Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0741

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Stateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima

COM/2020/741 final

Brussell, 19.11.2020

COM(2020) 741 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Stateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima






























{SWD(2020) 273 final}


1.Enerġija rinnovabbli lil hinn mill-Kosta għal Ewropa newtrali għall-klima

L-ewwel park eoliku lil hinn mill-kosta fid-dinja ġie installat f’Vindeby, lil hinn mill-kosta tan-Nofsinhar tad-Danimarka, fl-1991. Dak iż-żmien, ftit kienu tal-fehma li dan seta’ kien aktar minn proġett ta’ dimostrazzjoni 1 . 30 sena wara, l-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta hija teknoloġija matura u fuq skala kbira li tipprovdi l-enerġija għal miljuni ta’ persuni fid-dinja kollha. L-installazzjonijiet il-ġodda għandhom fatturi ta’ kapaċità għolja u l-kostijiet naqsu b’mod kostanti matul dawn l-aħħar 10 snin.

Illum, ir-riħ lil hinn mill-kosta jipproduċi elettriku nadif li jikkompeti mat-teknoloġija eżistenti bbażata fuq il-fjuwils fossili, u li xi drabi jkun saħansitra irħas minnha. Dan kollu huwa eżempju ewlieni ta’ tmexxija teknoloġika u industrijali Ewropea ta’ suċċess indiskutibbli: Il-laboratorji u l-industriji Ewropej qed jiżviluppaw b’rata mgħaġġla firxa ta’ teknoloġiji oħra biex jisfruttaw il-qawwa tal-ibħra tagħna għall-produzzjoni tal-elettriku ekoloġiku, minn teknoloġiji eoliċi lil hinn mill-kosta galleġġanti 2 għal oħrajn tal-enerġija mill-oċeani bħall-enerġija mill-mewġ jew mill-marea 3 , minn installazzjonijiet fotovoltajċi galleġġanti, u l-użu tal-alka għall-produzzjoni tal-bijofjuwils.

Il-vantaġġ ta’ min jidħol l-ewwel li tgawdi minnu l-Ewropa fl-enerġiji rinnovabbli lil hinn mill-kosta jista’ jserraħ fuq il-potenzjal enormi li joffru l-ibħra tal-Unjoni Ewropea, mill-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Baltiku sal-Mediterran, mill-Atlantiku sal-Baħar l-Iswed, kif ukoll l-ibħra madwar ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE 4 u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej. L-isfruttar ta’ dan il-potenzjal teknoloġiku u fiżiku huwa kruċjali biex l-Ewropa tilħaq il-miri tagħha tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-2030 u ssir newtrali għall-klima sal-2050.

Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew irrikonoxxiet bis-sħiħ dan il-potenzjal fil-kontribut għal ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva. Il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 spjega għaliex, u kif, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandhom jitnaqqsu b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990. Dan se jeħtieġ espansjoni tal-industrija tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta, li huwa stmat li teħtieġ inqas minn 3 % tal-ispazju marittimu Ewropew u għalhekk tista’ tkun kompatibbli mal-għanijiet tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 5 .

L-Ewropa għandha opportunità ewlenija biex iżżid il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli 6 , biex iżżid l-użu dirett tal-elettriku għal spettru usa’ ta’ użi finali u biex tappoġġa l-elettrifikazzjoni indiretta permezz tal-idroġenu u fjuwils sintetiċi oħra, kif ukoll gassijiet dekarbonizzati oħra, kif muri fl-istrateġija għall-integrazzjoni tas-sistemi tal-enerġija 7 u l-istrateġija għall-idroġenu 8 . L-Istrateġija tal-UE għall-Idroġenu, b’mod partikolari, tistabbilixxi objettiv ta’ 40 GW ta’ kapaċità ta’ elettroliżi marbuta mal-enerġija rinnovabbli fl-UE sal-2030. L-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta hija fost it-teknoloġiji rinnovabbli bl-akbar potenzjal ta’ espansjoni. Mill-kapaċità installata tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta tal-lum ta’ 12 GW, il-Kummissjoni tistma li l-objettiv li jkun hemm kapaċità installata ta’ mill-inqas 60 GW ta’ enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u ta’ mill-inqas 1 GW ta’ enerġija mill-oċeani 9 sal-2030, bil-ħsieb li sal-2050 jintlaħqu 300 GW 10 u 40 GW 11 ta’ kapaċità installata, rispettivament, huwa realistiku u jista’ jintlaħaq. Il-kisba ta’ dawn l-objettivi twassal għal kisbiet ewlenin f’termini tad-dekarbonizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, tippermetti d-dekarbonizzazzjoni ta’ setturi problematiċi permezz tal-idroġenu rinnovabbli kif ukoll twassal benefiċċji ewlenin f’termini ta’ impjiegi u tkabbir, biex b’hekk tikkontribwixxi għall-irkupru wara l-COVID-19 u għall-ippożizzjonar tal-UE bħala mexxejja fit-teknoloġiji nodfa, u għall-benefiċċju tal-għanijiet tagħha tan-newtralità klimatika u tat-tniġġis żero. Il-kisba ta’ 300 GW ta’ enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u ta’ 40 GW ta’ kapaċità installata ta’ enerġija mill-oċeani sal-2050 tfisser bidla enormi fl-iskala għas-settur f’inqas minn 30 sena, li se titwettaq b’rata ta’ żvilupp ħafna aktar mgħaġġla minn dik ta’ kull teknoloġija oħra tal-enerġija fil-passat. Tfisser ukoll li l-kapaċità għall-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta trid tiġi mmultiplikata bi kważi 30 darba sal-2050. Huwa stmat li l-investiment meħtieġ biex dan isir huwa ta’ sa EUR 800 biljun 12 .

Il-forzi tas-suq, l-avvanzi teknoloġiċi u l-iżviluppi tal-prezzijiet se jkomplu jixprunaw it-tkabbir tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fis-snin li ġejjin. Madankollu, bidla bħal din fir-ritmu teħtieġ li jingħelbu għadd ta’ ostakli u li jiġi żgurat li l-atturi kollha tul il-katina tal-provvista jkunu jistgħu jaċċelleraw kif ukoll isostnu din iż-żieda fir-rata ta’ implimentazzjoni. Huwa meħtieġ involviment akbar tal-UE u tal-gvernijiet tal-Istati Membri, peress li skont il-politiki attwali l-kapaċità ta’ installazzjoni attwali u pprojettata twassal biss għal madwar 90 GW 13 fl-2050.

Biex jinbidel il-pass, l-UE u l-Istati Membri jeħtieġu qafas fit-tul għan-negozju u l-investituri li jippromwovi koeżistenza soda bejn l-installazzjonijiet lil hinn mill-kosta u użi oħra tal-ispazju tal-baħar, li jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent u tal-bijodiversità u li jippermetti li jkun hemm komunitajiet tas-sajd b’saħħithom. Dan jgħin biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità, jiffaċilita l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-grilja 14 , itejjeb il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni transfruntiera, jiżgura li l-finanzjament tar-riċerka jiġi dirett lejn l-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji mhux maturi u jippromwovi l-kompetittività u r-reżiljenza tal-katina tal-provvista u l-industrija kollha tal-UE. It-teknoloġiji diġitali jenħtieġ li jkunu faċilitatur ewlieni, u li jrawmu aċċellerazzjoni fl-iżvilupp u l-integrazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija lil hinn mill-kosta f’sistemi tal-enerġija usa’, filwaqt li jimminimizzaw l-impatti ambjentali, jipprovdu preċiżjoni, effiċjenza, analiżi avvanzata tad-data u soluzzjonijiet ibbażati fuq l-IA.

Din il-Komunikazzjoni tipproponi strateġija tal-UE biex l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta ssir komponent ewlieni tas-sistema tal-enerġija tal-Ewropa sal-2050. Dan jeħtieġ li jittieħed approċċ diversifikat imfassal għal sitwazzjonijiet differenti. Għalhekk l-istrateġija tippreżenta qafas ġenerali ta’ abilitazzjoni, li jindirizza l-ostakli u l-isfidi komuni għat-teknoloġiji lil hinn mill-kosta u l-baċiri tal-baħar kollha iżda tistabbilixxi wkoll soluzzjonijiet ta’ politika speċifiċi adattati għall-istat differenti tal-iżvilupp tat-teknoloġiji u għall-kuntesti reġjonali. Barra minn hekk, kull baċir tal-baħar fl-Ewropa huwa differenti, u għandu potenzjal differenti minħabba l-kundizzjonijiet ġeoloġiċi speċifiċi tiegħu u l-istadju speċifiku ta’ żvilupp tiegħu fl-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta. Għalhekk, teknoloġiji differenti huma adattati għal baċiri tal-baħar differenti.

Minħabba ż-żmien twil ta’ tħejjija tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta (sa 10 snin), din l-istrateġija tistabbilixxi direzzjoni strateġika u l-kundizzjonijiet li jakkumpanjawha f’mument kruċjali biex jiġi żgurat li t-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta jkunu jistgħu jagħmlu differenza biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tagħna għall-2030 u l-2050. Dan qed iseħħ ukoll fi żmien meta l-fond ta’ rkupru ta’ NextGenerationEU jipprovdi opportunità unika biex jiġi mobilizzat il-kapital pubbliku biex jiġi kkumpensat ir-riskju li l-investiment privat fl-enerġija lil hinn mill-kosta jonqos minħabba l-kriżi tal-COVID-19.

Flimkien ma’ din l-istrateġija, il-Kummissjoni tippreżenta dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament li jipprovdi gwida dwar l-arranġamenti tas-suq tal-elettriku.

2.Prospettiva għat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta

It-terminu “teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta” jkopri għadd ta’ teknoloġiji tal-enerġija nadifa li jinsabu fi stadji differenti ta’ maturità. Bħalissa fl-ilmijiet Ewropej qed joperaw proġetti kbar fuq skala kummerċjali għal turbini eoliċi fissi mal-qiegħ, iżda teknoloġiji oħra qed jibdew ilaħħqu magħhom. Qed jitħabbru proġetti kummerċjali kbar tal-enerġija eolika galleġġanti f’xi Stati Membri u l-enerġija mill-oċeani qed tilħaq livell ta’ maturità li tagħmilhom attraenti għal applikazzjonijiet futuri.

Sors: JRC

L-UE hija mexxejja globali fit-teknoloġija u l-industriji tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta. L-industrija tal-Ewropa tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta tibbenefika mill-vantaġġ ta’ min jidħol l-ewwel fir-rigward tat-turbini eoliċi fissi mal-qiegħ, b’suq domestiku b’saħħtu fejn fl-2019 madwar 93 % tal-kapaċità installata lil hinn mill-kosta Ewropea ġiet prodotta fl-Ewropa 15 . Is-suq tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta tal-EU27 jirrappreżenta 42 % (12 GW) tas-suq globali f’termini ta’ kapaċità installata kumulattiva, segwit mir-Renju Unit (9.7 GW) u miċ-Ċina (6.8 GW). Il-kumpaniji Ewropej huma operaturi ewlenin fis-suq globali tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta 16 , għalkemm qed jiffaċċjaw kompetizzjoni dejjem akbar minn kumpaniji Asjatiċi. Il-kostijiet globali totali livellati tal-produzzjoni ta’ enerġija (LCOE) għar-riħ lil hinn mill-kosta naqsu b’44 % f’10 snin, u fl-2019 laħqu EUR 45-79/MWh.

L-industriji tal-enerġija rinnovabbli tal-UE huma b’saħħithom ukoll fit-teknoloġija eolika emerġenti lil hinn mill-kosta galleġġanti. Jeżistu u/jew qed jiġu żviluppati diversi disinni galleġġanti, li l-ebda wieħed minnhom ma jinsab fuq quddiem nett bħalissa. Huwa mistenni li sal-2024 se jiġu kkummissjonati turbini eoliċi lil hinn mill-kosta galleġġanti biex jiġġeneraw 150 MW. Huwa meħtieġ livell ogħla ta’ ambizzjoni u ċarezza biex jintlaħaq daqs tas-suq suffiċjenti li jrendi tnaqqis fil-kostijiet: hemm potenzjal li jintlaħaq LCOE ta’ inqas minn EUR 100/MWh fl-2030 jekk tiġi implimentata kapaċità kbira.

L-industrija tal-UE hija wkoll il-mexxej globali fl-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-enerġija mill-oċeani, l-aktar dawk mill-mewġ u mill-marea. Il-kumpaniji tal-UE għandhom 66 % tal-privattivi fl-enerġija mill-marea u 44 % tal-privattivi fl-enerġija mill-mewġ, u 70 % tal-kapaċità globali tal-enerġija mill-oċeani ġiet żviluppata minn kumpaniji bbażati fl-EU27. Bħalissa, il-proġetti fid-dinja kollha jużaw it-teknoloġija tal-UE. It-teknoloġiji tal-enerġija mill-oċeani huma relattivament stabbli u prevedibbli u jistgħu jikkomplementaw l-enerġija eolika u solari fotovoltajka. Bħalissa, l-ebda teknoloġija speċifika tal-oċeani ma għandha prevalenza u s-settur għadu qed jiffaċċja diffikultajiet biex joħloq suq tal-UE minkejja l-progress fl-iżvilupp u d-dimostrazzjoni. Madankollu, it-teknoloġiji tal-oċeani jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti lis-sistema tal-enerġija u lill-industrija tal-Ewropa mill-2030, b’mod partikolari billi jappoġġaw l-istabbiltà tal-grilja u billi jaqdu rwol kruċjali fid-dekarbonizzazzjoni tal-gżejjer fl-UE. Bħalissa, filwaqt li jkun meħtieġ tnaqqis sinifikanti fil-kostijiet biex it-teknoloġiji tal-enerġija mill-marea u mill-mewġ jilħqu l-potenzjal tagħhom fit-taħlita tal-enerġija, is-settur diġà naqqas il-kostijiet b’40 % mill-2015, aktar malajr milli kien antiċipat. Pass kruċjali iżda fattibbli biex jintlaħaq id-daqs kummerċjali sal-2030 ikun l-implimentazzjoni tal-pjan eżistenti ta’ proġetti ta’ parks pilota għall-ġenerazzjoni ta’ 100 MW sal-2025.

Teknoloġiji oħra għadhom fl-istadji bikrija ta’ żvilupp iżda jistgħu jkunu promettenti għall-futur: il-bijofjuwils mill-alka (bijodiżil, bijogass, u bijoetanol), il-konverżjoni tal-enerġija termali tal-oċeani (OTEC) u installazzjonijiet fotovoltajċi galleġġanti (li diġà ġew implimentati f’ilmijiet mingħajr kosta iżda li għadhom prinċipalment fl-istadju tar-riċerka u d-dimostrazzjoni fil-baħar, b’kapaċità installata ta’ 17-il kW biss).

