinja, b’attivitajiet ta’ kooperazzjoni u ta’ programmi ta’ appoġġ konkreti, 28  permezz tal-iżviluppar ta’ programmi eżistenti dwar id-diplomazija pubblika 29 u ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni;

ojintensifikaw l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ sħab rilevanti mis-soċjetà ċivili u mis-settur privat f’pajjiżi terzi dwar l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-iżvilupp tat-theddid,fost l-oħrajn, permezz tal-organizzazzjoni ta’ konsultazzjonijiet, konferenzi u avvenimenti pubbliċi 30 ; 

ojintensifikaw is-sħubijiet eżistenti fosthom il-G7 u n-NATO u jestendu l-kooperazzjoni man-NU u ma’ organizzazzjonijiet reġjonali, fosthom mal-OKSE, mal-Kunsill tal-Ewropa u mal-Unjoni Afrikana.

·Bħala parti mill-pakkett ta’ sforzi tat-“Tim Ewropa” biex jingħata appoġġ lis-sħab fl-indirizzar tal-pandemija, jippromwovu l-aċċess għal informazzjoni affidabbli, jiġġieldu kontra d-diżinformazzjoni, jaħdmu mal-ġurnalisti u l-midja u jappoġġaw inizjattivi li jindirizzaw id-diżinformazzjoni u l-miżinformazzjoni f’pajjiżi terzi permezz tad-Delegazzjonijiet tal-UE u tal-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri fuq il-post 31 .  32  

5.Trasparenza akbar tal-pjattaformi online dwar l-operazzjonijiet ta’ diżinformazzjoni u ta’ influwenza

Il-kooperazzjoni mal-pjattaformi tal-midja soċjali hija element ewlieni fl-iżvilupp kemm ta’ valutazzjoni komprensiva tal-isfida kif ukoll ta’ reazzjoni effettiva għall- “infodemija”. Sa mill-bidu tal-kriżi, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li l-pjattaformi online jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-impenji taħt il-Kodiċi ta’ Prattika. Ir-reazzjonijiet tal-pjattaformi għal din l-isfida ġew immonitorjati mill-qrib, minkejja li huwa diffiċli li jiġu vvalutati b’mod affidabbli l-puntwalità, il-kompletezza u l-impatt tal-azzjonijiet tagħhom. 33 . 

Il-pjattaformi online 34 rrappurtaw li għamlu aġġustamenti għall-politiki tagħhom biex jindirizzaw it-theddida tad-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19. Huma ppromwovew informazzjoni preċiża u awtoritattiva dwar il-COVID-19 mingħand il-WHO, l-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali u l-midja professjonali 35 . Huma kklassifikaw bħala falz jew qarrieqi dak il-kontenut li fuqu jkunu saru verifki fejn jidħlu l-fatti, u llimitaw reklami li jippromwovu prodotti u servizzi foloz. Skont l-istandards komunitarji tagħhom, huma neħħew il-kontenut li jista’ jagħmel ħsara lis-saħħa taċ-ċittadini jew jaffettwa s-sikurezza pubblika 36 . 

Il-verifikaturi tal-fatti, ir-riċerkaturi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol kruċjali, iżda l-pjattaformi ma kellhomx biżżejjed setgħa matul il-kriżi attwali tas-saħħa pubblika, pereżempju billi jagħmlu aktar data disponibbli jew billi jagħtu prominenza dovuta lil verifiki tal-fatti dwar is-servizzi tagħhom fl-Istati Membri kollha. Għalhekk hemm bżonn ta’ sforzi addizzjonali u ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni mill-pjattaformi tal-midja soċjali, kif ukoll aktar trasparenza u responsabbiltà akbar 37 . Dan jenfasizza l-ħtieġa li jiġu infurzati u msaħħa l-politiki li l-pjattaformi impenjaw ruħhom li jimplimentaw skont il-Kodiċi ta’ Prattika.

5.1.Rwol intensifikat għall-pjattaformi online matul il-kriżi

Jenħtieġ li l-pjattaformi japprofondixxu l-ħidma tagħhom biex jiġġieldu kontra r-riskji kkawżati mill-kriżi. Abbażi tal-esperjenza miksuba bil-monitoraġġ tal-Kodiċi ta’ Prattika qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, il-Kummissjoni biħsiebha tistabbilixxi programm ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar aġli skont il-Kodiċi, iffokat fuq diżinformazzjoni u informazzjoni ħażina relatati mal-COVID-19. Dan jenħtieġ li jitwessa’ għal pjattaformi li bħalissa mhumiex firmatarji tal-Kodiċi ta’ Prattika 38 . Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA), 39 tista’ mbagħad tivvaluta l-impatt tal-politiki tal-pjattaformi dwar it-tixrid ta’ diżinformazzjoni informazzjoni żbaljata dwar il-COVID-19. Dan jipprovdi wkoll informazzjoni rilevanti biex jiġu appoġġati l-isforzi ta’ mitigazzjoni biex tiġi limitata l-ħsara. Dan se jikkontribwixxi wkoll għall-ħidma futura tal-UE, b’mod partikolari l-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Demokrazija u l-Att dwar is-Servizzi Diġitali.

Azzjonijiet

Il-pjattaformi se jintalbu jagħmlu disponibbli rapporti kull xahar dwar il-politiki u l-azzjonijiet tagħhom biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni relatata mal-COVID-19, bil-karatteristiċi li ġejjin:

·Inizjattivi li jippromwovu kontenut awtoritattiv fil-livell tal-UE u f’dak tal-Istati Membri 40 . Jenħtieġ li l-pjattaformi jipprovdu data dwar l-azzjonijiet meħuda biex jippromwovu informazzjoni minn aġenziji nazzjonali u internazzjonali tas-saħħa, awtoritajiet nazzjonali u tal-UE, kif ukoll il-midja professjonali.

·Inizjattivi u għodod li jtejbu l-għarfien tal-utenti. Il-pjattaformi għandhom jipprovdu data dwar l-implimentazzjoni tal-politiki tagħhom li jinfurmaw lill-utenti meta jinteraġixxu ma’ diżinformazzjoni.

