Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0065

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni Ewropea

    COM/2019/65 final

    Brussell, 30.1.2019

    COM(2019) 65 final

    2019/0030(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni Ewropea


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u objettivi tal-proposta

    Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li, jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix ratifikat, il-liġi primarja u sekondarja tal-Unjoni se tieqaf tapplika għar-Renju Unit mit-30 ta’ Marzu 2019 (“id-data tal-ħruġ”). Ir-Renju Unit imbagħad isir pajjiż terz.

    Fit-13 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) tenna t-talba tiegħu biex tiġi intensifikata l-ħidma ta’ tħejjija fil-livelli kollha dwar il-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit, filwaqt li jitqiesu l-eżiti possibbli kollha. Dan l-att huwa parti minn pakkett ta’ miżuri li qed tadotta l-Kummissjoni bħala reazzjoni għal din it-talba.

    Il-programm Erasmus+ huwa inizjattiva ewlenija tal-UE, probabbilment wieħed mill-aktar programmi ta’ suċċess tal-Unjoni Ewropea. Minn mindu beda 30 sena ilu, aktar minn disa’ miljuni żgħażagħ Ewropej setgħu jgħixu esperjenza ta’ mobbiltà għat-tagħlim barra minn pajjiżhom. Ħoloq ġenerazzjoni sħiħa ta’ nies li jidentifikaw ruħhom mal-Ewropa. Ġenerazzjoni ta’ nies b’moħħhom miftuħ, kunfidenti u b’setgħa, li jikkondividu l-valuri komuni tal-Ewropa u li qed jikkontribwixxu għall-bini tal-bażi tal-għarfien u tar-reżiljenza tal-ekonomija u tas-soċjetà tal-Ewropa.

    Erasmus+ qed jappoġġa azzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport. Jgħin lill-pajjiżi Ewropej biex jimmodernizzaw u jtejbu s-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tagħhom kif ukoll il-politiki dwar iż-żgħażagħ u l-isport tagħhom, filwaqt li jsaħħaħ ir-rwol tagħhom bħala motivaturi għat-tkabbir, l-impjieg, il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-koeżjoni soċjali. Kull sena, il-programm jipprovdi opportunità lil kważi 800 000 ruħ biex jibbenefikaw mit-tagħlim jew mit-taħriġ barra minn pajjiżhom. L-attivitajiet tal-mobbiltà jistgħu jdumu sa 12-il xahar.

    Il-programm huwa strument ewlieni għall-ħidma lejn Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aħjar edukazzjoni u taħriġ, fejn it-tagħlim, l-istudju u r-riċerka ma jiġux imfixkla mill-fruntieri u fejn li tqatta’ ż-żmien fi Stat Membru ieħor - biex tistudja, biex titgħallem, jew biex taħdem - saret xi ħaġa normali. In-nies fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni għandhom sens qawwi tal-identità tagħhom bħala Ewropej, tal-wirt kulturali Ewropew u d-diversità tiegħu.

    Meta r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq joħroġ mill-Unjoni Ewropea, se jkun hemm kważi 14 000 persuna li qed titgħallem mill-EU-27 (studenti u trainees fl-edukazzjoni għolja u fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, studenti żgħażagħ, persunal edukattiv) fir-Renju Unit, u madwar 7 000 persuna li qed titgħallem mir-Renju Unit fl-EU-27.

    Jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix ratifikat, il-parteċipanti attwali fl-Erasmus+ tal-EU-27 u tar-Renju Unit se jkollhom jinterrompu l-attivitajiet tagħhom tal-mobbiltà għat-tagħlim. Bosta studenti se jitilfu l-krediti akkademiċi tagħhom u forsi jkollhom jirrepetu s-semestru jew is-sena akkademika tagħhom. Dan se jkun impatt ta’ tfixkil sinifikanti għall-istudenti nnifishom kif ukoll għall-istituzzjonijiet li jibagħtu lill-istudenti u dawk li jospitawhom.

