Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0846

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri fir-rigward tal-pjan strateġiku tagħhom għall-Politika Agrikola Komuni

    COM/2020/846 final

    Brussell, 18.12.2020

    COM(2020) 846 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri fir-rigward tal-pjan strateġiku tagħhom għall-Politika Agrikola Komuni

    {SWD(2020) 367 final} - {SWD(2020) 368 final} - {SWD(2020) 369 final} - {SWD(2020) 370 final} - {SWD(2020) 371 final} - {SWD(2020) 372 final} - {SWD(2020) 373 final} - {SWD(2020) 374 final} - {SWD(2020) 375 final} - {SWD(2020) 376 final} - {SWD(2020) 377 final} - {SWD(2020) 379 final} - {SWD(2020) 384 final} - {SWD(2020) 385 final} - {SWD(2020) 386 final} - {SWD(2020) 387 final} - {SWD(2020) 388 final} - {SWD(2020) 389 final} - {SWD(2020) 390 final} - {SWD(2020) 391 final} - {SWD(2020) 392 final} - {SWD(2020) 393 final} - {SWD(2020) 394 final} - {SWD(2020) 395 final} - {SWD(2020) 396 final} - {SWD(2020) 397 final} - {SWD(2020) 398 final}


    Werrej

    1.Mill-Patt Ekoloġiku Ewropew għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

    2.Rakkomandazzjonijiet għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

    2.1.Trawwim ta’ settur agrikolu intelliġenti, reżiljenti u diversifikat li jiżgura s-sigurtà tal-ikel

    2.2.Tisħiħ tal-ħarsien ambjentali u tal-azzjoni klimatika u l-kontribuzzjoni lejn l-objettivi tal-Unjoni relatati mal-ambjent u mal-klima

    2.3.Tisħiħ tan-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali u l-indirizzar tat-tħassib tas-soċjetà

    2.4.Tkattir u kondiviżjoni tal-għarfien, tal-innovazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali

    3.Lejn Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li huma adattati għall-iskop tagħhom

    3.1.Integrazzjoni tal-Patt Ekoloġiku fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

    3.2.Abbozzar ta’ Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK effettivi

    3.3.Tisħiħ tal-prinċipju tas-sħubija



    1.Mill-Patt Ekoloġiku Ewropew għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

    Il-Patt Ekoloġiku Ewropew iwitti t-triq li trid tieħu l-Ewropa biex issir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Ifassal strateġija ġdida dwar it-tkabbir sostenibbli u inklużiv li ssaħħaħ l-ekonomija, ittejjeb is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja, tieħu ħsieb lin-natura filwaqt li tinkludi lil kulħadd. Sabiex tagħmel progress f’din id-direzzjoni, fl-2020 il-Kummissjoni Ewropea adottat l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” 1 , l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 2 u l-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030. Dawn id-dokumenti strateġiċi ewlenin jindirizzaw b’mod komprensiv l-isfidi tal-ħolqien ta’ sistemi tal-ikel sostenibbli, jirrikonoxxu r-rabtiet mill-qrib bejn nies f’saħħithom, is-soċjetajiet f’saħħithom u pjaneta f’saħħitha, jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn dieti aktar tajbin għas-saħħa u sostenibbli u jagħmlu progress fl-introduzzjoni mill-ġdid tan-natura f’ħajjitna.

    F’dan il-kuntest, il-Politika Agrikola Komuni (PAK) se tkun strumentali fil-ġestjoni tat-tranżizzjoni lejn sistema tal-ikel sostenibbli u fit-tisħiħ tal-isforzi tal-bdiewa Ewropej biex jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi tal-UE u jipproteġu l-ambjent. Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK futuri, abbozzati mill-Istati Membri u adottati mill-Kummissjoni Ewropea wara valutazzjoni bir-reqqa, se jpoġġu l-istrumenti tal-PAK fil-prattika (pagamenti diretti, żvilupp rurali u interventi settorjali) u se jissodisfaw l-objettivi tal-PAK u l-ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bl-istrateġiji dettaljati tiegħu b’mod olistiku.  3  

    F’Mejju 2020, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tagħmel rakkomandazzjonijiet  lil kull Stat Membru dwar  id-disa’ objettivi speċifiċi tal-PAK, qabel ma jippreżentaw formalment l-abbozzi tal-Pjanijiet Strateġiċi, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-indirizzar tal-miri tal-Patt Ekoloġiku u ta’ dawk li jirriżultaw mill-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u mill-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030 4 . Fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea stqarr li qed jistenna bil-ħerqa l-preżentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet u kkunsidra li dawn jistgħu jservu bħala gwida addizzjonali għall-elaborazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi 5 . 

    Il-Kummissjoni analizzat il-qagħda tal-Istati Membri differenti fir-rigward tad-disa’ objettivi speċifiċi tal-PAK futura u l-objettiv trażversali dwar l-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, abbażi tal-aħħar evidenza disponibbli u, fejn xieraq, b’kunsiderazzjoni ta’ aktar informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri. Din l-analiżi tinkludi wkoll il-valutazzjoni tal-qagħda ta’ kull Stat Membru fid-dawl tal-kontribut tiegħu għal kull waħda mill-ambizzjonijiet u mill-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew: il-miri relatati mal-użu u mar-riskji tal-pestiċidi, mal-bejgħ ta’ antimikrobiċi, mat-telf tan-nutrijenti (it-tnaqqis fl-użu eċċessiv tal-fertilizzanti), mal-erja użata għall-biedja organika, mal-karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità kbira f’art agrikola u mal-aċċess għal internet broadband veloċi f’żoni rurali.

    Abbażi ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni elaborat rakkomandazzjonijiet għas-27 Stat Membru, ippubblikati fil-forma ta’ 27 Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw din il-Komunikazzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom l-għan li juru d-direzzjoni li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jeħtieġ li jieħdu fl-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-PAK sabiex jikkontribwixxu b’mod konġunt għall-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku. Filwaqt li jżommu l-flessibbiltà proposta għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-qafas ta’ politika l-ġdid, dawn ir-rakkomandazzjonijiet jidentifikaw kwistjonijiet strateġiċi ewlenin li jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod urġenti għal kull Stat Membru u jipprovdu gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

    Il-metodoloġija stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea biex tagħżel ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti, immirat għal għadd limitat ta’ rakkomandazzjonijiet għal kull Stat Membru, sabiex il-prijoritajiet ewlenin ikunu jistgħu jiġu identifikati faċilment f’kull każ. Barra minn hekk, fil-każ tal-oqsma ta’ politika li huma aktar rilevanti għall-kisba tal-ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea vvalutat il-qagħda ta’ kull Stat Membru 6 fid-dawl tal-miri tal-UE, u b’hekk qieset l-isforzi meħtieġa sabiex tikkontribwixxi għall-ambizzjoni komuni.

    Ir-rakkomandazzjonijiet jiddistingwu bejn l-isforzi li l-Istati Membri jridu jagħmlu u jirrikonoxxu d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali tas-sostenibbiltà bil-għan li jinkoraġġixxu approċċi innovattivi biex jiggarantixxu li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK futuri jipprovdu soluzzjonijiet effettivi għall-isfidi li ġejjin b’mod integrat u territorjalment bilanċjat. L-Istati Membri li diġà qed imorru tajjeb f’oqsma ta’ politika bħall-biedja organika jew il-benessri tal-annimali huma mħeġġa jkomplu b’dawn ix-xejriet pożittivi.

    Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma indirizzati lill-Istati Membri fil-qafas ta’ djalogu strutturat. Flimkien ma’ kunsiderazzjonijiet rilevanti oħra, se jintużaw mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tagħha tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ladarba jiġu ppreżentati formalment mill-Istati Membri, abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 106 tal-abbozz tar-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Il-Kummissjoni se tindirizza osservazzjonijiet lill-Istati Membri bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. Il-Kummissjoni tivverifika, fil-mument tal-approvazzjoni u tal-emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, il-koerenza ġenerali tal-valuri tal-Pjanijiet mal-objettivi u mal-miri tal-Patt Ekoloġiku.



    2.Rakkomandazzjonijiet għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

    Din it-taqsima tipprovdi sommarju tar-rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri, li jindirizzaw l-objettivi ġenerali kif definiti fil-proposta għal Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK dwar l-isfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-biedja, tal-ikel u taż-żoni rurali, kif ukoll fir-rigward tal-għarfien, tal-innovazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni 7 . Tipprovdi wkoll elementi addizzjonali għall-Istati Membri kollha li huma importanti għat-tħejjija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

    2.1.Trawwim ta’ settur agrikolu intelliġenti, reżiljenti u diversifikat li jiżgura s-sigurtà tal-ikel 

    Ċifri ewlenin għall-agrikoltura u ż-żoni rurali tal-UE

    - 10,3 miljun azjenda agrikola, fuq 157 miljun ettaru (38 % tal-erja tal-art tal-UE), li jipprovdu impjieg full-time lil 8,8 miljun persuna (2016, 2019)

    - output agrikolu totali ta’ EUR 403 biljun (2018) u l-kontribuzzjoni ta’ EUR 60 biljun għal surplus tal-kummerċ agroalimentari (2019)

    - 6,2 miljun azjenda agrikola jirċievu appoġġ dirett (2018). 80 % tal-pagamenti jmorru għal 20 % tal-benefiċjarji

    - L-introjtu agrikolu fl-UE huwa ta’ 47 % tal-pagi u s-salarji grossi fl-ekonomija tal-UE (2017)

    Kif ġie mfakkar fl-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”, it-trasformazzjoni aċċellerata tal-produzzjoni agrikola li hija meħtieġa biex jinbnew sistemi tal-ikel sostenibbli tirrikjedi settur agrikolu ekonomikament vijabbli u reżiljenti fl-UE. L-analiżi turi li, minkejja d-diversità fost l-Istati Membri, jeħtieġ li jiġu indirizzati xi sfidi ekonomiċi ewlenin fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika tal-agrikoltura Ewropea u jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ negozju. Il-kapaċità tal-bdiewa li jilqgħu opportunitajiet bħal dawn se tiddependi b’mod kruċjali fuq is-sostenibbiltà ekonomika tal-azjenda agrikola tagħhom.