·Imġiba manipulattiva. Jenħtieġ li l-pjattaformi jirrapportaw il-każijiet kollha ta’ manipulazzjoni tal-midja soċjali u jsemmu bħala ħżiena operazzjonijiet ta’ influwenza jew imġiba koordinata mhux awtentika identifikata fuq is-servizzi tagħhom. Il-pjattaformi jenħtieġ li jikkooperaw ukoll mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jiffaċilitaw il-valutazzjoni u l-attribuzzjoni ta’ kampanji ta’ diżinformazzjoni u jinfluwenzaw l-operazzjonijiet.

·Data dwar il-flussi ta’ reklamar marbuta mad-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 41 . Il-firmatarji tal-Kodiċi jenħtieġ li jipprovdu data, imqassma skont l-Istat Membru fejn possibbli, dwar il-politiki mwettqa biex jiġu limitati l-kollokamenti ta’ reklamar relatati mad-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 fuq is-servizzi tagħhom stess. Jenħtieġ li l-pjattaformi u l-operaturi tan-netwerks tar-reklamar jipprovdu wkoll tali data dwar politiki li jillimitaw il-kollokamenti ta’ reklamar fuq siti web ta’ partijiet terzi bl-użu ta’ diżinformazzjoni madwar il-COVID-19 biex jattiraw id-dħul mir-reklamar 42 . 

Il-Kummissjoni se tħeġġeġ bil-qawwa lill-partijiet interessati rilevanti l-oħra li bħalissa mhumiex firmatarji tal-Kodiċi biex jipparteċipaw fil-programm ta’ monitoraġġ imsemmi hawn fuq bażi volontarja.

5.2.Appoġġ għall-verifikaturi tal-fatti u għar-riċerkaturi

Il-verifikazzjoni tal-fatti hija fundamentali għalina lkoll biex ikollna aċċess għal informazzjoni affidabbli kif ukoll għal pluralità ta’ fehmiet. Il-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat il-ħtieġa li l-pjattaformi online jipprovdu aktar data dwar in-natura, l-ambitu u l-impatt tad-diżinformazzjoni u biex iqabblu u jivvalutaw l-effettività tal-azzjonijiet meħuda. Għadu kemm tnieda l-Osservatorju Ewropew tal-Midja Diġitali (EDMO) biex jappoġġja l-ħolqien ta’ komunità transfruntiera u multidixxiplinari ta’ verifikaturi tal-fatti u ta’ riċerkaturi akkademiċi indipendenti, li se jikkollaboraw mal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jiġu identifikati, analizzati u esposti t-theddid potenzjali ta’ diżinformazzjoni, inkluż fil-qasam tal-COVID. F’dan ir-rigward, aċċess akbar għal settijiet ta’ data aggregati ta’ pjattaformi li jirriżultaw mill-COVID huwa essenzjali għal skopijiet ta’ riċerka u għal fehim aħjar tat-theddid u x-xejriet ta’ diżinformazzjoni. Barra minn hekk, hemm bżonn ta’ infrastruttura ta’ riċerka ddedikata biex tidentifika, tanalizza u tesponi d-diżinformazzjoni u l-operazzjonijiet ta’ influwenza barranija fit-territorju kollu tal-UE. Dan kollu għandu jsir f’konformità mal-qafas regolatorju applikabbli, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data.

Azzjonijiet

·Il-Kummissjoni tappella lill-pjattaformi biex iwessgħu u jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom mal-verifikaturi tal-fatti u biex b’mod attiv joffru aċċess għall-programmi tagħhom ta’ verifikazzjoni tal-fatti lil organizzazzjonijiet fl-Istati Membri kollha tal-UE — kif ukoll fil-viċinat tagħha — bil-lingwi kollha.

·Il-Kummissjoni se tappoġġa attivitajiet ta’ verifika tal-fatti u attivitajiet 43 ta’ riċerka permezz tal-Osservatorju Ewropew tal-Midja Diġitali (EDMO). 44   45  Dan se jappoġġa komunità multidixxiplinari indipendenti dwar id-diżinformazzjoni COVID-19 b’infrastruttura teknoloġika b’għodod u servizzi 46 . L-EDMO jista’ jgħin ukoll lill-awtoritajiet pubbliċi b’riċerka u jistabbilixxi rabtiet xierqa mas-Sistema ta’ Twissija Rapida.

·Il-Kummissjoni tistieden lill-pjattaformi biex jaqblu mal-EDMO dwar qafas li jipprovdi aċċess għall-protezzjoni tal-privatezza tad-data tal-pjattaformi rilevanti lir-riċerkaturi akkademiċi biex itejbu d-detezzjoni u l-analiżi tad-diżinformazzjoni.

·Il-Kummissjoni se tikkunsidra li tpoġġi wħud mill-għodod li żviluppat fuq sors miftuħ biex tidentifika narrativi qarrieqa u sorsi online mhux affidabbli biex tagħmilhom disponibbli għall-komunità li tivverifika l-fatti.

6.L-iżgurar tal-libertà ta’ espressjoni u ta’ dibattitu demokratiku pluralistiku

Il-kriżi attwali tal-COVID-19 uriet ir-riskju li xi miżuri mfassla biex jindirizzaw l- “azzjonijiet endemiċi” jistgħu jintużaw bħala skuża biex jiddgħajfu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jew biex jiġu abbużati għal finijiet politiċi fl-Unjoni Ewropea u barra minnha. Għalhekk, il-ħtieġa li nkunu viġilanti u niddefendu d-drittijiet fundamentali u l-valuri komuni tagħna, li għandhom ikunu ċentrali għar-rispons tagħna għall-COVID-19. F'dan il-kuntest, midja ħielsa u pluralista hija essenzjali biex tindirizza d-diżinformazzjoni u tinforma liċ-ċittadini.

Il-libertà tal-espressjoni u d-dritt tal-midja u tas-soċjetà ċivili li jiskrutinaw l-azzjonijiet tal-istat huma importanti aktar milli qatt kienu qabel matul din il-kriżi: ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet pubbliċi ma għandhiex titnaqqas minħabba li qed joperaw permezz ta’ setgħat ta’ emerġenza. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jiżguraw it-trasparenza tal-ħidma tagħhom, li tikkontribwixxi għall-bini ta’ fiduċja lejn iċ-ċittadini u tippermetti l-iskrutinju tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-fluss liberu ta’ informazzjoni jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa u jippermetti u jippromwovi diskussjonijiet u teħid ta’ deċiżjonijiet soċjali, ekonomiċi, politiċi u oħrajn 47 . Fl-aħħar mill-aħħar, id-demokrazija turi s-saħħa u l-valur reali tagħha fi żminijiet ta’ kriżi.