Is-settur tat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta tal-UE

Il-manifatturi tat-turbini eoliċi, il-kumpaniji speċjalizzati fil-kostruzzjoni ta’ torrijiet u pedamenti, il-fornituri tal-kejbils u l-operaturi tal-bastimenti lkoll huma parti minn katina ta’ provvista attiva għas-settur kollu. Is-settur jinkludi mijiet ta’ operaturi, li ħafna minnhom huma SMEs li jfornu komponenti, u jimpjega eluf ta’ ħaddiema, inġiniera u xjentisti. Illum, 62 000 persuna jaħdmu fl-industrija tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta 17 u madwar 2 500 jaħdmu fis-settur tal-enerġija mill-oċeani 18 . Is-settur tat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta qed jikseb prestazzjoni aħjar mis-settur tal-enerġija konvenzjonali f’termini ta’ valur miżjud, produttività tax-xogħol u tkabbir fl-impjiegi, u jista’ jipprovdi kontribut aktar qawwi għat-tkabbir tal-PDG fl-UE fis-snin li ġejjin.

L-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta huwa tassew storja ta’ suċċess Ewropea. Għalkemm l-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għadhom ikkonċentrati f’uħud mill-baċiri tal-baħar, l-attività industrijali li ssostnihom hija alimentata minn għadd kbir ta’ negozji mifruxa fil-pajjiżi u r-reġjuni tal-UE, inkluż reġjuni interni u oħrajn mingħajr kosta. Pereżempju, il-komponenti tat-turbini eoliċi huma mmanifatturati fl-Awstrija, fir-Repubblika Ċeka u f’reġjuni interni fi Spanja, Franza, il-Ġermanja u l-Polonja 19 .

Faċilitajiet tal-manifattura ta’ komponenti tal-enerġija mir-riħ fuq l-art u lil hinn mill-kosta fl-Ewropa (aġġornament ta’ Lulju 2020) 20

3.IL-BAĊIRI TAL-BAĦAR TAL-UE: POTENZJAL ENORMI U VARJAT GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ SORSI TA’ ENERĠIJA RINNOVABBLI LIL HINN MILL-KOSTA

L-UE għandha l-akbar spazju marittimu fid-dinja u tinsab f’pożizzjoni unika biex tiżviluppa l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta bis-saħħa tal-varjetà u tal-komplementarjetà tal-baċiri tal-baħar tagħha.

Dan l-aħħar, il-kooperazzjoni reġjonali ġiet intensifikata f’xi wħud mill-baċiri tal-baħar, u l-Kooperazzjoni tal-Enerġija fl-Ibħra tat-Tramuntana (NSEC) 21 tipprovdi l-aktar eżempju u punt ta’ referenza avvanzat għal Stati Membri oħra li huma lesti li jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta. L-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta issa hija prijorità pan-Ewropea u l-kooperazzjoni fil-livell reġjonali qed tiġi estiża għall-baċiri tal-baħar kollha u għall-Istati Membri kollha. Il-ħidma li għaddejja fil-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku (BEMIP) u l-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Ewropa tal-Lbiċ dwar l-interkonnessjonijiet u l-Konnettività tal-Enerġija fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk (CESEC) hija rilevanti ħafna f’dan il-kuntest. F’Ġunju 2020, il-Memorandum ta’ Split 22 iffoka fuq l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fil-kuntest tal-ħidma biex tinkiseb tranżizzjoni enerġetika fil-gżejjer.

Il-potenzjal tekniku tar-riħ lil hinn mill-kosta fil-baċiri tal-baħar aċċessibbli għall-pajjiżi tal-EU27 (JRC ENSPRESO 2019) 23

Il-baħar tat-Tramuntana għandu potenzjal naturali għoli u mifrux għall-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta bis-saħħa ta’ ilmijiet baxxi u potenzjal lokalizzat għall-enerġija mill-mewġ u mill-marea. Bħalissa, il-Baħar tat-Tramuntana huwa r-reġjun ewlieni fid-dinja għall-kapaċità u l-għarfien espert fl-implimentazzjoni tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta. Għandu pedament politiku u ta’ governanza sod mal-NSEC. Jibbenefika wkoll mill-għarfien espert ta’ organizzazzjonijiet bħall-Konvenzjoni OSPAR 24 , li tlaqqa’ flimkien 15-il gvern u lill-UE biex jikkooperaw b’rabta mal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar fil-Grigal tal-Atlantiku.

Il-Baħar Baltiku wkoll għandu potenzjal naturali għoli għall-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta 25 u ċertu potenzjal lokalizzat għall-enerġija mill-mewġ. Għadd ta’ pajjiżi bdew jikkooperaw aktar mill-qrib biex jisfruttaw dan il-potenzjal, inkluż fil-Grupp ta’ Livell Għoli tal-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku (BEMIP) 26 , l-inizjattiva “Viżjoni u Strateġiji Madwar il-Baħar Baltiku” (VASAB), il-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent Marin fil-Baħar Baltiku, (il-Kummissjoni ta’ Ħelsinki - HELCOM), u l-istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku 27 .

L-Oċean Atlantiku tal-UE għandu potenzjal naturali għoli kemm għal teknoloġiji eoliċi lil hinn mill-kosta fissi mal-qiegħ kif ukoll għal dawk galleġġanti, u potenzjal naturali tajjeb għall-enerġija mill-mewġ u mill-marea. L-Istati Membri qed jiżviluppaw pjan qawwi ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni, li jibnu fuq snin ta’ esperjenza miksuba b’tagħmir installat u konness mal-grilja u b’network ta’ ċentri tal-ittestjar minn ta’ quddiem nett fid-dinja. L-istrateġija tal-UE għall-Atlantiku u l-pjan ta’ azzjoni rivedut għall-Atlantiku tal-2020 28 jidentifikaw l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta bħala qasam strateġiku għall-kooperazzjoni. Franza, Spanja u l-Portugall stabbilew ukoll kooperazzjoni reġjonali tajba fil-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Ewropa tal-Lbiċ b’rabta mal-interkonnessjonijiet.

Il-baħar Mediterran għandu potenzjal għoli ta’ enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta (fil-biċċa l-kbira galleġġanti), u potenzjal tajjeb għall-enerġija mill-mewġ u potenzjal lokalizzat għall-enerġija mill-marea 29 . Il-kooperazzjoni reġjonali dwar l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta hija organizzata fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona (ambjent) u l-inizjattiva WestMed 30 . Dan l-aħħar, l-Alleanza MED7 semmiet ukoll b’mod speċifiku appoġġ għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fil-Baħar Mediterran u fl-Atlantiku 31 . Il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Konnettività tal-Enerġija fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk (CESEC) jista’ jrawwem inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali, mill-Baħar Adrijatiku lejn il-Lvant.

Il-Baħar l-Iswed joffri potenzjal naturali tajjeb għall-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta (teknoloġiji fissi mal-qiegħ u teknoloġiji galleġġanti) u potenzjal lokalizzat għall-enerġija mill-mewġ. Il-kooperazzjoni reġjonali diġà sseħħ fil-kuntest tal-Aġenda Marittima Komuni għall-Baħar l-Iswed 32 . L-aġenda strateġika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Baħar l-Iswed 33 telenka, bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha, li tistimula setturi emerġenti tal-ekonomija blu, bħat-teknoloġiji tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u mill-mewġ. Il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Konnettività tal-Gass fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk (CESEC) jista’ wkoll irawwem inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali fil-Baħar l-Iswed.

Il-gżejjer tal-UE għandhom potenzjal kbir għall-enerġiji tal-baħar u jista’ jkollhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-enerġija lil hinn mill-kosta tal-UE. Dawn jipprovdu bażijiet ta’ ttestjar u ta’ dimostrazzjoni attraenti għal teknoloġiji innovattivi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku lil hinn mill-kosta. L-Inizjattiva Enerġija Nadifa għall-Gżejjer tal-UE 34 tipprovdi qafas ta’ kooperazzjoni fit-tul biex jiġu promossi proġetti replikabbli u skalabbli b’finanzjament minn investituri tas-settur privat, strumenti ta’ appoġġ rilevanti tal-UE, u assistenza teknika, sabiex tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni lejn l-enerġija nadifa fil-gżejjer kollha tal-UE.

Barra minn hekk, ħafna reġjuni ultraperiferiċi Ewropej u pajjiżi u territorji extra-Ewropej għandhom potenzjal tajjeb għall-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u huma pijunieri fid-dekarbonizzazzjoni tal-gżejjer, li huma inklużi fl-Inizjattiva Enerġija Nadifa għall-Gżejjer tal-UE. Inizjattivi ġodda, inkluż, meta jkun possibbli, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ġirien, għandhom jgħinu biex dan il-potenzjal jiġi ottimizzat.

4.kif jista’ jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fl-Ewropa

Hemm ħafna sfidi li jridu jingħelbu qabel tinkiseb il-viżjoni stabbilita f’din l-istrateġija ta’ implimentazzjoni ta’ 300-40 GW ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fil-baċiri tal-baħar kollha tal-UE sal-2050. It-taqsimiet li ġejjin janalizzaw l-isfidi ewlenin u jagħmlu proposti ta’ politika u regolatorji biex jindirizzawhom.

4.1L-ippjanar spazjali marittimu għall-ġestjoni sostenibbli tal-ispazju u tar-riżorsi

Il-kisba ta’ kapaċità installata ta’ 300-40 GW ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta sal-2050 se teħtieġ l-identifikazzjoni u l-użu ta’ għadd ferm akbar ta’ siti għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u għall-konnessjoni mal-grilja tat-trażmissjoni tal-enerġija. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jippjanaw dawn l-iżviluppi fit-tul minn kmieni, u jivvalutaw is-sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika tagħhom, jiżguraw il-koeżistenza ma’ attivitajiet oħra, bħas-sajd u l-akkwakultura, it-tbaħħir, id-difiża jew l-implimentazzjoni tal-infrastruttura, u jiżguraw li l-pubbliku jaċċetta l-implimentazzjonijiet ippjanati.

L-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għandu jikkonforma wkoll mal-leġiżlazzjoni ambjentali u mal-politika marittima integrata tal-UE 35 . L-għażla tas-sit għal proġett tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta hija proċess delikat. L-ispazji tal-baħar magħżula għall-isfruttament tal-enerġija lil hinn mill-kosta għandhom ikunu kompatibbli mal-protezzjoni tal-bijodiversità, iqisu l-konsegwenzi soċjoekonomiċi għas-setturi li jiddependu fuq is-saħħa tajba tal-ekosistemi tal-baħar u jintegraw kemm jista’ jkun użi oħra tal-baħar.

L-ippjanar spazjali marittimu huwa għodda essenzjali u stabbilita sew biex tiġi antiċipata l-bidla, u biex jiġu evitati u mitigati l-kunflitti bejn il-prijoritajiet ta’ politika filwaqt li jinħolqu wkoll sinerġiji bejn is-setturi ekonomiċi.

L-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta tista’ u għandha teżisti flimkien ma’ ħafna attivitajiet oħra, b’mod partikolari f’żoni ffullati. Għal dan il-għan, l-ippjanar spazjali marittimu nazzjonali għandu jadotta approċċ olistiku, b’użi multipli/bi skopijiet multipli. L-adozzjoni ta’ din il-prattika qed tiżdied fl-Istati Membri tal-UE b’modi promettenti. Hija wriet li l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-enerġija mhuwiex inkompatibbli mar-rotot tat-tbaħħir u li l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi sostenibbli f’żoni protetti tal-baħar huwa possibbli. Tali esperjenzi u prattiki tajba dwar użi multipli għandhom jiġu ttrasferiti għall-użi kollha relatati mal-baħar, inkluż għas-setturi tad-difiża u tas-sigurtà. F’dan il-kuntest, il-proġetti se jużaw ukoll l-aktar għodod ta’ monitoraġġ u diġitali reċenti biex jiżguraw koeżistenza effiċjenti. Il-minimizzazzjoni tal-impatt tal-enerġija lil hinn mill-kosta fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti tista’ tiġi megħjuna wkoll bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda. Għalhekk, ir-riċerka u l-esperimentazzjoni għandhom jitrawmu aktar biex ikomplu jitmexxew ’il quddiem proġetti pilota b’użi multipli, u biex l-approċċ b’użi multipli jsir aktar operattiv u attraenti għall-investituri. Dan jista’ jiġi ffaċilitat fil-fora ta’ kooperazzjoni reġjonali. L-Istati Membri jistgħu wkoll jikkunsidraw b’mod utli l-inklużjoni ta’ kriterji ta’ użi multipli fil-proċedura tal-offerti u tal-permessi.

Eżempji ta’ proġetti pilota b’użi multipli ta’ suċċess b’enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta

Park eoliku lil hinn mill-kosta u akkwakultura. Il-proġett MERMAID identifika benefiċċji ambjentali minn kombinamenti differenti ta’ akkwakultura u sistemi tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta. Dan irriżulta f’diversi proġetti pilota mwettqa fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, fin-Netherlands u fil-Portugall fuq molluski, alka u pjattaformi lil hinn mill-kosta b’użi multipli (eż. Edulis, TROPOS, Wier en Wind).

Iż-żoni protetti tal-baħar u l-ekonomija blu fil-Baħar Mediterran. Il-proġett PHAROS4MPAs ta’ Interreg iddokumenta l-interazzjoni bejn iż-żoni protetti tal-baħar fil-Mediterran u l-ekonomija blu, inklużi l-parks eoliċi lil hinn mill-kosta. Dan jipprovdi gwida dwar kif jistgħu jiġu evitati jew minimizzati l-impatti ambjentali ta’ setturi ewlenin.

Il-kooperazzjoni fil-Baħar Baltiku għenet biex jiġu definiti l-kurituri għall-kejbils u l-pipelines li jimminimizzaw il-qsim tal-linji tat-tbaħħir u r-riskji tas-sajjieda (il-proġett BalticLINes ta’ Interreg). Għadd ta’ sajjieda qed jaħdmu wkoll fuq bażi part-time ma’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta 36 .

Id-Direttiva dwar l-Ippjanar Spazjali Marittimu 37 tirrikjedi li l-Istati Membri kostali kollha jissottomettu pjanijiet spazjali marittimi nazzjonali lill-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta’ Marzu 2021. Dawn il-pjanijiet se jkunu soġġetti għal valutazzjoni ambjentali strateġika skont id-Direttiva 2001/42/KE (“id-Direttiva SEA”) u għal valutazzjonijiet addizzjonali kif meħtieġ mid-Direttivi dwar il-Ħabitats 38 u l-Għasafar 39 sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-siti Natura 2000 u tal-ispeċijiet protetti 40 . Dawn il-proċeduri għandhom jiżguraw li l-impatti negattivi potenzjali fuq l-ambjent naturali jiġu evitati u mnaqqsa fi stadju bikri ħafna tal-proċess tal-ippjanar.