    L-introjtu agrikolu għadu baxx u taħt il-medja tal-bqija tal-ekonomija fi kważi l-Istati Membri kollha, minkejja l-proċess ta’ konsolidazzjoni tal-azjendi agrikoli li ilu għaddej għal għexieren ta’ snin. Il-livell tal-introjtu tal-azjendi agrikoli jvarja b’mod sinifikanti bejn ir-reġjuni, id-daqs tal-azjendi agrikoli u s-setturi. Madankollu, żewġ kwistjonijiet ġew identifikati ripetutament fl-Istati Membri. L-ewwel nett, il-ħtieġa li jiġi indirizzat l-introjtu tal-azjendi agrikoli tal-familja li huma żgħar u ta’ daqs medju u ta' dawk li jinsabu f’żoni b’restrizzjonijiet naturali. It-tieni, il-volatilità għolja tal-introjtu hija mistennija li tippersisti fuq perjodu ta’ żmien qasir u medju, xprunata l-aktar minn kemm huma miftuħin is-swieq u minħabba ammont li dejjem jiżdied ta’ avvenimenti ta’ temp estrem ikkawżati mill-klima.



    EUR/AWU

    Illustrazzjoni 1. Introjtu tal-azjendi agrikoli meta mqabbel mal-bqija tal-ekonomija (medja għall-2016-2018) 8

    9 Nota: indikatur tal-introjtu = Introjtu Nett tal-Azjenda Agrikola + Pagi. Is-sussidji operattivi jkopru mhux biss il-pagamenti diretti iżda wkoll is-sussidji kollha tal-iżviluppi rurali minbarra l-appoġġ għall-investiment. Is-sussidji operattivi jkopru wkoll l-għajnuniet u l-għajnuniet supplimentari nazzjonali possibbli Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    Sfida oħra hija t-tkabbir bil-mod, u f’xi każijiet anke l-istaġnar, fil-produttività agrikola f’ħafna Stati Membri. Dan hu aggravat iżjed mill-fatt li l-kostijiet huma għoljin f’ċertu setturi - speċjalment għall-manodopera u għall-art. It-tkabbir tal-produttività huwa ewlieni biex tinżamm il-kompetittività u jiżdied l-introjtu tal-azjendi agrikoli, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-impatt ambjentali u klimatiku pożittiv. Għalhekk huwa tal-akbar importanza li jiġi żgurat li jinżammu u li jitjiebu l-kundizzjonijiet li jinkoraġġixxu l-innovazzjoni u livell għoli ta’ taħriġ u investiment fl-agrikoltura (speċjalment fid-dawl tal-isfidi ambjentali identifikati fit-taqsima li jmiss).

    Fl-aħħar nett, is-sostenibbiltà ekonomika tas-settur se tiddependi wkoll fuq il-kapaċità tal-bdiewa li joħolqu u li jkollhom sehem akbar tal-valur miżjud fil-katina tal-provvista tal-ikel. Il-kooperazzjoni fost il-bdiewa tista’ tikseb ekonomiji ta’ skala kif ukoll issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ negozjar tagħhom fil-katina alimentari. F’xi setturi u f’xi Stati Membri, il-bdiewa jsibuha bi tqila li jidħlu f’integrazzjoni vertikali jew f’kooperazzjoni msaħħa, pereżempju f’organizzazzjonijiet tal-produtturi jew kooperattivi.

    It-triq ’il quddiem

    Sabiex jegħlbu dawn l-isfidi u jkomplu t-tranżizzjoni għal agrikultura sostenibbli u reżiljenti, jenħtieġ li l-azzjonijiet tal-PAK jiffokaw fuq it-trasformazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-biedja, itejbu l-valur, il-kwalità u s-sostenibbiltà ambjentali tal-agrikoltura u ta’ prodotti b’bażi bijo u jinċentivaw il-kooperazzjoni bejn il-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel. Huwa essenzjali li tissaħħaħ il-vijabbiltà u r-reżiljenza għat-theddid ekonomiku, klimatiku u tal-bijodiversità relatat filwaqt li r-rendimenti futuri tal-bdiewa jiddepenui fil-biċċa l-kbira fuq il-ħila tagħhom li jindirizzaw it-tibdil fil-klima u li jżommu r-riżorsi naturali f’saħħithom. Tul il-pandemija tal-COVID-19, is-sistemi agroalimentari tal-Unjoni Ewropea pprovdew lill-Ewropej b’ikel ta’ kwalità għolja kif ukoll sikur, filwaqt li kienu esposti għal pressjoni u għal sfidi. Madankollu, ħarsa aktar mill-qrib lejn ir-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel tal-UE, u b’mod partikolari lejn il-biedja tal-UE, hija prevista fil-pjan ta’ kontinġenza li jmiss biex jiġu żgurati l-provvista tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel.

    Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, hemm bżonn li jsir progress lejn sistema aktar ġusta u mmirata ta’ appoġġ dirett. Jenħtieġ li l-Istati Membri jindirizzaw aħjar il-ħtiġijiet ta’ azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju billi jnaqqsu d-differenzi fl-introjtu bejn id-daqsijiet differenti tal-azjendi agrikoli permezz ta’ mekkaniżmi li jippermettu ridistribuzzjoni effettiva, bħall-iffissar ta’ limiti massimi, it-tnaqqis fil-pagamenti u, b’mod partikolari, permezz tal-applikazzjoni tal-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà. Il-ġustizzja fl-appoġġ se tinvolvi wkoll, f’xi Stati Membri, progress sinifikanti fil-proċess tal-konverġenza interna. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-appoġġ jintuża wkoll biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-azjendi agrikoli f’ċerti żoni, bħal f’żoni li jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali.

    inqas minn 5 ettariinqas minn 5 ettaribejn u 5 u 20 ettarubejn u 20 u 100 ettarubejn 100 u 250 ettaruaktar minn 250 ettarubejn u 5 u 20 ettarubejn u 20 u 100 ettarubejn 100 u 250 ettaruaktar minn 250 ettaru Illustrazzjoni 2. Sehem tal-Pagamenti Diretti skont id-daqs tal-azjenda agrikola – sena finanzjarja 2019

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea. Tqassim tal-appoġġ għall-introjtu. Distribuzzjoni tal-għajnuna diretta lill-bdiewa – ċifri indikattivi għas-sena finanzjarja 2019.

    Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ u ffaċilitat l-użu ta’ strumenti tal-ġestjoni tar-riskju mill-bdiewa, jiġu appoġġati l-investimenti f’soluzzjonijiet innovattivi (eż. l-ottimizzazzjoni tal-valorizzazzjoni tal-prodotti tal-azjendi agrikoli u tal-fatturi tal-produzzjoni fl-ekonomija ċirkolari bbażata fuq il-prodotti bijoloġiċi) u li jittejjeb l-aċċess għall-finanzi, b’użu aktar effettiv tal-possibbiltajiet tal-politika tal-iżvilupp rurali.

    Fl-aħħar nett, l-isforzi għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-produtturi inkluż permezz tal-għodod il-ġodda skont il-programmi settorjali futuri jridu jkomplu, filwaqt li jiġu msaħħa l-isforzi biex tittejjeb it-trasparenza tal-katina tal-provvista. Barra minn hekk, il-potenzjal għaż-żieda tal-valur miżjud tal-prodott agrikoli jista’ jiġi sfruttat permezz ta’ skemi tal-kwalità tal-UE, b’mod partikolari fid-dawl tas-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur u d-domanda dejjem akbar għal prodotti u metodi ta’ produzzjoni aħjar għas-saħħa u aktar sostenibbli.

    Dawn l-għodod kollha jistgħu jiggarantixxu, permezz ta’ firxa ta’ approċċi u ta’ kombinamenti, it-titjib tal-introjtu u tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli, filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw l-użu sostenibbli ta’ riżorsi u rispons sodisfaċenti għall-isfidi li jitnisslu mit-tibdil fil-klima u mit-telfien tal-bijodiversità. Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK il-ġodda se jippermettu lill-Istati Membri jadattaw l-għodod għall-qagħda speċifika tas-settur tal-biedja tagħhom (bi strutturi agrikoli u b’kundizzjonijiet pedoklimatiċi differenti), filwaqt li jiggarantixxu kundizzjonijiet ekwi.

    2.2.Tisħiħ tal-ħarsien ambjentali u tal-azzjoni klimatika u l-kontribuzzjoni lejn l-objettivi tal-Unjoni relatati mal-ambjent u mal-klima 

    Ċifri ewlenin għall-agrikoltura u għaż-żoni rurali tal-UE

    -8 % tal-art agrikola tal-UE użata għall-biedja organika (2018)

    -10,1 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra joriġinaw mill-agrikoltura (2018)

    - 13,3 % tal-istazzjonijiet tal-monitoraġġ tal-ilma ta’ taħt l-art jaqbżu l-konċentrazzjoni ta’ 50 mg nitrati għal kull litru (2012-2015)

    - 12 % tal-ħabitats seminaturali dipendenti fuq l-agrikoltura huma vvalutati li huma fi stat “tajjeb” (2013-2018)

    Is-settur tal-biedja tal-UE (u sa ċertu punt is-settur tal-foresti tagħha) qed ikomplu jiffaċċjaw u jikkawżaw sfidi sostanzjali fir-rigward tal-ambjent u tal-klima.

    F’kuntest fejn l-Unjoni stabbilixxiet miri ta’ tnaqqis aktar ambizzjużi għall-futur, it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-agrikoltura tal-UE, staġna f’dawn l-aħħar snin, u saħansitra żdied f’xi Stati Membri – mill-bhejjem jew mill-ġestjoni tal-ħamrija. Barra minn hekk, is-sekwestru tal-karbonju tal-art u tal-foresti naqas f’dawn l-aħħar snin u hemm riskju kbir ta’ telf tal-karbonju minn ċerti tipi ta’ art (speċjalment artijiet tal-pit). Il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u mill-forestrija qed tiżdied, u qed iżżid ukoll il-kompetizzjoni fuq l-art u l-produzzjoni agrikola, iżda tvarja sostanzjalment bejn l-Istati Membri. Hemm ukoll potenzjal importanti li għadu ma ġiex sfruttat għall-effiċjenza enerġetika fl-agrikoltura.



    L-emissjonijiet mill-bhejjem (il-fermentazzjoni enterika u l-ġestjoni tad-demel) għal kull ettaru ta’ UAA

    Tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull ettaru

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Livell tan-NUTS: NUTS 0

    Sors: ESTAT u EEA

    Sena: Medja għall-2016-2018

    Kalkoli: DĠ AGRI – C3

    Kartografija: DĠ AGRI TIM TAL-GIS 12/2020

    Mappa 1. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bhejjem u mill-fermentazzjoni enterika għal kull fattur ta’ produzzjoni fl-UE

    Sadanittant, it-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità għadhom għaddeja u l-agrikoltura hija vulnerabbli ħafna għall-impatti tagħhom (il-falliment tal-uċuħ tar-raba’ u l-qerda ta’ foresti minħabba n-nixfiet, il-maltempati, l-għargħar, jew it-tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard) u qiegħda tiffaċċja dejjem aktar riskji relatati mal-klima u mal-ambjent. Il-pajjiżi tal-UE huma dejjem aktar konxji tal-ħtieġa li mhux biss itaffu it-tibdil fil-klima iżda li jaddattaw għalih u li jreġġgħu lura t-telfien tal-bijodiversità. L-azzjoni f’dawn l-oqsma hija urġenti.