Matul il-kriżi ġew indikati problemi marbuta mal-libertà ta’ espressjoni, 48 inklużi rapporti li l-ġurnalisti, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-akkademiċi ġew ristretti fl-aċċess tagħhom għall-informazzjoni, li tali aċċess kien ittardjat bla bżonn, li l-ġurnalisti kienu qed jiffaċċjaw riskji akbar għas-sikurezza tagħhom, inkluż theddid u intimidazzjoni, jew li kienu akkużati ħażin li jxerrdu d-diżinformazzjoni.

Sa mill-bidu tal-kriżi, il-Kummissjoni kienet qed tissorvelja mill-qrib il-miżuri ta’ emerġenza meħuda mill-Istati Membri u l-konsistenza tagħhom mat-Trattat, kif ukoll mal-liġi tal-UE b’mod ġenerali u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali b’mod partikolari. Diversi Stati Membri diġà kellhom dispożizzjonijiet, inkluż ta’ natura kriminali, relatati mad-diżinformazzjoni u Stat Membru wieħed introduċa reat kriminali ġdid speċifiku għat-tixrid tad-diżinformazzjoni matul l-istat ta’ emerġenza. 49 Il-liġijiet li jiddefinixxu dawn id-delitti f’termini wesgħin wisq u b’penali sproporzjonati mehmuża jistgħu jillimitaw ir-rieda tas-sorsi li jitkellmu mal-ġurnalisti, kif ukoll iwasslu għal awtoċensura, 50 u dan iqajjem tħassib partikolari fir-rigward tal-libertà ta’ espressjoni.

Il-Kummissjoni ilha tikkofinanzja, bl-appoġġ tal-Parlament Ewropew, serje ta’ proġetti biex li jindikaw fejn jinsabu t-theddid u r-riskji għal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja, l-appoġġ għall-ġurnaliżmu investigattiv, u l-għoti ta’ għajnuna għall-ġurnalisti fil-bżonn 51 . 

Il-kriżi tal-COVID-19 uriet ir-rwol ta’ midja ħielsa u indipendenti bħala servizz essenzjali, li tipprovdi liċ-ċittadini b’informazzjoni affidabbli u verifikata tal-fatti, u b’hekk tikkontribwixxi biex jiġu salvati l-ħajjiet. Madankollu, il-kriżi amplifikat is-sitwazzjoni ekonomika diġà diffiċli tas-settur minħabba tnaqqis drammatiku fid-dħul mir-reklamar, minkejja żieda fl-udjenzi 52 . Is-sitwazzjoni hija partikolarment diffiċli għal parteċipanti iżgħar vulnerabbli u għal mezzi tal-midja lokali u reġjonali. L-ekosistema tal-midja kollha tal-UE u d-diversità tagħha huma mdgħajfa b’riżultat. Il-pakkett ta’ rkupru u ta’ tiswija tal-Kummissjoni għandu jgħin biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ likwidità immedjati permezz tal-appoġġ ta’ solvenza u l-finanzjament ta’ koeżjoni, filwaqt li jissaħħu l-investiment diġitali u r-reżiljenza tas-settur permezz ta’ InvestEU, Ewropa Kreattiva u l-Programm Ewropa Diġitali.

Il-kriżi tal-COVID-19 aggravat ħafna wkoll sfidi simili madwar id-dinja, inkluż li ġew iffaċċjati minn mezzi ta’ komunikazzjoni indipendenti bħala murati għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. L-UE se tissorvelja l-iżviluppi f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 53 . L-UE se tagħti attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni fil-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar u l-Balkani tal-Punent.

Dan kollu jqajjem mistoqsijiet dwar il-kapaċità tal-midja u tas-soċjetà ċivili li jaqdu bis-sħiħ ir-rwol tagħhom fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-informazzjoni żbaljata.

Jeħtieġ li l-UE tintensifika kemm l-appoġġ politiku kif ukoll dak prattiku għall-midja indipendenti u l-ġurnalisti fl-UE u madwar id-dinja, kif ukoll tgħin lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-isforzi tagħhom biex jimmonitorjaw u jirrapportaw dwar ir-restrizzjonijiet tal-libertà ta’ espressjoni u l-ispazju ċiviku.

Azzjonijiet

·Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja mill-qrib l-impatt tal-miżuri ta’ emerġenza fuq il-liġi u l-valuri tal-UE sakemm il-miżuri kollha jitneħħew gradwalment u tkompli tinvolvi ruħha mal-Istati Membri dwar kwistjonijiet identifikati. Dan il-monitoraġġ se jinforma lir-Rapport Annwali dwar l-Istat tad-Dritt li jmiss li għandu jiġi ppubblikat fit-tielet kwart tal-2020, 54 kif ukoll l-Istrateġija futura dwar l-applikazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-Unjoni Ewropea u l-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Demokrazija.

·Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jintensifikaw l-isforzi f’dawn iż-żminijiet ta’ kriżi biex jiżguraw li l-ġurnalisti jkunu jistgħu jaħdmu b’mod sikur, 55 fil-kundizzjonijiet xierqa, u jirrikonoxxu l-mezzi tal-midja tal-aħbarijiet bħala servizz essenzjali.

·Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament u lill-Kunsill biex jadottaw b’mod urġenti l-pakkett komprensiv ta’ rkupru li jista’ jgħin biex tissewwa u tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur tal-midja biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni relatata mal-COVID. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu minn dan il-pakkett kif ukoll ir-rispons ekonomiku tal-UE għall-COVID-19 56 biex jiġu appoġġati l-mezzi tax-xandir li huma milquta bil-kbir mill-kriżi filwaqt li tiġi rispettata l-indipendenza tagħhom. L-atturi kollha tal-UE għandhom jagħmlu ħilithom biex jappoġġjaw il-midja bħala parti mill-irkupru.

·Bħala akkumpanjament għal dawn l-isforzi, il-Kummissjoni se tkompli tikkofinanzja proġetti indipendenti fil-qasam tal-ġurnaliżmu, il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja u l-iffaċilitar tal-aċċess għal opportunitajiet ta’ finanzjament għas-setturi tal-midja 57 .

