Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9448

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9448 — Hitachi/Chassis Brakes International) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ĠU C 241, 17.7.2019, pp. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9448 — Hitachi/Chassis Brakes International)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 241/09)

1.   

Fl-10 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Hitachi Automotive Systems, Ltd. (“HIAMS”, il-Ġappun) proprjetà sħiħa ta’ Hitachi Ltd. (“Hitachi”, il-Ġappun)

Chassis Brakes International B.V. (“CBI”, in-Netherlands), li huwa primarjament proprjetà ta’ ċerti fondi ta’ investiment ġestiti minn KPS (l-Istati Uniti)

HIAMS takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ CBI kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   HIAMS: il-produzzjoni u l-forniment ta’ prodotti u teknoloġiji tal-karozzi, inklużi l-komponenti tal-brejkijiet għall-vetturi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief. HIAMS għandha operazzjonijiet fil-Ġappun, l-Istati Uniti, il-Messiku, il-Ġermanja, Franza, iċ-Ċekja, ir-Renju Unit, iċ-Ċina, it-Tajlandja, Singapore, l-Indoneżja, l-Indja u l-Korea.

—   CBI: il-produzzjoni u l-forniment tal-komponenti tal-brejkijiet għall-vetturi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief. Is-CBI għandha l-kwartieri ġenerali fin-Netherlands, u għandha operazzjonijiet fl-UE, it-Turkija, iċ-Ċina, it-Tajlandja, il-Ġappun, l-Afrika t’Isfel, l-Amerka ta’ Fuq, l-Amerka Latina u l-Indja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9448 — Hitachi/Chassis Brakes International

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top