    Filwaqt li l-erja tal-foresti fl-UE qed tiżdied u llum il-foresti jkopru 45 % tal-erja tal-art totali tal-UE, il-foresti jinsabu taħt pressjoni dejjem akbar minħabba t-tibdil fil-klima. Pressjonijiet oħra jiġu mill-abbandun rurali, min-nuqqas ta’ ġestjoni u ta’ frammentazzjoni minħabba it-tibdil fl-użu tal-art, miż-żieda fl-intensità tal-ġestjoni minħabba d-domanda dejjem akbar għall-injam, għall-prodotti tal-foresti u għall-enerġija, mill-iżvilupp tal-infrastruttura, mill-urbanizzazzjoni u mit-teħid tal-art. Hemm il-ħtieġa li tiżdied kemm il-kwantità kif ukoll il-kwalità tal-foresti Ewropej minħabba r-rwol kruċjali li jaqdu għall-bijodiversità, u li tintlaħaq in-newtralità karbonika sal-2050 u l-bijoekonomija.

    Minkejja t-titjib sinifikanti li ġie osservat fl-aħħar snin 10 , jidher ċar li għad hemm sfidi f’termini tal-ġestjoni tar-riżorsi naturali. L-agrikoltura hija emittent ewlieni tal-ammonijaka, gass li jniġġes l-arja li huwa partikolarment ta’ ħsara u jikkontribwixxi għat-tniġġis b’materja partikolata anke f’żoni urbani, u l-emissjonijiet f’xi Stati Membri qed jiżdiedu – f’ċerti każijiet jaqbżu l-limiti legali.

    Xi prattiki tal-ġestjoni tal-art u l-bidliet fil-koperta tal-art qed ipoġġu pressjoni sinifikanti fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħamrija. Il-ħamrija agrikola tal-UE qiegħda tiġi degradata dejjem aktar u qiegħda ssofri minn erożjoni, kompattazzjoni, salinizzazzjoni mit-tniġġis, deżertifikazzjoni, u telf ta’ materja organika tal-ħamrija u tal-bijodiversità, għalkemm ċertament mhux kullimkien bl-istess severità. Proċessi ta’ degradazzjoni bħal dawn iwasslu wkoll għal telf konsiderevoli fir-rendiment agrikolu.

    Minkejja li sar xi progress, it-tniġġis bin-nitrati mill-agrikoltura għadu waħda mill-akbar pressjonijiet fuq l-ambjent akkwatiku. F’ħafna reġjuni, l-applikazzjoni eċċessiva tan-nitroġenu u tal-fosforu mid-demel tal-bhejjem u mill-fertilizzanti inorganiċi (kif ukoll mill-pestiċidi) qed toħloq problemi f’termini tat-tniġġis tal-ilma, tal-bijodiversità u tal-kwalità tal-arja. Filwaqt li l-qagħda f’xi Stati Membri hija ġeneralment diċenti, il-hotspots ta’ kwalità baxxa huma mifruxa. Għadd dejjem akbar ta’ Stati Membri qed isofru minn skarsezza tal-ilma li spiss tkun ikkawżata minn astrazzjoni eċċessiva tal-ilma għall-agrikoltura. It-tibdil fil-klima se jkompli jaggrava l-problema tad-disponibbiltà tal-ilma f’ħafna reġjuni.

    Surplus tan-nitroġenu fid-dawl tal-impatti negattivi fuq il-kwalità tal-ilma

    Kg/ha/sena

    Livell tan-NUTS: NUTS 3

    Sors: EEA - Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

    Sena: 2010

    Kartografija: DĠ AGRI TIM TAL-GIS 12/2020

    Kopertura esterna

    M’hemmx data

    Surplus tan-nitroġenu

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Mappa 2. L-inputs tan-nitroġenu fuq l-art agrikola fl-UE

    Sors: EEA (2019) 11

    Fir-rigward tat-telf qawwi tal- bijodiversità fiż-żoni agrikoli, l-evidenza tindika li fl-UE kollha hemm tnaqqis kontinwu fil-popolazzjonijiet tal-UE tal-ispeċijiet tal-għasafar tal-art agrikola, tad-dakkara (li huma essenzjali għas-servizzi tal-ekosistema) u fl-istatus tal-ħabitats agrikoli. Uħud mill-ħabitats agrikoli li tnaqqxu fil-biċċa l-kbira mill-biedja huma essenzjali għall-ħajja selvaġġa. Il-problema ġejja mill-intensità għolja tal-biedja 12 , jew minn ġestjoni insuffiċjenti jew mill-abbandum tal-art agrikola. L-intensifikazzjoni agrikola u l-konsolidazzjoni tal-art agrikola qed jikkontribwixxu dejjem aktar għat-telf ta’ sehem sinifikanti ħafna tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ siewja (eż. sisien tal-ħaxix, strixex tal-fjuri, għadajjar, terrazzi), kif ukoll ta’ raba’ mistrieħ, bwar jew artijiet mistagħdra ġestiti b’mod estensiv, li qabel kienu jikkaratterizzaw il-pajsaġġi agrikoli. Fost l-adozzjoni li qed tiżdied ta’ prattiki agroekoloġiċi li jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ambjent, f’ċerti Stati Membri l-bdiewa adottaw il-biedja organika b’entużjażmu, iżda f’oħrajn l-adozzjoni baqgħet baxxa ħafna.

    Illustrazzjoni 3. Il-biedja organika fl-Istati Membri kollha tal-UE (sehem taż-żona agrikola użata li ġiet ikkonvertita kompletament u li qed tiġi kkonvertita għall-biedja organika)

    Sors: EUROSTAT [ org_cropar_h1 ] u [ org_cropar ] 13

    It-triq ’il quddiem

    F’termini ġenerali, is-soluzzjonijiet għal ħafna minn dawn l-isfidi jinsabu f’biedja “aktar intelliġenti”, aktar preċiża u sostenibbli, li tuża aktar l-għarfien u t-teknoloġija (diġitali) - biex tipproduċi b’mod konġunt aktar beni privati u beni pubbliċi ambjentali b’livelli aktar baxxi ta’ użu ta’ input u fatturi esterni negattivi.

    Fost affarijiet oħra, dan jenħtieġ li jinkludi ġestjoni aħjar tan-nutrijenti u iżjed sinerġiji bejn is-setturi tal-bhejjem, tal-għelejjel u tal-forestrija (ta’ benefiċċju għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-kwalità tal-arja u għall-bijodiversità), użu aktar preċiż u għalhekk imnaqqas ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll żvilupp ta’ metodi alternattivi għall-protezzjoni tal-pjanti, titjib fil-ġestjoni tal-bhejjem u d-demel (b’enfasi fuq il-fermentazzjoni enterika biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan) u tisqija aktar effiċjenti (li, jekk tintuża b’mod xieraq, tista’ ttaffi l-pressjoni fuq riżorsi tal-ilma skarsi). Il-biedja b’ammont intensiv ta’ għarfien tista’ wkoll tappoġġa b’mod attiv il-ħolqien u l-manutenzjoni tal-ħabitats – pereżempju, permezz ta’ newba xierqa tal-uċuħ tar-raba’ inkluż għelejjel leguminużi. Il-ħolqien u l-preservazzjoni ta’ tipi u ta’ karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità għolja ta’ erjas agrikoli huma importanti biex tiġi restawrata l-bijodiversità, li ttejjeb il-produttività agrikola fit-tul, tipprevjeni l-erożjoni u t-tnaqqis fil-ħamrija, tiffiltra l-arja u l-ilma, tappoġġa l-adattament klimatiku– kif ukoll tgħin lill-biedja u lill-forestrija jirrealizzaw il-potenzjal sostanzjali tagħhom bħala bjar tal-karbonju.

    Ħafna minn dawn l-approċċi jistgħu wkoll jissarrfu f’benefiċċji ekonomiċi għall-bdiewa. L-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni, b’ħarsien bis-sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi favur il-bijodiversità, ir-restawr tal-foresti u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti jistgħu jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima billi jżidu t-tneħħija netta ta’ CO2, billi jippreservaw il-ħażniet tal-karbonju, u billi jipprovdu riżorsi għall-bijoekonomija ċirkolari filwaqt li jiġġeneraw ukoll kobenefiċċji inkluż dwar il-bijodiversità u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Għalhekk, il-bdiewa u l-forestiera jistgħu jiġu ppremjati direttament għall-azzjoni ambjentali u klimatika (l-hekk imsejjaħ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola) u b’hekk jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ negozju għaż-żoni rurali. L-implimentazzjoni ta’ miżuri effiċjenti fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi bħall-promozzjoni tal-iffrankar tal-enerġija fl-azjendi agrikoli u t-teknoloġiji rinnovabbli fuq skala żgħira jistgħu jappoġġaw ukoll lis-settur tal-biedja. Firxa wiesgħa ta’ għodod tal-PAK jistgħu jgħinu jimplimentaw dawn il-passi fil-prattika, f’sinerġija ma’ politiki u ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE u nazzjonali relatati mal-ambjent, mal-klima u mal-enerġija. L-għodod mhux biss jinkludu diversi tipi ta’ pagamenti bbażati fuq l-erja ambjentali - fosthom l-iskemi ekoloġiċi l-ġodda, flimkien ma’ pagamenti li ilhom stabbiliti fil-Pilastru II tal-PAK - iżda wkoll l-elementi tal-kundizzjonalità u l-appoġġ għall-bini tal-għarfien, l-investimenti, l-innovazzjoni u l-kooperazzjoni.

    L-Istati Membri jiddefinixxu l-kontenut proprju tal-azzjonijiet ambjentali u klimatiċi fir-rekwiżiti bażiċi, fl-iskemi ekoloġiċi u fil-pagamenti għall-iżvilupp rurali. Flimkien dawn jiffurmaw l-hekk imsejħa “arkitettura ekoloġika”. Abbażi ta’ ppjanar xieraq u tal-prestazzjoni fl-imgħoddi, l-Istati Membri jeħtieġ li jagħżlu u jgħaqqdu dawn l-għodod differenti tal-PAK sabiex jagħtu riżultati ċari dwar l-ambjent u l-klima.