·Sa tmiem din is-sena, il-Kummissjoni se tipproponi azzjoni biex issaħħaħ il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu fl-Unjoni Ewropea bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Demokrazija u se tippreżenta Pjan ta’ Azzjoni Awdjoviżiv u tal-Midja li se jimmira li jkompli jappoġġja t-trasformazzjoni diġitali u l-kompetittività ta’ dawn is-setturi u li jistimula l-aċċess għall-kontenut u l-pluraliżmu tal-midja.

·Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli se:

otniedi azzjonijiet immirati taħt il-programmi ta’ diplomazija pubblika f’pajjiżi madwar id-dinja biex tappoġġa lill-atturi tas-soċjetà ċivili biex jipprovdu informazzjoni affidabbli 58 ; 

otiġi żviluppata aktar il-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti u l-midja indipendenti f’pajjiżi terzi permezz ta’ assistenza reġjonali u appoġġ bilaterali biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni u tiġi promossa l-verifikazzjoni tal-fatti.

oSe jiżdied l-appoġġ fil-monitoraġġ tal-ksur tal-libertà tal-istampa, l-appoġġ għal ambjent tal-midja aktar sikur u l-protezzjoni tal-ġurnalisti, inkluż billi tiġi pprovduta assistenza permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u permezz ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Fond Ewropew għad-Demokrazija.

7.L-għoti tas-setgħa u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini

59 Minn meta ġiet iddikjarata l-pandemija globali, id-domanda għar-riċerkaturi, ix-xjentisti u l-opinjonijiet tal-esperti tas-saħħa pubblika kienet ikbar minn qatt qabel. It-tagħlimiet mill-kriżi tal-COVID-19 juru li huwa importanti li tiġi promossa informazzjoni minn sorsi awtorevoli, u li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu abbażi ta’ pariri mingħand ix-xjenzati u l-professjonisti tas-saħħa, u li huwa essenzjali wkoll li jinżamm dibattitu demokratiku. Huma indikazzjoni tal-isfida li jiġi indirizzat l-ambjent online li dejjem qed jinbidel. L-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini biex janalizzaw b’mod kritiku l-informazzjoni online huwa essenzjali biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni.

Dawn l-isfidi jintlaqgħqu aħjar jekk is-soċjetà tkun konxja tal-perikli ta’ diżinformazzjoni u ta’ informazzjoni żbaljata. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil gruppi vulnerabbli, pereżempju ż-żgħażagħ u t-tfal, li jiffaċċjaw riskju akbar li jiġu żgwidati u bħala konsegwenza jesponu lilhom infushom għal sitwazzjonijiet aktar perikolużi. Dan jimplika l-promozzjoni tal-litteriżmu tal-midja u tal-informazzjoni, inkluż il-ħsieb kritiku, il-kapaċità li tiġi identifikata d-diżinformazzjoni u l-ħiliet diġitali u l-appoġġ tal-għoti tas-setgħa bħala tali 60 . Diġà qed isir ħafna f’dan ir-rigward, iżda hemm bżonn ta’ aktar azzjoni biex jiġu identifikati sinerġiji, potenzjal għal kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni dwar miżuri ta’ bini ta’ reżiljenza biex jiġi limitat l-impatt tad-diżinformazzjoni. Huwa importanti wkoll li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għar-riżorsi fil-lingwa tagħhom stess. 

Azzjonijiet

·Il-Kummissjoni, il-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli u l-Parlament Ewropew se jikkondividu l-aħjar prattiki dwar miżuri għall-bini tar-reżiljenza, b’mod partikolari kontra t-tagħlimiet li ttieħdu matul il-kriżi tal-COVID-19.

·L-aġġornament tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, li għandu jiġi adottat aktar tard fl-2020, se jipproponi miżuri li se jgħinu biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni, filwaqt li l-programmi Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jipprovdu opportunitajiet ta’ finanzjament għal proġetti li jindirizzaw id-diżinformazzjoni. Il-Kummissjoni se tappoġġja l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku tal-utenti tal-midja soċjali permezz tal-proġetti ta’ Azzjoni Preparatorja “Litteriżmu Medjatiku għal Kulħadd” 61 , u permezz tan-Netwerk Ewropew ta’ Ċentri għal Internet Aktar Sikur.

·Il-Kummissjoni tipprevedi, inkluż fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Midja u l-Awdjoviżwali li jmiss, li tipproponi azzjonijiet biex titqajjem kuxjenza u ħsieb kritiku fost gruppi differenti, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, li jibnu fuq il-potenzjal tal-midja soċjali u l-influenzaturi. Dan se jibni fuq id-Direttiva emendata dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva li tobbliga lill-pjattaformi ta’ video-sharing jipprovdu għal miżuri u għodod effettivi ta’ litteriżmu fil-midja.

·Il-materjali li jqajmu sensibilizzazzjoni dwar in-natura tad-diżinformazzjoni, il-perikli tagħha għan-natura demokratika tas-soċjetà tagħna u l-għodod disponibbli għad-detezzjoni u r-rispons għad-diżinformazzjoni għandhom jiġu prodotti mill-istituzzjonijiet tal-UE b’mod koordinat, kondiviżi permezz ta’ networks rilevanti u għodod ta’ involviment taċ-ċittadini u mmirati biex jilħqu varjetà ta’ gruppi fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi sħab.

8.Il-protezzjoni tas-saħħa pubblika u d-drittijiet tal-konsumaturi

Karatteristika partikolari tal-kriżi tal-COVID-19 kienet iffukata fuq l-isfruttar tal-konsumaturi. Il-manipulazzjoni, tekniki qarrieqa ta’ kummerċjalizzazzjoni, frodi, u prattiki qarrieqa jisfruttaw il-biżgħat sabiex jinbiegħu prodotti mhux neċessarji, ineffettivi u potenzjalment perikolużi taħt dikjarazzjonijiet foloz dwar is-saħħa, jew biex il-konsumaturi jixtru prodotti bi prezzijiet eċċessivi. Filwaqt li dan it-tip ta’ kontenut jista’ jkun fih diżinformazzjoni, jekk jikser l-acquis tal-konsumaturi huwa kontenut illegali u jirrikjedi rispons differenti, skont il-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u mill-awtoritajiet kompetenti 62 . 

