IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 28.1.2019
COM(2019) 14 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98
Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 52019DC0014
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the implementation of Council Regulation (EC) No 577/98
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98
COM/2019/14 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 28.1.2019
COM(2019) 14 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98
1.Introduzzjoni
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ kampjunarju tal-forza tax-xogħol fil-Komunità 1 jiffissa standards minimi għall-produzzjoni armonizzata ta' stħarriġ dwar il-forza tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Membri tagħha.
L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 577/98 jgħid li:
Rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi sottomess mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill kull tliet snin, mis-sena 2000. Dan ir-rapport għandu jistma b'mod partikulari l-kwalità tal-metodi ta' statistika maħsuba mill-Istati Membri biex itejbu r-rizultati jew biex iħaffu l-proċeduri tal-istħarriġ.
Dan huwa s-seba' rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill; ikopri l-perjodu 2015-2017 u huwa strutturat kif imiss.
·Taqsima 2 tagħti ħarsa lejn l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol fl-Unjoni Ewropea u r-rwol tiegħu fl-appoġġ tal-politiki tal-Unjoni Ewropea.
·Taqsima 3 tagħti rendikont dwar kif ir-Regolament (KE) Nru 577/98 ġie implimentat fl-Istati Membri, pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA).
·Taqsima 4 tiffoka fuq inizjattivi li għaddejjin, imnedija mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika 2 (ESS), li qed iseħħu bħalissa biex tittejjeb il-kwalità tal-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol.
2.Ħarsa ġenerali lejn l-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol
2.1.Deskrizzjoni ġenerali
L-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol fl-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsemmi LFS-UE) huwa stħarriġ kampjunarju kbir ta’ residenti fi djar privati. Dan jipprovdi statistika dwar is-suq tax-xogħol kemm trimestrali kif ukoll annwali, fir-rigward tax-xogħol u l-qgħad, kif ukoll dwar persuni barra l-forza tax-xogħol. Dan jiġbor ukoll informazzjoni pluriennali minn moduli ad hoc u jipprovdi informazzjoni biex isiru stimi ta' kull xahar abbażi tal-mudelli u r-rati tal-qgħad.
L-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika (NSI) tal-pajjiżi rispettivi huma risponsabbli minn: it-tfassil tal-kwestjonarji nazzjonali, l-għażla tal-kampjun, li jagħmlu l-intervisti u li jibagħtu r-riżultati lill-Kummissjoni (Eurostat) skont skema ta' kodifikazzjoni komuni stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 3 .
L-Eurostat huwa responsabbli minn: monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 577/98; għoti ta' assistenza lil NSIs; promozzjoni ta' kunċetti u metodi armonizzati; u tixrid ta' statistika tas-suq tax-xogħol nazzjonali u Ewropew.
Fl-2017, id-daqs tal-kampjun tal-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea (LFS-UE) kien madwar 1.3 miljun persuna (li minnhom madwar 1.2 miljun kienu fl-EU-28) ta' età ta' bejn il-15 u l-74 sena. Il-kampjuni ttieħdu kull trimestru u koprew 34 pajjiż parteċipant 4 . Għaldaqstant, l-LFS-UE huwa l-akbar stħarriġ tal-unitajiet domestiċi fl-Ewropa.
2.2.Ir-Rilevanza
L-LFS-UE huwa l-ikbar sors ta’ statistika uffiċjali dwar is-swieq tax-xogħol fl-UE. B'kollox, jiġbor aktar minn 100 varjabbli dwar l-istatus tax-xogħol; karatteristiċi ta-impjieg; il-ħin tax-xogħol; l-isfond edukattiv; u t-taħriġ. L-LFS-UE huwa kkumplimentat minn moduli tematiċi ta' kull sena ad hoc 5 .
Ibbażat fuq standards u definizzjonijiet internazzjonali 6 , l-LFS-UE għandu rilevanza lil hinn mill-UE, li tippermetti lis-suq tax-xogħol Ewropew li jiġi mqabbel ma' swieq tax-xogħol f'żoni jew pajjiżi oħra.
Xi inizjattivi ewlenin tal-politika tal-UE jiddependu fuq id-data tal-LFS-UE. Pereżempju, l-LFS-UE huwa wieħed mis-sorsi ewlenin tad-data għall-immonitorjar tal-progress ta' Stati Membri taħt il-linji gwida tal-impjieg fil-kuntest ta': (i) l-Artikolu 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 7 (TFUE), u (ii) l-istrateġija għat-tkabbir tal-UE 'Ewropa 2020'. It-tliet indikaturi tal-LFS-UE (ir-rata tal-impjieg ta' dawk ta' età bejn 20-64; is-sehem ta' dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ; u in-numru ta' persuni bejn it-30 u l-34 sena li temmew l-edukazzjoni terzjarja) jintużaw biex jimmonitorjaw 2 mill-5 miri ewlenin ta’ Ewropa 2020 8 . Ħafna indikaturi oħra bbażati fuq l-LFS jintużaw skont il-Qafas għall-Evalwazzjoni Konġunta skont Ewropa 2020.
Diversi indikaturi pprovduti mill-LFS-UE huma wkoll użati biex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni tal-Istati Membri taħt żewġ dimensjonijiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Dawn id-dimensjonijiet huma Opportunijiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol (li tkopri l-edukazzjoni, l-ħiliet u tagħlim matul il-ħajja; ugwaljanza tas-sess fis-suq tax-xogħol; u żgħażagħ) u Swieq tax-xogħol dinamiċi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti (li tkopri l-istruttura tal-forza tax-xogħol u dinamiċi tas-suq tax-xogħol) 9 .