    Din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi miżuri ta’ kontinġenza biex jiġi evitat it-tfixkil tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-Erasmus+ li jinvolvu lir-Renju Unit meta dan tal-aħħar joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-miżuri se jiġu applikati lill-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-Erasmus+ li huma għaddejjin u li jkunu bdew qabel id-data li fiha t-Trattati jieqfu japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Din il-proposta timmira lejn it-tkomplija tal-programmi eżistenti.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    Din il-proposta hija konsistenti bis-sħiħ mal-mandat tal-Kunsill għan-negozjati mar-Renju Unit dwar il-ħruġ tiegħu mill-Unjoni.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    L-Artikoli 165 u 166 tat-TFUE

       Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    L-att propost għandu l-għan li jiżgura t-tkomplija parzjali tal-programm Erasmus+, li huwa rregolat mir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/1475. Il-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà ta’ dan il-programm diġà ġiet eżaminata fil-mument tal-adozzjoni ta’ dan tal-aħħar.

    Proporzjonalità

    Il-proposta titqies proporzjonata minħabba li tipprevedi l-bidla legali meħtieġa u fl-istess ħin ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tinkiseb it-tkomplija ordnata tal-azzjonijiet tal-mobbiltà li huma għaddejjin u li diġà kienu ngħataw fil-qafas tal-programm Erasmus+.

    Għażla tal-istrument

    Minħabba li l-att jibni fuq ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, l-unika forma adegwata hija l-proposta ta’ Regolament.

    Minħabba l-fatt li dan ir-Regolament - li se jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea - se japplika biss jekk ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma jkunx daħal fis-seħħ sad-data ta’ meta t-Trattati jieqfu japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit, l-att ad hoc propost huwa aktar xieraq minn Regolament fil-forma ta’ att emendatorju.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Minħabba l-urġenza għat-tħejjija tal-proposta, sabiex il-koleġiżlaturi jkunu jistgħu jadottawha fil-ħin, ma setgħetx titwettaq konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Minħabba n-natura tal-miżura proposta, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt, f’konformità mal-Linji Gwida dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar. Ma hemm disponibbli l-ebda opzjoni oħra ta’ politika materjalment differenti. Il-miżura prevista tirrappreżenta l-unika opzjoni ta’ politika vijabbli biex tiżgura t-tkomplija ordnata tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin u li jinvolvu lir-Renju Unit fil-qafas tal-programm Erasmus+, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

    4.IMPLIKAZZJONI BAĠITITARJA

    Jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix ratifikat, din il-proposta għandha l-għan li tiżgura t-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-Erasmus+ li huma għaddejjin u li jinvolvu lir-Renju Unit, mingħajr ma jiġu modifikati l-ammonti allokati lilhom u l-finanzjament tagħhom.

    2019/0030 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni Ewropea

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165(4) u 166(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 2 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati se jieqfu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar il-ħruġ jew jekk dan ma jintlaħaqx, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta’ Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, jiddeċiedi b’mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

    (2)Il-ħruġ iseħħ matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 tal-programm Erasmus+ li fih qed jipparteċipa r-Renju Unit.

    (3)Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 jirregola l-programm Erasmus+. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistipula r-regoli biex ikunu jistgħu jitkomplew l-impenji legali li diġà ttieħdu fir-rigward tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin u li jinvolvu lir-Renju Unit, wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013.

    (4)Mid-data li fiha jieqfu japplikaw it-Trattati, ir-Renju Unit jieqaf ikun parti mill-“parti taż-żona tal-programm marbuta mal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 24(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013. Sabiex jiġi evitat li l-parteċipanti attwali tal-Erasmus+ ikollhom jinterrompu l-attivitajiet tagħhom tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin, jenħtieġ li jiġu adattati r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm l-Erasmus+.

    (5)Għall-finijiet tat-tkomplija tal-finanzjament tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin mill-baġit tal-Unjoni, il-Kummissjoni u r-Renju Unit jenħtieġ li jiftiehmu biex jippermettu l-eżerċizzju tal-kontrolli u tal-awditjar tal-attivitajiet rispettivi. Jekk ma jkunux jistgħu jitwettqu l-kontrolli u l-awditjar meħtieġa, dan jenħtieġ li jitqies bħala defiċjenza serja fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

    (6)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza u jenħtieġ li japplika mid-data wara dik li fiha jieqfu japplikaw it-Trattati għar-Renju Unit u fir-Renju Unit sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1
    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim imsemmija fl-Artikoli 7 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 li bdew l-aktar tard fid-data li fiha jieqfu japplikaw it-Trattati għar-Renju Unit u fir-Renju Unit.