Wara s-sejħa tal-Kummissjoni, il-pjattaformi 63 neħħew miljuni ta’ reklami qarrieqa fir-rigward ta’ prodotti illegali jew mhux sikuri 64 . Il-Kummissjoni kkoordinat skrinjar (“sweep”) ta’ siti web, biex issir taf fejn il-konsumaturi fl-UE qed jiġu soġġetti għal kontenut li jippromwovi dikjarazzjonijiet foloz jew prodotti foloz fil-kuntest tal-COVID-19. L-investigazzjoni mmirata — imwettqa min-Network tal-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC) — kienet tinvolvi kemm skrinjar ta’ livell għoli ta’ pjattaformi online, kif ukoll analiżi fil-fond ta’ reklami u siti web speċifiċi marbuta ma’ prodotti b’domanda mogħtija spinta minħabba l-virus. Ir-riżultat huwa li l-pjattaformi neħħew jew ibblokkaw miljuni ta’ reklami jew listi ta’ prodotti qarrieqa.

In-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur ta’ awtoritajiet nazzjonali ħadem mal-Kummissjoni biex jiġu miġġielda dawn il-prattiki b’mod koordinat. Il-Kummissjoni stiednet lill-pjattaformi ewlenin 65 biex jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-konsumatur u jieħdu miżuri proattivi biex jiġu miġġielda prattiki qarrieqa 66 . Dan l-iskambju mal-pjattaformi online ewlenin qed jagħti l-frott, 67 iżda se jkollha titkompla l-ħidma, b’mod partikolari skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali tal-ġejjieni.

Madankollu, in-negozjanti diżonesti jsibu modi biex bil-moħbu, fil-pjattaformi, ikunu jistgħu jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tal-konsumaturi, jevitaw il-kontrolli algoritmiċi u jwaqqfu siti web ġodda. Tali prattiki jinsabu wkoll fuq siti tal-internet indipendenti, li jattiraw lill-konsumaturi permezz ta’ reklamar li jintwera eż. fuq il-portali tal-midja soċjali u tal-webmail jew fi klassifikazzjoni sponsorizzata fuq il-magni tat-tiftix. B’hekk l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur jibqgħu attenti ħafna u se jkomplu jaħdmu flimkien mal-Kummissjoni biex jipproteġu lill-konsumaturi online 68 . 

Il-Kummissjoni qed iżżid l-iskambji ta’ kooperazzjoni u ta’ informazzjoni ma’ pjattaformi, kif ukoll ma’ korpi ta’ awtoregolamentazzjoni pubbliċitarja, biex tiżviluppa għodod awtomatiċi biex issib reklami qarrieqa. Jenħtieġ li l-pjattaformi jirrappurtaw b’mod regolari, sa tmiem il-kriżi, dwar l-effettività tal-miżuri tagħhom u dwar xejriet ġodda.

Ħafna siti web frodulenti jinsabu taħt ismijiet ta’ dominji li jużaw kliem ewlieni relatat mal-COVID-19 bħal “corona”, “maskra” jew “vaċċin” 69 . Dawn is-siti web huma partikolarment ta’ ħsara meta jiġu ppreżentati b’mod falz bħala siti web leġittimi jew governattivi. Il-Kummissjoni involviet ruħha mal-industrija tal-isem ta’ dominju biex taqsam u tippromwovi prattiki tajba biex jiġi evitat l-użu ta’ ismijiet 70 spekulattivi u abbużivi ta’ domains u sar qbil dwar miżuri simili ma’ EURid, l-operatur tad-domain “.eu” 71 .

Azzjonijiet

·L-appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur fi ħdan in-Network tal-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur se jinkludi l-finanzjament tal-kapaċità tagħhom biex jagħmlu monitoraġġ aġli tas-swieq. Għat-tul, il-Kummissjoni se tfittex li tipprovdi sett ta’ għodod komuni, bħal osservatorju forensiku għal swieq diġitali b’għodod speċifiċi biex jitwettqu investigazzjonijiet online u għad-detezzjoni ta’ prattiki problematiċi marbuta mal-COVID-19 72 .

·Il-kooperazzjoni internazzjonali u l-kondiviżjoni tal-esperjenza se jiġu intensifikati (pereżempju n-Network Internazzjonali għall-Infurzar tal-Protezzjoni tal-Konsumatur) biex jippromwovu l-approċċ tal-UE għall-konsumaturi mqarrqa fil-kuntest tal-COVID-19 73 .

KONKLUŻJONI

L-UE aġixxiet biex twieġeb għat-theddida maħluqa mid-diżinformazzjoni, l-informazzjoni żbaljata u l-operazzjonijiet ta’ influwenza barranija fi kriżi tal-COVID-19. Madankollu, l-iskala tal-impatt potenzjali fuq is-saħħa taċ-ċittadini u l-istabbiltà tas-soċjetajiet tagħna, u n-nuqqasijiet li żvelat, isejħu għal sforzi kontinwi biex tiżdied din il-ħidma. Il-kriżi tal-COVID-19 saret każ ta’ prova li turi kif l-UE u s-soċjetajiet demokratiċi tagħha jittrattaw din l-isfida. Abbażi tal-isfidi identifikati, it-tagħlimiet li ttieħdu s’issa u s-soluzzjonijiet proposti fuq perjodu qasir, is-soċjetà tal-UE u s-sorveljanza demokratika tagħha jistgħu fuq perjodu itwal ta’ żmien isiru aktar b’saħħithom u aktar reżiljenti u mħejjija aħjar għall-isfidi tal-futur.

Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli malajr se jistabbilixxu l-azzjonijiet proposti f’din il-Komunikazzjoni, billi jibnu l-bażi għal approċċ aktar fit-tul bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Demokrazija, li għandu jiġi ppreżentat lejn tmiem is-sena, kif ukoll l-Att dwar is-Servizzi Diġitali li jmiss.