Barra minn hekk, numru ta' indikaturi tas-suq tax-xogħol fuq livell reġjonali jiffurmaw l-LFS-UE (i.e. r-rata ta' qgħad taż-żgħażagħ u r-rata ta' qgħad totali) huma użati għall-għan li jiġu allokati fondi fil-kuntest tal-Politika ta' Koeżjoni.
L-LFS-UE jipprovdi wkoll indikaturi għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli 10 . Tlieta mill-miri tal-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli jinkludu indikaturi li ħerġin mil-LFS-UE: kwalità tal-edukazzjoni, ugwaljanza tas-sess, u xogħol u tkabbir ekonomiku diċenti.
Ir-rata tal-qgħad għal kull xahar ibbażata fuq l-LFS-UE hija indikatur ekonomiku importanti fuq medda ta’ żmien qasira. Hija waħda mill-Indikaturi Ekonomiċi Ewropej Prinċipali 11 , u tintuża wkoll biex jinbnew il-medji annwali varjabbli tar-rati tal-qgħad għat-tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi ekonomiċi u finanzjarji. Din it-tabella ta' valutazzjoni tiġi mbagħad użata biex jinstabu xi żbilanċi makroekonomiċi u kompetittivi 12 . L-LFS-UE jipprovdi l-informazzjoni li tintuża għall-kontijiet nazzjonali dwar impjieg, l-ħinijiet tax-xogħol, u oqsma oħra lil hinn mis-suq tax-xogħol, bħall-edukazzjoni.
Id-data tal-LFS-UE hija użata b'mod wiesgħa fid-DGs tal-Kummissjoni. Huma użati b'mod wiesgħa wkoll mill-Aġenziji Ewropej. Eurofound b'mod partikolari tuża d-data għar-rapport ta' ħarsa ġenerali tagħha dwar il-karatteristiċi tal-forza tal-ħaddiema fl-Ewropa.
Fl-aħħar nett, l-LFS-UE huwa wieħed mill-ikbar sorsi ta' mikrodata statistika għar-riċerkaturi fl-Ewropa. Il-kampjun kbir jippermetti li jitwettqu studji fuq gruppi speċifiċi fis-suq tax-xogħol. L-LFS-UE għandu wkoll kopertura wiesgħa tal-varjabbli demografiċi, reġjonali u tal-isfond eduazzjonali.
3.L-implimentazzjoni tal-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol
Din it-taqsima tkopri primarjament il-perjodu 2015-2017, iżda biex tevidenzja titjib li sar mir-rapport ta' qabel, informazzjoni dwar l-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol 2014 hija wkoll ppreżentata meta rilevanti.
3.1.Eżattezza
L-eżattezza tal-outputs statistiċi hija l-grad li għaliha komputazjonijiet jew stimi huma qrib tal-valuri ezatti - jew veri - li l-istatistiċi huma maħsuba biex ikejlu. L-akkuratezza tal-istimi huma soġġetti għal żewġ tipi ta' żbalji: żbalji ta’ kampjunar u żbalji mhux ta’ kampjunar. L-iżbalji ta’ kampjunar isiru għaliex tiġi mistħarrġa biss parti mill-popolazzjoni sħiħa. L-iżbalji mhux ta’ kampjunar huma l-iżbalji l-oħra kollha introdotti iżda li mhumiex żbalji ta’ kampjunar (żbalji ta' kopertura, żbalji relatati mal-kejl, żbalji tal-ipproċessar, żbalji relatati ma’ nuqqas ta’ tweġiba).
Fir-rigward tal-żbalji ta’ kampjunar, id-daqs tal-kampjun huwa l-fattur determinanti ewlieni. Kampjuni kbar itejbu l-preċiżjoni tar-riżultati. It-tabella 1 turi d-daqs tal-kampjun ta' persuni bejn 15-74 sena intervistati kull trimestru f’kull pajjiż parteċipanti, f’termini assoluti u meta mqabbla mal-għadd totali tal-popolazzjoni f'dak il-grupp ta' età. Ir-rata tal-kampjunar 13 kellha firxa fl-2017 minn 0.14% (ir-Renju Uniti) sa 1.46% (Lussemburgu). Bħala medja, d-daqs tal-kampjun trimestrali kien madwar1.3 miljun persuna fl-2017, li jammonta għal 0.29 % tal-popolazzjoni totali ta' età bejn 15-74 sena fit-34 pajjiż parteċipanti.
Stħarriġiet uffiċjali bħall-LFS-UE jużaw kampjunar ta' probabilità. B'hekk ikun possibbli li l-erruri ta’ kampjunar jiġu kkwantifikati f'termini ta' intervalli ta' kunfidenza. Tabella 2 tipprovdi l-istimi u l-intervalli ta’ kunfidenza ta' 95 % milħuqa għas-seba' indikaturi ewlenin għall-impjieg u l-qgħad fuq livell aggregat tal-EU-28.
Dawn l-intervalli jirriflettu r-rekwiżiti ta' preċiżjoni stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98.
Fir-rigward tal-żbalji mhux ta’ kampjunar, l-Eurostat u l-pajjiżi parteċipanti jimmoniterjaw regolarment sorsi rilevanti ta’ erruri mhux ta’ kampjunar bħal nuqqas ta’ tweġiba. Il-pajjiżi parteċipanti jirrappurtaw il-kawżi ewlenin tal-erruri lill-Eurostat fuq bażi annwali, flimkien mal-metodi applikati nazzjonalment biex dawn jitnaqqsu. Tiġi ppubblikata taqsira ta' dan il-monitoraġġ fir-rapport annwali tal-kwalità tal-LFS-UE 14 .
