This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9596
Prior notification of a concentration (Case M.9596 — ENGIE/Predica/Omnes/Langa) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2019/C 403/06
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ: M.9596 — ENGIE/Predica/Omnes/Langa) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 403/06
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ: M.9596 — ENGIE/Predica/Omnes/Langa) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 403/06
PUB/2019/153
ĠU C 403, 29.11.2019, p. 70–71
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 403/70 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ: M.9596 — ENGIE/Predica/Omnes/Langa)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 403/06)
1.
Fit-22 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
ENGIE SA (“ENGIE”, Franza), |
— |
Omnes Capital ("Omnes", Franza), |
— |
Predica Prévoyance Dialogue ("Predica", Franza), li tappartjeni għall-grupp Crédit Agricole S.A, |
— |
sitt kumpaniji li huma sidien ta’ portafoll ta’parks eoliċi u impjanti fotovoltajċi li jinsabu fi Franza (il-“Kumpaniji fil-Mira”, Franza) u li fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati minn ENGIE. |
Engie, Omnes u Predica jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpaniji fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
ENGIE: ENGIE hija kumpaniji industrijali attiva fl-oqsma tal-provvista tal-gass u l-elettriċità kif ukoll fis-servizzi tal-enerġija, |
— |
Omnes: Omnes Capital hija kumpaniji ta’ ġestjoni tal-assi Franċiża indipendenti attiva f’diversi fergħat tal-ekwità privati, b’mod speċjali fis-settur fis-settur tal-enerġija rinovabbli, |
— |
Predica: Predica hija kumpanija tal-assikurazzjoni Franċiża tal-ħajja u tas-saħħa li tappartjeni għall-French Crédit Agricole Group, |
— |
il-Kumpaniji fil-Mira: il-Kumpaniji Fil-Mira jikkonsistu f’portafoll ta’ impjanti fotovoltajċi tal-enerġija mmuntati fuq l-art kif ukoll parks eoliċi li jinsabu fi Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9596 — ENGIE/Predica/Omnes/Langa
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks:+32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).