(1)      Dan it-terminu ntuża u ġie deskritt mid-WHO: “infodemija hija ammont eċċessiv ta’ informazzjoni dwar problema, u li tagħmilha diffiċli li tinstab soluzzjoni. L-infodemiji jistgħu jxerrdu l-miżinformazzjoni, id-diżinformazzjoni u xnigħat matul emerġenza tas-saħħa. L-infodemija tista’ tfixkel ir-rispons effettiv tas-saħħa pubblika u toħloq konfużjoni u nuqqas ta’ fiduċja fost in-nies”: https://www.who.int/docs/default-source/coronaviruse/situation-reports/20200305-sitrep-45-covid-19.pdf?sfvrsn=ed2ba78b_4  
(2)      Il-monitoraġġ tal-midja kuljum min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea jindika mijiet ta’ eluf ta’ artikli relatati mal-COVID-19 ( https://ec.europa.eu/jrc/en/covid-19-media-surveillance?solrsort=ds_created%20desc ) u miljuni ta’ referenzi għall-pandemija fil-midja soċjali madwar id-dinja.
(3)       https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/corona_fighting_disinformation.pdf
(4)      JOIN(2018) 36 final tal-5 ta’ Diċembru 2018.
(5)      Fis-26 ta’ Marzu 2020, il-Membri tal-Kunsill Ewropew qablu dwar dikjarazzjoni konġunta li timpenjahom li jiġġieldu d-diżinformazzjoni b’determinazzjoni permezz ta’ komunikazzjoni trasparenti, f’waqtha u bbażata fuq il-fatti dwar l-azzjonijiet tagħhom u li jsaħħu r-reżiljenza tas-soċjetajiet tagħhom. Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli ntalbu jinvolvu ruħhom bis-sħiħ u nirrapportaw dwar l-isforzi konġunti tagħna lill-Kunsill. https://www.consilium.europa.eu/media/43076/26-vc-euco-statement-en.pdf  
(6)      Fit-3 ta’ April 2020, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE kkondividew it-tħassib tagħhom dwar id-diżinformazzjoni u l-miżinformazzjoni u dwar il-ħtieġa li tissokta l-ġlieda kontra l-impatt negattiv fuq is-soċjetajiet, fuq ħajjet in-nies u fuq is-saħħa pubblika. Enfasizzaw il-ħtieġa li jiġu intensifikati l-isforzi fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-midja soċjali. https://www.consilium.europa.eu/mt/meetings/fac/2020/04/03/  
(7)       https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/political-guidelines-next-commission_mt.pdf
(8)      Il-konsultazzjoni pubblika tinsab għaddejja: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_20_962  
(9)      “Il-Pjan ta’ Azzjoni Kontra d-Diżinformazzjoni” tal-2018 (JOIN(2018) 36 final tal-5 ta’ Diċembru 2018) jibni fuq l-approċċ politiku definit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew” COM(2018) 236 finali tas-26 ta’ April 2018.
(10)

     It-Task Force tiżviluppa prodotti u kampanji ta’ informazzjoni ffukati fuq l-ispjegazzjoni aħjar tal-politiki tal-UE fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (fl-Armenja, fl-Ażerbajġan, fil-Belarussja, fil-Georgia, fil-Moldova u fl-Ukrajna). Tappoġġja l-isforzi usa’ tal-UE bil-għan tat-tisħiħ tal-ambjent tal-midja fir-reġjun. Tagħmel rapporti u analiżi dwar ix-xejriet tad-diżinformazzjoni, tispjega u tikxef in-narrattivi tad-diżinformazzjoni, u tqajjem kuxjenza dwar id-diżinformazzjoni li tiġi mill-Istat Russu u minn għejun Russi.