Fl-2017, il-parteċipazzjoni fl-LFS-UE kienet obbligatorja f'14-il pajjiż (il-Belġju, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovakkja, in-Norveġja u t-Turkija), waqt li fl-20 pajjiż l-ieħor kienet voluntarja. B'mod ġenerali, l-pajjiżi li jwettqu stħarriġ volontarju jkollhom rata ta' unità ogħla ta’ nuqqas ta’ tweġiba minn dawk il-pajjiżi li jwettqu stħarriġ obbligatorju 15 .
Tabella 1: Daqs tal-kampjun miksub u l-persentaġġ tal-popolazzjoni ta' età bejn 15-74 (medja ta' trimestru) fl-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol Ewropea, 2017 u 2014
|
Pajjiż |
Id-daqs tal-kampjun trimestrali 2017 |
Ir-rata tal-kampjunar 15-74 sena (%) 2017 |
Ir-rata tal-kampjunar 15-74 sena (%) 2014 |
Pajjiż |
Id-daqs tal-kampjun trimestrali 2017 |
Ir-rata tal-kampjunar 15-74 sena (%) 2017 |
Ir-rata tal-kampjunar 15-74 sena (%) 2014 |
|
UE-28 |
1 162 |
0.31 |
0.32 |
MT |
5 |
1.44 |
1.54 |
|
BE |
29 |
0.35 |
0.23 |
NL |
75 |
0.59 |
0.69 |
|
BG |
25 |
0.45 |
0.45 |
AT |
34 |
0.52 |
0.54 |
|
CZ |
41 |
0.50 |
0.53 |
PL |
58 |
0.21 |
0.26 |
|
DK |
21 |
0.49 |
0.59 |
PT |
30 |
0.39 |
0.38 |
|
DE |
142 |
0.23 |
0.20 |
RO |
47 |
0.31 |
0.28 |
|
EE |
5 |
0.56 |
0.49 |
SI |
13 |
0.79 |
0.76 |
|
IE |
27 |
0.77 |
1.12 |
SK |
18 |
0.41 |
0.47 |
|
EL |
45 |
0.56 |
0.55 |
FI |
29 |
0.71 |
0.77 |
|
ES |
119 |
0.34 |
0.36 |
SE |
51 |
0.68 |
0.84 |
|
FR |
94 |
0.20 |
0.19 |
UK |
67 |
0.14 |
0.16 |
|
HR |
6 |
0.20 |
0.21 |
IS |
3 |
1.08 |
1.36 |
|
IT |
105 |
0.23 |
0.24 |
NO |
20 |
0.51 |
0.50 |
|
CY |
8 |
1.22 |
1.27 |
CH |
28 |
0.43 |
0.50 |
|
LV |
8 |
0.53 |
0.56 |
ME |
5 |
1.09 |
- |
|
LT |
12 |
0.57 |
0.75 |
MK |
11 |
0.65 |
0.53 |
|
LU |
7 |
1.46 |
0.65 |
TR |
89 |
0.16 |
0.17 |
|
HU |
43 |
0.58 |
0.32 |
TOTALI |
1 318 |
0.29 |
0.31 |
Tabella 2: Intervall ta’ kunfidenza ta' 95 % għall-indikaturi ewlenin tal-LFS dwar l-impjieg u l-qgħad għall-UE-28, 2017
|
Numru ta' persuni impjegati (x1000) |
Rata ta' impjieg bħala persentaġġ tal-popolazzjoni (%) |
Numru ta' persuni qiegħda (x1000) |
Rata ta' qgħad bħala persentaġġ tal-forza tax-xogħol (%) |
Rata ta' qgħad fiż-żgħażagħ bħala persentaġġ tal-forza tax-xogħol (%) |
|
217 740 ± 311 |
72.1 ± 0.1 |
18 781 ± 145 |
7.9 ± 0.1 |
16.8 ± 0.3 |
Tabella 3: Il-parteċipazzjoni u r-rata ta’ nuqqas ta’ tweġiba tal-LFS-UE skont il-pajjiż, 2017 u 2014
|
Pajjiż |
Parteċipazzjoni 2017 |
Rata ta' unità ta' nuqqas ta’ tweġiba (%) 2017 |
Rata ta' unità ta' nuqqas ta’ tweġiba (%) 2014 |
Pajjiż |
Parteċipazzjoni 2017 |
Rata ta' unità ta' nuqqas ta’ tweġiba (%) 2017 |
Rata ta' unità ta' nuqqas ta’ tweġiba (%) 2014 |
|
BE |
Obbligatorja |
17.4 |
27.8 |
MT |
Obbligatorja |
24.8 |
23.7 |
|
BG |
Voluntarja |
19.7 |
23.7 |
NL |
Voluntarja |
48.4 |
42.7 |
|
CZ |
Voluntarja |
21.2 |
20.6 |
AT |
Obbligatorja |
3.4 |
5.7 |
|
DK |
Voluntarja |
45.0 |
46.2 |
PL |
Voluntarja |
38.7 |
31.5 |
|
DE |
Obbligatorja |
3.8 |
2.3 |
PT |
Obbligatorja |
16.1 |
14.8 |
|
EE |
Voluntarja |
33.2 |
31.3 |
RO |
Voluntarja |
12.7 |
9.5 |
|
IE |
Voluntarja |
32.2 |
23.9 |
SI |
Voluntarja |
20.1 |
21.3 |
|
EL |
Obbligatorja |
25.4 |
24.6 |
SK |
Obbligatorja |
18.0 |
11.0 |
|
ES |
Obbligatorja |
13.1 |