    Kaxxa 1. Eżempji ta’ skemi ekoloġiċi possibbli

    Il-Kummissjoni identifikat eżempji ta’ skemi ekoloġiċi possibbli biex tappoġġa lill-Istati Membri fit-triq lejn Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK effiċjenti. Huma konformi mal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u mal-Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 bil-potenzjal li jikkontribwixxu għal bosta mill-objettivi tagħhom, u mingħajr preġudizzju għal regoli futuri dwar dan is-suġġett. L-Istati Membri jistgħu jużaw l-iskemi ekoloġiċi, pereżempju, biex jappoġġjaw il-prattiki agrikoli li ġejjin:

    ·L-agroforestrija billi jappoġġaw lill-bdiewa, pereżempju, biex iżommu densità minima ta’ siġar fl-irqajja’ jew biex jieħdu ħsieb is-siġar b’tali mod li jiġi massimizzat il-benefiċċju għall-għasafar u għall-insetti.

    ·L-agroekoloġija billi jappoġġaw lill-bdiewa, pereżempju, biex jużaw sustanzi naturali bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew biex japplikaw sistemi ta’ tkabbir tal-għelejjel li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji minimi għan-newba tal-uċuħ tar-raba’. Il-biedja organika hija eżempju ta’ agroekoloġija.

    ·Il-biedja ta’ preċiżjoni billi jappoġġaw lill-bdiewa, pereżempju, biex jistabbilixxu pjan ta’ ġestjoni tan-nutrijenti li – bis-saħħa tat-teknoloġija u l-analiżi tad-data in situ – tipprevedi data f’ħin reali u azzjoni korrettiva minnufih. Dawn it-teknoloġiji jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-inputs u fl-emissjonijiet.

    ·Is-sekwestru tal-karbonju billi jappoġġjaw lill-bdiewa, pereżempju, biex ma jaħartux u biex inaqqsu l-ħdim tar-raba’ (agrikoltura ta’ konservazzjoni), biex ixarrbu mill-ġdid l-art tal-pit ixxottata , biex jippreservaw il-bwar u biex imantnu l-karatteristika tal-pajsaġġ b’diversità għolja, li jinkludu, inter alia, is-sisien tal-ħaxix, biċċiet art ta’ lqugħ, siġar li mhumiex produttivi, u għadajjar.

    2.3.Tisħiħ tan-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali u l-indirizzar tat-tħassib tas-soċjetà

    Ċifri ewlenin għall-agrikoltura u għaż-żoni rurali tal-UE

    - 5,1 % tal-maniġers tal-azjendi agrikoli tal-UE għandhom inqas minn 35 sena (2016)

    - Il-PGD per capita fiż-żoni rurali huwa ta’ 74 % tal-medja tal-UE (2014)

    - Tnaqqis ta’ 17 % fl-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1 għall-pestiċidi (2011-2018)

    Il-bidu b’suċċess tat-tranżizzjoni deskritta fl-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” se tirrikjedi sforzi u impenji kbar mill-atturi fit-territorji tal-UE. Iż-żoni rurali joffru potenzjal partikolari f’dan ir-rigward, peress li huma d-dar jew il-post ta’ attività għall-bdiewa, għall-forestiera, għall-intraprendituri u għall-konsumaturi u jirrappreżentaw partijiet kbar tar-riżorsi naturali u l-ekosistemi tal-Ewropa. L-isfruttar ta’ dan il-potenzjal ifisser l-għoti ta’ spinta lil ċiklu virtwuż li bih l-opportunitajiet ekonomiċi ġodda ġġenerati jirriżultaw f’dinamika pożittiva bħal  tnaqqis fil-faqar, fil-qgħad u f’aċċess aħjar għas-servizzi fil-partijiet kollha tas-soċjetà rurali.

    Kollox idur madwar il-ġenerazzjoni ta’ perspettivi, inkluż għall-aktar żoni u gruppi tas-soċjetà vulnerabbli, sabiex iċ-ċittadini jibbenefikaw minn żoni rurali attraenti u – f’konformità mal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” – tranżizzjoni ġusta. Iż-żoni rurali għandhom ħafna opportunitajiet, iżda f’ħafna partijiet tal-Unjoni dawn huma kkaratterizzati minn dgħufijiet strutturali jew potenzjal mhux esplorati. Filwaqt li r-realtajiet ġewwa u bejn l-Istati Membri jvarjaw, ċerti sfidi huma rikorrenti. F’ħafna Stati Membri, iż-żoni rurali għadhom lura f’termini tal-introjtu per capita, l-aċċess għal infrastruttura u servizzi bażiċi u l-esplorazzjoni xierqa tal-potenzjal tal-bijoekonomija.

    Riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali u sitwazzjonijiet ta’ impjieg u qgħad li mhumiex favorevoli u li spiss jikkonċernaw lin-nisa, liż-żgħażagħ jew lil gruppi vulnerabbli huma wkoll karatteristika rikorrenti taż-żoni rurali tal-Unjoni. Għaldaqstant, iż-żoni rurali f’ħafna Stati Membri huma soġġetti għad-depopolazzjoni u/jew għad-dinamika tat-tixjiħ, li titlob soluzzjonijiet effettivi biex jattiraw liż-żgħażagħ, inkluż lejn is-settur agrikolu.

    Matul l-aħħar għaxar snin, il-proporzjon tal-bdiewa żgħażagħ fil-popolazzjoni agrikola ġenerali naqas, filwaqt li dak tal-bdiewa li għandhom ’il fuq minn 55 sena żdied. Dan jinvolvi komponent tal-ġeneru importanti, peress li s-sehem tal-bdiewa żgħażagħ nisa huwa speċjalment baxx. L-aċċess għall-art, għall-finanzi u għas-servizzi ta’ konsulenza effiċjenti huma l-aktar sfidi importanti għall-iżvilupp tan-negozju.



    irġielirġielnisaproporzjon <35 sena/>55 sena (assi tal-lemin)nisaproporzjon <35 sena/>55 sena (assi tal-lemin) Illustrazzjoni 4. Bdiewa żgħażagħ fl-Istati Membri tal-UE kollha- is-sehem tal-maniġers tal-azjendi agrikoli taħt l-età ta’ 35 sena fl-2016

    14 Sors: EUROSTAT [] 

    L-agrikoltura tal-UE għandha wkoll rwol importanti fir-rispons għad-domandi tas-soċjetà fuq l-ikel u s-saħħa f’konformità mal-objettivi tal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” biex jiġu ttrasformati s-sistemi tal-ikel tal-UE billi jiġu indirizzati l-impatti tagħhom, inklużi dawk ambjentali, soċjali/tas-saħħa u ekonomiċi. Filwaqt li jitfakkar il-progress miksub fil-livell tal-UE f’ħafna oqsma, huwa ċar li għad hemm sfidi fir-rigward tat-tnaqqis fl-użu tal-inputs, b’mod partikolari l-pestiċidi kimiċi, il-fertilizzanti u l-antimikrobiċi fil-biedja, kif ukoll tat-titjib tas-saħħa u tal-benesseri tal-annimali, it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-pjanti minn pesti u mard emerġenti, il-promozzjoni ta’ konsum aktar sostenibbli u tajjeb għas-saħħa tal-ikel (bħaż-żieda fil-konsum tal-frott u ħxejjex friski) u t-tnaqqis fit-telf u l-ħela tal-ikel. Kif speċifikat fl-Istrateġija tal-UE “Mill-Għalqa sal-Platt”, ix-xejriet attwali tal-konsum tal-ikel tal-UE mhumiex sostenibbli kemm mil-lat tas-saħħa kif ukoll mil-lat ambjentali. L-ambjent tal-ikel, li huwa influwenzat ukoll mill-miżuri tal-PAK, jeħtieġ li jappoġġa bidla dijetetika lejn dieta aktar ibbażata fuq il-pjanti, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet dijetetiċi nazzjonali, sabiex dan jikkontribwixxi għall-kisba kemm tal-objettivi tas-sostenibbiltà ambjentali kif ukoll tas-saħħa.

    Sors: DĠ AGRI wara l-ESVAC, l-Għaxar Rapport tal-ESVAC (2020)Sors: DĠ AGRI wara l-ESVAC, l-Għaxar Rapport tal-ESVAC (2020) Source: EUROSTAT [aei_hri]Source: EUROSTAT [aei_hri] Illustrazzjonijiet 5 u 6. Antimikrobiċi (f’mg/PCU) u pestiċidi (HRI1) fl-UE

    It-triq ’il quddiem

    L-indirizzar tas-sett ta’ sfidi strutturali u l-istimular ta’ dinamika favorevoli fiż-żoni rurali kollha se jeħtieġu l-mobilizzazzjoni ta’ taħlita ta’ riżorsi u inizjattivi pubbliċi u privati, bl-użu tal-PAK kif ukoll ta’ politiki u fondi Ewropej oħra 15 , f’ambjent legali ta’ appoġġ. Investimenti mmirati u integrati kemm fil-kapital fiżiku kif ukoll fil-kapital uman se jkunu ta’ importanza partikolari, fost l-oħrajn biex jittejjeb l-ambjent tan-negozju, biex titrawwem kemm l-ekonomija ċirkolari kif ukoll il-bijoekonomija u biex jiġu ppreservati u żviluppati l-infrastruttura u s-servizzi meħtieġa għal ekonomija diversifikata. Hija meħtieġa attenzjoni partikolari għal dawk it-territorji u għal dawk il-partijiet ikkonċernati li huma l-aktar fil-bżonn.

    F’konformità mal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 16 adottata reċentement, l-Istati Membri kollha huma rrakkomandati jiżguraw li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jinkludu miżuri mmirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali u biex jiżguraw li tissaħħaħ l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur agrikolu. Trid tingħata attenzjoni partikolari għall-għoti ta’ servizzi ta’ kwalità tajba għall-indukrar tat-tfal fiż-żoni rurali u għat-tnaqqis fid-differenzi bejn il-ġeneri, b’mod partikolari fl-impjiegi.

    Jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-protezzjoni tal-ħaddiema agrikoli, speċjalment dawk prekarji, staġjonali u mhux iddikjarati. Dan se jkollu rwol ewlieni fit-twettiq tal-ħarsien tad-drittijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, li huwa element essenzjali tas-sistema tal-ikel ġusta tal-UE prevista mill-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”.

    L-isforzi biex jitrawwem tiġdid ġenerazzjonali fl-agrikoltura se jkollhom jappoġġaw l-investimenti f’infrastruttura u f’servizzi bażiċi, kif ukoll fid-diversifikazzjoni ekonomika (eż. fl-azjendi agrikoli jew fil-bijoekonomija), biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzi kif ukoll għal għarfien/pariri speċifiċi għall-bidu ta’ negozju agrikolu, biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet tal-wirt u tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet tal-bdiewa, inkluża s-suċċessjoni tal-azjendi agrikoli. L-Istati Membri kkonċernati se jagħtu wkoll attenzjoni speċifika lil oqsma bi ħtiġijiet u b’vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħar-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE.