(11)       https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/code-practice-disinformation  
(12)      Għal aktar dettalji fattwali dwar ir-reazzjoni tal-UE għad-diżinformazzjoni tista’ taqra: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/corona_fighting_disinformation.pdf
https://eeas.europa.eu/topics/countering-disinformation_en
(13)      Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b’mod effettiv il-kontenut illegali online (C(2018) 1177 final).
(14)      Għalkemm id-diżinformazzjoni nfisha mhijiex ta’ natura kriminali, uħud mill-aspetti tagħha jistgħu jkunu relatati mal-kriminalità. Il-Europol ħoloq paġna dwar il-COVID-19 biex tgħin liċ-ċittadini u lin-negozju jipproteġu lilhom infushom https://www.europol.europa.eu/staying-safe-during-covid-19-what-you-need-to-know  
(15)      Fil-bażi tad-data pubblika tagħha, il-paġna www.EUvsDisinfo.eu identifikat aktar minn 500 eżempju ta’ diżinformazzjoni favur il-Kremlin, u s-SEAE ddeskriviet l-attivitajiet ta’ stati barranin fir-rapporti analitiċi tagħha.
(16)      Ara, pereżempju: https://euvsdisinfo.eu/eeas-special-report-update-short-assessment-of-narratives-and-disinformation-around-the-covid19-pandemic-updated-23-april-18-may/  
(17)      Ara n-nota 9 f’qiegħ il-paġna.
(18)      Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-isforzi komplementari għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-ġlieda kontra t-theddid ibridu (Id-dokument 14972/19 tal-10 ta’ Diċembru 2019).
(19)      Pereżempju miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard: https://www.ecdc.europa.eu/mt  
(20)       https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/health/coronavirus-response_mt  
(21)       https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/health/coronavirus-response/fighting-disinformation_mt  
(22)       https://euvsdisinfo.eu/eeas-special-report-update-short-assessment-of-narratives-and-disinformation-around-the-covid19-pandemic-updated-23-april-18-may/  
(23)       https://www.europol.europa.eu/publications-documents/catching-virus-cybercrime-disinformation-and-covid-19-pandemic  
(24)      Bħall-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Informazzjoni, is-Sistema ta’ Twissija Bikrija, ir-rispons politiku integrat għall-kriżijiet (IPCR), il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa u n-Netwerk ta’ Komunikaturi f’Każ ta’ Kriżi
(25)      Ara wkoll ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha, li ssejjaħ għal azzjoni tak0UE kontra d-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 (P9_TA-PROV(2020)0054).
(26)      Bħal grupp ta’ kuntatt regolari/vidjokonferenzi kull ġimgħa.
(27)      Ara pereżempju r-Rapporti Speċjali tas-SEAE dwar l-UE kontra d-Diżinformazzjoni ( https://euvsdisinfo.eu/ )
(28)      Ara, pereżempju, l-avveniment “Disinfo Alert” li ġie organizzat f’ Tiblisi fl-2019: https://euvsdisinfo.eu/georgia/
(29)      Li diġà jappoġġaw lis-soċjetà ċivili b’azzjonijiet immirati fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni f’pajjiżi terzi, bħar-Russja, il-Brażil jew l-Indoneżja.
(30)      Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-avveniment “Disinfo Horizon” hawnhekk: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/SPEECH_20_160   https://euvsdisinfo.eu/disinformation-aims-at-undermining-democracy/
(31)      Ara wkoll il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Komunikazzjoni dwar ir-rispons globali tal-UE għall-COVID-19” (JOIN/2020/11 final).
(32)      Bħal fil-pajjiżi Afrikani milquta minn sitwazzjonijiet ta’ kunflitt, bħar-Repubblika Ċentru-Afrikana jew il-Kongo.
(33)      Huwa wkoll il-każ li xi pjattaformi użati għad-distribuzzjoni ta’ informazzjoni qarrieqa ma humiex dawk fi ħdan il-Kodiċi ta’ Prattika (pereżempju WhatsApp jew TikTok).
(34)      B’mod partikolari Google, Facebook, Twitter u Microsoft.
(35)      F’dan ir-rigward il-pjattaformi niedew għodod ġodda bħal pannelli ta’ informazzjoni, kards, pop-ups, mapep li jwasslu lill-utenti direttament għal sorsi ta’ informazzjoni awtorevoli f’diversi lingwi.
(36)      Eż. dikjarazzjonijiet foloz li x-xorb tal-bliċ jikkura l-virus.
(37)      Kif muri pereżempju minn Brookings: https://www.brookings.edu/techstream/encrypted-messaging-apps-are-the-future-of-propaganda/
(38)      B’mod partikolari dawk li jidhru b’mod prominenti matul il-kriżi tal-COVID-19, bħal WhatsApp jew TikTok.
(39)      B’reazzjoni għall-kriżi, ERGA dan l-aħħar estenda l-mandat tas-sottogrupp tiegħu dwar id-diżinformazzjoni biex jinkludi valutazzjoni dwar kif il-pjattaformi jirreaġixxu għall-isfidi ppreżentati minn din is-sitwazzjoni straordinarja. Il-valutazzjoni se tiffoka b’mod partikolari fuq il-miżuri tal-pjattaformi biex jidentifikaw, jikkontrollaw u jipprevjenu t-tixrid ta’ informazzjoni falza, qarrieqa jew mhux korretta dwar it-trattamenti mediċi u l-mard bħala tali, il-mod kif qed jinfirex kif ukoll il-miżuri meħuda mill-gvernijiet u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, ara: https://erga-online.eu  
(40)      Ċerti partijiet ikkonċernati żviluppaw indikaturi ta’ affidabbiltà għas-sorsi tal-aħbarijiet, bħall-Inizjattiva Journalism Trust.
(41)      Ara pereżempju rapporti minn GDI https://disinformationindex.org/2020/05/why-is-tech-not-defunding-covid-19-disinfo-sites/  
(42)      Għal dan il-għan, il-pjattaformi għandhom jikkunsidraw l-użu ta’ indikaturi ta’ affidabbiltà żviluppati minn verifikaturi tal-fatti/riċerkaturi indipendenti jew minn partijiet interessati oħra (eż. il-GDI, Newsguard).
(43)      Bħall-proġett “Rispons ta’ Emerġenza tas-Saħħa f’Sistemi Interkonnessi” (Health Emergency Response in Interconnect Systems) (“HERoS”) li qed jiżviluppa metodu ġdid għall-irkupru ta’ informazzjoni mill-midja soċjali rigward għajdut u informazzjoni żbaljata dwar il-COVID-19 (Għal aktar dettalji: https://cordis.europa.eu/project/id/101003606). Barra minn hekk, Orizzont 2020 jimmobilizza d-dinja akkademika, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka, il-prattikanti u l-kumpaniji privati biex jiġġieldu kontra l-informazzjoni żbaljata, jiżviluppaw kapaċità ta’ verifikazzjoni tal-fatti u responsabbiltà online, u riċerka dwar l-importanza ta’ xenarju medjatiku b’saħħtu u indipendenti.
(44)       https://edmo.eu/  
(45)      F’Ġunju 2020 se titnieda t-tieni fażi ta’ EDMO, biex jiġu stabbiliti ċentri nazzjonali/reġjonali għar-riċerka dwar id-diżinformazzjoni. Finanzjament ulterjuri se jiġi pprovdut fl-2021 taħt Ewropa Diġitali biex tiġi żgurata l-preżenza ta’ ċentri nazzjonali/reġjonali fl-UE kollha. Kopertura ġeografika sħiħa għall-EDMO se tiġi segwita permezz tal-programm Ewropa Diġitali li jmiss. Sadanittant, il-Kummissjoni se tfittex sinerġiji ma’ finanzjament ipprovdut mill-Parlament Ewropew billi tniedi sejħiet għal proposti fis-sajf tal-2020 bil-ħsieb li tiġi appoġġata r-riċerka dwar id-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19.
