Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0441

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

    COM/2019/441 final

    Brussell, 1.10.2019

    COM(2019) 441 final

    ANNESS

    tal-

    Proposta għal
    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea


    PROTOKOLL

    GĦALL-FTEHIM TA’ KOOPERAZZJONI

    DWAR SISTEMA ĊIVILI GLOBALI TA’ NAVIGAZZJONI BIS-SATELLITA (GNSS)

    BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA

    U L-UKRAJNA 

    SABIEX TITQIES L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA U TAR-RUMANIJA GĦALL-UNJONI EWROPEA

       



    L-UNJONI EWROPEA,

    kif ukoll

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA’ SPANJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    L-UNGERIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,



    IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

    IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-RUMANIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ

    minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Istati Membri”,

    minn naħa waħda, u

    L-UKRAJNA,

    min-naħa l-oħra,



    FILWAQT LI JFAKKRU l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li ġie ffirmat fl-1 ta’ Diċembru 2005 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2013 u, b’mod partikolari, fl-Artikolu 17(3) tiegħu;

    WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007 u l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja għall-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013;

    XEWQANA li r-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Rumanija jaderixxu

    għall-Ftehim;

    FILWAQT LI JQISU l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom tissejjes l-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni ta’ dawk l-Istati għall-Ftehim irid jintlaħaq qbil dwarha permezz tal-konklużjoni ta’ protokoll għal dak il-Ftehim,

    QABLU KIF ĠEJ:

    ARTIKOLU 1

    Ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna u għandhom jadottaw u jieħdu nota, rispettivament, tat-test tal-Ftehim hekk kif għamlu l-Istati Membri l-oħrajn.

    ARTIKOLU 2

    Dan il-Protokoll jifforma parti integrali mill-Ftehim.

    ARTIKOLU 3

    It-testi tal-Ftehim bil-Bulgaru, bil-Kroat u bir-Rumen huma mehmużin ma’ dan il-Protokoll.

    ARTIKOLU 4

    Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu għarrfu lid-Depożitarju tal-Ftehim, permezz ta’ noti diplomatiċi, li jkunu lestew il-proċeduri legali interni rispettivi tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

    B’SINJAL TA’ XHIEDA TA’ DAN, is-sottoskritti, awtorizzati kif għandu jkun, iffirmaw dan il-Protokoll.

    MAGĦMUL f’żewġ kopji fi xxxx, f’dan il-jum xx ta’ mm tas-sena elfejn u zz, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż, u bl-Ukren, u kull test huwa ugwalment awtentiku.

    GĦALL-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI

    GĦALL-UKRAJNA

    Top

    Brussell, 1.10.2019

    COM(2019) 441 final

    2019/0207(NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-proposta mehmuża hija l-istrument legali għall-iffirmar ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija għall-Unjoni Ewropea.

    Skont l-Atti tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Rumanija u tar-Repubblika tal-Kroazja, dawn it-tliet Stati Membri għandhom jaderixxu għall-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jkunu ffirmaw jew ikunu kkonkludew permezz ta’ protokoll għal dawk il-ftehimiet.

    Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna ġie ffirmat fl-1 ta’ Diċembru 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2013 (“il-Ftehim”).

    Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ [...] biex jiġi ffirmat Protokoll dwar il-Ftehim li jqis l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Rumanija u tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea, il-Protokoll ġie ffirmat bir-rappreżentattiv tal-Ukrajna fi [...].

    Bil-Protokoll propost, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Kroazja jsiru partijiet kontraenti tal-Ftehim u l-UE tintrabat li tipprovdi verżjoni awtentika tal-Ftehim bil-Bulgaru, bil-Kroat u bir-Rumen.

    2.ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

    Wara l-iffirmar tal-Protokoll, il-Kummissjoni qed tipproponi lill-Kunsill jawtorizza l-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija għall-Unjoni Ewropea.

    2019/0207 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Atti tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħhom,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew.

    Billi:

    (1)Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fl-1 ta’ Diċembru 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2013.

    (2)Il-Bulgarija u r-Rumanija saru Stati Membri tal-Unjoni fl-1 ta’ Jannar 2007 u l-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013.

    (3)Skont l-Artikolu 6(2) tal-Atti tal-Adeżjoni tal-Bulgarija, tal-Kroazja u tar-Rumanija rispettivament, irid jintlaħaq qbil dwar l-adeżjoni għall-Ftehim permezz ta’ protokoll għal dak il-Ftehim. Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, trid tapplika proċedura ssimplifikata għal tali adeżjoni, li permezz tagħha jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u mill-pajjiżi terzi kkonċernati.

    (4)Fit-23 ta’ Ottubru 2006 u fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati sabiex tikkonkludi protokolli għall-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu kkonkludew.

    (5)Permezz ta’ skambju ta’ noti verbali, il-Kummissjoni kkonkludiet b’suċċess in-negozjati mal-Ukrajna dwar il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ukrajna min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija għall-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).

    (6)F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill  [XXX] 1 , il-Protokoll  ġie ffirmat fi  [...], soġġett għall-konklużjoni f’data iktar tard.

    (7)Għalhekk, il-Protokoll jenħtieġ li jiġi approvat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija, b’dan huwa approvat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna bis-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, dwar in-notifika stipulata fl-Artikolu 4 tal-Protokoll, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jintrabtu bil-Protokoll.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija għall-Unjoni Ewropea (ĠU L , , p. ).
    Top