    L-opportunitajiet ekonomiċi jistgħu jirriżultaw ukoll minn qbil aħjar bejn il-produzzjoni agrikola u t-tibdil fid-domandi tal-konsumaturi. Fir-rigward tal-mira tal-Patt Ekoloġiku tal-UE dwar it-tnaqqis fil-bejgħ tal-antimikrobiċi biex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi, huwa meħtieġ sforz ikkoordinat biex jissokta jitnaqqas l-użu tagħhom f’għadd ta’ Stati Membri permezz ta’ strumenti li jippromwovu l-aħjar prattiki dwar l-użu mnaqqas u prudenti tal-antimikrobiċi, is-servizzi ta’ taħriġ u ta’ konsulenza, flimkien ma’ ġestjoni mtejba tal-bhejjem, il-bijosigurtà, il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet.

    Dawn il -miżuri min-naħa tagħhom se jikkontribwixxu wkoll għat-titjib tas-saħħa tal-annimali u tal-bijosigurtà. Sabiex tintlaħaq il-mira tat-tnaqqis fl-użu u tar-riskju ta’ pestiċidi kimiċi, il-maġġoranza tal-Istati Membri jridu jikkontribwixxu billi jippromwovu l-adozzjoni ta’ ġestjoni integrata tal-pesti, ta’ biedja ta’ preċiżjoni u tal-bidla għal prodotti inqas perikolużi għall-protezzjoni tal-pjanti.

    Jenħtieġ li l-Istati Membri huma wkoll jagħmlu sforz importanti biex jersqu lejn dieti aktar tajbin għas-saħħa u aktar sostenibbli mil-lat ambjentali, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet dijetetiċi nazzjonali, u li jirriflettu dwar il-mod kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom jista’ jikkontribwixxi għal ambjent tal-ikel aħjar għas-saħħa kif ukoll biex jagħtu attenzjoni lit-telf u l-ħela tal-ikel.

    2.4.Tkattir u kondiviżjoni tal-għarfien, tal-innovazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali 

    Ċifri ewlenin għall-agrikoltura u għaż-żoni rurali tal-UE

    - 60 % tal-unitajiet domestiċi rurali għandhom aċċess għal internet broadband veloċi (2019)

    - 32 % tal-maniġers tal-azjendi agrikoli kisbu taħriġ agrikolu bażiku jew sħiħ (2016)

    L-għarfien u l-innovazzjoni jaqdu rwol ewlieni biex jgħinu lill-bdiewa u lill-komunitajiet rurali jilqgħu l-isfidi tal-lum u ta’ għada. Ir-riċerka u l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda se jkunu fost l-istrumenti ewlenin li jippermettu t-tranżizzjoni lejn sistemi tal-ikel aktar sostenibbli u aħjar għas-saħħa.

    Il-programm qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE Orizzont Ewropa se jiġi implimentat biex jikkumplimenta l-korp sostanzjali ta’ għarfien u ta’ riċerka agrikola li hemm għaddejja. Madankollu, dan l-għarfien spiss jibqa’ frammentat u ma jiġix applikat b’mod effettiv fil-prattika, filwaqt li s-settur agrikolu għandu kapaċità ta’ innovazzjoni konsiderevoli u li mhijiex użata biżżejjed.

    Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu użu mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK futuri sabiex jappoġġaw il-programm Orizzont Ewropa u s-sħubiji u l-missjonijiet tiegħu, li se jagħtu kontribut sinifikanti għall-Patt Ekoloġiku Ewropew. B’mod partikolari, il-missjoni Nieħdu Ħsieb il-Ħamrija biex Nieħdu Ħsieb il-Ħajja, u l-missjoni: Ewropa Reżiljenti għall-Klima huma ta’ importanza kbira għall-agrikoltura u għaż-żoni rurali.

    Is-Sistema tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), li tiżgura flussi effettivi tal-għarfien bejn l-atturi tagħha, se tkun strumentali biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tal-PAK u biex jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku. B’rispons għall-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-bdiewa li qed jiżdiedu, l-integrazzjoni tal-konsulenti kollha fi ħdan l-AKIS u s-servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni se jiżguraw l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet applikabbli tar-riċerka u tal-innovazzjoni.

    L-istrument ewlieni biex titħaffef l-innovazzjoni fil-prattika se jkun is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikoli (EIP-AGRI), u b’mod partikolari l-Gruppi Operattivi tagħha, jiġifieri proġetti innovattivi fl-agrikoltura u f’attivitajiet oħrajn relatati mal-biedja u maż-żoni rurali (l-ambjent, il-klima, il-bijodiversità, is-sistemi tal-ikel u mhux tal-ikel, eċċ.).

    Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu sehem fit-tranżizzjoni diġitali tas-settur tal-biedja billi jisfruttaw il-kapaċità teknoloġika tal-UE fit-teknoloġiji u fl-infrastruttura diġitali u tad-data kif ukoll fl-osservazzjoni bis-satellita, fil-biedja ta’ preċiżjoni, fis-servizzi ta’ ġeolokalizzazzjoni, fil-makkinarju awtonomu tal-azjendi agrikoli, fid-droni, eċċ., biex jimmonitorjaw aħjar u jottimizzaw il-proċessi tal-produzzjoni agrikola u l-implimentazzjoni tal-PAK. Id-disponibbiltà ta’ konnessjoni tal-internet veloċi u affidabbli fiż-żoni rurali, akkumpanjata mill-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali, hija kruċjali biex tippermetti l-iżvilupp tas-soluzzjonijiet intelliġenti futuri kollha għall-agrikoltura u għan-negozji u għall-komunitajiet rurali tagħna. L-internet veloċi se jkun mezz għal informazzjoni, edukazzjoni u servizzi tas-saħħa aħjar li jippermettu wkoll tiġdid ġenerazzjonali fil-biedja u fl-iżvilupp ta’ ekonomija rurali moderna. F’dan il-qasam, għad iridu jsiru sforzi importanti f’għadd ta’ Stati Membri. L-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti wkoll huma fattur importanti biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-innovazzjoni taż-żoni rurali.

    B’mod parallel, is-sistemi amministrattivi tal-Istati Membri jeħtieġ li jiġu modernizzati biex jippermettu l-integrazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ informazzjoni diġitali u l-isfruttar ta’ informazzjoni diġitali (kemm permezz ta’ intelliġenza artifiċjali jew approċċi ta’ analitika u mmudellar tad-data) biex jitnaqqsu l-kostijiet u tiġi mifhuma l-effettività tal-politika filwaqt li jittejbu s-servizzi u l-benefiċċji għall-popolazzjonijiet rurali. L-iżvilupp tal-potenzjal tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (IACS), abbażi tal-komponenti attwali tagħha, jista’ jappoġġa l-isforzi tal-amministrazzjoni pubblika f’dan il-qasam. Jenħtieġ li dan it-titjib jgħin lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-bdiewa jkollhom aċċess għal sistema ta’ reġistri tal-artijiet li tippermettilhom ikunu ċerti li jistgħu jitolbu appoġġ għall-art li huma legalment intitolati għalih u jiżgura li l-art li għaliha ssir talba tkun għad-dispożizzjoni tagħhom.

    L-użu tat-teknoloġiji diġitali huwa essenzjali biex tiżdied il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tas-settur, taż-żoni rurali u għall-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-amministrazzjonijiet tal-PAK, il-kontrolli tal-PAK u r-rappurtar tal-prestazzjoni tal-PAK.

    Illustrazzjoni 7. Kopertura tal-broadband veloċi fl-UE – unitajiet domestiċi rurali / unitajiet domestiċi nazzjonali

    Sors: Indikaturi individwali tad-DESI [ desi_1b1_Fbbc ] 17



    3.Lejn Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li huma adattati għall-iskop tagħhom

    3.1.Integrazzjoni tal-Patt Ekoloġiku fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK 

    Ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija huma l-ewwel pass fil-proċess tal-integrazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK futuri. Il-valutazzjoni pprovduta fid-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal differenti u d-data użata għal din il-valutazzjoni 18 joffru bażi tajba għall-Istati Membri biex jiddefinixxu għalihom infushom, b’mod kwantifikat, il-kontribut potenzjali tagħhom għall-ambizzjoni komuni.

    Il-Proposta għal Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tipprevedi li l-Istati Membri jabbozzaw strateġija ta’ intervent għal kull wieħed mid-disa’ objettivi speċifiċi, li tkun tinkludi l-miri (fil-livell tal-indikaturi tar-riżultati) u l-interventi l-aktar xierqa. Il-valur ta’ dawn il-miri u l-għażla u t-tfassil tal-interventi jiġu ġġustifikati abbażi tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet.

    Ir-rakkomandazzjonijiet (u l-analiżi li tiġġustifikahom) jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal kull objettiv speċifiku. Fl-istess ħin, l-Istati Membri huma mitlubin jistabbilixxu valuri nazzjonali espliċiti għall-miri differenti tal-Patt Ekoloġiku.

    Il-valuri nazzjonali jsarrfu l-ambizzjoni komuni ta’ kull waħda mill-miri tal-Patt Ekoloġiku f’aspirazzjonijiet speċifiċi fil-livell nazzjonali. Dawn l-aspirazzjonijiet kwantifikati se jippermettu lill-Istati Membri jispjegaw kif qed jippjanaw li jikkontribwixxu għall-ambizzjoni l-ġdida tal-UE stabbilita bil-Patt Ekoloġiku, u b’hekk jindikaw direzzjoni ċara tal-isforzi li jridu isiru fil-livell nazzjonali. Jenħtieġ li dawn il-valuri nazzjonali espliċiti jqisu l-isforzi li saru matul l-aħħar snin, il-qagħda preżenti u l-potenzjal għal titjib, filwaqt li jirrikonoxxu l-qagħda speċifika ta’ kull Stat Membru. Fejn rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-konsistenza ma’ strateġiji jew ma’ miri nazzjonali diġà eżistenti li jirriżultaw minn strumenti ta’ ppjanar u minn obbligi legali oħra. Id-definizzjoni tal-valuri nazzjonali se tgħin lill-Istati Membri fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u fl-istabbiliment tal-miri tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fil-livell tal-indikaturi tar-riżultati.