(46)      Inkluż l-aċċess għal bażijiet ta’ data pubbliċi, repożitorji ta’ verifiki tal-fatti u mekkaniżmi għal aċċess konformi mal-privatezza għal data tal-pjattaformi biex jiġu ffaċilitati d-detezzjoni, l-analiżi u l-esponiment tad-diżinformazzjoni.
(47)      “Disease pandemics and the freedom of opinion and expression”, Rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni, David Kaye, April 2020.
(48)      Ġew iddokumentati każijiet fuq il-Pjattaforma Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa biex tissaħħaħ il-Protezzjoni tal-Ġurnaliżmu u s-Sikurezza tal-Ġurnalisti kif ukoll permezz tal-pjattaforma kofinanzjata tal-UE dwar il-mmappjar tal-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni https://mappingmediafreedom.org/  
(49)      Emenda għat-Taqsima 337 tal-Kodiċi Kriminali Ungeriż.
(50)      Il-Kummissjoni għamlitha ċara li d-demokrazija ma tistax taħdem mingħajr midja ħielsa u indipendenti u li r-rispett għal-libertà tal-espressjoni u ċ-ċertezza legali huwa essenzjali matul żminijiet bħal dawn. https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/STATEMENT_20_567  
(51)       https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/media-freedom-projects  
(52)      Stimi bikrin jissuġġerixxu li t-tnaqqis jista’ jilħaq 80 % tad-dħul għall-pubblikaturi tal-aħbarijiet skont il-pajjiż. Pubblikaturi żgħar lokali huma mistennija li jintlaqtu l-iktar. http://www.newsmediaeurope.eu/news/covid-19-and-the-news-media-journalism-always-comes-at-a-cost/  
(53)      JOIN(2020)5 tat-23 ta’ Marzu 2020.
(54)      Il-mezzi tax-xandir u s-soċjetà ċivili ħabbtu wiċċhom ma’ ostakli ġodda biex jaqdu r-rwol tagħhom fid-dibattitu demokratiku matul din il-kriżi. Ir-rapport Annwali dwar l-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni se jħares aktar mill-qrib lejn is-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha.
(55)      F’konformità mal-Linji Gwida tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni fi żminijiet ta’ kriżi - https://www.coe.int/en/web/freedom-expression/freedom-of-expression-and-information-in-times-of-crisis — Għandhom jiġu pprovduti wkoll tweġibiet għat-twissijiet maħruġa mill-Kunsill tal-Ewropa fil-kuntest tal-Pjattaforma għall-Protezzjoni tal-Ġurnaliżmu u s-Sikurezza tal-Ġurnalisti.
(56)      https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_20_459
(57)      Pereżempju, il-Faċilità ta’ Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi hija disponibbli biex tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tas-settur tal-midja.
(58)      Eż. podcasts, appoġġ għall-verifika tal-fatti, jew webinars.
(59)      Bħall-fatt li tkun trid tittieħed azzjoni dwar siti web frodulenti individwali li jitfaċċaw u jisparixxu malajr, u b’hekk ikun diffiċli ħafna li jitwaqqaf il-frodatur meta jibdlu b’mod kostanti l-identitajiet diġitali u li jinħolqu listi suwed u jiġu infurmati l-konsumaturi u l-pjattaformi.
(60)      Bħalma hu fil-każ ta’ proġetti ta’ litteriżmu medjatiku, appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jgħinu liċ-ċittadini u b’aċċess għal għodod ta’ verifika tal-kontenut.
(61)       https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/2018-2019-call-proposals-preparatory-action-media-literacy-all . L-aħħar Sejħa ta’ din l-Azzjoni Preparatorja (2018-20) hija ppjanata li tiġi ppubblikata fil-Q2 tal-2020.
(62)      Il-Kummissjoni Ewropea talbet ukoll lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex isaħħu l-viġilanza tagħhom u jadattaw l-attivitajiet ta’ kontroll tagħhom dwar offerti online u r-reklamar ta’ ikel u supplimenti tal-ikel relatati mal-COVID-19 (https://ec.europa.eu/food/safety/official_controls/eu-co-ordinated-control-plans/covid-19_en) u l-uffiċċju tal-UE kontra l-frodi, l-OLAF nieda wkoll inkjesti https://ec.europa.eu/anti-fraud/media-corner/news/13-05-2020/inquiry-fake-covid-19-products-progresses_en  
(63)      Il-pjattaformi li wieġbu għas-sejħa tal-Kummissjoni huma: Allegro, Amazon, Alibaba/Aliexpress, CDiscount, Ebay, Facebook (jiġifieri Facebook, Facebook Marketplace u Instagram), Microsoft/Bing, Google (jiġifieri Google ads u YouTube), Rakuten, Wish u Verizon Media/Yahoo.
(64)       https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/ip_20_938  
(65)      Jiġifieri postijiet tas-suq, magni tat-tiftix u midja soċjali.
(66)      Eż. billi jinstabu prodotti b’domanda għolja mqiegħda fis-suq b’mod qarrieqi biex jinkiseb vantaġġ mhux dovut u permezz ta’ mezzi awtomatizzati biex jitneħħew b’mod proattiv ir-riklami qarrieqa u “prodotti mirakolużi” b’indikazzjonijiet dwar is-saħħa illegali.
(67)      Pereżempju, Google bblokka jew neħħa aktar minn 80 miljun reklam b’rabta mal-COVID-19 (globalment), eBay ibblokka jew neħħa aktar minn 17-il miljun prodott imniżżel għal bejgħ mill-post tas-suq globali tiegħu li jiksru r-regoli tal-konsumaturi tal-UE.
(68)      Il-Kummissjoni ħarġet gwida biex tgħin lill-konsumaturi jidentifikaw u jevitaw prattiki qarrieqa potenzjali relatati mal-COVID-19 meta jixtru online: https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/consumers/enforcement-consumer-protection/scams-related-covid-19_mt  
(69)      Il-Kummissjoni qiegħda wkoll tikkoopera mill-qrib mal-Europol u mar-reġistraturi biex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni li jippermetti d-detezzjoni rapida, ir-rappurtar u t-tneħħija ta’ websajts relatati mal-COVID-19 li jintużaw għal finijiet kriminali:https://www.europol.europa.eu/sites/default/files/documents/catching_the_virus_cybercrime_disinformation_and_the_covid-19_pandemic_0.pdf
(70)      Dawn jinkludu miżuri biex tiġi vverifikata l-eżattezza u l-validità tad-data tar-reġistranti għal ismijiet ta’ dominju li jkun fihom keywords relatati mal-COVID-19, u r-rappurtar ta’ reġistrazzjonijiet suspettużi lill-awtoritajiet rilevanti, bħal aġenziji tal-protezzjoni tal-konsumatur u aġenziji tal-infurzar tal-liġi. Ara wkoll: https://www.icann.org/news/blog/keeping-the-dns-secure-during-the-coronavirus-pandemic  
(71)       https://eurid.eu/en/news/doteu-covid19-measures/  
(72)      Il-Kummissjoni se tikkoordina l-kooperazzjoni bejn in-netwerk tas-CPC u r-reġistri u l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas biex tindirizza b’mod effettiv l-prattiki qarrieqa tal-konsumaturi.
(73)      L-OECD ipproduċiet gwida dwar kif għandhom jiġu identifikati l-prattiki qarrieqa li jieħdu l-ispirazzjoni mill-pożizzjoni komuni tan-netwerk tal-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur li tidentifika l-aktar prattiki qarrieqa komuni relatati mal-COVID-19 li saru pubbliċi f’Marzu http://www.oecd.org/coronavirus/policy-responses/protecting-online-consumers-during-the-covid-19-crisis-2ce7353c/   https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/consumers/enforcement-consumer-protection/scams-related-covid-19_mt
Top