Għalhekk, sfida ewlenija hija li l-objettivi tal-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta jiġu integrati meta jiġu żviluppati l-pjanijiet spazjali marittimi nazzjonali tal-Istati Membri abbażi tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima. Dan jindika lin-negozji u lill-investituri l-intenzjonijiet tal-gvernijiet fir-rigward tal-iżvilupp futur tas-settur tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, filwaqt li jgħin kemm lis-settur privat kif ukoll lis-settur pubbliku jippjanaw minn qabel.

F’dan il-kuntest, is-sikurezza u s-sigurtà huma ta’ importanza primarja fl-ambjent marittimu. Iż-żoni bl-ogħla potenzjal għall-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta huma wkoll dawk l-aktar esposti għal riskji ta’ kolliżjonijiet ma’ bastimenti, u għal riskji relatati ma’ rkaptu tas-sajd, attivitajiet militari, jew munizzjonijiet u sustanzi kimiċi mormija. Approċċ strateġiku komuni tal-Istati Membri għar-riskji fil-livell tal-baċiri tal-baħar ikun ta’ benefiċċju għall-attivitajiet marittimi kollha, speċjalment għas-settur tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta minħabba d-domanda għolja tiegħu għal siti aċċessibbli ġodda.

Barra minn hekk, ippjanar spazjali marittimu robust jista’ jirriżulta wkoll fil-protezzjoni xierqa tal-ekosistemi marini vulnerabbli, f’konformità mal-obbligi li jintlaħaq status ambjentali tajjeb minquxa fid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina 41 , b’mod partikolari fid-dawl tal-aġġornament tal-programmi tagħhom ta’ miżuri tal-baħar mistennija fl-2022. L-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità tirrikjedi l-espansjoni u l-ġestjoni effettiva tan-network tal-UE ta’ żoni protetti, bil-għan li ż-żona tan-network tiġi estiża minn 11 % għal 30 %, u biex terz tagħha jiġi protett b’mod strett (żieda mill-1 % tal-lum).

Sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fuq skala kbira, se jkun meħtieġ li tingħata spinta lill-kooperazzjoni reġjonali, anki permezz tal-oqfsa ta’ kooperazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE 42 u l-programmi ta’ finanzjament ta’ Interreg 43 . Kemm id-Direttiva dwar l-Ippjanar Spazjali Marittimu kif ukoll id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina jeħtieġu li l-Istati Membri jaħdmu flimkien bejn il-fruntieri, fil-livell tal-baċiri tal-baħar. Huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk, fejn u sa liema punt jespandu l-enerġiji rinnovabbli lil hinn mill-kosta fiż-żona ekonomika esklussiva tagħhom, iżda xi wħud mill-problemi tal-identifikazzjoni tal-aħjar siti u l-koeżistenza ma’ użi oħra jistgħu jingħelbu l-aħjar billi jiġu indirizzati fil-livell reġjonali.

Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea se tkompli taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet spazjali marittimi nazzjonali u l-istrateġiji marini b’mod koordinat, filwaqt li tqis il-kunsiderazzjonijiet reġjonali.

L-istrateġiji u l-pjanijiet tal-baċiri tal-baħar 44 , kif ukoll il-konvenzjonijiet reġjonali tal-baħar 45 jistgħu jgħinu biex jiġi armonizzat u kkoordinat l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta bejn l-Istati Membri. Il-konvenzjonijiet dwar l-ibħra reġjonali għandhom l-għan li jipproteġu l-ambjent tal-baħar ta’ reġjuni marittimi partikolari. Dawn jistgħu jkunu forum għall-kondiviżjoni tal-għarfien 46 u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet legalment vinkolanti. Huwa essenzjali li jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-baċiri tal-baħar ma’ fora reġjonali oħra ddedikati għall-enerġija rinnovabbli u l-ippjanar marittimu.

Il-konsultazzjoni pubblika hija parti integrali mill-valutazzjonijiet ambjentali u soċjoekonomiċi u mill-proċessi tal-ippjanar spazjali marittimu. L-involviment bikri tal-gruppi kollha kkonċernati huwa kruċjali biex tkun tista’ sseħħ l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ kapaċità ġdida. L-awtoritajiet reġjonali jew nazzjonali għandhom obbligu legali u responsabbiltà li jinfurmawhom b’mod proattiv dwar proġetti, regoli u potenzjal għall-iżvilupp ta’ użi multipli tal-ispazju marittimu. Il-Kummissjoni se tkompli tanalizza l-interazzjonijiet bejn l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u attivitajiet oħra fuq il-baħar, bħas-sajd, l-akkwakultura, it-tbaħħir u t-turiżmu 47 u tħeġġeġ bil-qawwa dan id-djalogu mal-komunitajiet li huma l-aktar ikkonċernati. Fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali Ewropej, l-iżviluppaturi tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, utenti oħra tal-baħar, is-sħab soċjali, l-NGOs u l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jinvolvu ruħhom f’diskussjoni strateġika fit-tul dwar l-ilħuq tal-għanijiet kondiviżi.

Fl-aħħar nett, l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta se tkun sostenibbli biss jekk ma jkollhiex impatti negattivi fuq l-ambjent kif ukoll fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għalkemm l-evidenza attwali tissuġġerixxi li dan huwa possibbli, is-sitwazzjoni trid tiġi mmonitorjata u l-għarfien xjentifiku tagħna jrid jiġi aġġornat hekk kif il-kapaċità tiżdied u jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda. Għalhekk neħtieġu analiżijiet fil-fond u skambji ta’ data akbar u aktar sistematiċi, bl-użu tal-aħjar għodod ta’ mmudellar disponibbli, biex jiġu mmonitorjati l-impatti kumulattivi potenzjali fuq l-ambjent tal-baħar u l-interazzjoni bejn l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u attivitajiet oħra fuq il-baħar bħas-sajd u l-akkwakultura.

Il-Kummissjoni tistieden lill-iżviluppaturi u lill-partijiet ikkonċernati tal-Istati Membri biex itejbu l-kwalità u l-użu tas-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Ambjent tal-Baħar ta’ Copernicus u tan-Network Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima (EMODnet). Bħala pjattaformi ta’ data miftuħa, dawn is-servizzi jipprovdu informazzjoni ta’ valur kbir lill-utenti tal-baħar, b’mod partikolari lill-iżviluppaturi tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-operaturi b’dispożizzjonijiet vinkolanti biex jimmonitorjaw l-impatti possibbli fuq l-ambjent tal-baħar, u din id-data għandha ssir pubblika u tkun faċilment disponibbli. Bħala l-pass li jmiss, id-data trid tiġi analizzata u evalwata sabiex jiġu pprovduti sejbiet li jistgħu jintużaw u tiġi appoġġata d-deċiżjoni ta’ politika.

Biex jiġi ffaċilitat id-djalogu dwar is-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, il-Kummissjoni hija lesta li tiffaċilita u tippromwovi “komunità ta’ prattika” fejn il-partijiet ikkonċernati kollha, l-industrija, is-sħab soċjali, l-NGOs u x-xjentisti jistgħu jiskambjaw fehmiet, jaqsmu l-esperjenza u jaħdmu fuq proġetti konġunti.

Azzjonijiet ewlenin

·Il-Kummissjoni se tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera u tħeġġeġ lill-Istati Membri jintegraw l-objettivi tal-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fil-pjanijiet spazjali marittimi nazzjonali tagħhom, f’konformità mal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima - NECPs (Marzu 2021).

·Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva MSP 48 li tirrifletti l-iżvilupp fit-tul ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta (2022).

·Il-Kummissjoni se tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet reġjonali, approċċ komuni u proġetti pilota dwar l-MSP fil-livell tal-baċiri tal-baħar li jħarsu lejn ir-riskji fuq il-baħar, u l-kompatibbiltà mal-protezzjoni u r-restawr tan-natura (2021-2025).

·Il-Kummissjoni llum tippreżenta dokument ta’ gwida dwar l-iżviluppi fl-enerġija mir-riħ u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura 49 .

·Fl-2021, il-Kummissjoni se tippromwovi djalogu dwar l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta bejn l-awtoritajiet pubbliċi, il-partijiet ikkonċernati u x-xjentisti fil-forma ta’ komunità ta’ prattika. (2021).

·Il-Kummissjoni se tappoġġa proġetti b’użi multipli mal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet reġjonali (2021-2025).

·Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża se jistabbilixxu azzjoni konġunta biex jidentifikaw l-ostakli għall-iżviluppi tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta f’oqsma riżervati għall-attivitajiet tad-difiża u biex itejbu l-koeżistenza.

4.2 Approċċ ġdid għall-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u l-infrastruttura tal-grilja

L-ippjanar spazjali tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta huwa marbut mill-qrib mal-iżvilupp tal-grilja lil hinn mill-kosta u fuq l-art. Din it-taqsima tippreżenta stadji differenti fl-iżvilupp tal-grilja lil hinn mill-kosta, u tispjega liema miżuri jappoġġaw l-infrastruttura meħtieġa biex l-enerġija rinnovabbli fuq skala kbira lil hinn mill-kosta ssir realtà.

Il-biċċa l-kbira tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta eżistenti ġew implimentati bħala proġetti nazzjonali konnessi direttament mal-kosta permezz ta’ konnessjonijiet radjali (Illustrazzjoni 1). Dan il-metodu ta’ żvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta huwa mistenni li jkompli, b’mod partikolari f’żoni fejn l-iżvilupp lil hinn mill-kosta għadu qed jibda. B’mod parallel, l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-grilja nazzjonali (TSOs) huma mistennija wkoll li jkomplu jibnu interkonnetturi transfruntiera għall-kummerċ tal-elettriku u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

Illustrazzjoni 1 Parks eoliċi lil hinn mill-kosta konnessi b’mod radjali max-xatt u interkonnettur separat

Sabiex l-implimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta tiżdied b’mod kosteffiċjenti u sostenibbli, huwa essenzjali li jkun hemm ippjanar aktar razzjonali tal-grilja u li tiġi żviluppata grilja interkonnessa 50 . F’dan il-kuntest, il-kunċett tal-hekk imsejħa proġetti ibridi 51 ngħata attenzjoni konsiderevoli matul dawn l-aħħar snin. Proġett ibridu jista’ jiġi stabbilit b’modi differenti, u jinkludi gżejjer u ċentri tal-enerġija. Bħala eżempju ta’ proġett ibridu (Illustrazzjoni 2) il-produzzjoni tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta hija konnessa direttament ma’ interkonnettur transfruntiera 52 .

Illustrazzjoni 2 Eżempju ta’ proġett ibridu, il-mudell “tie-in”

Id-differenza ewlenija bejn il-grilja konnessa b’mod radjali u proġett ibridu hija li l-grilja għandha funzjonalità doppja li tikkombina l-interkonnessjoni tal-elettriku bejn żewġ Stati Membri jew aktar, u t-trasport tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, mas-siti tal-konsum tagħha.

Parti mill-grilja lil hinn mill-kosta li se tiġi żviluppata fil-futur idealment għandha tinbena madwar proġetti ibridi, f’każijiet fejn dawn jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż u l-użu tal-ispazju marittimu. Il-proġetti ibridi lil hinn mill-kosta jlaqqgħu flimkien il-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija lil hinn mill-kosta f’kuntest transfruntier, u li jrendu ffrankar sinifikanti f’termini ta’ kostijiet u użu tal-ispazju meta mqabbel mal-approċċ attwali li jiddependi fuq konnessjonijiet radjali u jiżviluppa interkonnetturi transfruntiera tal-elettriku għall-kummerċ b’mod separat, mingħajr ma tiġi konnessa l-ġenerazzjoni lil hinn mill-kosta. Il-proġetti ibridi se jiffurmaw pass intermedju bejn proġetti nazzjonali fuq skala iżgħar u sistema tal-enerġija u grilja lil hinn mill-kosta interkonnessi bis-sħiħ. F’dan il-kuntest, hija meħtieġa l-interoperabbiltà tad-diversi sistemi nazzjonali lil hinn mill-kosta.

Sabiex tinkiseb espansjoni sinifikanti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp u l-ippjanar għal grilja lil hinn mill-kosta jeħtieġ li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali filwaqt li jkopru l-baċir kollu tal-baħar u għandhom jikkunsidraw dejjem aktar il-possibbiltà ta’ multifunzjonalità, fil-forma ta’ proġetti ibridi jew, fi stadju aktar tard, ta’ grilja aktar interkonnessa. Għalhekk, bħala l-ewwel pass, l-Istati Membri jeħtieġ li jieħdu approċċ koordinat u li jimpenjaw ruħhom fit-tul għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta. Flimkien għandhom jistabbilixxu miri ambizzjużi għall-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta f’kull baċir tal-baħar, filwaqt li jqisu l-protezzjoni ambjentali, l-impatti soċjoekonomiċi u l-ippjanar spazjali marittimu. Dawn il-miri jistgħu jwasslu għal memorandum ta’ qbil jew ftehim intergovernattiv bejn l-Istati Membri rilevanti, li jqis l-ispeċifiċitajiet tal-baċir tal-baħar ikkonċernat. Il-Kummissjoni hija lesta li tiffaċilita l-proċess ta’ koordinazzjoni biex jintlaħaq ftehim dwar impenn fit-tul bħal dan, billi tlaqqa’ flimkien lill-Istati Membri kkonċernati, u tipprovdi assistenza prattika (eż. fil-forma ta’ mudell), sabiex tiġi stabbilita direzzjoni ċara, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni reġjonali skont ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika 53 . Dawn l-impenji għandhom jiġu riflessi fil-Pjanijiet Nazzjonali aġġornati għall-Enerġija u l-Klima fl-2023-2024.

Il-pass li jmiss ikun li dawn il-miri ambizzjużi jitqiesu fl-ippjanar u l-iżvilupp integrat ta’ grilji reġjonali. In-nuqqas ta’ grilji lil hinn mill-kosta jew ir-riskju ta’ dewmien fl-iżvilupp tal-grilji jistgħu jkunu ostakli kbar għall-implimentazzjoni rapida. Il-produzzjoni tal-idroġenu lil hinn mill-kosta u l-pipelines tal-idroġenu huma alternattiva oħra għat-twassil tal-enerġija lil hinn mill-kosta lejn l-art, u għandhom jiġu kkunsidrati fl-ippjanar tal-grilji tal-elettriku u tal-gass. Il-grilji nfushom jeħtieġ li jkunu kapaċi jintegraw il-kapaċitajiet għoljin ta’ ġenerazzjoni mistennija b’mod effiċjenti, filwaqt li jimminimizzaw l-użu tal-ispazju marittimu. Biex investitur jieħu deċiżjoni li jinvesti fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, huwa kruċjali li jkun hemm fehim ċar tal-perjodu ta’ żmien u tal-pjanijiet għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-grilja lil hinn mill-kosta u fuq l-art. L-iżvilupp tal-grilji jeħtieġ perjodi ta’ żmien itwal (tipikament 10 snin jew aktar) mill-ġenerazzjoni tal-enerġija lil hinn mill-kosta, u dan jenfasizza l-ħtieġa għal investiment fil-grilji li jħares ’il quddiem. Barra minn hekk, l-għoti ta’ permessi għall-proċessi fl-Istati Membri għandu jiġi ssimplifikat kull fejn ikun possibbli biex jiġi evitat dewmien bla bżonn. L-ippjanar tal-grilji għandu jqis ukoll il-ħtiġijiet fuq l-art biex l-enerġija lil hinn mill-kosta tiġi konnessa mal-produzzjoni tal-idroġenu, eċċ. L-impenji tal-Istati Membri se jnaqqsu r-riskju tat-TSOs li jiżviluppaw assi mhux rekuperabbli lil hinn mill-kosta.