    Artikolu 2
    Eliġibbiltà

    1.L-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1, li jitwettqu fir-Renju Unit jew li jinvolvu l-entitajiet jew il-parteċipanti mir-Renju Unit għandhom ikomplu jkunu eliġibbli.

    2.Għall-iskop tal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 u l-atti li jimplimentaw dak ir-Regolament meħtieġa biex jagħtu effett lill-paragrafu 1, ir-Renju Unit għandu jiġi trattat bħala Stat Membru, soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    Madankollu, ir-rappreżentanti tar-Renju Unit ma għandhomx jipparteċipaw fil-kumitat imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013.

    Artikolu 3
    Kontrolli u awditjar

    L-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kontrolli u l-awditjar tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim imsemmijin fl-Artikolu 1 għandhom jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tar-Renju Unit. Il-kontrolli u l-awditjar għandhom ikopru l-perjodu kollu tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim u s-segwitu relatat.

    Jekk il-kontrolli u l-awditjar tal-programm meħtieġa ma jkunux jistgħu jitwettqu fir-Renju Unit, dan għandu jikkostitwixxi defiċjenza serja fil-konformità mal-obbligi ewlenin fl-implimentazzjoni tal-impenn legali bejn il-Kummissjoni u l-aġenzija nazzjonali tar-Renju Unit.

    Artikolu 4
    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mid-data wara dik li fiha jieqfu japplikaw it-Trattati għar-Renju Unit u fir-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni Ewropea.

    1.3.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

    1.3.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluż skeda ta’ żmien dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mid-data wara dik li fiha jieqfu japplikaw it-Trattati għar-Renju Unit u fir-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk sa dik id-data jkun daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    1.3.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. qligħ mill-koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew komplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li kieku jkun ġie maħluq mill-Istati Membri waħedhom.

    N/A

    1.3.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    N/A

    1.3.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

    Dan ir-Regolament huwa kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali. Ma għandu l-ebda impatt finanzjarju.

    1.3.5.Valutazzjoni tal-opzjonijiet ta’ finanzjament differenti disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

    Dan ir-Regolament ma għandu l-ebda impatt finanzjarju. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi se tiġi ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

    1.4.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

    X l-ebda impatt finanzjarju

    1.5.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 4

     Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

    mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

    mill-aġenziji eżekuttivi.

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

    lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

    lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

    lill-korpi tal-liġi pubblika;

    lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

    Kummenti:

    N/A

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    N/A

    2.2.Sistema/sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ ħlas u l-istrateġija ta’ kontroll proposti

    N/A

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/sistemii ta’ kontroll intern stabbilita/stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

    N/A

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

    N/A

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    N/A

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/linji baġitarjabaġitarji tan-nefqa affettwati

    ·Linji baġitarji eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru

    Diff./Mhux diff 5 .

    mill-pajjiżi tal-EFTA 6

    mill-pajjiżi kandidati 7

    minn pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta dwar l-approprjazzjonijiet

    3.2.1Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

       Dan ir-Regolament ma għandu l-ebda impatt finanzjarju.

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

     

     

     

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    Snin sussegwenti

    TOTAL

     Kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

     

     

     

     

     

     

     

     

    Impenji

    (1a)

     

     

     

     

     

     

     

    Pagamenti

    (2a)

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet

     

    Impenji

    =1a+1b +3

     

     

     

     

     

     

     

    Pagamenti

    =2a+2b

    +3

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali  

    Impenji

    (4)

     

     

     

     

     

     

     

    Pagamenti

    (5)

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi  

    (6)

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  skont l-INTESTATURA 13

    tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    Impenji

    =4+ 6

     

     

     

     

     

     

     

    Pagamenti

    =5+ 6

     

     

     

     

     

     

     

     Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwata iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq: 

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali

    Impenji

    (4)

     

     

     

     

     

     

     

     

    kollha) 

    Pagamenti

    (5)

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha) 

     (6)

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  skont l-INTESTATURI 1 sa 4

    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    (Ammont ta’ referenza) 

    Impenji

    =4+ 6

     

     

     

     

     

     

     

     

    Pagamenti

    =5+ 6

     

     

     

     

     

     

     

     

         

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    5

    “Nefqa amministrattiva” 

    Din it-taqsima għandha timtela bl-użu tad-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni   Finanzjarja Leġiżlattiva   (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

     

          

    Sena N 

    Sena N+1 

    Sena N+2 

    Sena N+3 

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)  

