This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9455
Prior notification of a concentration (Case M.9455 — Compass/Fazer Food Services) (Text with EEA relevance) 2019/C 431/13
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ: M.9455 — Compass/Fazer Food Services) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 431/13
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ: M.9455 — Compass/Fazer Food Services) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 431/13
PUB/2019/233
ĠU C 431, 23.12.2019, pp. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ: M.9455 — Compass/Fazer Food Services)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 431/13)
1.
Fit-12 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Compass Group PLC (ir-Renju Unit), |
|
— |
Fazer Food Services AB (l-Isvezja) li tappartjeni għal Oy Karl Fazer Ab (il-Finlandja), |
|
— |
Fazer Food Services OY (il-Finlandja) li tappartjeni għal Oy Karl Fazer Ab (il-Finlandja), |
|
— |
Fazer Food Services AS (in-Norveċja) li tappartjeni għal Oy Karl Fazer Ab (il-Finlandja), |
|
— |
Fazer Food Services A/S (id-Danimarka) li tappartjeni għal Oy Karl Fazer Ab (il-Finlandja), |
|
— |
Fazer Food OÜ (l-Estonja) li tappartjeni għal Oy Karl Fazer Ab (il-Finlandja). |
Compass Group PLC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Fazer Food Services AB, Fazer Food Services OY, Fazer Food Services AS, Fazer Food Services A/S u Fazer Food OÜ kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Compass Group PLC: fornitur ta’ servizzi tal-ikel esternalizzati lil klijenti fin-negozju u l-industrija, il-kura tas-saħħa u l-welfare, l-edukazzjoni, u d-difiża, fuq il-baħar u f’setturi remoti. Hija tipprovdi wkoll servizzi ta’ appoġġ bħalma huma ġestjoni tal-faċilitajiet u servizzi ta’ tindif, kif ukoll servizzi tal-ikel u konċessjonijiet ta’ servizzi tal-ikel fl-isports u s-settur tal-ħin ħieles, |
|
— |
Fazer Food Services AB, Fazer Food Services OY, Fazer Food Services AS, Fazer Food Services A/S u Fazer Food OÜ: jipprovdu catering, ristoranti u servizzi tal-ikel fil-Finlandja, l-Isvezja, id-Danimarka u n-Norveġja u għandhom preżenza limitata fl-Estonja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9455 — Compass/Fazer Food Services
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).