Il-kisba ta’ dan se teħtieġ koordinazzjoni akbar fost it-TSOs tal-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-istess baċir tal-baħar fl-ippjanar tal-infrastruttura tal-grilja 54 . Il-qafas leġiżlattiv attwali, bħar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika 55 u d-Direttiva MSP, l-istrateġiji u l-konvenzjonijiet tal-baċiri tal-baħar, diġà jipprovdi kamp ta’ applikazzjoni għal kooperazzjoni reġjonali aħjar biex tiġi ssodisfata l-ħtieġa ta’ allinjament aħjar tal-ippjanar reġjonali. Il-qafas ta’ kooperazzjoni reġjonali stabbilit skont ir-Regolament TEN-E biex jiġu identifikati proġetti ta’ interess komuni huwa wkoll mudell tajjeb biex wieħed jibni fuqu.

Fi żmien qasir, jidher li huwa meħtieġ li tiġi stabbilita kooperazzjoni aktar strutturata bejn l-Istati Membri, it-TSOs u r-regolaturi biex jiġi fformulat ippjanar tal-grilji reġjonali lil hinn mill-kosta aktar integrat u ottimizzat, filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet spazjali marittimi. Fi stadju aktar tard, l-ippjanar tal-grilji lil hinn mill-kosta jista’ eventwalment isir kompitu bi rwol aktar b’saħħtu mwettaq miċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali 56 , li se jibdew joperaw fl-2022, biex jikkomplementaw ir-rwol tat-TSOs nazzjonali fit-twettiq ta’ kompiti ta’ rilevanza reġjonali. Fuq medda twila ta’ żmien, il-kooperazzjoni strutturali tista’ tissaħħaħ aktar billi jiġu stabbiliti operaturi reġjonali ta’ sistemi indipendenti lil hinn mill-kosta biex joperaw u jiżviluppaw grilji lil hinn mill-kosta dejjem aktar interkonnessi.

Sabiex l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom b’mod konġunt għall-implimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u għall-iżvilupp tal-infrastruttura relatata, hija meħtieġa aktar ċarezza dwar id-distribuzzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji, kemm fost l-Istati Membri kkonċernati, kif ukoll bejn l-assi tal-ġenerazzjoni u l-proġetti ta’ trażmissjoni. Għalhekk, hemm bżonn li tiġi żviluppata metodoloġija soda għall-allokazzjoni tal-kostijiet skont fejn jakkumulaw il-benefiċċji. L-iffaċilitar tal-kondiviżjoni tal-kostijiet fost l-Istati Membri, it-TSOs u l-iżviluppaturi ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta joħloq il-prekundizzjoni meħtieġa biex tinkiseb il-viżjoni integrata fil-livell tal-baċiri tal-baħar.

Bħala tħejjija għal volumi futuri ogħla ta’ enerġija lil hinn mill-kosta u għal soluzzjonijiet relatati mal-grilji li huma aktar innovattivi u li jħarsu ‘l quddiem, inkluża l-infrastruttura tal-idroġenu, il-qafas regolatorju għandu jippermetti investimenti antiċipatorji, pereżempju biex jiġu żviluppati grilji lil hinn mill-kosta b’kapaċità akbar milli kien meħtieġ inizjalment, jew grilji mgħammra b’karatteristiċi teknoloġiċi ta’ livell ogħla minn dawk meħtieġa fiż-żmien qasir.

Azzjonijiet ewlenin

·Il-Kummissjoni se tfassal qafas għall-Istati Membri biex jifformulaw impenn konġunt fit-tul għall-użu tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal kull baċir tal-baħar sal-2050 (2021).

·Il-Kummissjoni se tipproponi qafas skont ir-Regolament TEN-E rivedut għall-ippjanar fit-tul tal-grilji lil hinn mill-kosta mit-TSOs, li jinvolvi lir-regolaturi u lill-Istati Membri f’kull baċir tal-baħar, inkluż għal proġetti ibridi (Diċembru 2020).

·Fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-regolaturi se jiżviluppaw qafas li jippermetti lit-TSOs jagħmlu investimenti antiċipatorji fil-grilji lil hinn mill-kosta bħala tħejjija għal tkabbir tal-iskala u żvilupp futuri (mill-2021’il quddiem).

·Il-Kummissjoni se tippubblika gwida tal-UE dwar kif għandhom jiġu kkoordinati l-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji bejn il-fruntieri għal proġetti ta’ trażmissjoni tal-enerġija kkombinati mal-iżvilupp ta’ proġetti ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija (sal-2023).

4.3Qafas regolatorju tal-UE aktar ċar għall-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta

Matul it-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija lil hinn mill-kosta aktar konnessa, in-networks se jsiru aktar integrati maż-żmien, filwaqt li l-proġetti se jsiru aktar kumplessi. F’dan iż-żmien ta’ innovazzjoni u bidla, qafas legali prevedibbli fit-tul huwa essenzjali biex jipprovdi ċertezza lill-korpi kollha involuti u biex jimmobilizza l-finanzjament tal-investituri.

Suq tal-enerġija regolat sew għandu jipprovdi s-sinjali ta’ investiment it-tajba. Ir-Regolament dwar l-Elettriku jipprovdi regoli dwar l-integrazzjoni ta’ proġetti rinnovabbli fuq skala kbira fis-sistema tal-enerġija u fis-suq tal-elettriku. Għal proġetti nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, ir-regoli tas-suq fil-biċċa l-kbira jirriflettu d-disinn tas-suq fuq l-art tas-suq tal-elettriku integrat.

Madankollu, għalkemm il-proġetti nazzjonali se jkomplu jikkostitwixxu parti kbira mill-proġetti lil hinn mill-kosta, fil-futur huwa mistenni li proġetti rinnovabbli lil hinn mill-kosta aktar kumplessi u transfruntiera se jsiru dejjem aktar importanti fil-biċċa l-kbira tal-baċiri tal-baħar fl-Ewropa. Proġetti innovattivi, bħall-gżejjer tal-enerġija jew proġetti ibridi 57 u l-produzzjoni tal-idroġenu lil hinn mill-kosta, qed jiffaċċjaw sfidi speċifiċi u l-qafas regolatorju attwali ma ġiex żviluppat bil-ħsieb ta’ tali proġetti. Għalhekk, hija meħtieġa kjarifika tar-regoli tas-suq tal-elettriku u din ġiet ipprovduta fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja din l-istrateġija.

Il-proġetti ibridi llum jistgħu jitfasslu b’mod li jkun kompatibbli mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE u ta’ benefiċċju għas-soċjetà. Abbażi ta’ konsultazzjonijiet u studji 58 59 , l-istabbiliment ta’ żona tal-offerti lil hinn mill-kosta għal proġett ibridu jista’ jsir b’mod li jkun kompatibbli mar-regoli tas-suq tal-elettriku u jista’ jkun għażla adatta għal espansjoni kbira ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, peress li jiżgura li l-enerġija rinnovabbli tista’ tiġi integrata bis-sħiħ fis-suq billi simultanjament tiġi integrata l-enerġija rinnovabbli u jintużaw interkonnessjonijiet transfruntiera għall-kummerċ. Dan l-approċċ jiżgura li l-elettriku rinnovabbli jkun jista’ jiċċirkola fejn ikun meħtieġ, u b’hekk isir parti mill-iskedi tal-elettriku u jappoġġa s-sigurtà tal-provvista reġjonali. Dan inaqqas ukoll il-ħtieġa għal azzjoni korrettiva għalja wara t-tqegħid fis-suq mit-TSOs. Barra minn hekk, dan jipprovdi sinjali tal-prezzijiet qawwija biex jitħeġġeġ l-iżvilupp tad-domanda lil hinn mill-kosta, bħall-idroġenu ekoloġiku mill-elettroliżi.

Madankollu, f’din il-konfigurazzjoni, il-produtturi tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta x’aktarx jirċievu prezz tas-suq tal-elettriku aktar baxx mis-swieq li magħhom huma konnessi biex jiġi żgurat id-dispaċċ. Skont it-topoloġija tal-proġetti, dan l-effett fuq id-dħul huwa mistenni li jkun limitat għal madwar 1 % 60 għal aktar minn nofs il-proġetti ibridi futuri. Madankollu, għal xi proġetti, dan jista’ jkun sa 11 %. Għal proġetti bi dħul sinifikament aktar baxx mis-suq tal-elettriku, dan iseħħ minħabba li l-konġestjoni fil-grilja tagħmel l-introjtu mill-konġestjoni li jaqilgħu t-TSOs proporzjonalment ogħla. Sabiex jiġu allinjati l-inċentivi u sabiex il-proġetti ibridi javvanzaw hemm bżonn li dan l-effett ta’ ridistribuzzjoni jiġi indirizzat billi jkun permess li jinkiseb il-valur totali tal-proġett.

Mod wieħed ta’ kif l-inċentivi jiġu allinjati jista’ jkun li l-Istati Membri jitħallew jużaw l-introjtu mill-konġestjoni għar-riallokazzjoni lill-produtturi attivi f’żona tal-offerti lil hinn mill-kosta biex jiġi żgurat li l-proġetti ibridi jkunu attraenti għall-investituri tal-enerġija rinnovabbli. Sakemm dan isir disponibbli skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, jenħtieġ li kwalunkwe inċentiva jew skema ta’ sostenn tqis l-effett ta’ ridistribuzzjoni filwaqt li tiżgura li ma jkun hemm l-ebda dewmien fit-tnedija ta’ proġetti ibridi.

Abbażi tal-applikazzjoni tal-gwida tas-suq ipprovduta fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament, il-Kummissjoni se tivvaluta kif il-qafas tas-suq tal-elettriku eżistenti jappoġġa l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u se teżamina jekk humiex meħtieġa regoli aktar speċifiċi u mmirati u f’liema forma.

Kwistjoni oħra li għandha tiġi indirizzata hija l-isfida prattika u fiżika tal-konnessjoni ta’ proġetti ma’ diversi swieq b’regoli ta’ konnessjoni differenti. Għalkemm hemm regoli fil-livell tal-UE dwar il-konnessjoni man-netwerk, dawn ma ġewx żviluppati bil-ħsieb tal-grilji lil hinn mill-kosta. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi żviluppat approċċ komuni għar-rekwiżiti ta’ konnessjoni mal-grilja għal grilji ta’ kurrent dirett b’voltaġġ għoli (HVDC), abbażi tal-esperjenza fil-baċir tal-Baħar tat-Tramuntana.

Li tingħata aktar ċarezza lill-qafas regolatorju jista’ jagħti wkoll aktar viżibbiltà u prevedibbiltà tal-flussi tad-dħul mistennija. Wieħed mill-objettivi ewlenin tat-tfassil tas-suq tal-elettriku adottat reċentement huwa li s-suq ikun adatt għall-enerġija rinnovabbli. Għalhekk, l-iżviluppaturi tal-enerġija rinnovabbli għandhom iqisu l-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa bħala komponent importanti tad-dħul tagħhom. Għalkemm l-investituri għandhom iġarrbu r-riskju tas-suq, parti mir-riskju u d-dħul insuffiċjenti mill-prezzijiet tas-suq jistgħu jiġu kkumpensati permezz ta’ skemi ta’ sostenn, f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, biex jiġi żgurat li l-proġetti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta jitkabbru kif meħtieġ.

Minħabba l-kost marġinali żero tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, il-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa bħalissa għandhom it-tendenza li jkunu baxxi fl-Istati Membri b’penetrazzjoni għolja tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Sal-lum, il-miżuri ta’ appoġġ nazzjonali b’offerti kompetittivi flimkien mal-objettivi ta’ implimentazzjoni kellhom rwol importanti fl-iżvilupp u fit-tkabbir tal-iskala ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli u fit-tnaqqis tal-kostijiet assoċjati. Tista’ tkun meħtieġa taħlita ta’ qafas effiċjenti tas-suq, u xi għamla ta’ sistema ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul (tneħħija tar-riskji, garanziji u ftehimiet ta’ xiri tal-enerġija) għat-tkabbir tal-iskala previst fit-teknoloġiji maturi tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta. Biex tiffaċilita dan, il-Kummissjoni se trawwem l-aħjar prattiki u skambji dwar disinni tal-irkant differenti.

Barra minn hekk, se jkompli jkun hemm bżonn appoġġ dedikat għal teknoloġiji rinnovabbli emerġenti lil hinn mill-kosta galleġġanti, bħall-enerġija mill-marea, mill-mewġ kif ukoll mir-riħ u mix-xemx lil hinn mill-kosta galleġġanti biex nimxu mill-fażi pilota u ta’ dimostrazzjoni billi niffukaw l-azzjoni fuq is-soluzzjonijiet teknoloġiċi li jirrikonċiljaw bl-aħjar mod l-għanijiet ekonomiċi u ambjentali tal-UE.

Ir-regoli attwali skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli 61 u l-Linji gwida tal-għajnuna mill-Istat dwar l-enerġija u l-ħarsien tal-ambjent jiffavorixxu approċċ teknoloġikament newtrali għall-appoġġ tas-sorsi rinnovabbli, filwaqt li jirrikonoxxu li l-irkanti speċifiċi għat-teknoloġija jistgħu jiġu ġġustifikati speċjalment f’ċirkostanzi partikolari għal teknoloġiji ġodda u innovattivi. Fl-aħħar snin, dawn ir-regoli kienu strumentali b’mod partikolari għall-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u se jkomplu jkunu importanti għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji inqas maturi. Il-Kummissjoni se tiżgura li r-reviżjoni li jmiss tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli jipprovdu qafas ta’ abilitazzjoni aġġornat bis-sħiħ u adattat għall-iskop tiegħu biex l-enerġija nadifa tiġi implimentata b’mod kosteffettiv, inkluż l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta.

Matul is-snin li ġejjin, il-firxa ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni disponibbli skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli 62 (RED II) hija promettenti biex jinkiseb sehem akbar ta’ proġetti transfruntiera fl-għamla ta’ proġetti konġunti u ibridi. Il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni li jipprevedu wkoll it-trasferimenti statistiċi jew il-proġetti konġunti 63 jistgħu jipprovdu lill-Istati Membri mingħajr kosta b’opportunità li jappoġġaw l-investiment fl-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta.

