IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 1.2.2019
COM(2019) 55 final
2019/0027(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta
L-għan tal-proposta huwa li jiġu adattati l-ammonti ta’ riżorsi disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali stabbiliti fl-Artikolu 91(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammonti ta’ riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (“YEI”) stipulata fl-Artikolu 92(5) ta’ dak ir-Regolament u t-tqassim annwali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn riflessi fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament biex jirriflettu ż-żieda tar-riżorsi tal-YEI, b’konformità mal-baġit adottat għall-2019. B’mod aktar speċifiku, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI jenħtieġ li jiżdiedu b’ammont ta’ EUR 116,7-il miljun, li jwassal l-ammont totali għall-2019 għal EUR 350 miljun.
Barra minn hekk, fid-dawl tal-esperjenza tal-passat fil-kuntest taż-żieda fir-riżorsi tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI, li skattat emendi estensivi fil-programmi sabiex jiġu pprovduti ammonti mill-Fond Soċjali Ewropew (“FSE”) biex ikunu jaqblu mal-appoġġ mill-allokazzjoni speċifika tal-YEI, il-koleġiżlaturi tal-UE talbu lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri ta’ faċilitazzjoni li jiżguraw l-ipprogrammar rapidu tar-riżorsi addizzjonali tal-YEI fl-2019 sabiex ma jitfixkilx il-progress ġenerali tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi għall-2014-2020. Għalhekk, il-proposta tintroduċi dispożizzjonijiet rilevanti biex jindirizzaw din it-talba.
•Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
Din il-proposta hija r-riżultat tal-baġit tal-Unjoni tal-2019.
•Il-konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni
Il-proposta hija konsistenti ma' proposti u inizjattivi oħra adottati mill-Kummissjoni Ewropea.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Ir-rieżami jirrifletti l-forniment minn qabel tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI fil-baġit tal-Unjoni tal-2019.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.
•Proporzjonalità
Il-proposta hija proporzjonata. Hija tinkludi l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa wara l-adozzjoni tal-baġit tal-2019 li jżid ir-riżorsi tal-allokazzjoni speċifika tal-YEI. Barra minn hekk, fuq talba tal-awtorità baġitarja biex tiffaċilita l-ipprogrammar u biex tiżgura implimentazzjoni bla xkiel tar-riżorsi miżjuda, hija tintroduċi l-possibbiltà li l-Istati Membri jittrasferixxu parti mir-riżorsi addizzjonali sabiex jiffurmaw l-appoġġ tal-FSE korrispondenti.
•L-għażla tal-istrument
L-istrument propost: emenda tar-regolament attwali.
Il-Kummissjoni esplorat il-flessibbiltà fl-ambitu li jipprovdi l-qafas legali u tqis li huwa neċessarju li tipproponi emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ din il-proposta, ma kien hemm l-ebda valutazzjoni ex post/jew kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ din il-proposta, ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni.
•Il-ġbir u l-użu tal-għarfien
L-użu ta’ għarfien espert estern ma kienx meħtieġ.
•Valutazzjoni tal-impatt
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Ma hemmx inizjattiva fil-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT).
•Id-drittijiet fundamentali
Il-proposta m’għandhiex konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2019 tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI għandhom jiżdiedu b’EUR 116,7-il miljun għal EUR 350 miljun fi prezzijiet attwali.
L-emenda proposta ma għandhiex tirriżulta f’approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali fl-2019. Jenħtieġ li għall-2020 l-implikazzjoni baġitarja tkun limitata biss għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali biex tkopri l-prefinanzjament annwali dovut fuq iż-żieda tar-riżorsi tal-YEI.
5.ELEMENTI OĦRAJN
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
•Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-għan tal-proposta huwa li jiġu adattati l-ammonti tar-riżorsi disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għall-YEI stabbiliti fl-Artikolu 91(1) u l-Artikolu 92(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u d-disaggregazzjoni annwali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn riflessi fl-Anness VI sabiex ikunu jinkludu r-riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI. Għaldaqstant, b’konformità mal-baġit adottat għall-2019, jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI jiżdiedu b’ammont ta’ EUR 116,7-il miljun, li jwassal l-ammont totali għall-2019 għal EUR 350 miljun fi prezzijiet kurrenti.
Il-proposta tintroduċi wkoll dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-ipprogrammar tar-riżorsi addizzjonali mill-Istati Membri. Minħabba l-implimentazzjoni avvanzata tal-programmi operattivi għall-2014-2020 u fid-dawl tar-rekwiżit legali li l-allokazzjoni speċifika tal-YEI tkun taqbel mal-appoġġ tal-FSE korrispondenti, hemm il-bżonn li jiġi evitat it-tnaqqis possibbli tal-appoġġ tal-FSE f’oqsma oħra ta’ politika u f’miżuri lil hinn mill-YEI. Għalhekk, il-proposta tintroduċi t-tieni subparagrafu fl-Artikolu 92(5) li jippermetti li l-Istati Membri jittrasferixxu sa 50 % tar-riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika mill-YEI għall-FSE sabiex jiffurmaw l-investiment immirat korrispondenti tal-FSE kif meħtieġ mill-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013.
2019/0027 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni u ġenerali applikabbli għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.
(2)Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 emenda l-ammont totali tar-riżorsi għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (‘YEI’) billi żied l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI fl-2019 b’ammont ta’ EUR 116,7-il miljun fi prezzijiet attwali u b’hekk ġab l-ammont globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu għal EUR 4 527 882 072 fi prezzijiet attwali.
(3)Għall-2019, ir-riżorsi addizzjonali ta’ EUR 99 573 877 fi prezzijiet tal-2011 huma ffinanzjati mill-Marġni Globali għall-Impenji fil-marġni tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
(4)Huwa xieraq li jkunu previsti miżuri speċifiċi li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-YEI, minħabba l-istadju avvanzat tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.