15.2 |
FI |
Voluntarja |
32.7 |
28.0 |
|
FR |
Obbligatorja |
20.4 |
20.9 |
SE |
Voluntarja |
43.4 |
35.7 |
|
HR |
Voluntarja |
44.5 |
31.3 |
UK |
Voluntarja |
50.7 |
39.8 |
|
IT |
Obbligatorja |
14.9 |
11.8 |
IS |
Voluntarja |
31.5 |
21.0 |
|
CY |
Obbligatorja |
3.8 |
4.2 |
NO |
Obbligatorja |
15.8 |
19.9 |
|
LV |
Voluntarja |
35.4 |
35.7 |
CH |
Voluntarja |
19.7 |
18.8 |
|
LT |
Voluntarja |
22.3 |
19.6 |
ME |
Voluntarja |
16.7 |
- |
|
LU |
Obbligatorja |
41.7 |
84.6 |
MK |
Voluntarja |
11.9 |
24.6 |
|
HU |
Voluntarja |
21.5 |
17.2 |
TR |
Obbligatorja |
4.3 |
9.3 |
3.2.It-tempestività u l-puntwalità
It-tempestività tal-istatistika hija definita bħala t-tul ta' żmien bejn id-data disponibbli u l-avveniment jew fenomenu li jiddiskrivu. Għall-LFS-UE, dan it-tul ta' żmien jiddependi fuq: (i) iż-żmien li l-Istati Membri jeħtieġu biex iwettqu u jipproċessaw l-istħarriġ, u jibagħtu r-riżultati lill-Eurostat, u (ii) iż-żmien meħtieġ għall-Eurostat biex jipproċessa, jivvalida u jippubblika r-riżultati.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 jiddikjara li l-Istati Membri jridu jwasslu d-data lill-Eurostat fi żmien 12-il ġimgħa mit-tmiem tat-trimestru ta' referenza. L-Eurostat jivvalida s-settijiet tad-data nazzjonali hekk kif jaslu. Tabella 4 turi ż-żmien bejn tmiem it-trimestru ta' referenza u d-disponibilità tad-data għall-utenti tal-Eurostat għall-perjodu 2014-2017. It-tempestività tad-data tal-LFS-UE tjiebet ftit għall-UE-28 fl-aħħar snin. Fl-2017, in-numru medju ta' jiem kalendarji meħtieġa biex tiġi mxerrda d-data tal-UE-28 kienet 75 ġurnata, imqabbla ma' 77 ġurnata fl-2014. L-Eurostat jippjana li ser ikompli itejjeb it-tempesitività tat-tixrid tar-riżultati tal-LFS-UE billi fil-futur titqassar l-iskadenza għat-twassil tad-data lill-Eurostat.
It-tempestività tad-data tal-LFS-UE hija wkoll importanti fl-istima tar-rati tal-qgħad għal kull xahar. Hekk kif tiġi pproċessata d-data nazzjonali mill-Eurostat, din tintuża biex tiġi kkalkolata r-rata tal-qgħad tax-xahar ta' wara. Ir-rata tal-qgħad ta' kull xahar hija mxerrda bejn wieħed u ieħor 30 ġurnata wara tmiem tax-xahar ta' referenza.
Tabella 4: Disponibbilità ta' data LFS għall-utenti - Tempestività, 2014-2017
|
Numru ta' jiem kalendarji bejn it-tmiem tal-perjodu ta' referenza u t-tixrid ta' data nazzjonali minn Eurostat (sit web) |
Għadd ta’ pajjiżi |
|||||||
|
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
|||||
|
Kollha |
UE-28 |
Kollha |
UE-28 |
Kollha |
UE-28 |
Kollha |
UE-28 |
|
|
<31 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
31-60 |
2 |
2 |
2 |
2 |
5 |
3 |
6 |
5 |
|
61-90 |
27 |
24 |
29 |
24 |
27 |
24 |
25 |
22 |
|
91+ |
4 |
2 |
2 |
2 |
1 |
1 |
2 |
1 |
|
Totali |
33 |
28 |
33 |
28 |
33 |
28 |
33 |
28 |
|
Numru medju ta' jiem kalendarji |
77 |
77 |
80 |
80 |
73 |
74 |
77 |
75 |
Il-puntwalità tal-istatistika hija ddefinita bħala l-intervall taż-żmien bejn id-data mħabbra tar-rilaxx u d-data effettiva tar-rilaxx. L-Eurostat jippubblika d-dati tar-rilaxx tat-trimestru u annwali ppjanati għall-indikaturi tal-LFS-UE prinċipali. Fl-2015-2017, l-iskadenzi ta’ pubblikazzjoni mħabbra kollha ġew sodisfatti.