Il-Kummissjoni temmen li gwida ċara dwar il-kwistjoni tal-kondiviżjoni xierqa tal-kostijiet u l-benefiċċji bejn il-partijiet ikkonċernati (inkluż l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni bażika, il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji u ftehim ta’ kooperazzjoni), hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-Istati Membri involuti jieħdu benefiċċju nett jekk jaġixxu b’mod konġunt.

Azzjonijiet ewlenin

·Il-Kummissjoni tikkjarifika l-qafas regolatorju, b’mod partikolari dwar iż-żoni tal-offerti lil hinn mill-kosta għal proġetti ibridi, fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal dwar il-gwida tal-suq li jakkumpanja din l-istrateġija;

·Il-Kummissjoni se tipproponi l-emendar tal-leġiżlazzjoni 64 dwar l-użu permess tal-introjtu mill-konġestjoni biex tipprovdi għażla lill-Istati Membri biex jagħtu allokazzjoni aktar flessibbli tal-introjtu mill-konġestjoni fir-rigward ta’ proġetti ibridi lil hinn mill-kosta (2022);

·Il-Kummissjoni se tinkariga lill-Kumitat tal-Partijiet Interessati tal-Elettriku 65 biex iħejji l-emendi għall-kodiċijiet tan-Netwerk tal-Konnessjoni mal-Grilja għall-grilji tal-kurrent dirett b’voltaġġ għoli lil hinn mill-kosta (2021);

·Il-Kummissjoni se tiżgura li r-reviżjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-enerġija u l-protezzjoni ambjentali tipprovdi qafas ta’ abilitazzjoni aġġornat bis-sħiħ u adattat għall-iskop tiegħu biex l-enerġija nadifa tiġi implimentata b’mod kosteffettiv, inkluż l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta (sa tmiem l-2021).

·Il-Kummissjoni se tipproponi gwida dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji għal proġetti transfruntiera (2021).

4.4Il-mobilizzazzjoni tal-investiment tas-settur privat fl-enerġiji rinnovabbli lil hinn mill-kosta: ir-rwol tal-fondi tal-UE

Il-ħtiġijiet ta’ investiment għall-implimentazzjoni fuq skala kbira tat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta sal-2050 huma stmati li jammontaw għal kważi EUR 800 biljun, madwar żewġ terzi minnhom għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-grilja assoċjata u terz għall-ġenerazzjoni lil hinn mill-kosta 66 . Dan ifisser li ammont ferm akbar ta’ kapital se jkollu jiġi direzzjonat lejn dan is-settur minn dak li kellu s’issa. L-investimenti annwali fil-grilji fuq l-art u lil hinn mill-kosta fl-Ewropa matul id-deċennju li spiċċa fl-2020 kienu jammontaw għal madwar EUR 30 biljun iżda jridu jiżdiedu għal aktar minn EUR 60 biljun fid-deċennju li jmiss u mbagħad jiżdiedu aktar wara l-2030 67 .

Il-kapital privat huwa mistenni li jipprovdi l-biċċa l-kbira ta’ dan l-investiment. It-tassonomija tal-finanzi sostenibbli tal-UE se tiggwida l-investiment f’dawn l-attivitajiet f’konformità mal-ambizzjonijiet fit-tul tagħna. Madankollu, l-użu effiċjenti u mmirat tajjeb tal-appoġġ tal-UE se jkollu rwol katalitiku strateġiku wkoll. L-iżvilupp tal-grilja huwa prekundizzjoni f’kull baċir tal-baħar biex l-enerġija ġġenerata lil hinn mill-kosta tkun tista’ tasal għand il-klijenti. Għal teknoloġiji maturi tal-enerġija lil hinn mill-kosta, tali appoġġ jista’ jgħin biex jittaffa l-falliment tas-suq, pereżempju billi jindirizza r-riskju tat-tnedija ta’ aktar proġetti u ta’ proġetti ta’ daqs akbar, jew jgħin biex jitnaqqsu l-kostijiet kapitali, normalment għoljin ħafna f’dawn it-tipi ta’ proġetti. Għal teknoloġiji inqas maturi, jew proġetti li għadhom fi stadju bikri, il-finanzjament pubbliku tal-UE se jkun kruċjali għall-ħolqien tas-suq, billi jinvolvi lil aktar atturi privati, itejjeb il-kompetittività, inaqqas l-inċertezzi, inaqqas il-kostijiet u jaċċellera l-progress fuq l-implimentazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni bikrija.

Il-programm InvestEU l-ġdid jista’ jipprovdi appoġġ u garanziji għal teknoloġiji emerġenti biex jiġi aċċellerat l-investiment privat permezz tat-twieqi differenti tiegħu, pereżempju l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-industriji strateġiċi. Peress li l-kostijiet kapitali jikkostitwixxu sehem sinifikanti tal-kostijiet totali tal-investiment għall-proġetti ġodda lil hinn mill-kosta, it-tneħħija tar-riskji u t-tnaqqis tal-kost tal-kapital jista’ jkollu effett pożittiv importanti għall-mobilizzazzjoni tal-kapital privat u l-inċentivar ta’ investiment ġdid. Is-self mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jista’ jaqdi rwol kruċjali flimkien mal-investiment privat fl-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta.

Barra minn hekk, il-fondi rilaxxati mill-proġetti kkanċellati tal-ewwel sejħa ta’ NER 300 se jiġu investiti mill-ġdid permezz tal-istrumenti finanzjarji eżistenti. Dan jippermetti l-ingranaġġ ta’ investimenti privati addizzjonali fl-innovazzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, inkluż fl-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta.

Fil-kuntest tal-pjan ta’ rkupru tan-Next Generation EU, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) ta’ EUR 672.5 biljun qed tindirizza 37 % għat-tranżizzjoni ekoloġika u b’hekk, tista’ tappoġġa riformi u investimenti fl-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fil-qafas tal-inizjattiva ewlenija “Impuls ġdid”.

Il-finanzjament fil-kuntest tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jeħtieġ li jiġi impenjat sa tmiem l-2023. Għalhekk, huwa kruċjali li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippreżentaw sensiela ta’ proġetti maturi, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ kumpaniji li diġà qed iħejju biex jinvestu. Il-Kummissjoni tinsab lesta li tipprovdi għarfien espert tekniku u bini ta’ kapaċità lill-Istati Membri permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku u lill-promoturi tal-proġetti fil-kuntest taċ-Ċentru Konsultattiv tal-InvestEU. Barra minn hekk, il-finanzjament fil-qafas tal-RRF jista’ jappoġġa l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta anke f’termini ta’ investimenti fl-aġġornament tal-infrastrutturi tal-portijiet kif ukoll tal-konnessjonijiet mal-grilja. Jista’ jappoġġa wkoll ir-riformi assoċjati meħtieġa biex jiffaċilitaw l-użu tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u l-integrazzjoni fis-sistemi tal-enerġija (eż. permezz ta’ proċeduri tal-permess simplifikati, grilji, u ppjanar spazjali marittimu u rkanti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta). 

L-istrumenti tal-UE jistgħu jgħinu wkoll biex jimmobilizzaw il-finanzjament tant meħtieġ biex jippromwovu soluzzjonijiet transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli u proġetti konġunti. Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), bil-faċilità l-ġdida tagħha għall-ġenerazzjoni transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli, tipprovdi inċentivi għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Din tista’ tintuża biex jiġu mmappjati siti potenzjali ta’ żvilupp lil hinn mill-kosta, biex jiġu ffinanzjati l-istudji meħtieġa u b’mod eċċezzjonali biex jiġu ffinanzjati x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, għal proġetti bejn żewġ Stati Membri jew aktar. Eżempju ta’ dan jista’ jkun l-iżvilupp konġunt ta’ park eoliku galleġġanti biex jappoġġa t-tmexxija teknoloġika Ewropea. Il-faċilità tal-infrastruttura tas-CEF diġà ffinanzjat proġetti tal-enerġija lil hinn mill-kosta, bħall-proġett North Sea Wind Power Hub, u fil-futur tista’ tiffoka aktar fuq l-iżvilupp tal-infrastruttura transfruntiera tal-grilja lil hinn mill-kosta, inkluż fuq il-proġetti ibridi u konnessi.

Barra minn hekk, il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli, li se jkun operattiv fl-1 ta’ Jannar 2021, jista’ joffri mezzi ta’ kondiviżjoni tal-benefiċċji tal-proġetti tal-enerġija lil hinn mill-kosta ma’ Stati Membri li ma għandhomx kosta. L-Istati Membri kollha, inklużi l-Istati Membri mingħajr kosta, jistgħu jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-mekkaniżmu, filwaqt li jistabbilixxu l-preferenza tagħhom għat-tip ta’ proġetti u teknoloġija li jixtiequ jappoġġaw, inklużi l-proġetti lil hinn mill-kosta. Dawn l-Istati Membri min-naħa tagħhom se jirċievu benefiċċji statistiċi 68 mill-enerġija rinnovabbli prodotta mill-proġetti u prattikament se jikkondividu l-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri li jospitaw il-proġett.

Dan il-mekkaniżmu jista’ jipprovdi appoġġ għal firxa wiesgħa ta’ proġetti, minn installazzjonijiet fuq skala żgħira u teknoloġiji innovattivi (bħal parks eoliċi lil hinn mill-kosta galleġġanti) sa proġetti fuq skala kbira, transfruntiera u ibridi. Jista’ jinkludi għotjiet għall-komponent tal-ġenerazzjoni rinnovabbli ta’ proġetti ffukati fuq il-ġenerazzjoni tal-fjuwil rinnovabbli minn “Power-to-X”, proġetti fuq il-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija, u proġetti li jirċievu forom oħra ta’ appoġġ għall-infrastruttura jew għall-konnessjoni mal-grilja. Il-Kummissjoni qed tippjana li tniedi l-ewwel sejħa għall-offerti madwar l-UE għall-proġetti fl-2021.

Orizzont Ewropa u l-Fond għall-Innovazzjoni se jipprovdu appoġġ għal proġetti ta’ riċerka, innovazzjoni u dimostrazzjoni li jsejsu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni futura tat-teknoloġiji innovattivi tal-enerġija lil hinn mill-kosta fl-Ewropa. B’mod partikolari, fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa, se jkun possibbli li jiġu appoġġati l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ teknoloġiji, komponenti u soluzzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta ġodda u innovattivi 69 . Il-Fond għall-Innovazzjoni jista’ jappoġġa d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji nodfa innovattivi fuq skala kummerċjali, bħall-enerġija mill-oċeani, teknoloġiji eoliċi lil hinn mill-kosta galleġġanti ġodda jew proġetti li jgħaqqdu l-parks eoliċi lil hinn mill-kosta mal-ħżin f’batteriji jew mal-produzzjoni tal-idroġenu. L-appoġġ jista’ jiġi kkombinat ma’ finanzjament InvestEU jew CEF biex tiżdied il-vijabbiltà ta’ tali proġetti innovattivi u biex tiġi ffinanzjata l-infrastruttura kontigwa. L-Istati Membri eleġibbli għall-Fond għall-Modernizzazzjoni 70 jistgħu jagħmlu użu mir-riżorsi tiegħu biex jiżviluppaw l-industrija tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta tagħhom.

Azzjonijiet ewlenin

·Il-Kummissjoni se tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinkludu r-riformi u l-investimenti marbuta mal-implimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż dik lil hinn mill-kosta, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza, fil-qafas tal-inizjattiva ewlenija “Implus ġdid” tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (2020–2021).

·Il-Kummissjoni se tiffaċilita l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera, inklużi interkonnessjonijiet, fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa l-ġdida u tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli, inkluż permezz ta’ faċilità ta’ taħlit fi ħdan InvestEU (mill-2021);

·Il-Kummissjoni, il-BEI, u istituzzjonijiet finanzjarji oħra se jaħdmu flimkien biex jappoġġaw l-investiment strateġiku fl-enerġija lil hinn mill-kosta permezz ta’ InvestEU, inkluż għal investimenti b’riskju ogħla li javvanzaw it-tmexxija teknoloġika tal-UE (mill-2021).

4.5 L-iffukar tar-riċerka u l-innovazzjoni fuq l-appoġġ għall-proġetti lil hinn mill-kosta

Li tissaħħaħ ir-riċerka u l-innovazzjoni hija prekundizzjoni għall-implimentazzjoni fuq skala kbira tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta. Bħalissa, l-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija nadifa ġejjin prinċipalment mis-settur privat. Fis-snin riċenti, l-UE investiet medja ta’ kważi EUR 20 biljun fis-sena fl-enerġija nadifa 71 , bin-negozji jikkontribwixxu madwar 77 %, il-gvernijiet nazzjonali 17 % u l-fondi tal-UE 6 %. Għall-enerġija mir-riħ, is-settur privat jaqdi rwol saħansitra akbar, billi jipprovdi madwar 90 % tal-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-UE għall-enerġija mir-riħ fuq l-art u lil hinn mill-kosta 72 . L-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija mir-riħ fl-Ewropa huma kkonċentrati ħafna fil-Ġermanja, fid-Danimarka u fi Spanja 73 .

L-investimenti pubbliċi fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tal-enerġija mir-riħ kellhom rwol importanti biex is-settur ikun jista’ jiżviluppa, jespandi u jasal għall-implimentazzjoni. Ir-riċerka u l-iżvilupp żdiedu minn EUR 133 miljun fl-2009 għal EUR 186 miljun fl-2018 74 . Matul dawn l-aħħar 10 snin, il-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE 75 ikkontribwew madwar EUR 496 miljun għall-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta, filwaqt li poġġew l-aktar enfasi qawwija fuq it-teknoloġija lil hinn mill-kosta, segwita mit-teknoloġija eolika lil hinn mill-kosta galleġġanti, il-materjali u l-komponenti ġodda, u l-manutenzjoni u l-monitoraġġ 76 .

Il-prijoritajiet attwali tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta huma marbuta prinċipalment mad-disinn tat-turbini eoliċi, l-iżvilupp tal-infrastruttura, il-materjali avvanzati ċirkolari u d-diġitalizzazzjoni. Innovazzjonijiet riċenti oħrajn huma mmirati lejn il-katina tal-loġistika/tal-provvista, pereżempju l-iżvilupp ta’ gearboxes tat-turbini eoliċi li huma kompatti biżżejjed biex jidħlu f’kontejner standard tal-merkanzija 77 u l-applikazzjoni ta’ approċċi ta’ ekonomija ċirkolari għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-installazzjonijiet. L-armonizzazzjoni tal-istandards tekniċi tista’ tgħin biex jinkisbu l-iskala u l-effiċjenza f’dan ir-rigward. Innovazzjonijiet u xejriet oħra li huma mistennija jiżdiedu l-aktar matul l-għaxar snin li ġejjin jinkludu l-ġeneraturi superkondutturi, il-materjali tat-torrijiet avvanzati u l-valur miżjud tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta. Billi l-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta issa hija teknoloġija matura, ir-riċerka u l-innovazzjoni futuri għandhom jiffukaw fuq l-ottimizzazzjoni tal-proċessi tal-manifattura eżistenti f’setturi bħall-produzzjoni fuq skala kbira tal-pali.