(5)Peress li huwa urġenti li qabel tmiem l-2019 il-programmi li jappoġġaw lill-YEI jiġu emendati biex ikunu jinkludu r-riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(6)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġi emendat skont dan.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:
(1)fl-Artikolu 91, il-paragrafu 1 hu sostitwit b’dan li ġej:
"1. Ir-riżorsi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenn baġitarju għall-perjodu 2014-2020 għandhom ikunu EUR 330 081 919 243 fi prezzijiet tal-2011, b’konformità mad-diżaggregazzjoni annwali stabbilita fl-Anness VI, li minnhom EUR 325 938 694 233 jirrappreżentaw ir-riżorsi globali allokati għall-FEŻR, għall-FSE u għall-Fond ta' Koeżjoni u EUR 4 143 225 010 jirrappreżentaw allokazzjoni speċifika għall-YEI. Għall-finijiet ta' programmazzjoni u tal-inklużjoni sussegwenti fil-baġit tal-Unjoni, l-ammont tar-riżorsi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għandu jkun indiċizzat għal 2 % kull sena.”;
(2)fl-Artikolu 92, il-paragrafu 5 hu sostitwit b’dan li ġej:
"5. Ir-riżorsi għall-YEI għandhom jammontaw għal EUR 4 143 225 010 mill-allokazzjoni speċifika għall-YEI, li minnhom EUR 99 573 877 jikkostitwixxu riżorsi addizzjonali għall-2019. Dawn għandhom jiġu kkomplementati mill-investiment immirat tal-FSE b’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013.
L-Istati Membri li jibbenefikaw minn riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI għall-2019 kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jitolbu t-trasferiment sa 50 % tar-riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika biex il-YEI tikkostitwixxi l-investiment immirat korrispondenti tal-FSE kif meħtieġ mill-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013. Tali trasferiment għandu jsir għall-kategoriji rispettivi ta’ reġjuni li jikkorrispondu għall-kategorizzazzjoni tar-reġjuni eliġibbli għaż-żieda tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI. L-Istati Membri għandhom jitolbu t-trasferiment fit-talba għal emenda tal-programm b’konformità mal-Artikolu 30(1) ta’ dan ir-Regolament. Ir-riżorsi allokati għas-snin li għaddew ma jistgħux jiġu trasferiti.
It-tieni subparagrafu għandu japplika għar-riżorsi addizzjonali kollha tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI li jżidu ir-riżorsi lil hinn minn EUR 4 043 651 133.”;
(3)L-Anness VI jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
1.4.Objettiv(i)
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet
3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwati
3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB
4 Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni
04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta’ tħejjija
⌧ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
Nru tal-objettiv speċifiku
Mhux applikabbli
Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
Mhux applikabbli
1.4.3.Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija
Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi mmirati.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew twila
1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn
1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju
◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata
–⌧
Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2023
–⌧
Impatt finanzjarju fl-2017-2020
◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
⌧ Ġestjoni kondiviża mill-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu ddelegati:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi li huma ħatru;
–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lill-korpi rregolati bil-liġi pubblika;
–◻ korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u li huma identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk tindika iżjed minn modalità waħda ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Ir-regoli dwar il-ġestjoni u r-rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita
2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.
3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwati
·Linji baġitarji eżistenti
Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarja.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
[Intestatura………………………...…………]
|
Diff./mhux diff.
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
mingħand il-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
1 Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv
|
04 02 60 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi
04 02 61 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi
04 02 62 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi
04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarja.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
[Intestatura…..............................................…]
|
Diff./Mhux diff.
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa
Jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI għall-2019 jiżdiedu b’EUR 116,7-il miljun fi prezzijiet attwali. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament ġew aġġustati skont dan.
3.2.1.Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa
Miljuni ta' EUR fil-prezzijiet attwali (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
Numru
1b
|
Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv
|
DG: EMPL, REGIO
|
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
TOTAL
|
•Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1b: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni
|
Impenji
04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)
|
(1)
|
|
|
|
|
|
116,667
|
0,000
|
116,667
|
|
Pagamenti
04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)
|
(2)
|
|
|
|
|
|
0,000
|
3,500
|
3,500
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Mhux applikabbli
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ EMPL, REGIO
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
|
|
|
|
|
116,667
|
0,000
|
116,667
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3
|
|
|
|
|
|
0,000
|
3,500
|
3,500
|
•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
116,667
|
0,000
|
116,667
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
0,000
|
3,500
|
3,500
|
•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 1b
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
|
|
|
|
|
116,667
|
0,000
|
116,667
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
|
|
|
|
|
0,000
|
3,500
|
3,500
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:
•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
skont l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
0
|
|
|
|
|
|
|
0
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
DG: <…….>
|
•Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
•Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI DĠ <….>
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Impenji totali = Pagamenti totali)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi
–⌧
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)
Indika l-objettivi u r-riżultati
⇩
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
OUTPUT
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sottototal għall-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sottototal għall-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KOST TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–⌧
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sottototal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
’Il barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
’il barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikunu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk ikun hemm bżonn, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.
3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa
–⌧
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
•Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
•Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full time: FTE)
|
XX 01 02 01 (AC, ENS, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 yy
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħrajn (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti minn persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikun ġie ridistribwit fid-DĠ, u jekk ikun hemm bżonn, flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u persunal temporanju
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–⌧
Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.
–◻
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
–Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
–Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul
–⌧
Il-proposta/l-inizjattiva m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva jkollha l-impatt finanzjarju li ġej:
fuq ir-riżorsi proprji
fuq l-introjtu mixxellanju
Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/l-inizjattiva
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul mixxellanju ‘assenjat’, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.