    TOTAL

    DĠ: <…….> 

    Riżorsi umani  

     

     

     

     

     

     

     

     

    Nefqa amministrattiva oħra  

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL TAD-DĠ <…….> 

    Approprjazzjonijiet  

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  skont l-INTESTATURA 5 

    tal-qafas finanzjarju pluriennali  

    (Total tal-impenji =

    Total tal-pagamenti) 

     

     

     

     

     

     

     

     

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

     

          

    Sena N 8  

    Sena N+1 

    Sena N+2 

    Sena N+3 

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) 

    TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  skont l-INTESTATURI 1 sa 5

    tal-qafas finanzjarju pluriennali  

    Impenji 

     

     

     

     

     

     

     

     

    Pagamenti 

     

     

     

     

     

     

     

     

    3.2.2Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Indika l-objettivi u l-outputs

     

     

     

    Sena N 

    Sena N+1 

    Sena N+2 

    Sena N+3 

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL 

    OUTPUTS 

    Tip 9  

     

    Kost medju

    Nru

    kost

    Nru

    kost

    Nru

    kost

    Nru

    kost

    Nru

    kost

    Nru

    kost

    Nru

    Kost

    Nru totali

    Kost totali

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 10

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    - Output

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    - Output

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    - Output

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2...

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    - Output

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTALI 

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    3.2.3Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

     

    Sena 

    N 11

    Sena N+1 

    Sena N+2 

    Sena N+3 

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) 

    TOTAL

     

    INTESTATURA 5 

    tal-qafas finanzjarju pluriennali

     

     

     

     

     

     

     

     

    Riżorsi umani

     

     

     

     

     

     

     

     

    Nefqa amministrattiva oħra

     

     

     

     

     

     

     

     

    Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Barra mill-INTESTATURA 5 12  tal-qafas

    finanzjarju pluriennali  

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Riżorsi umani

     

     

     

     

     

     

     

     

    Nefqa oħra  ta’ natura amministrattiva

     

     

     

     

     

     

     

     

    Subtotal  barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL 

     

     

     

     

     

     

     

     

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

     

    3.2.3.1. Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

     

    Sena N 

    Sena N+1 

    Sena N+2 

    Sena N+3 

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) 

    Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) 

    XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) 

     

     

     

     

     

     

     

    XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

     

     

     

     

     

     

     

    XX 01 05 01/11/21 (Riċerka indiretta)

     

     

     

     

     

     

     

    10 01 05 01/11 (Riċerka diretta)

     

     

     

     

     

     

     

    Persunal estern (f’unità ekwivalenti għall-full-time: FTE) 13  

     

    XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”) 

     

     

     

     

     

     

     

    XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

     

     

     

     

     

     

     

    XX 01 04 yy  14

     

    - fil-Kwartieri Ġenerali 

     

     

     

     

     

     

     

     

    - fid-Delegazzjonijiet  

     

     

     

     

     

     

     

    XX 01 05 02/12/22 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

     

     

     

     

     

     

     

    10 01 05 02/12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

     

     

     

     

     

     

     

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL 

     

     

     

     

     

     

     

    XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji

     

    Persunal estern

     

    3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    Il-proposta/l-inizjattiva:

    X tista’ tiġi ffinanzjata bis-sħiħ fi ħdan l-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

     tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

    Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li jintużaw.

     tirrikjedi reviżjoni tal-QFP.

    Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    3.2.5. Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    Il-proposta/l-inizjattiva:

    X ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

    tipprevedi kofinanzjament minn partijiet terzi stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’EUR

    3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

    X Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

         fuq ir-riżorsi proprji

         fuq dħul ieħor

    jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa X

    EUR

    Għad-dħul assenjat, speċifika il-linja/linji baġitarja/baġitarji tan-nefqa affettwata/affettwati.

    N/A

    Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kalunkwe informazzjoni oħra).

    (1)    […]
    (2)    […]
    (3)    Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi ‘Erasmus+’: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).
    (4)

    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  

    (5)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.    
    (6)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (7)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (8)

     Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħġbok issostitwixxi “N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni mistennija (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin sussegwenti.

    (9)

    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu fornuti (pereż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

    (10)

    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”

    (11)

     Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħġbok issostitwixxi “N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni mistennija (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin sussegwenti.

    (12)  Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (13)

    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JED = Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjonijiet.

    (14)

    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).

    Top