Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019XX0614(01)

    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta’ Marzu 2019 rigward abbozz ta’ deċiżjoni preliminari relatat mal-Każ AT.40481 — Sistemi ta’ Sikurezza tal-Okkupanti (II) fornuti lill-Grupp Volkswagen u lill-Grupp BMW — Relatur: Il-Portugall (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2019/1656

    ĠU C 199, 14.6.2019, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 199/2


    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta’ Marzu 2019 rigward abbozz ta’ deċiżjoni preliminari relatat mal-Każ AT.40481 — Sistemi ta’ Sikurezza tal-Okkupanti (II) fornuti lill-Grupp Volkswagen u lill-Grupp BMW

    Relatur: Il-Portugall

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2019/C 199/02)

    1.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn il-partijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

    2.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prodott u tal-ambitu ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

    3.   

    Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fiż-żewġ każijiet ta’ ksur uniċi u kontinwi tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, kif inhu miktub fl-abbozz tad-deċiżjoni.

    4.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan taż-żewġ ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

    5.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ż-żewġ ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

    6.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-durata taż-żewġ każijiet ta’ ksur.

    7.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kull ta’ kull wieħed miż-żewġ każijiet ta’ ksur.

    8.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni għal kull wieħed miż-żewġ każijiet ta’ ksur li kienu involuti fihom.

    9.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu tal-iffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.

    10.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

    11.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-determinazzjoni tad-durata għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi.

    12.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u l-ebda ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

    13.   

    Il-Kumitat konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006.

    14.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

    15.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Riżolviment tal-2008.

    16.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

    17.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


    Top