    Il-Kummissjoni Ewropea se tappoġġa lill-Istati Membri f’dak il-proċess, fil-qafas tad-djalogu strutturat, qabel ma jiġu adottati formalment il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

    Billi jiġu eżaminati l-valuri nazzjonali kollha flimkien, se jkun possibbli li jiġi vvalutat jekk l-UE kollettivament hijiex miexja fit-triq it-tajba biex jintlaħqu dawk il-miri tal-Patt Ekoloġiku. Il-Kummissjoni se tivverifika, fil-mument tal-approvazzjoni u tal-emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, il-koerenza ġenerali tal-valuri tal-Istati Membri mal-miri tal-Patt Ekoloġiku. Il-progress lejn dawn il-miri tal-Patt Ekoloġiku, fil-livell tal-Istati Membri, se jiġi mmonitorjat permezz tal-qafas ta’ evalwazzjoni propost għall-PAK futura 19 .

    3.2.Abbozzar ta’ Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK effettivi

    Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK futuri mhumiex biss għodod għall-ippjanar. Huma l-bażi ta’ governanza ġdida, b’kooperazzjoni msaħħa bejn il-livelli differenti tal-gvern u aktar ftuħ u trasparenza lejn is-soċjetà Ewropea. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet fis-27 Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal, il-Kummissjoni Ewropea se ssaħħaħ id-djalogu strutturat mal-Istati Membri, billi tipprovdi aktar gwida u tintensifika l-appoġġ għat-tħejjija tas-27 Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Il-Kummissjoni se żżid ukoll dak l-appoġġ billi taqsam pubblikament dokumenti xierqa dwar kif biħsiebha tivvaluta l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK 20 .

    Kif previst fl-Artikolu 94 tal-Proposta għal Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, l-awtoritajiet kompetenti għall-ambjent u l-klima jridu jkunu involuti effettivament fit-tfassil tal-aspetti ambjentali u klimatiċi tal-pjan.

    Fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, l-Istati Membri jridu jiżguraw it-trasparenza. Iridu jiżguraw li l-interventi jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, ikunu kompatibbli mas-suq intern u ma jfixklux il-kompetizzjoni. Fl-istess ħin, meta jistabbilixxu l-kriterji tal-għażla, l-Istati Membri jkollhom l-għan li jiżguraw li l-appoġġ jiġi mmirat f’konformità mal-iskop tal-intervent, mat-trattament ugwali tal-applikanti, mal-użu aħjar tar-riżorsi finanzjarji u mal-evitar tal-kunflitt ta’ interess.

    It-tranżizzjoni tirrikjedi wkoll sforzi addizzjonali biex tiggarantixxi li l-politiki differenti kollha implimentati fl-istess territorju jikkontribwixxu b’mod konsistenti u integrat għal sistemi tal-ikel sostenibbli. Dan jinkludi wkoll rabtiet rurali-urbani u approċċi ta’ żoni funzjonali li jeħtieġ li jissaħħu. Barra minn hekk, pereżempju, l-ambizzjoni li tiġi ppreservata l-bijodiversità fl-artijiet agrikoli tirrikjedi li l-Istati Membri ma jiffinanzjawx investimenti u prattiki tal-biedja li għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent.

    Minbarra dan, jenħtieġ li l-ippjanar strateġiku tal-PAK jiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà ma’ fondi oħrajn tal-UE (b’mod partikolari mal-Politika ta’ Koeżjoni) biex jiġi evitat finanzjament doppju u tittejjeb l-effiċjenza ġenerali tal-investimenti. Jenħtieġ li l-fondi kollha tal-UE jaħdmu f’sinerġija sħiħa u jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew. Jenħtieġ li l-għodod territorjali (bħall-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità) u l-kooperazzjoni transfruntiera jissaħħu aktar. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi maħruġa fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew kif ukoll tal-iżviluppi strateġiċi ewlenin li ġejjin bħall-Viżjoni fit-Tul għaż-Żoni Rurali li se tinħareġ fl-2021 bħala qafas komprensiv għall-iżvilupp taż-żoni rurali tal-UE matul id-deċennji li ġejjin.

    3.3.Tisħiħ tal-prinċipju tas-sħubija

    Sabiex jiżdiedu l-għarfien, l-għarfien espert u l-fehmiet disponibbli fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-PAK futura, huwa importanti wkoll li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK il-ġodda jitħejjew skont il-prinċipju tas-sħubija. Kif previst fl-Artikolu 94 tal-proposta għar-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, l-Istati Membri jridu jfasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK abbażi ta’ proċeduri trasparenti u bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati. L-involviment tal-korpi pubbliċi rilevanti kollha, (inkluż l-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti) tal-imsieħba ekonomiċi u soċjali kif ukoll tal-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili jrid isir fl-istadji preparatorji kollha tal-Pjan Strateġiku tal-PAK futur.

    Għad hemm bżonn ta’ sforzi biex jiġi ggarantit kemm l-involviment xieraq kif ukoll il-parteċipazzjoni effettiva tal-partijiet ikkonċernati u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jaġixxu f’dan ir-rigward, b’mod partikolari dawk l-Istati Membri li għadhom ma nedewx djalogu miftuħ u trasparenti mal-imsieħba kollha. Il-Kummissjoni se timmonitorja dan il-proċess mill-qrib qabel ma jiġu ppreżentati l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

    Abbażi tal-esperjenza tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni tirrakkomanda lill-Istati Membri kollha l-użu tal-prinċipji definiti fil-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar is-sħubija fil-qafas tal-FSIE 21 .

    L-involviment tal-atturi kollha se jkun kruċjali wkoll fil-fażi ta’ implimentazzjoni u dawn se jaqdu wkoll rwol importanti fil-kumitati ta’ monitoraġġ futuri. Jenħtieġ li dawn il-kumitati, stabbiliti minn qabel, diġà kellhom rwol fil-finalizzazzjoni tal-abbozz tal-Pjan Strateġiku tal-PAK qabel ma jintbagħat lill-Kummissjoni. Network nazzjonali tal-PAK li jiffunzjona tajjeb jista’ jtejjeb il-kontribuzzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għall-kisba tal-miri u tal-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku. Jenħtieġ li n-network tal-PAK, fost il-funzjonijiet differenti tiegħu, jaġixxi bħala faċilitatur u jappoġġa pereżempju t-tlaqqigħ tal-komunitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni mal-bdiewa fi ħdan l-AKIS u jippromwovi sinerġiji bejn il-PAK u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka kif ukoll il-kooperazzjoni reġjonali fi ħdan il-Pjattaforma tal-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti Agroalimentari.

    (1)      COM(2020) 381
    (2)      COM(2020) 380
    (3)      Ara d- Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (2020) 93 final dwar “L-analiżi tar-rabtiet bejn ir-riforma tal-PAK u l-Patt Ekoloġiku
    (4)

          Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna

    (5)      Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”, adottati fid-19 ta’ Ottubru 2020 (12099/20)
    (6)      Id-data użata għal din il-valutazzjoni hija inkluża fl-Annessi ta' din il-Komunikazzjoni: L-Anness I jippreżenta l-valuri referenzjarji għall-miri kwantifikati tal-Patt Ekoloġiku (kif iddefiniti fl-istrateġiji “Mill-Għalqa sal-Platt” u għall-Bijodiversità); L-Anness II jippreżenta l-iżviluppi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-setturi tal-agrikoltura u tal-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fl-UE.
    (7)      Ir-rakkomandazzjonijiet huma organizzati skont id-disa’ objettivi speċifiċi proposti fl-Artikolu 6 tal-proposta għal Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK (COM(2018) 392 final). Dawn l-objettivi jindirizzaw id-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali tas-sostenibbiltà, kif riflessi fl-objettivi ġenerali fl-Artikolu 5 tal-proposta leġiżlattiva msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, tingħata attenzjoni speċifika lill-objettiv trażversali dwar l-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni.
    (8)      Għal LU, FI u SE, “l-introjtu mis-suq”, li huwa l-introjtu ġġenerat minn attività agrikola mingħajr ma jitqies l-ebda appoġġ pubbliku, huwa negattiv. Dan ifisser li bħala medja, il-qligħ mill-bejgħ ma jkoprux il-kostijiet tal-produzzjoni. F’dawn il-każijiet, is-sussidji operattivi jkopru dan l-introjtu mis-suq negattiv u jikkostitwixxu l-introjtu nett tal-azjenda agrikola.
    (9)      Id-Direttur Ġenerali tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali. Indikaturi tal-kuntest tal-PAK C.25 Introjtu mill-fatturi agrikoli u l-indikatur tal-kuntest tal-PAK C.26 Introjtu intraprenditorjali agrikolu. Introjtu abbażi tal-EUROSTAT [ aact_eaa04 ], [ aact_ali01 ] u [ aact_eaa06 ], wara li jerġa’ jiżdied il-kumpens tal-impjegati għall-introjtu intraprenditorjali u diviż bin-numru totali ta’ unitajiet tax-xogħol annwali. Nota: data stmata għall-2019. Il-paga medja fl-ekonomija abbażi tad-data tal-EUROSTAT fuq eluf ta’ sigħat ta’ xogħol bl-użu tal-kunċett domestiku tal-impjegati [ nama_10_a10_e ] u abbażi tad-data tal-EUROSTAT dwar “il-pagi u s-salarji” [ nama_10_a10 ]. Jenħtieġ li tiġi eżerċitata l-kawtela meta jitqabblu l-livelli assoluti tal-introjtu mill-fatturi agrikoli għal kull AWU minħabba li dawn huma influwenzati minn kalkoli differenti skont ir-regoli nazzjonali u mhumiex iddisinjati speċifikament biex ikunu komparabbli bejn il-pajjiżi.
    (10)      Pereżempju, l-emissjonijiet tal-ammonijaka naqsu b’26 % mill-1990 sal-2018 (Sors: EEA), l-erożjoni stmata tal-ħamrija bl-ilma naqset b’medja ta’ 9,5 % fl-UE matul l-aħħar għaxar snin, u b’20 % għar-raba’ li jinħadem (Sors: Panagos, et al., 2015,  https://doi.org/10.1016/j.envsci.2015.08.012 ). Il-konċentrazzjoni tan-nitrati u tal-fosfati fix-xmajjar fil-livell tal-UE naqset b’9 % u bi 17 % rispettivament matul il-perjodu 2006-2016 (medja ta’ 3 snin) (Sors: EEA). Fl-istess ħin, l-użu tal-fertilizzanti tan-nitroġenu u tal-fosforu naqas xi ftit mill-2008 u mill-2018 (Eurostat (aei_fm_usefert) ).
    (11)      De Vries, W., P.F.A.M. Römkens, J. Kros, J.C Voogd, G. Louwagie and L Schulte-Uebbing, 2019a. Impacts of nutrients and heavy metals in European agriculture. Current and critical inputs in view of air, soil and water quality. Rapport tal-ETC/ULS (qed jiġi stampat). Is-surplus tan-nitroġenu (N) fl-EU-27 għas-sena 2010 kien ikkalkulat bħala l-input totali tan-N, permezz ta’ fertilizzanti, demel, bijosolidi, għelejjel li jassimilaw in-N u depożizzjoni tan-N, bit-tnaqqis fl-assorbiment tan-N bil-mudell INTEGRATUR. L-eċċess tal-inputs kritiċi tan-N fl-art agrikola fl-EU27 għas-sena 2010 kien ikkalkulat bħala l-input totali tan-N permezz ta’ fertilizzanti, demel, bijosolidi, għelejjel li jassimilaw in-N u depożizzjoni tan-N bit-tnaqqis fl-input kritiku tan-N fid-dawl tal-impatti negattivi fuq il-kwalità tal-ilma. L-input kritiku tan-N kien ibbażat fuq il-konċentrazzjoni kritika tan-N ta’ 2,5 mg N/l fl-iskular għall-ilma tal-wiċċ.
    (12)      Minbarra l-impatt tat-tibdil fil-klima, tal-ispeċijiet invażivi, tal-estrazzjoni eċċessiva tar-riżorsi naturali, tat-tniġġis eċċ.
    (13)      Il-Kummissjoni Ewropea. Indikatur tal-kuntest tal-PAK C.19 Żona agrikola użata għall-biedja organika. Abbażi tal-EUROSTAT [ org_cropar_h1 ] flimkien ma’ [ apro_cpsh1 ], u [ org_cropar ]. Id-data għall-Kroazja hija għas-sena 2019.
    (14)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Indikatur tal-kuntest tal-PAK C.23 Struttura tal-età tal-maniġers tal-azjendi agrikoli. Ibbażat fuq l-EUROSTAT [ ef_m_farmang ]