3.3.L-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza
L-Eurostat ixerred l-istatistika tal-LFS-UE b'diversi modi. L-għodda ewlenija għat-tixrid hija l-bażi ta' data onlajn tal-Eurostat, li fiha aktar minn 400 tabella ta' data dettaljata tal-LFS-UE (risultati trimestrali, annwali, tad-djar u tal-modulu ad hoc). Indikaturi tal-politika deskritti f'paragrafu 2.2 huma wkoll ippubblikati f'taqsimiet speċifiċi tas-sit web 16 ; it-tabelli f'dawn it-taqsimiet ikopru biss l-aktar riżultati tal-LFS-UE importanti. L-Eurostat jipproduċi kombinamenti oħra ta' varjabbli tal-LFS-UE bħala tabulazzjonijiet imfassla apposta skont id-domanda tal-utenti.
Il-mikrodata tal-LFS-UE hija wkoll rilevanti ħafna għal għanijiet xjentifiċi. Din tiġi mitluba mill-għadd dejjem jikber ta' riċerkaturi mill-universitajiet, mill-istituti tar-riċerka u mill-istituti nazzjonali tal-istatistika madwar l-Ewropa u lil hinn minnha. L-Eurostat ilu jipprovdi din il-mikrodata b'xejn mill-2011. L-aċċess jingħata skont it-termini stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2013 17 sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tad-data personali ta' dawk li jwieġbu għall-istħarriġ 18 . Il-fajls tad-data, li jikkonsistu f'rekords individwali, ma fihomx identifikaturi diretti bħal ismijiet, indirizzi jew numri tal-identità, Barra minn hekk, regoli tal-anonimizzazzjoni jiġu applikati.
Id-dokumentazzjoni dettaljata (metadata) tingħata lill-utenti permezz ta' diversi kanali ta’ tixrid. Informazzjoni ġenerali hija miftuħa għall-pubbliku ġenerali fit-taqsima tal-LFS-UE tas-sit web tal-Eurostat. Informazzjoni aktar dettaljata tista' tinkiseb mit-taqsima 'Statistika Spjegata' tas-sit web 19 . Din l-informazzjoni tiġi aġġornata regolarment. Informazzjoni speċifika dwar il-kontenut u l-kwalità tal-istatistika tiġi rilaxxata f'żewġ pubblikazzjonijiet annwali: pubblikazzjoni metodoloġika li tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-istħrriġ nazzjonali, u rapport ta' kwalità annwali li jagħti taqsira tar-riżultati miksuba mill-LFS-UE 20 . Barra minn hekk, tinhemeż metadata speċifika mal-istatistika tal-LFS-UE fil-bażi ta’ data online tal-Eurostat. Mill-2014, l-informazzjoni mir-Rapporti Nazzjonali dwar il-Kwalità ta’ kull pajjiż parteċipanti ġie wkoll ippubblikata online.
Il-pajjiżi jtejbu l-LFS regolarment, kemm fil-metodoloġija tiegħu u fil-proċessi. Jekk dan it-titjib iwassal għal qtugħ fid-data tal-LFS, l-iNSIs involuti jinformaw lill-Eurostat. Kull qtugħ sinifikanti huwa ddokumentat fil-pubblikazzjonijiet tal-Eurostat 21 . L-Eurostat jippubblika wkoll sett ta' data speċjali msejjaħ "indikaturi ewlenin tal-LFS", li fih kull serje ta' qabel tiġi aġġustata għall-qtugħ u jimtlew il-lakuni okkażjonali fid-data.
3.4.Il-komparabbiltà
L-LFS-UE jisħaq fuq grad għoli ta' armonizzazzjoni ta' kunċetti, klassifikazzjonijiet, u metodoloġiji. Ir-Regolament (KE) Nru 377/2008 jistabilixxi skema ta' kodifikazzjoni komuni, li tiżgura li l-pajjiżi parteċipanti kollha jużaw l-istess definizzjonijiet tal-varjabbli. Jiġu użati klassifikazzjonijiet komuni (eż. l-klassifikazzjoni standard Ewropea tal-attivitajiet ekonomiċi produttivi (NACE) u l-Klassifikazzjoni Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO)), u fejn dawn il-klassifikazzjonijiet jiġu riveduti, l-Eurostat jiżgura li l-pajjiżi kollha parteċipanti jikkoordinaw l-implimentazzjoni. Barra minnhekk, l-Eurostat joħroġ noti ta' spjegazzjoni li jipprovdu linji gwida dettaljati lill-istituti tal-istatistika nazzjonali dwar kif għandhom jikkodifikaw u jimplimentaw l-istatistika. In-noti ta' spjegazzjoni jispjegaw ukoll r-raġunament tal-Eurostat għal kull linja gwida. Kwistjonijiet metodoloġiċi huma diskussi waqt grupp ta' ħidma ddedikat, il-Grupp ta' Ħidma tal-Istatistika tas-Suq tax-Xogħol. Dan il-grupp irawwem skambju ta' esperjenzi u prattiċi komuni fost il-pajjiżi parteċipanti kollha.
Biex jiżgura li l-kejl tal-qgħad huwa armonizzat madwar il-pajjiżi parteċipanti kollha, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1897/2000 22 jistabbilixxi definizzjoni operazzjonali tal-qgħad. Jistabilixxi wkoll prinċipji li għandhom jiġu segwiti biex jiġu fformulati il-mistoqsijiet tal-istħarriġ dwar l-istatus tax-xogħol. Id-definizzjoni tal-qgħad hija konsistenti mal-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), li ġew adottati fit-13 u fl-14-il Konferenza Internazzjonali tal-Uffiċjali tal-Istatistika dwar ix-Xogħol 23 . Dan jiżgura li l-istatistika tal-LFS-UE tkun komparabbli ma' dik tal-pajjiżi l-oħra, speċjalment dik ta' membri oħra tal-OECD.
