Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019DP0365

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar in-nomina ta' Ivana Maletić bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0116/2019 – 2019/0803(NLE))

    ĠU C 158, 30.4.2021, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 158/50


    P8_TA(2019)0365

    Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri – Ivana Maletić

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar in-nomina ta' Ivana Maletić bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0116/2019 – 2019/0803(NLE))

    (Konsultazzjoni)

    (2021/C 158/14)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0116/2019),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0195/2019),

    A.

    billi, bl-ittra tal-5 ta' Marzu 2019, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Ivana Maletić għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

    B.

    billi, l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    C.

    billi waqt il-laqgħa tiegħu tat-8 ta' April 2019, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat innominat mill-Kunsill bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

    1.

    Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għan-nomina ta' Ivana Maletić bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

    Top