    (15)      F’konformità mal-Artikolu 174 tat-TFUE.
    (16)      COM(2020) 152 final
    (17)      Il-Kummissjoni Ewropea. Digital Economy and Society Index. DESI individual indicators – 1b1 Fast BB (NGA) coverage [ desi_1b1_fbbc ].
    (18)      Ara l-Annessi ta’ din il-Komunikazzjoni
    (19)       Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (2020) 93 final dwar “Analiżi tar-rabtiet bejn ir-riforma tal-PAK u l-Patt Ekoloġiku
    (20)      Ara n-nota 19 f’qiegħ il-paġna
    (21)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej
    Top

    Brussell, 18.12.2020

    COM(2020) 846 final

    ANNESSI

    tal-

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri fir-rigward tal-pjan strateġiku tagħhom għall-Politika Agrikola Komuni








    {SWD(2020) 367 final} - {SWD(2020) 368 final} - {SWD(2020) 369 final} - {SWD(2020) 370 final} - {SWD(2020) 371 final} - {SWD(2020) 372 final} - {SWD(2020) 373 final} - {SWD(2020) 374 final} - {SWD(2020) 375 final} - {SWD(2020) 376 final} - {SWD(2020) 377 final} - {SWD(2020) 379 final} - {SWD(2020) 384 final} - {SWD(2020) 385 final} - {SWD(2020) 386 final} - {SWD(2020) 387 final} - {SWD(2020) 388 final} - {SWD(2020) 389 final} - {SWD(2020) 390 final} - {SWD(2020) 391 final} - {SWD(2020) 392 final} - {SWD(2020) 393 final} - {SWD(2020) 394 final} - {SWD(2020) 395 final} - {SWD(2020) 396 final} - {SWD(2020) 397 final} - {SWD(2020) 398 final}


    Ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku

    Pestiċidi

    Antimikrobiċi

    Broadband fiż-żoni rurali

    Biedja organika

    Karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità kbira

    Nutrijenti

    Mira/i tal-UE għall-2030

    50 % tnaqqis fl-użu u tar-riskju ġenerali tal-pestiċidi kimiċi, u tal-użu ta’ pestiċidi aktar perikolużi

    50 % tnaqqis fil-bejgħ ta’ antimikrobiċi għall-annimali tar-razzett u tal-akkwakultura

    100 % aċċess għall-internet broadband veloċi fiż-żoni rurali sal-2025

    25 % tal-art agrikola tal-UE użata għall-biedja organika

    10 % tal-erja agrikola għandha karatteristiċi tal-pajsaġġ ta’ diversità għolja

    50 % tnaqqis fit-telf tan-nutrijenti, filwaqt li jiġi żgurat li ma jkunx hemm deterjorament fil-fertilità tal-ħamrija. Dan se jnaqqas l-użu tal-fertilizzanti b’mill-inqas 20 % sal-2030.

    Indikatur

    I Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1(HRI1) 

    II Kwantitajiet ta’ bejgħ ta’ pestiċidi kandidati għas-sostituzzjoni

    III Ingredjent attiv tal-aġenti antimikrobiċi veterinarji kkummerċjalizzati prinċipalment għall-annimali li jipproduċu l-ikel, f’milligrammi għal kull unità ta’ korrezzjoni tal-popolazzjoni

    IV Sehem mill-unitajiet domestiċi rurali bi broadband tal-aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGA)

    V Sehem tal-erja agrikola użata għall-biedja organika

    VI Sehem tal-erja agrikola għandha karatteristiċi tal-pajsaġġ ta’ diversità għolja

    VII Bilanċ gross tan-nitroġenu f’kilogrammi għal kull ettaru  tal-erja agrikola użata 

    VIII Sehem tal-istazzjonijiet tal-monitoraġġ tal-ilma ta’ taħt l-art b’konċentrazzjoni tan-nitrat akbar minn 50 mg/L

    IX Bilanċ gross tal-fosforu f’kilogrammi għal kull ettaru tal-erja agrikola użata 

    Sena/Snin referenzjarja/i

    Δ 2011-2013/2018

    Medja għall-2015-2017

    Medja għall-2015-2017

    2018

    2019

    2018

    1 2018/2015*  

    2 Medja għall-2012-2014**  

    Medja għall-2012-2015

    Medja għall-2012-2014***

    Valur referenzjarju tal-EU-27

    -17 %

    X 100

    XI 118,3

    56,4 %

    8 %

    4,6 %

    46

    13,3 %

    1

    Valuri referenzjarji tal-Istati Membri

    BE

    -28 %

    100

    113,1

    97,5 %

    6,6 %

    1,4 %

    138

    15,9 %

    6

    BG

    -17 %

    100

    119,6

    28,4 %

    2,6 %

    4 %

    23

    18,7 %

    -6

    CZ

    -39 %

    100

    57,0

    64,2 %

    14,8 %

    0,8 %

    76

    11,6 %

    -3

    DK

    -48 %

    100

    38,2

    76,7 %

    9,8 %

    1,3 %

    83

    16,6 %

    7

    DE

    -18 %

    100

    88,4

    74,6 %

    7,3 %

    2,2 %

    73

    28,0 %

    -2

    EE

    31 %

    100

    53,3

    62,4 %

    21 %

    4,4 %

    24

    4,2 %

    -7

    IE

    -31 %

    100

    46,0

    89,8 %

    2,6 %

    1 %

    38

    0,0 %

    20

    EL

    -41 %

    100

    90,9

    40,1 %

    9,3 %

    3 %

    55

    15,5 %

    0

    ES

    -22 %

    100

    219,2

    58,7 %

    9,3 %

    13,2 %

    34

    21,5 %

    4

    FR

    1 %

    100

    64,2

    47,6 %

    7,0 %

    2 %

    43

    12,4 %

    1

    HR

    -38 %

    100

    66,8

    34,5 %

    6,9 %

    1,6 %

    60

    2,4 %

    6

    IT

    -9 %

    100

    244

    68,4 %

    15,2 %

    3,7 %

    72

    11,1 %

    -2

    CY

    34 %

    100

    466,3

    100 %

    4,6 %

    11,1 %

    186

    17,4 %

    30

    LV

    40 %

    100

    36,1

    81,7 %

    14,5 %

    16,8 %

    27

    2,0 %

    2

    LT

    -14 %

    100

    33,1

    28,7 %

    8,1 %

    3,3 %

    28

    1,5 %

    3

    LU

    -38 %

    100

    33,6

    92 %

    4,4 %

    0,2 %

    127

    15,0 %

    4

    HU

    -16 %

    100

    180,6

    77,7 %

    3,9 %

    3,3 %

    35

    7,1 %

    -1

    MT

    -19 %

    100

    150,9

    100 %

    0,4 %

    9,3 %

    145

    70,7 %

    29

    NL

    -23 %

    100

    57,5

    96,1 %

    3,5 %

    3,8 %

    167

    11,8 %

    3

    AT

    29 %

    100

    50,1

    68,4 %

    24,1 %

    2,1 %

    38

    8,1 %

    1

    PL

    -22 %

    100

    167,4

    32.6 %

    3,3 %

    2,3 %

    48

    5,6 %

    2

    PT

    -34 %

    100

    186,6

    69,4 %

    5,9 %

    7,6 %

    42

    17,9 %

    4

    RO

    -52 %

    100

    82,7

    53,4 %

    2,4 %

    3,4 %

    7

    15,6 %

    -1

    SI

    9 %

    100

    43,2

    62,2 %

    10,0 %

    0,2 %

    56

    11,6 %

    4

    SK

    -16 %

    100

    49,3

    45,3 %

    9,9 %

    1,9 %

    33

    12,8 %

    -5

    FI

    44 %

    100

    18,7

    9,1 %

    13,1 %

    16,5 %

    47

    0,5 %

    4

    SE

    -44 %

    100

    12,5

    40,9 %

    20,3 %

    7,1 %

    32

    0,9 %

    -1

    Objettiv tal-Patt Ekoloġiku

    Emissjonijiet tal-gassijiet serra

    Mira tal-UE

    Kontribut għall-mira ta’ tnaqqis ta’ 55 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 u għan-newtralità klimatika sal-2050

    Indikatur

    Żviluppi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-agrikoltura mill-1990 u mill-2005

    XII Emissjonijiet mill-agrikoltura f’miljuni ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2

    Li minnhom

    XIII Emissjonijiet mill-fermentazzjoni enterika għal kull unità ta’ ruminanti f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull unità ta’ bhejjem

    XIV Emissjonijiet mill-agrikoltura għal kull unità ta’ art agrikola f’tunnellata ta’ ekwivalenti  ta’ CO2 għal kull ettaru tal-erja agrikola użata

    XV Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-forestrija f’miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO 2

    XVI mill-fermentazzjoni enterika f’miljuni ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2

    XVII mill-ħamrija agrikola ġestita f’miljuni ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2