3.5.Koerenza
Il-konsistenza bejn l-istimi tal-popolazzjoni abbażi tal-LFS-UE u l-istatistiċi demografiċi hija aspett importanti tal-kwalità ġenerali. Abbażi ta' stħarriġ kampjunarju, ir-riżultati tal-LFS-UE huma kkalkulati mit-tweġibiet ta' subsett tal-popolazzjoni. Ir-risposti mbagħad jiġu riferuti għall-popolazzjoni kollha. Id-data għall-popolazzjoni kollha hija bbażata fuq l-aħjar stimi disponibbli f'dak iż-żmien (maqsuma fi gruppi skont is-sess u l-età biex tittejjeb il-preċiżjoni tal-proċedura). Fil-prinċipju, din il-proċedura ta' valutazzjoni komparattiva tassigura konsistenza bejn l-LFS-UE u l-istatistika demografika. Madanakollu, differenzi jistgħu jseħħu f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Pereżempju, kull 10 snin, ikun hemm ir-riżultati l-ġodda taċ-ċensiment tal-popolazzjoni. Jekk ċensiment ġdid jipproduċi figuri differenti mill-istimi ta' popolazzjoni preċedenti, jista' jkun hemm il-bżonn li serje antika jkollha bżonn tiġi riveduta. F'każ bħal dan, il-politiki ta’ reviżjoni tal-istatistika demografika u tal-LFS-UE jistgħu jvarjaw fir-rigward tat-tul u tat-tempestività, b'ristrezzjoni minħabba nuqqas ta' informazzjoni dettaljata dwar il-popolazzjoni għall-10 snin ta' bejn iċ-ċensimenti.
Il-maġġoranza tal-pajjiżi parteċipanti fl-LFS-UE wettqu ċensiment tal-popolazzjoni fir-rawnd tal-2011. Risultati taċ-ċensimenti ġodda spiss iwasslu għal piżijiet, oqfsa u/jew disinji tal-LFS ġodda. L-NSIs kollha fil-pajjiżi fejn saru ċensimenti fl-2011 iċċekkjaw, u rrivedew meta neċessarju, l-piżijiet LFS biex jiġu riflessi l-istimi tal-popolazzjoni ġodda, inkluż l-ippeżar mill-ġdid ta' serje ta' data b'lura, minn tal-inqas sal-2010.
Dwar il-consistenza tal-istimi tal-qgħad, ħafna pajjiżi jippubblikaw ukoll statistiċi dwar l-għadd ta’ persuni rreġistrati fl-uffiċċju pubbliku għall-impjiegi u li qed ifittxu impjieg. Iċ-ċifri tal-qgħad tal-LFS u l-għadd ta' dawk irreġistrati li qed ifittxu impjieg ivarjaw minħabba n-natura differenti tad-data miġbura. Filwaqt li l-LFS-UE jisħaq fuq metodoloġija armonizzata biex jistħarreġ l-unitajiet domestiċi dwar l-attivitajiet ta' impjieg tagħhom u d-disponibbiltà għax-xogħol, ir-rekords amministrattivi tal-uffiċċji pubbliċi tax-xogħol jinkludu lista eżawrjenti ta’ persuni rreġistrati u eliġibbli għall-benefiċċji tal-qgħad. Minħabba li l-kriterji biex wieħed jirreġistra jiddependu fuq il-politiki soċjali nazzjonali, l-istatistika dwar dawk irreġistrati li qed ifittxu impjieg mhix komparabbli madwar il-pajjiżi u lanqas matul iż-żmien.
Qasam ieħor fejn il-konsistenza statistika hija importanti hija fit-tqabbil tal-istimi tal-impjieg mill-LFS u minn kontijiet nazzjonali, hekk kif l-istimi mhumiex neċessarjament l-istess Dan huwa minħabba differenzi fil-metodoloġiji (il-kunċetti u l-kopertura tal-popolazzjoni mhumiex identiċi), u proċessi differenti ta' tfassil. Il-kontijiet nazzjonali jitfasslu permezz tat-tqabbil u l-ġabra tas-sorsi tad-data rilevanti disponibbli fil-pajjiż, u billi jittieħed l-aħjar minn kull sors biex jinkisbu riżultati komprensivi. Kontijiet nazzjonali ifittxu wkoll konsistenza bejn l-impjieg u l-produzzjoni (il-Prodott Domestiku Gross, PDG). L-LFS huwa sors ta' data wieħed f'dak il-proċess. Sors tad-data ieħor fil-proċess jinkludi stħarriġ tan-negozju, reġistri tal-impjieg u reġistri tas-sigurtà soċjali. Konsistenza bejn l-LFS u l-kontijiet nazzjonali ġiet indirizzata fil-Grupp ta' Ħidma tal-Istatistika dwar is-Suq tax-Xogħol. L-Eurostat jivvaluta d-differenzi bejn iż-żewġ stimi, u bosta NSIs analizzaw il-kawżi u d-dimensjoni tad-differenzi. F’xi każijiet, NSIs ippubblikaw tabelli ta’ rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ settijiet ta' data.
Tqabbil bejn l-LFS u kontijiet nazzjonali juri li l-LFS huwa aktar xieraq biex titkejjel il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol (qgħad u attività) jew biex tiġi analizzata s-sitwazzjoni ta' gruppi soċjoekonomiċi speċifiċi tal-popolazzjoni (eż. skont l-età, is-sess jew il-livell edukattiv). Data tal-kontijiet nazzjonali hija aktar xierqa għat-tqabbil ta' stimi tal-impjieg ma' produzzjoni aggregata u miżuri ta' dħul fuq livell makro.
