This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020AP0018
European Parliament legislative resolution of 29 January 2020 on the draft Council decision on the conclusion of the Agreement on the withdrawal of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland from the European Union and the European Atomic Energy Community (XT 21105/3/2018 — C9-0148/2019 — 2018/0427(NLE))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Jannar 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (XT 21105/3/2018 – C9-0148/2019 – 2018/0427(NLE))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Jannar 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (XT 21105/3/2018 – C9-0148/2019 – 2018/0427(NLE))
ĠU C 331, 17.8.2021, pp. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
17.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/38 |
P9_TA(2020)0018
Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Jannar 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (XT 21105/3/2018 – C9-0148/2019 – 2018/0427(NLE))
(Approvazzjoni)
(2021/C 331/04)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra n-notifika tad-29 ta' Marzu 2017 li r-Renju Unit bagħat lill-Kunsill Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, f'konformità mal-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (XT 21105/3/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjonijiet futuri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 tat-22 ta' Marzu 2019 (3), (UE) 2019/584 tal-11 ta' April 2019 (4) u (UE) 2019/1810 tad-29 ta' Ottubru 2019 (5), meħuda bi qbil mar-Renju Unit, li jestendu l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE sat-12 ta' April 2019, sal-31 ta' Ottubru 2019, u sal-31 ta' Jannar 2020, rispettivament, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta' April 2017 dwar in-negozjati mar-Renju Unit wara n-notifika tiegħu li biħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea (6), tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-qagħda tan-negozjati mar-Renju Unit (7), tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar il-qagħda tan-negozjati mar-Renju Unit (8), tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-qafas tar-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit (9), u tat-18 ta' Settembru 2019 dwar il-qagħda kurrenti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (10), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill, skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (C9-0148/2019), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittri mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, mill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0004/2020), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim dwar il-ħruġ; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-Gvern tar-Renju Unit. |
(1) ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 1.
(2) ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 178.
(3) ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1.
(4) ĠU L 101, 11.4.2019, p. 1.
(5) ĠU L 278 I, 30.10.2019, p. 1.
(6) ĠU C 298, 23.8.2018, p. 24.
(7) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 2.
(8) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 32.
(9) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 40.
(10) Testi adottati, P9_TA(2019)0016.