L-applikazzjonijiet galleġġanti jidhru li huma għażla vijabbli għall-pajjiżi u r-reġjuni tal-UE b’ibħra aktar fondi fl-Atlantiku, fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed 78 : it-teknoloġija eolika lil hinn mill-kosta galleġġanti f’ilmijiet fondi u f’ambjenti ħorox aktar ’il bogħod mix-xtut qed timxi b’mod kostanti lejn il-vijabbiltà kummerċjali 79 , b’diversi prototipi u proġetti fuq skala żgħira li diġà qed joperaw, u dan qed ikompli joħloq opportunitajiet ta’ negozju għall-operaturi tal-UE.

Bejn l-2007 80 u l-2019, in-nefqa totali għar-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa dwar l-enerġija mill-mewġ u mill-marea tal-oċean kienet tammonta għal EUR 3.84 biljun, il-biċċa l-kbira tagħha (EUR 2.74 biljun) minn sorsi tas-settur privat 81 . Matul l-istess perjodu, il-programmi tar-riċerka u l-iżvilupp ikkontribwew EUR 463 miljun għall-iżvilupp tal-enerġija mill-mewġ u mill-marea u l-finanzjament mill-UE 82 kkontribwixxa EUR 493 miljun. L-appoġġ tal-UE jista’ jkun kruċjali biex jinċentiva aktar finanzjament mis-settur pubbliku u privat fil-livell nazzjonali biex jitneħħa r-riskju tal-investiment fl-enerġija mill-oċeani, jiġi promoss aktar ittestjar u jitnaqqsu l-kostijiet u d-distakk bejn id-dimostrazzjoni u l-implimentazzjoni. Bħala medja, kull EUR 1 biljun ta’ finanzjament pubbliku (tal-UE u nazzjonali) wassal għal EUR 2.9 biljun f’investiment tas-settur privat matul dan il-perjodu.

It-teknoloġiji tal-marea jistgħu jitqiesu li jinsabu fl-istadju prekummerċjali u l-biċċa l-kbira tat-teknoloġiji tal-enerġija mill-mewġ għadhom fl-istadju tar-riċerka u l-iżvilupp. Il-PV galleġġanti esperjenzaw implimentazzjoni fuq skala industrijali f’korpi tal-ilma interni naturali u artifiċjali u jistgħu jkollhom potenzjal promettenti fiż-żoni kostali u qrib il-kosta. L-alka hija wkoll sors promettenti ta’ bijofjuwils sostenibbli li jistħoqqilha aktar riċerka u innovazzjoni.

L-ammont li qed jikber ta’ enerġija ġġenerata lil hinn mill-kosta minn dawn it-teknoloġiji lil hinn mill-kosta jrid jiġi appoġġat ukoll minn żvilupp ulterjuri tal-infrastruttura u tat-teknoloġiji tal-grilja innovattivi. Għalhekk, ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jappoġġaw approċċi ġodda biex dawn l-infrastrutturi jiġu konnessi fi grilja interkonnessa, filwaqt li jitqiesu ż-żidiet fl-effiċjenza billi jitnaqqas it-telf.

Għat-trażmissjoni fuq distanza twila tal-enerġija elettrika ġġenerata, il-kurrent dirett b’voltaġġ għoli (HVDC) huwa alternattiva effiċjenti u ekonomika għat-trażmissjoni b’kurrent alternat. L-aħħar teknoloġiji HVDC jistgħu jagħmlu interkonnessjoni tal-parks eoliċi u tal-grilji biex jibagħtu l-enerġija ġġenerata lil hinn mill-kosta lejn is-suq it-tajjeb, bir-rekwiżiti meħtieġa għas-sigurtà u r-reżiljenza tal-grilja. Madankollu, l-implimentazzjoni fuq skala kbira mhijiex sempliċi minħabba l-kost għoli, l-ittestjar u l-validazzjoni tal-konfigurazzjonijiet differenti fost l-operaturi differenti, u l-kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà fost il-konvertituri differenti tal-bejjiegħa. Għalhekk, billi tipprovdi appoġġ taħt Orizzont Ewropa għall-fażi tad-disinn u tal-ittestjar tas-sistemi HDVC, il-Kummissjoni se tidderieġi lejn l-installazzjoni tal-ewwel sistema HVDC b’diversi bejjiegħa u terminali fl-Ewropa sal-2030.

Se jkun importanti li jiġi ffaċilitat l-ittestjar ta’ teknoloġiji ġodda għall-grilji lil hinn mill-kosta futuri, il-flessibilità, il-ħżin (Power-to-X), il-batteriji u d-diġitalizzazzjoni għall-integrazzjoni effettiva tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta fis-sistema tal-enerġija, u li jiġu żviluppati faċilitaturi u trasportaturi bħall-idroġenu u l-ammonijaka. Fuq medda ta’ żmien medju u twil, il-konverżjoni fuq il-post tal-elettriku rinnovabbli f’idroġenu u t-trasport bil-baħar tiegħu jew il-forniment tal-fjuwil fuq il-post se jsir relevanti. Għalhekk, l-appoġġ previst tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qafas tal-pjan ta’ azzjoni għall-batteriji, l-istrateġija għall-idroġenu u l-alleanzi relatati, huma wkoll kruċjali f’dan ir-rigward.

Hija meħtieġa wkoll riċerka dwar l-impatti ambjentali tat-teknoloġiji lil hinn mill-kosta, biex jimtlew il-lakuni fid-data u fl-informazzjoni. It-titjib tal-kapaċitajiet tal-għarfien u tal-immudellar se jiffaċilita kemm l-identifikazzjoni ta’ oqsma futuri għall-implimentazzjoni u l-proċess tal-kunsens.

L-azzjoni futura trid tindirizza dawn l-isfidi tar-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll l-opportunitajiet inerenti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-enerġija lil hinn mill-kosta. Dawn jinkludu l-integrazzjoni tal-infrastruttura, iċ-ċirkolarità mid-disinn, is-sostituzzjoni kritika tal-materja prima, it-tnaqqis tal-impatti ambjentali tat-teknoloġiji lil hinn mill-kosta, u l-ħiliet u l-ħolqien tal-impjiegi.

Il-Kummissjoni se tesplora kif jista’ jiġi appoġġat l-iżvilupp teknoloġiku fil-ġenerazzjoni u fl-infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u kif dan jista’ jiġi inkorporat b’mod sostenibbli, inkluż permezz tal-Missjoni ta’ Riċerka dwar Oċeani, Ibħra, Ilmijiet Kostali u Interni f’Saħħithom.

Azzjonijiet qofol: 

·Fil-qafas tal-ewwel programm ta’ ħidma tal-Orizzont Ewropa għall-2021 u l-2022, il-Kummissjoni tipproponi: 

oli tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-TSOs, il-manifatturi u l-iżviluppaturi tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta biex jingħata bidu għal proġett ta’ dimostrazzjoni fuq skala kbira tal-grilja HVDC fl-2022;

oli jiġu żviluppati disinni ġodda tat-teknoloġija galleġġanti tal-enerġija mir-riħ, mill-oċeani u mix-xemx, pereżempju permezz ta’ Orizzont Ewropa

oli titjieb l-effiċjenza industrijali tul il-katina tal-valur mill-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta, bl-involviment ta’ teknoloġiji diġitali li jużaw approċċi xprunati mid-data u apparati tal-Internet tal-Oġġetti

oli sistematikament jiġi integrat il-prinċipju ta’ “ċirkolarità mid-disinn” fir-riċerka u l-innovazzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli.

·Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-miri tal-Pjan SET dwar l-enerġija mill-oċeani u l-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u l-aġendi ta’ implimentazzjoni, u se tniedi grupp addizzjonali tal-Pjan SET dwar l-HVDC;

·Il-Kummissjoni se tistudja kif l-iżvilupp teknoloġiku fil-ġenerazzjoni tal-enerġija lil hinn mill-kosta u l-infrastruttura jistgħu jiġu inkorporati b’mod sostenibbli fl-ekosistemi soċjoekonomiċi u fl-ambjent tal-baħar, pereżempju billi jiġu riċerkati l-impatti kumulattivi u l-għarfien soċjali.

·Il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri u r-reġjuni, inkluż il-gżejjer, biex tagħmel użu mill-fondi disponibbli b’mod koordinat għat-teknoloġiji tal-enerġija mill-oċeani sabiex tikseb kapaċità totali ta’ 100MW fl-UE kollha sal-2025 u madwar 1 GW sal-2030.

4.6Katina aktar b’saħħitha tal-provvista u tal-valur fl-Ewropa kollha

Sabiex jinkiseb tkabbir tal-iskala fil-kapaċità biex jintlaħqu 300-40 GW ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, b’benefiċċji massimi għall-ekonomija tal-UE, il-katina tal-provvista tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta trid tkun kapaċi tkabbar il-kapaċità tagħha u ssostni rati ta’ installazzjoni ogħla. Il-manifatturi ta’ materjali reżistenti għall-korrużjoni, u ta’ turbini tar-riħ u tal-oċeani, u l-fornituri ta’ torrijiet, pedamenti, apparat galleġġanti u kejbils kollha se jkollhom bżonn investimenti biex jespandu l-produzzjoni tagħhom. Se jkun hemm bżonn li jsir titjib f’xi portijiet u jridu jinbnew u jibdew jintużaw bastimenti ġodda. Pereżempju, bħalissa hemm biss ftit portijiet Ewropej li huma adattati għall-assemblaġġ, il-manifattura u l-manutenzjoni tal-enerġija lil hinn mill-kosta. Skont l-istimi tal-industrija, huwa meħtieġ investiment globali ta’ madwar EUR 0.5 sa 1 biljun għat-titjib tal-infrastruttura tal-portijiet u tal-bastimenti. Barra minn hekk, mijiet ta’ fornituri tal-komponenti, li ħafna minnhom huma SMEs, se jkollhom bżonn titjib ukoll.

Il-politiki orjentati lejn id-domanda, bħall-ippjanar fit-tul, il-kooperazzjoni reġjonali u qafas regolatorju ċar jistgħu jipprovdu sinjali u jindikaw l-istimi futuri tal-volum li l-industrija u l-investituri jeħtieġu biex jagħmlu investimenti antiċipatorji u jkomplu jindustrijalizzaw il-kapaċità tal-manifattura tagħhom.

Fl-istess ħin, jistgħu jkunu meħtieġa wkoll politiki orjentati lejn il-provvista. Il-katina tal-provvista tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta Ewropea hija dinamika u kompetittiva ħafna, iżda se tiffaċċja sfida biex iżżid u żżomm l-eċċellenza tagħha fil-kuntest ta’ aktar kompetizzjoni fis-swieq globali. Fil-komunikazzjoni bit-titolu “Strateġija industrijali ġdida għall-Ewropa” 83 , il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa għal approċċ aktar strateġiku għall-industriji tal-enerġija rinnovabbli u l-ktajjen tal-provvista li fuqhom huma msejsa, biex jinżammu t-tmexxija u l-eċċellenza globali tal-Ewropa. 

Għalhekk, il-Kummissjoni se ssaħħaħ Il-Forum Industrijali dwar l-Enerġija Nadifa rigward l-Enerġija Rinnovabbli, stabbilit mill-pakkett “Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha”, biex tlaqqa’ flimkien il-mexxejja tal-industrija, ir-raggruppamenti industrijali, il-kumpaniji u l-fornituri tas-servizzi, it-TSOs, l-investituri, is-soċjetà ċivili, il-komunità tar-riċerka u tespandih biex tinkludi l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali. Il-Forum jassisti fil-valutazzjoni tal-kompetittività tal-industrija 84 u jgħin biex jiġu identifikati segmenti kritiċi tal-katina tal-provvista u l-investimenti assoċjati li jeħtieġ li jiżdiedu biex jiġi żgurat li l-miri tal-UE għall-użu tal-enerġija rinnovabbli jkunu jistgħu jintlaħqu.

Fi ħdan il-Forum, se jitwaqqaf grupp ta’ ħidma dedikat dwar l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta biex jidentifika u jipproponi soluzzjonijiet għall-ostakli għall-espansjoni rapida ta’ katina tal-provvista pan-Ewropea tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, biex jiffaċilita l-kooperazzjoni u biex jiġbor flimkien l-għarfien espert bejn it-teknoloġiji tal-enerġija lil hinn mill-kosta u fost il-ktajjen tal-provvista tal-enerġija rinnovabbli differenti, f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni. Il-Grupp ta’ Ħidma tal-Enerġija Rinnovabbli lil hinn mill-kosta se jgħin biex jiġi segwit il-progress u se javvanza l-ħidma fuq il-punti ta’ azzjoni f’din l-istrateġija. Minħabba t-tendenza dejjem tikber li jiġu żviluppati installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli fil-portafolji tagħhom, l-industriji tradizzjonali taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta jistgħu jkunu interessati li jingħaqdu mal-pjattaforma u jġibu magħhom l-għarfien, il-ħiliet u l-installazzjonijiet tagħhom.

L-isfida tal-ħiliet

Żieda fuq skala kbira fl-implimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u l-katina tal-valur relatata għandha benefiċċju għal għadd kbir ta’ reġjuni u territorji. Tista’ tipprovdi opportunità għar-reġjuni l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima biex jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom, li jvarjaw minn reġjuni intensivi fl-użu tal-karbonju u reġjuni tal-faħam, reġjuni fejn l-industrija tal-gass u taż-żejt lil hinn mill-kosta trid tikkonverti mill-ġdid, għal reġjuni periferiċi u ultraperiferiċi. Tista’ toffri opportunitajiet alternattivi ta’ impjieg ta’ kwalità għolja għall-ħaddiema tas-sengħa affettwati mit-tranżizzjoni. Il-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija lil hinn mill-kosta jista’ jkollha wkoll effetti ekonomiċi ta’ bilanċ f’postijiet b’industriji staġjonali ħafna (turiżmu, sajd, eċċ.) billi tipprovdi fluss ta’ xogħol stabbli u prevedibbli għall-ħaddiema lokali u għall-SMEs matul is-sena kollha.