4.Inizjattivi biex ikompli jittejjeb l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol
4.1.L-LFS f’sistema mmodernizzata ta’ statistiċi soċjali
Abbażi tal-"Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodu ta' produzzjoni tal-istatistika tal-UE: viżjoni għall-għaxar snin li ġejjin' 24 , il-Kummissjoni adottat fis-26 ta' Awwissu 2016 proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew relatat ma' persuni u unitajiet domestiċi, bbażata fuq data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni (ir-regolament tal-qafas tal-Istatistika Soċjali Ewropea Integrata (IESS)) 25 .
Din l-inizjattivi kienet immirata biex timmodernizza l-istatistika soċjali Ewropea. Tassew, ir-regolament tal-qafas propost ser iżid l-komparattività u l-konsistenza ta' statistiċi soċjali Ewropej billi jiġbor flimkien seba' stħarriġiet tal-unitajiet domestiċi li qed jitwettqu bħalissa fl-UE, u jarmonizza definizzjonijiet, kunċetti u varjabbli li huma komuni għal żewġ stħarriġiet jew aktar. Dan ser jiffaċilità analiżi marbuta tal-fenomenu soċjali. Ir-regolament tal-qafas propost huwa mistenni li jwassal għall-ewwel ġabra ta' data fl-2021.
L-LFS-UE huwa wieħed mill-istħarriġ ta' unitjiet domestiċi koperti mir-regolament tal-qafas tal-IESS u qiegħed jiġi mmodernizzat biex ikun konformi mar-regolament tal-qafas. Dan l-immodernizzar ser jallinja l-LFS-UE mar-riżoluzzjoni adottata mid-19-il Konferenza Internazzjonali tal-Uffiċjali tal-Istatistika dwar ix-Xogħol (ICLS) f'Ottubru 2013, bi skop aktar ristrett għall-impjieg u kriterji aktar preċiża għal leave tal-ġenituri u xogħol staġjonali L-immodernizzar ser ukoll itejjeb ir-reilevanza tal-LFS għal: (i) analiżi tal-migrazzjoni u (ii) komparabbilità ta' informazzjoni dwar ħin ta' ħidma u paga tax-xahar mill-impjieg prinċipali tan-nies. Barra minn hekk, l-immodernizzar tal-LFS-EU ser iwassal għal kopertura aħjar ta': (i) impjieg (awtoimpjieg dipendenti), (ii) informazzjoni dwar is-saħħa ġenerali (biex titqabbel is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ta' nies b'diżabbiltà ma' dik tal-popolazzjoni fil-mira totali), u (iii) parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ (li jdum minn tal-inqas 12-il xahar).
Barra minn hekk, ir-reviżjoni tal-LFS-UE ser ittejjeb it-tempestività tat-trażmissjoni tad-data lill-Eurostat, tirrevedi r-rekwiżiti ta’ preċiżjoni u tiżviluppa aktar titjib metodoloġiku.
4.2.L-estensjoni tal-LFS-UE għal pajjiżi kandidati oħra
Bħalissa, 34 pajjiż (it-28 Stat Membru, 3 pajjiżi kandidati u 3 pajjiżi EFTA) jipparteċipaw fl-LFS-UE. Dan ifisser li jibgħatu data lill-Eurostat bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 u li d-data tagħhom tiġi regolarment imxerrda mill-Eurostat. Il-pajjiżi kandidati li diġà inklużi huma l-Montenegro, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija. L-Eurostat jaħdem mill-qrib mal-uffiċji tal-istatistika minn pajjiżi kandidati oħra biex jgħinhom jagħmlu progress lejn il-konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 f’termini ta’ kontenut u kwalità tal-istħarriġ. Is-Serbja u l-Albanija diġà bdew jibagħtu d-data tal-LFS lill-Eurostat. Ladarba l-istħarriġiet nazzjonali ta' dawn il-pajjiżi jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regolamenti Ewropej, id-data tagħhom ukoll se tibda tixxerred mill-Eurostat.
4.3.L-iżvilupp ta' prodotti statistiċi ġodda
Statistika biex jinqabdu dinamiċi tas-suq tax-xogħol.
Il-bidliet fl-istatus tax-xogħol ta’ nies individwi huma ta’ interess kbir għaliex jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar is-sitwazzjoni ġenerali tas-suq tax-xogħol, inkluż il-flessibbiltà jew ir-riġidità tiegħu. Dawn il-bidliet jipprovdu wkoll informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ta' gruppi speċifiċi. Pereżempju, id-data dwar id-dinamiċi tas-suq tax-xgħol tagħmilha possibbli biex jiġi analizzat kemm nies spiċċaw qiegħda jew sabu xogħol matul perijodu partikolari, u min huma dawn in-nies. Dan, min-naħa tiegħu, jagħmilha possibbli li jiġu identifikati gruppi li għandhom ċans aħjar li jsibu impjieg, jew gruppi li qegħdin f'riskju akbar li jsiru jew jibqgħu bla impjieg.
L-analiżi tas-suq tal-xogħol trimestrali turi l-movimenti bejn impjieg, qgħad u inattività ekonomika ġew ippubblikati għall-ewwel darba fl-2015. Riżultati addizzjonali, li jagħtu t-tqassim ta' dawn il-gruppi permezz tas-sess, grupp ta' età, tul ta' żmien ta' qgħad, jew tranżizzjonijiet minn xogħol għal xogħol, ilhom jiġu ppubblikati mill-2017 bħala statistiċi sperimentali.