    XVIII mill-ġestjoni tad-demel f’miljuni ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2

    Snin / perjodu

    Δ 1990 / 2016-2018

    Δ 2005 / 2016-2018

    Medja għall-2016-2018

    Medja għall-2016-2018

    EU-27

    -20,1 %

    -0,1 %

    396,8

    173,1

    153,1

    56,3

    2,7

    2,5

    -266,9

    Qagħda tal-Istat Membri

    BE

    -18,2 %

    -3,3 %

    10,0

    4,6

    3,3

    1,9

    2,6

    7,4

    -1,0

    BG

    -47,7 %

    26,1 %

    6,5

    1,5

    4,2

    0,6

    2,3

    1,3

    -8,5

    CZ

    -44,4 %

    6,9 %

    8,8

    3,0

    4,5

    1,0

    2,8

    2,5

    -0,4

    DK

    -15,7 %

    -1,6 %

    11,1

    3,7

    4,2

    2,9

    3,3

    4,2

    5,7

    DE

    -17,6 %

    1,8 %

    65,4

    25,5

    26,0

    9,5

    2,8

    3,9

    -27,0

    EE

    -47,2 %

    19,6 %

    1,4

    0,5

    0,7

    0,2

    2,7

    1,4

    -2,1

    IE

    -0,2 %

    4,4 %

    19,6

    11,4

    5,7

    2,0

    2,0

    4,4

    4,3

    EL

    -22,7 %

    -12,5 %

    7,8

    3,6

    3,1

    0,9

    2,2

    1,5

    -3,2

    ES

    6,5 %

    -3,7 %

    39,5

    17,5

    12,3

    8,6

    2,8

    1,6

    -38,3

    FR

    -8,2 %

    -2,3 %

    75,6

    34,7

    32,5

    6,3

    2,4

    2,6

    -27,2

    HR

    -38,2 %

    -17,1 %

    2,7

    1,0

    1,1

    0,6

    2,6

    1,8

    -4,9

    IT

    -12,0 %

    -4,7 %

    30,5

    14,2

    8,5

    5,7

    2,6

    2,4

    -32,6

    CY

    4,3 %

    -7,7 %

    0,5

    0,3

    0,1

    0,1

    3,0

    4,0

    -0,3

    LV

    -52,4 %

    14,5 %

    2,7

    0,9

    1,6

    0,2

    2,5

    1,4

    0,0

    LT

    -50,6 %

    5,4 %

    4,4

    1,5

    2,4

    0,4

    2,6

    1,5

    -4,0

    LU

    -0,5 %

    10,0 %

    0,7

    0,4

    0,2

    0,1

    2,7

    5,3

    -0,4

    HU

    -28,7 %

    16,0 %

    7,1

    2,0

    3,7

    1,1

    2,7

    1,3

    -4,8

    MT

    -14,3 %

    -13,6 %

    0,1

    0,0

    0,0

    0,0

    2,5

    5,7

    0,0

    NL

    -25,6 %

    1,7 %

    18,7

    8,6

    5,4

    4,6

    2,7

    10,3

    5,0

    AT

    -9,8 %

    4,3 %

    7,3

    4,1

    2,1

    1,0

    2,9

    2,7

    -4,8

    PL

    -33,2 %

    5,5 %

    32,4

    12,7

    15,1

    3,6

    2,9

    2,2

    -34,7

    PT

    -5,8 %

    0,6 %

    6,7

    3,4

    2,2

    0,9

    2,5

    1,9

    -0,4

    RO

    -45,5 %

    -8,1 %

    19,4

    10,9

    5,8

    2,1

    4,1

    1,4

    -23,1

    SI

    -6,6 %

    0,0 %

    1,7

    0,9

    0,4

    0,3

    2,6

    3,6

    0,1

    SK

    -54,7 %

    3,7 %

    2,7

    1,0

    1,4

    0,3

    2,7

    1,4

    -6,3

    FI

    -11,6 %

    1,3 %

    6,6

    2,1

    3,6

    0,7

    3,2

    2,9

    -14,7

    SE

    -9,7 %

    -2,1 %

    6,9

    3,0

    3,2

    0,6

    2,7

    2,3

    -43,3

    (1) *      Id-data disponibbli bħalissa dwar il-karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità kbira hija s-sehem tal-UAA li taqa’ taħt raba’ mistrieħ, abbażi tad-data tal-EUROSTAT tal-2018 u s-sehem ta’ elementi tal-pajsaġġ, abbażi tal-istħarriġ LUCAS tal-2015 operat mill-Eurostat, elaborazzjoni tad-data mid-DĠ AGRI– ara n-nota tat-tmiem 6.
    (2) **      L-aħħar sett komplut ta’ data disponibbli mill-Eurostat huwa għas-sena 2014.
    (I)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Indikatur tar-Riskju Armonizzat għall-pestiċidi (HRI 1), skont il-gruppi ta’ sustanzi attivi. Bħalma jinsab fl-EUROSTAT [ AEI_HRI ]. Għall-finijiet tal-mira tal-Patt Ekoloġiku, l-indikatur se jiġi indiċjat mill-ġdid biex is-snin 2015-2017 jiġu stabbiliti bħala l-perjodu referenzjarju.

    (II)

         Minħabba r-regoli ta’ kunfidenzjalità dwar id-data statistika, il-Kummissjoni ma tistax tippubblika l-kwantitajiet ta’ pestiċidi perikolużi kkummerċjalizzati f’kull Stat Membru. Din hija r-raġuni għaliex il-kolonna tat-tabella ddedikata għal dan fl-Anness I hija vojta. Kif imsemmi fl-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”, il-Kummissjoni ntrabtet li tniedi inizjattiva biex tegħleb dawn il-kwistjonijiet permezz tar-reviżjoni li jmiss tar-regolament dwar l-istatistika tal-pestiċidi.

    (III)

         L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, Sorveljanza Ewropea tal-Konsum tal-Antimikrobiċi għal Użu Veterinarju (ESVAC). Sales of veterinary antimicrobial agents in 31 countries in 2018 – trends from 2010 to 2018 Tenth ESVAC Report.  EMA/24309/2020

    (IV)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali. Indikaturi individwali tad-DESI — 1b1 Kopertura broadband rapida (NGA) [ desi_1b1_fbbc ]

    (V)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Indikatur tal-kuntest tal-PAK C.19 Erja agrikola użata għall-biedja organika. Abbażi tal-EUROSTAT [ org_cropar_h1 ] flimkien mal-[ apro_cpsh1 ], u l-[ org_cropar ]

    (VI)

         Kif iddikjarat fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, il-karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità kbira f’art agrikola jinkludu, inter alia, biċċiet tal-art ta’ lqugħ, raba' mistrieħ imnewweb jew mhux imnewweb, sisien tal-ħaxix, siġar mhux produttivi, ħitan imtarrġa, u għadajjar. Id-data użata fit-tabella biex tiddefinixxi l-valur referenzjarju ma tkoprix il-karatteristiċi kollha tal-pajsaġġ b’diversità kbira. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent qegħdin jiżviluppaw indikatur aktar robust fil-qafas tal-PAK wara l-2020 biex jiżguraw li jiġu koperti l-elementi kollha definiti fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030. Il-valuri ppreżentati joriġinaw mid-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (abbażi tal-EUROSTAT għar-raba’ mistrieħ [ apro_cpsh1 ] u miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka abbażi tal-istħarriġ LUCAS għall-istima tal-elementi tal-pajsaġġ) u jenħtieġ li jitqiesu bil-galbu minħabba riżervi metodoloġiċi.

    (VII)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Indikatur tal-kuntest tal-PAK C.40 Kwalità tal-ilma. Abbażi tal-EUROSTAT [ aei_pr_gnb ]. Il-Kummissjoni dalwaqt se tniedi inizjattivi biex ittejjeb ir-robustezza u l-kompletezza ta’ din id-data

    (VIII)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli imsejjes fuq ir-rapporti tal-Istati Membri għall-perjodu bejn l-2012-2015. SWD(2018) 246 final. https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A52018SC0246&qid=1607348904997

    (IX)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Indikatur tal-kuntest tal-PAK C.40 Kwalità tal-ilma. Abbażi tal-EUROSTAT [ aei_pr_gnb ]. Il-Kummissjoni dalwaqt se tniedi inizjattivi biex ittejjeb ir-robustezza u l-kompletezza ta’ din id-data

    (X)

         Il-mira tal-pestiċidi “Mill-Għalqa sal-Platt” għall-“tnaqqis fl-użu u tar-riskju ġenerali tal-pestiċidi kimiċi” b’50 % sal-2030 titkejjel bl-użu tal-HRI1; Xenarju bażi: HRI1 (2015-2017) = 100 = >2030 mira = 50

    (XI)

         Il-mira ta’ reżistenza għall-antimikrobiċi Mill-Għalqa sal-Platt għal “tnaqqis ta’ 50 % fil-bejgħ globali tal-UE ta’ antimikrobiċi għall-annimali tar-razzett u tal-akkwakultura” sal-2030, meta mqabbla mal-valur referenzjarju tal-UE fl-2018 (l-10 rapport ta’ data tal-ESVAC), li jirriżulta f’mira ta’ valur medju globali tal-UE ta’ 59,2 mg/PCU

    (XII)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Indikatur tal-kuntest tal-PAK C.45 Emissjonijiet mill-agrikoltura. Abbażi tal-EUROSTAT [ env_air_gge ], sors oriġinali — L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (UNFCC_v22)

    (XIII)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Abbażi tal-EUROSTAT [ env_air_gge ] u [ ef_lsk_main ]

    (XIV)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Abbażi tal-EUROSTAT [ env_air_gge ] u [ apro_cpsh1 ]

    (XV)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Indikatur tal-kuntest tal-PAK C.45 Emissjonijiet mill-agrikoltura. Abbażi tal-EUROSTAT [ env_air_gge ], sors oriġinali — L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (UNFCC_v22)

    (XVI)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Indikatur tal-kuntest tal-PAK C.45 Emissjonijiet mill-agrikoltura. Abbażi tal-EUROSTAT [ env_air_gge ], sors oriġinali — L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (UNFCC_v22)

    (XVII)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Indikatur tal-kuntest tal-PAK C.45 Emissjonijiet mill-agrikoltura. Abbażi tal-EUROSTAT [ env_air_gge ], sors oriġinali — L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (UNFCC_v22)

    (XVIII)

         Il-Kummissjoni Ewropea. Indikatur tal-kuntest tal-PAK C.45 Emissjonijiet mill-agrikoltura. Abbażi tal-EUROSTAT [ env_air_gge ], sors oriġinali — L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (UNFCC_v22)

    Top