Li jintlaħaq dan il-potenzjal ifisser li jingħelbu għadd ta’ sfidi f’termini tal-forza tax-xogħol, il-ħiliet tagħha, inkluż il-litteriżmu fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u li dawn il-ħiliet ikunu disponibbli fil-postijiet it-tajba. Is-settur diġà għandu diffikultajiet biex jirrekluta u jħarreġ lill-ħaddiema bil-ħiliet it-tajba. Bejn 17 u 32 % tal-kumpaniji qed jesperjenzaw diskrepanzi fil-ħiliet, u f’okkupazzjonijiet tekniċi, bejn 9 u 30 % qed jesperjenzaw nuqqas ta’ ħiliet. Fil-futur, jeħtieġ li l-Istati Membri jappoġġaw l-azzjonijiet fil-kuntest tal-“Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza” u jfasslu u jsawru aktar skemi ta’ edukazzjoni u taħriġ immirati għas-settur tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta f’konformità mal-miri ta’ żvilupp mistennija tagħhom 85 . Fl-2019, kien hemm biss 12-il pajjiż tal-UE li kellu programmi bħal dawn fis-seħħ 86 , li huma neqsin saħansitra f’uħud mill-pajjiżi b’potenzjal sinifikanti tal-industrija lil hinn mill-kosta. Il-ħolqien tal-impjiegi huwa mistenni li jkun sinifikanti, b’mod partikolari għar-riċerkaturi, l-inġiniera, ix-xjentisti u t-tekniċi tal-inġinerija. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta biex jiffinanzjaw programmi bħal dawn.

Il-programmi edukattivi tekniċi u akkademiċi fl-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtiġijiet li se jkunu qed jiżdiedu sal-2050 biex jiġu attirati l-ħaddiema żgħażagħ bil-profili t-tajba għal impjiegi fl-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta. Iċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali jistgħu jgħinu biex tintlaħaq il-ħtieġa għat-taħriġ mill-ġdid billi jlaqqgħu flimkien firxa wiesgħa ta’ sħab lokali, bħal fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (kemm fil-livell sekondarju kif ukoll f’dak terzjarju), impjegaturi, ċentri tar-riċerka, aġenziji tal-iżvilupp, servizzi tal-impjiegi, biex jiġu żviluppati ekosistemi tal-ħiliet.

Approċċ għal ekonomija ċirkolari

Sfida oħra li trid tiġi indirizzata hija d-dekummissjonar, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-komponenti tat-turbini eoliċi, b’mod partikolari tal-pali magħmula minn materjal kompost. Ir-riċerka dwar ir-riċiklabbiltà u l-impatt fuq id-disinn għadha pjuttost frammentata u spiss tkun ibbażata fuq applikazzjonijiet speċjalizzati u mhux ġeneriċi. Huwa neċessarju li l-prinċipju taċ-“ċirkolarità mid-disinn” jiġi integrat fir-riċerka u l-innovazzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli b’mod aktar sistematiku. Dan se jkun ifisser li ntejbu t-teknoloġiji eżistenti (u niżviluppaw teknoloġiji ġodda), filwaqt li nżommu f’moħħna kemm l-effiċjenza tal-proċess tal-produzzjoni kif ukoll il-ħajja itwal tal-installazzjonijiet u t-“tmiem tal-ħajja” tal-komponenti. Dan se jżid iż-żamma tal-valur tal-prodotti u s-servizzi fl-industrija tal-manifattura tal-enerġija rinnovabbli u se jnaqqas il-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali. Hija meħtieġa valutazzjoni bir-reqqa tal-materjali użati għat-teknoloġiji rinnovabbli lil hinn mill-kosta. Din għandha tkopri mhux biss l-aspetti tal-kost u tat-tossiċità iżda wkoll kwistjonijiet bħall-użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà tal-materjal, il-limitazzjonijiet tal-akkwist, u ż-żieda fis-sigurtà tal-provvista ta’ materjali kritiċi. L-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-prattiki assoċjati mat-turbini eoliċi fuq l-art għandhom jiġu esplorati, billi dawn se jkollhom jiġu dekummissjonati fil-futur qrib.

Il-katina tal-valur tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta tal-UE hija msejsa fuq katina tal-provvista globali, li tiddependi fuq materja prima u komponenti importati għall-produzzjoni (materjali tal-art rari għal kalamiti permanenti, azzar u materjali komposti). Peress li d-domanda għal dawk il-materjali hija prevista li tiżdied (pereżempju, il-materjali tal-art rari użati f’kalamiti permanenti jistgħu jiżdiedu b’għaxar darbiet sal-2050 87 ) huwa neċessarju li niffukaw fuq kif tista’ tiġi żgurata l-provvista mingħajr distorsjoni, titnaqqas id-dipendenza u jitqassru l-ktajjen tal-provvista. L-Alleanza Ewropea dwar il-Materja Prima 88 għandha tgħin biex tiżdied ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista. It-titjib taċ-ċirkolarità tal-katina sħiħa tal-provvista se jkollu rwol importanti fil-mitigazzjoni ta’ dipendenzi akbar.

L-industrija tal-UE u s-swieq globali

L-industrija tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta tal-UE hija kompetittiva ħafna fis-suq globali u għandha kapaċità ta’ esportazzjoni b’saħħitha, biċ-Ċina u l-Indja bħala l-kompetituri globali ewlenin. Bejn l-2009 u l-2018, il-bilanċ kummerċjali tal-UE baqa’ pożittiv u qed ikompli jiżdied. Fl-2018, il-kumpaniji tal-UE kienu jirrappreżentaw 47 % tal-esportazzjonijiet globali. Tmienja minn kull għaxar esportaturi globali huma pajjiżi tal-UE. Is-suq globali għalhekk jirrappreżenta opportunità kummerċjali sinifikanti għall-industriji tal-UE. Fl-Asja, il-kapaċità tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta hija mistennija tilħaq madwar 95 GW sal-2030 (minn kapaċità globali proġettata ta’ kważi 233 GW sal-2030) 89 . Kważi nofs l-investiment globali fl-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta fl-2018 sar fiċ-Ċina 90 . Is-suq globali għal teknoloġiji ġodda bħat-teknoloġiji eoliċi galleġġanti, u l-enerġija mill-oċeani fil-futur, jista’ jipprovdi wkoll opportunitajiet ġodda promettenti għall-industrija tal-UE.

Sħubijiet internazzjonali

Permezz tad-diplomazija dwar il-Patt Ekoloġiku, l-UE hija impenjata b’mod attiv mas-sħab internazzjonali tagħha biex tgħin fil-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, inkluż f’pajjiżi bi dħul baxx u fi swieq emerġenti. Dan l-appoġġ jista’ jkopri l-qafas regolatorju, l-istandards tekniċi, l-assoċjazzjonijiet kummerċjali lokali/nazzjonali, il-bini tal-kapaċità għall-konnessjoni u l-ġestjoni tal-grilja, u t-taħriġ professjonali kif ukoll it-tneħħija tar-riskji tal-investimenti b’garanziji bħall-Garanzija Ewropea għall-Enerġija Rinnovabbli fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) 91 .

L-UE u l-pajjiżi sħab tagħha huma impenjati wkoll li jilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), inkluż l-SDG7, u għalhekk qed jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli u affordabbli madwar id-dinja. F’konformità mal-objettivi tal-politika tal-UE li jappoġġaw it-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija nadifa fil-pajjiżi sħab tagħha, l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta se jkollha rwol importanti. Dan jista’ jinbidel f’sitwazzjoni li minnha jgawdi kulħadd kemm għall-industrija tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta tal-UE li tista’ tidħol fi swieq importanti ġodda iżda wkoll għall-pajjiżi sħab li jaraw is-sehem tal-enerġija rinnovabbli tagħhom jikber u jżidu l-għarfien u l-kapaċità tagħhom f’dan is-settur.

L-UE hija lesta u disposta li tikkondividi l-esperjenza tagħha ta’ tmexxija tal-industrija u li tikkoopera ma’ pajjiżi terzi f’forom differenti. Dan jista’ jinkludi l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-approċċi regolatorji u l-iżvilupp ta’ proġetti konġunti mal-pajjiżi ġirien, skont il-livell ta’ allinjament tal-oqfsa regolatorji u l-koerenza mal-prijoritajiet ta’ politika tal-UE f’termini ta’ standards ambjentali u standards oħra.

L-Istati Membri u l-industrija għandhom ikunu involuti b’mod attiv fil-promozzjoni tal-istandards tal-UE fil-livell bilaterali u internazzjonali, li jinkludi l-involviment attiv f’korpi internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards.

Bħala żviluppatur tat-teknoloġija (inkluż għat-teknoloġija tal-grilja), l-UE trid tieħu approċċ aktar determinat biex tippromwovi l-interessi tagħha permezz tal-politika kummerċjali. Xi swieq qed jimponu dejjem aktar rekwiżiti tal-kontenut lokali jew jadottaw miżuri diskriminatorji jew inkella restrittivi għall-kummerċ sabiex jippromwovu l-industriji domestiċi. Il-Kummissjoni se tieħu rwol attiv fil-promozzjoni tal-konverġenza regolatorja u t-tixrid ta’ standards internazzjonali, filwaqt li topponi l-introduzzjoni mhux ġustifikata ta’ rekwiżiti tal-kontenut lokali u ostakli kummerċjali oħra f’pajjiżi terzi. Il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles u l-kollaborazzjoni internazzjonali għandhom jistinkaw għal kummerċ u investiment mingħajr distorsjoni u jtejbu l-aċċess għas-suq, filwaqt li jqisu wkoll il-ħtieġa għall-konverġenza tan-normi u l-istandards, is-swieq tal-elettriku flessibbli u l-aċċess ġust għall-grilja f’pajjiżi terzi. Fil-każ ta’ ostakli għall-aċċess tas-suq, il-Kummissjoni se tinforza d-drittijiet tal-UE skont il-ftehimiet kummerċjali internazzjonali billi tagħmel użu sħiħ tar-rimedji legali għad-dispożizzjoni tagħha, inklużi l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim multilaterali u bilaterali.

Azzjonijiet ewlenin

·Il-Kummissjoni u l-ENTSO-E se jippromwovu l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà fost il-konvertituri ta’ manifatturi differenti (li għandhom ikunu operattivi sal-2028); Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-industrija se jaħdmu flimkien biex jippromwovu l-istandards tal-UE internazzjonalment;

·Il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-Forum Industrijali dwar l-Enerġija Nadifa rigward l-Enerġija Rinnovabbli biex jitrawwem l-iżvilupp tal-katina tal-valur tal-enerġija rinnovabbli, u se tistabbilixxi fi ħdan il-Forum, grupp ta’ ħidma dedikat dwar l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta (2021);

·Il-Kummissjoni se tinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jużaw il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2021–2027, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew Plus, kif ukoll il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta fejn rilevanti, biex jappoġġaw l-investiment fl-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta biex tingħata spinta lid-diversifikazzjoni ekonomika, jinħolqu impjiegi ġodda u jiġu introdotti skemi ta’ taħriġ mill-ġdid/titjib tal-ħiliet;

·Il-Kummissjoni se tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali kompetenti fil-ħolqien u fit-twassil ta’ programmi speċifiċi ta’ edukazzjoni u taħriġ, inkluż fil-livelli tekniċi u terzjarji, biex jiżviluppaw ġabra ta’ ħiliet fl-enerġija lil hinn mill-kosta u biex jattiraw ħaddiema żgħażagħ bil-profili t-tajba u ħaddiema li tħarrġu mill-ġdid jew tejbu ħiliethom lejn l-impjiegi tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, anke permezz ta’ azzjonijiet fil-qafas tal-Aġenda għall-Ħiliet.

·Il-Kummissjoni se tippromwovi l-aċċess għas-suq f’pajjiżi terzi inkluż billi tindirizza l-ostakli li jaffettwaw il-proġetti rinnovabbli lil hinn mill-kosta u tagħmel użu sħiħ mir-rimedji legali.

·Il-Kummissjoni se tiffaċilita l-iżvilupp ta’ swieq ġodda għall-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u t-tisħiħ ta’ dawk eżistenti permezz ta’ skambju dwar l-istandards tal-oqfsa ta’ politika u żviluppi settorjali fid-djalogi dwar l-enerġija tal-UE mal-pajjiżi sħab (li għadhom għaddejjin);

·Il-Kummissjoni se twettaq analiżi tal-kostijiet u l-impatti tad-dekummissjonar tal-installazzjonijiet lil hinn mill-kosta, bl-għan li tivvaluta jekk humiex meħtieġa rekwiżiti legali għall-UE kollha, kemm għaż-żarmar tal-installazzjonijiet eżistenti kif ukoll għall-attivitajiet ta’ dekummissjonar futuri, biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatti ambjentali, ekonomiċi u tas-sikurezza.

5.Konklużjonijiet

L-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta hija waħda mill-aktar rotot promettenti biex tiżdied il-ġenerazzjoni tal-enerġija futura fis-snin li ġejjin b’mod li jintlaħqu l-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Ewropa u ż-żieda mistennija fid-domanda għall-elettriku b’mod affordabbli. L-oċeani u l-baċiri tal-baħar tal-Ewropa għandhom potenzjal kbir, li jista’ jiġi sfruttat b’mod sostenibbli u li jirrispetta l-ambjent, filwaqt li jikkomplementa attivitajiet ekonomiċi u soċjali oħra.

Din l-Istrateġija tistabbilixxi t-tkabbir tal-iskala tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u l-użu tagħha bħala prijorità tal-UE. Il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta huwa preżenti, f’diversi għamliet, fl-oċeani u fil-baċiri tal-baħar Ewropej kollha, inkluż il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi. L-iżvilupp tiegħu jkollu impatti industrijali, ekonomiċi u soċjali pożittivi mifruxa madwar l-UE u r-reġjuni tagħha.

Għall-installazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta fissi mal-qiegħ u għal dawk galleġġanti, l-isfida hija li jinħoloq l-aħjar ambjent biex jinżamm u jiġi aċċellerat il-momentum maħluq fil-Baħar tat-Tramuntana, filwaqt li jiġu estiżi l-aħjar prattiki u l-esperjenza lejn baċiri tal-baħar oħrajn, li jibdew mill-Baħar Baltiku, u tiġi appoġġata l-espansjoni globali. Għal teknoloġiji oħra, l-isfida hija li jiġi mobilizzat finanzjament suffiċjenti u mmirat tajjeb għar-riċerka u d-dimostrazzjoni, biex jitnaqqsu l-kostijiet u biex dawn it-teknoloġiji jiddaħħlu fis-suq fil-ħin biex jagħmlu differenza.

Is-suċċess tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta jista’ jwassal benefiċċji kbar għall-Ewropa, jista’ jiżgura li l-UE twassal tranżizzjoni għal enerġija sostenibbli, u jqiegħed lill-Istati Membri fi triq realistika għal tniġġis żero u newtralità klimatika sal-2050. Jista’ jagħti wkoll kontribut maġġuri għall-irkupru wara l-COVID-19, bħala settur fejn l-industrija tal-Ewropa għandha tmexxija dinjija u li huwa mbassar li jikber b’mod esponenzjali fid-deċennji li ġejjin.