L-Eurostat u istituti statistiċi nazzjonali qegħdin jaħdmu bħalissa fuq l-iżviluppar ta' metodoloġija biex jiġu stmati t-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol annwali, li tindirizza l-isfidi posti minn rati għoljin ta' attrizzjoni (tnaqqis tad-daqs tal-kampjuni matul mewġ ta' intervisti) kif ukoll bidliet fil-popolazzjoni matul iż-'mien,
Estensjoni u preparazzjoni tal-indikaturi prinċipali tal-LFS-UE bil-qafas legali futur
L-indikaturi ewlenin tal-LFS huma ġabra tal-aktar riżultati tal-LFS-UE importanti, mxerrda permezz tal-bażi ta’ data onlajn tal-Eurostat. L-għan tagħhom hija li tipprovdi lill-utenti b'serje taż-żmien aġġustati skont l-istaġun tal-iktar indikaturi importanti li jiddeskrivu s-suq tax-xogħol (eż. impjieg, qgħad u rati tal-attività). Dawn l-indikaturi rilevanti ħafna ġew imtejba tul iż-żmien u estiżi biex jinkludu indikaturi li jkopru gruppi bħall-NEET (żgħażagħ li mhumiex involuti f'impjieg, edukazzjoni jew taħriġ).
L-Eurostat u l-Grupp ta' Ħidma tal-Istatistika dwar is-Suq tax-Xogħolżviluppaw strateġija biex jiġu indirizzati qtugħ fis-serja tal-ħin ikkawżati minn dħul fis-seħħ tar-regolament tal-qafas il-ġdid. Din l-istrateġij ser tiżgura l-pubblikazzjoni ta' serje ta' indikaturi prinċipali mingħajr qtugħ. Dan jeħtieġ dupplikazzjoni tad-data, li jippermetti lill-Eurostat biex joħroġ serje b'lura alinjata mal-LFS il-ġdid b'mod parallel mat-tixrid nazzjonali. Minħabba: (i) id-differenzi kbar fl-approċċi użati minn pajjiżi biex tinħareġ informazzjoni dwar il-qtugħ fis-serje, u (ii) in-numru kbir ta' indikaturi li jridu jinħarġu bbażati fuq l-informazzjoni relattivament skarsa, l-Eurostat diġà beda jaħdem fuq il-passi tal-implimentazzjoni ta' dan il-proġett.
Aktar informazzjoni dwar l-akkuratezza tar-riżultati tal-LFS-UE
Stħarriġiet bħal-LFS-UE jipprovdu stimi tal-indikaturi dwar tal-popolazzjoni tal-mira abbażi ta' kampjun aleatorju ta’ dik il-popolazzjoni. Minħabba li subsett tal-popolazzjoni biss jiġi magħżul, huwa importanti li tiġi pprovduta, flimkien mal-istimi, informazzjoni dwar l-akkuratezza tal-istimi (ara paragrafu 3.1). Indikaturi tal-kwalità bħal dawn jieħdu l-forma ta’ żbalji standard jew intervalli ta’ kunfidenza.
L-Eurostat u Stati Membru pproduċew il-vajanza ta' bidliet annwali netti għal subsett taż 23 indikaturi ta' rilevanza tal-politika għolja (kif deskritt f'paragrafu 2.2). Dan jippermetti lill-utenti, meta jxerrdu u janalizzaw dawn l-indikaturi tal-LFS-UE għal skopijiet ta' politika, biex jissupplimentaw l-informazzjoni dwar bidliet tal-indikaturi bejn sentejn konsekuttivi b'informazzjoni dwar is-sinjifikat statistiku ta' dawn il-bidliet tal-indikaturi.
5.Konklużjoni
Il-Kummissjoni tissorvelja l-konformità tal-Istati Membri mar-Regolament (KE) Nru 577/98. Il-Kummissjoni tqis l-implimentazzjoni tal-LFS-UE bħala sodisfaċenti ħafna, hekk kif Stati Membri huma kompletament - jew kważi kompletament - konformi ma’ din il-leġiżlazzjoni Ewropea. Kwistjonijiet mhux riżolti huma diskussi mal-Istati Membri, u, jekk ikun meħtieġ, il-pjanijiet ta’ azzjoni jiġu mfassla b’mod konġunt. Il-kwalità ġenerali tal-LFS-UE hija tajba.
Is-Sistema tal-Istatistika Ewropea taħdem biex tibqa' ttejjeb il-proċessi u l-metodi tal-LFS-UE. Din żammet il-momentum ta' dawn l-isforzi minkejja ambjent diffiċli, b'riżorsi skarsi u tnaqqis kbir fil-baġit. Titjib kostanti lill-LFS-UE għaddej, kemm bħala parti mill-proċess tal-immodernizzar ta' statistiċi soċjali, jew bħala proġetti tal-LFS-UE individwali biex jiġu adottati bidliet fil-ħtieġijiet tal-utent u sfidi ġodda (eż. żieda fir-rekwiżiti tat-tempestività, stimi dwar tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol annwali). Din il-ħidma se tkompli matul is-snin li ġejjin.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta' April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta' data mill-2009 'l quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta' data dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta' referenza (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1897/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizazzjoni ta’ stħarriġ kampjun fuq il-forza tax-xogħol fil-Komunità f’dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni tal-qgħad (ĠU L 228, 8.9.2000, p. 18).