Il-kisba tal-espansjoni proposta minn din l-istrateġija se tirrekjedi l-kollaborazzjoni tal-partijiet kollha kkonċernati: L-Istati Membri, ir-reġjuni, iċ-ċittadin tal-UE, is-sħab soċjali, l-NGOs u dawk kollha li jużaw il-baħar, b’mod partikolari l-industrija tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u s-setturi tas-sajd u l-akkwakultura. F’dan l-ispirtu, fl-2021, il-Kummissjoni se torganizza Konferenza Ewropea ta’ Livell Għoli dwar l-Enerġija Rinnovabbli lil hinn mill-kosta, li tlaqqa’ flimkien membri tal-formati ta’ kooperazzjoni reġjonali eżistenti, biex tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki u tiddiskuti l-isfidi komuni.

Il-Kummissjoni tistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jiddiskutu l-azzjoni politika proposta f’din l-istrateġija u jikkollaboraw biex din l-azzjoni titmexxa ’l quddiem mingħajr dewmien.

(1)

Il-park eoliku lil hinn mill-kosta ġġenera 5MW u kopra l-konsum annwali tal-enerġija ta’ 2 200 unità domestika tul 25 sena.

(2)

4 minn kull 15-il turbina galleġġanti fid-dinja huma prodotti fl-Unjoni Ewropea u jinsabu fit-territorju tagħha

(3)

Bi 13,5 MW tal-kapaċità globali tal-enerġija mill-oċeani ta’ 34 MW installata fl-ilmijiet tal-EU27 fl-2019, ara: Il-Kummissjoni Ewropea (2020) Clean Energy Transition – Technologies and Innovations Report (Anness ta’ {SWD (2020) 953} )

(4)

Minkejja li jinsabu eluf ta’ kilometri mill-kontinent Ewropew, id-disa’ reġjuni ultraperiferiċi tal-UE huma parti integrali mill-Unjoni: Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique u Saint-Martin (il-baħar Karibew), Réunion u Mayotte (l-Oċean Indjan), il-Gżejjer Kanarji, l-Azores u Madeira (l-Oċean Atlantiku)

(5)

L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030. Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna. COM/2020/380 final

(6)

 Skont il-projezzjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-pjan dwar il-mira klimatika għall-2030, sal-2030 aktar minn 80 % tal-elettriku għandu jiġi ġġenerat minn sorsi rinnovabbli -  https://ec.europa.eu/clima/policies/eu-climate-action/2030_ctp_mt

(7)

  https://ec.europa.eu/energy/topics/energy-system-integration/eu-strategy-energy-system-integration_mt

(8)

  https://ec.europa.eu/energy/topics/energy-system-integration/hydrogen_mt

(9)

Referenza: Il-Kummissjoni Ewropea (2020) — Progress tal-kompetittività tal-enerġija nadifa (SWD (2020) 953 final).

(10)

Skont ix-xenarju tas-CTP-MIX mill-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-pjan dwar il-mira klimatika għall-2030 - COM(2020) 562 final.

(11)

JRC (2019) Technology Market Report Ocean Energy, JRC117349.

(12)

 JRC (2020) Facts and figures on Offshore Renewable Energy Sources in Europe, JRC121366.

(13)

 Abbażi tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima ppreżentati mill-Istati Membri, https://ec.europa.eu/energy/topics/energy-strategy/national-energy-climate-plans_mt#final-necps

(14)

Il-Kummissjoni ħarġet dokument ta’ gwida rilevanti dwar “L-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-enerġija u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura” https://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/pdf/guidance_on_energy_transmission_infrastructure_and_eu_nature_legislation_mt.pdf

(15)

Progress tal-kompetittività tal-enerġija nadifa (SWD (2020) 953 final)

(16)

JRC 2019: Technology Market Report Wind Energy, JRC118314

(17)

Wind Europe.

(18)

Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Rapport dwar l-Ekonomija Blu tal-UE — 2020.

(19)

JRC 2019: Technology Market Report Wind Energy, JRC118314.

(20)

JRC (2019) Wind Energy Technology Market Report, JRC118314.

(21)

Stabbilita fl-2016

(22)

  https://ec.europa.eu/regional_policy/sources/policy/themes/sparsely-populated-areas/eu2020_mou_split_en.pdf

(23)

JRC (2019) JRC ENSPRESO - WIND - ONSHORE and OFFSHORE. Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) [Sett tad-data] PID: http://data.europa.eu/89h/6d0774ec-4fe5-4ca3-8564-626f4927744e

(24)

  www.ospar.org

(25)

93 GW, skont l-Istudju dwar il-kooperazzjoni fl-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta fil-Baħar Baltiku fil-kuntest tal-BEMIP https://op.europa.eu/fr/publication-detail/-/publication/9590cdee-cd30-11e9-992f-01aa75ed71a1

(26)

Il-BEMIP qed jippjana li jadotta programm ta’ ħidma għall-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta sar-rebbiegħa tal-2021.

(27)

  www.balticsea-region-strategy.eu

(28)

COM(2020) 329 final.

(29)

Potenzjal ta’ bejn 32 u 75 GW skont l-Istudju dwar il-potenzjal tal-grilja lil hinn mill-kosta fir-reġjun tal-Mediterran (Guidehouse, 2020-11) - https://data.europa.eu/doi10.2833/742284 .

(30)

  www.westmed-initiative.eu

(31)

  www.diplomatie.gouv.fr/en/french-foreign-policy/europe/news/article/ajaccio-declaration-after-the-7th-summit-of-the-southern-eu-countries-med7-10

(32)

  https://ec.europa.eu/newsroom/mare/document.cfm?doc_id=59314

(33)

  https://ec.europa.eu/newsroom/mare/document.cfm?doc_id=59317

(34)

  https://euislands.eu/

(35)

L-aktar strumenti ta’ politika rilevanti huma: id-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar, id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, id-Direttiva dwar l-Ippjanar Spazjali Marittimu, il-Politika Komuni tas-Sajd, SEA, EIA, ELD, il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, kif ukoll l-Istrateġija għall-Bijodiversità u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari.

(36)

Fil-Ġermanja u d-Danimarka

(37)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex%3A32014L0089

(38)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01992L0043-20130701 .

(39)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32009L0147 .

(40)

Il-Kummissjoni ħarġet dokument ta’ gwida rilevanti dwar “L-Iżviluppi fl-Enerġija mir-Riħ u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura” https://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/natura_2000_and_renewable_energy_developments_en.htm

(41)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32008L0056&from=MT

(42)

  https://ec.europa.eu/regional_policy/en/policy/cooperation/macro-regional-strategies/  

(43)

  https://ec.europa.eu/regional_policy/en/policy/cooperation/european-territorial/  

(44)

  https://ec.europa.eu/maritimeaffairs/policy/sea_basins_mt .

(45)

Il-Konvenzjoni ta’ Ħelsinki għall-Baħar Baltiku (HELCOM), il-Konvenzjoni OSPAR għall-Baħar tat-Tramuntana u l-Atlantiku tal-Majjistral, il-Konvenzjoni ta’ Barċellona għall-Mediterran u l-Konvenzjoni ta’ Bucharest għall-Baħar l-Iswed.

(46)

 eż. linji gwida OSPAR dwar l-iżvilupp ta’ parks eoliċi ( https://www.ospar.org/work-areas/eiha/offshore-renewables )

(47)

  https://www.msp-platform.eu/sector-information/tourism-and-offshore-wind

(48)

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/89/UE

(49)

 Avviż tal-Kummissjoni - Dokument ta’ gwida dwar l-iżviluppi fl-enerġija mir-riħ u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura - C(2020)7730 final

(50)

Grilja interkonnessa lil hinn mill-kosta tkun simili għas-sistema tal-grilja ta’ trażmissjoni interkonnessa fuq l-art, li minnha l-elettriku jista’ jiċċirkola f’ħafna direzzjonijiet.

(51)

Roland Berger GmbH (2019), Hybrid projects: How to reduce costs and space of offshore developments, North Seas Offshore energy Clusters study
https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/59165f6d-802e-11e9-9f05-01aa75ed71a1

(52)

Illustrazzjoni 2 - Il-linja bit-tikek tirrappreżenta l-fruntiera tal-EEZ.

(53)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?toc=OJ:L:2018:328:TOC&uri=uriserv:OJ.L_.2018.328.01.0001.01.ENG

(54)

Dan jista’ jwassal għal iffrankar sinifikanti fil-kostijiet, kif muri fi studji reċenti bħal, The Baltic Wind Energy Cooperation under BEMIP (ara r-referenza hawn fuq),

(55)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?toc=OJ:L:2018:328:TOC&uri=uriserv:OJ.L_.2018.328.01.0001.01.ENG

(56)

Skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 219/943.

(57)

Il-Premessa (66) tar-Regolament 2019/943 dwar is-suq intern tal-elettriku tappoġġa l-iżvilupp ta’ proġetti ibridi, ĠU L 158, 14.6.2019.

(58)

 Market Arrangements for Offshore Hybrid Projects in the North Sea (Thema Report 2020-11). https://data.europa.eu/doi10.2833/36426

(59)

  www.promotion-offshore.net/results/deliverables/

(60)

 Market Arrangements for Offshore Hybrid Projects in the North Sea (Thema Report 2020-11).

https://data.europa.eu/doi10.2833/36426

(61)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001, ĠU L 328, 21.12.2018

(62)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001, ĠU L 328, 21.12.2018.

(63)

L-Artikolu 6, l-Artikolu 7 u l-Artikolu 11 tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli riformulata. Ara wkoll https://ec.europa.eu/energy/topics/renewable-energy/renewable-energy-directive/cooperation-mechanisms_mt .

(64)

L-Artikolu 19 tar-Regolament dwar l-Elettriku (UE) 2019/943, ĠU L158, 14.6.2019

(65)

  https://www.acer.europa.eu/en/Electricity/FG_and_network_codes/Pages/European-Stakeholder-Committees.aspx

(66)

Financing of offshore hybrid assets in the North Sea (Guidehouse, 2020-11)

https://data.europa.eu/doi10.2833/269908

(67)

 Valutazzjoni tal-impatt tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:749e04bb-f8c5-11ea-991b-01aa75ed71a1.0001.02/DOC_1&format=PDF

(68)

Pereżempju, jekk SM mingħajr kosta jħallas fil-mekkaniżmu, u sussegwentement il-mekkaniżmu jappoġġa park eoliku lil hinn mill-kosta fi SM ieħor, l-SM kontribwent jgħodd l-enerġija rinnovabbli prodotta mill-proġetti fl-SM ospitati daqslikieku din l-enerġija ġiet prodotta fl-SM kontribwenti. Prattikament, l-SM mingħajr kosta kontribwenti se jżid statistikament il-perċentwal ta’ enerġija rinnovabbli tiegħu fil-konsum tal-enerġija (b’hekk – ikollu benefiċċju statistiku) anki jekk din l-enerġija ġiet prodotta jew ikkunsmata f’pajjiż ieħor. Dan se jgħin lill-SM jilħaq il-mira tiegħu għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ proġetti li jinsabu fi SM ieħor.

(69)

Ara t-Taqsima 4.5.

(70)

Il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, r-Rumanija u s-Slovakkja.

(71)

 Data dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni tas-SETIS, skont il-metodoloġija tal-JRC: Fiorini A., Georgakaki A., Pasimeni F., Tzimas E. (2017) Monitoring R&I in Low-Carbon Energy Technologies, JRC105642 u Pasimeni F., Fiorini A., Georgakaki A. (2019) Assessing private R&D spending in Europe for climate change mitigation technologies via patent data, World Patent Information. Disponibbli fis-sit web li ġej: https://setis.ec.europa.eu/publications/setis-research-innovation-data

(72)

JRC, Low Carbon Energy Observatory, Wind Energy Technology Market Report, il-Kummissjoni Ewropea, 2019, JRC118314.

(73)

JRC, Low Carbon Energy Observatory, Wind Energy Technology Market Report, il-Kummissjoni Ewropea, 2019, JRC118314.

(74)

ICF, ikkummissjonat mid-DĠ GROW – Climate neutral market opportunities and EU competitiveness study (Abbozz, 2020).

(75)

Orizzont 2020 u l-predeċessur tiegħu FP7, għall-perjodu 2009-2019.

(76)

JRC Wind Energy Technology Development Report (2020).

(77)

Pjan-SET, Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-Enerġija mir-Riħ Lil Hinn mill-Kosta (2018).

(78)

Il-parks eoliċi galleġġanti lil hinn mill-kosta huma adattati għal fond ta’ bejn 50 u 1000 metru.

(79)

UNEP & Bloomberg NEF, Global trends in renewable energy investment, 2019.

(80)

Bidu tal-inizjattiva tal-pjan SET.

(81)

L-investimenti privati huma stmati mid-data dwar il-privattivi disponibbli permezz ta’ Patstat. Sorsi: Fiorini, A., Georgakaki, A., Pasimeni, F. u Tzimas, E., (2017) Monitoring R&I in Low-Carbon Energy Technologies , JRC105642, EUR 28446 EN u Pasimeni, F., Fiorini, A., u Georgakaki, A. (2019). Assessing private R&D spending in Europe for climate change mitigation technologies via patent data. World Patent Information, 59, 101927.

(82)

Inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) li kkonfinanzja wkoll il-proġetti Interreg.

(83)

  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_20_416

(84)

Ara COM(2020) 953

(85)

5 % biss tal-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ disponibbli jkopru direttament l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta. Hemm lakuni kbar fl-oqsma tal-elettromekkanika, l-assemblaġġ, l-għadis, ix-xogħol tal-metall u s-saħħa u s-sikurezza.

(86)

Sors: il-proġett MATES (Alleanza Marittima għat-trawwim tal-Ekonomija Blu Ewropea permezz ta’ Strateġija ta’ Ħiliet fit-Teknoloġija tal-Baħar), “Baseline report on present skills gaps in shipbuilding and offshore renewables value chains” www.projectmates.eu

(87)

Il-produzzjoni Ewropea tal-ġeneraturi tar-riħ tiddependi fuq l-importazzjonijiet tal-grafit (li 48 % minnu ġej miċ-Ċina), tal-kobalt (li 68 % minnu ġej mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), tal-litju (li 78 % minnu ġej miċ-Ċilì) u tal-materjali tal-art rari (li kważi 100 % minnhom jiġu miċ-Ċina). Sors: Ir-rapport ta’ Prospettiva Strateġika tal-2020 tal-Kummissjoni Ewropea( https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/new-push-european-democracy/strategic-foresight/2020-strategic-foresight-report_mt ).

(88)

  COM(2020) 474 final.

(89)

GWEC 2020, Global Offshore Wind Report, 2020.

(90)

IRENA, Future of wind (2019, p. 52).

(91)

Ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD

Top