Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0407

    P8_TA(2019)0407 Programm Drittijiet u Valuri ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD)) P8_TC1-COD(2018)0207 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri

    ĠU C 158, 30.4.2021, p. 517–535 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 158/517


    P8_TA(2019)0407

    Programm Drittijiet u Valuri ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2021/C 158/54)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0383),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 16(2), 19(2), 21(2), 24, 167 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0234/2018),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2018 (1),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Ottubru 2018 (2),

    wara li kkunsidra l-ittra mill-President tiegħu lill-presidenti tal-kumitati tal-25 ta’ Jannar 2019 li tispjega l-approċċ tal-Parlament għall-programmi settorjali tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) wara l-2020,

    wara li kkunsidra l-ittra mill-Kunsill lill-President tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ April 2019 li tikkonferma l-ftehim komuni milħuq bejn il-koleġiżlaturi matul in-negozjati,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0468/2018),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 178.

    (2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 196.

    (3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-17 ta’ Jannar 2019 (Testi adottati, P8_TA(2019)0040).


    P8_TC1-COD(2018)0207

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 24, l-Artikolu 167, u l-Artikolu 168 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

    Billi:

    (1)

    F'konformità mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel”. L-Artikolu 3 jkompli jispeċifika li “l-mira tal-Unjoni hija li tippromovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha” u, fost oħrajn, “għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew”. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) .

    (2)

    Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu kkultivati, protetti, promossi, infurzati u kondiviżi b'mod attiv fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE, peress li d-deterjorament fil-protezzjoni ta' dawk id-drittijiet u l-valuri fi kwalunkwe Stat Membru jista' jkollu effetti detrimentali fuq l-Unjoni kollha kemm hi . Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE għandu jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-Programm Ġustizzja u l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet u  ma' spazju dejjem aktar ristrett għas-soċjetà ċivili indipendenti , huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni bbażat fuq l-istat tad-dritt, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura, fuq ir-rikonoxximent reċiproku u l-fiduċja reċiproka, fuq l-aċċess għall-ġustizzja u l-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 (5), (minn hawn 'il quddiem “il-Programmi predeċessuri”).

    (3)

    Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw ▌fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex il-valuri komuni, id-drittijiet , u l-ugwaljanza u d-diversità rikka tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, miftuħa, pluralista, inklużiva u demokratika. Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti u awtonoma , l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u  l-kultivazzjoni tad-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-valuri, l-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili u, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni.

    (3a)

    Djalogu regolari, miftuħ u trasparenti mal-benefiċjarji tal-Programm u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra jenħtieġ li jiġi stabbilit permezz tal-istabbiliment ta' Grupp ta' Djalogu Ċivili. Jenħtieġ li l-Grupp ta' Djalogu Ċivili jkun forum miftuħ u informali għal diskussjoni u jikkontribwixxi għall-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajba u għad-diskussjoni ta' żviluppi ta' politika fl-oqsma u fl-objettivi koperti mill-Programm u minn oqsma relatati. Il-Grupp ta' Djalogu Ċivili ma għandu jkollu l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-ġestjoni tal-programm.

    (4)

    Jenħtieġ li l-Programm ▌jippermetti l-iżvilupp ta' sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri tal-Unjoni u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan jenħtieġ li jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri u billi jiżviluppahom ulterjorment . Dan se jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b'mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni u s-soċjetà ċivili, hekk kif tiġi mmirata distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata . Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta' approċċi mfassla apposta u mmirati .

    (4a)

    Ir-rispett sħiħ tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija u l-promozzjoni tagħhom huma fundamentali biex tinbena l-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni u biex tiġi żgurata fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri. Permezz tal-promozzjoni tad-drittijiet u l-valuri, il-Programm se jikkontribwixxi għall-bini ta' Unjoni aktar demokratika, għar-rispett tal-istat tad-dritt u d-djalogu demokratiku, għat-trasparenza u l-governanza tajba, anki f'każijiet ta' spazju dejjem aktar ristrett għas-soċjetà ċivili.

    (5)

    Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha u trawwem il-parteċipazzjoni demokratika , huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Jenħtieġ li ċ-Ċittadinanza Ewropea u l-identità Ewropea jiġu żviluppati u promossi billi ċ-ċittadini jiġu mħeġġa jifhmu l-proċess tat-tfassil ta' politika u billi jiġi promoss l-involviment ċiviku fl-azzjonijiet tal-Unjoni. Barra minn hekk, li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali fl-oqsma koperti mill-programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment attiv tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u lingwistika, l-inklużjoni soċjali u r-rispett lejn l-oħrajn, irawwem sens ta' appartenenza fl-Unjoni u ċittadinanza komuni b'identità Ewropea, fuq il-bażi ta' fehim reċiproku tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt komuni Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni hija partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

    (6)

    L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni u r-riflessjoni kritika dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini, b'mod partikolari ż-żgħażagħ, isiru konxji mill-istorja u l-valuri komuni tagħhom bħala l-pedament għal ġejjieni ▌komuni ▌. L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni jenħtieġ li jirriflettu dwar il-kawżi tar-reġimi totalitarji fl-istorja moderna tal-Ewropa – b'mod partikolari n-Naziżmu, li wassal għall-Olokawst; Il-Faxxiżmu, l-Istaliniżmu u r-reġimi Komunisti totalitarji – u biex jiżguraw il-kommemorazzjoni tal-vittmi tar-reati tagħhom; Jenħtieġ li dawn jinkludu attivitajiet li jikkonċernaw mumenti importanti u punti ta' referenza oħra fl-istorja Ewropea reċenti. Ir-rilevanza ta' aspetti storiċi, soċjali, kulturali u interkulturali jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll sabiex tinħoloq identità Ewropea bbażata fuq il-valuri komuni u s-sens ta' appartenenza komuni.

    (7)

    Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun appoġġata biex tippromovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

    (8)

    L-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali u objettiv tal-Unjoni Ewropea. Madankollu l-progress ġenerali fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi qed jistaġna. Id-diskriminazzjoni u t-trattament inugwali tan-nisa u l-bniet kif ukoll il-forom varji ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom u jxekklu l-parteċipazzjoni politika, soċjali u ekonomika sħiħa tagħhom fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' ostakoli politiċi, strutturali u kulturali tfixkel il-kisba ta' ugwaljanza reali bejn is-sessi. Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni hija għalhekk kompitu ewlieni għall-Unjoni u xprun għat-tkabbir ekonomiku u soċjali, u jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-programm. L-indirizzar b'mod attiv tal-isterjotipi u l-indirizzar tad-diskriminazzjoni silenzjuża u intersezzjonali huma ta' importanza partikolari. L-aċċess ugwali għax-xogħol, il-parteċipazzjoni ugwali fis-suq tax-xogħol u l-eliminazzjoni ta' ostakli għal progress fil-karriera fis-setturi kollha, pereżempju s-setturi tal-ġudikatura, is-setturi relatati ma' STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika) huma pilastri tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Jenħtieġ li ssir enfasi wkoll fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u fuq il-kodiviżjoni ugwali tax-xogħol domestiku u ta' kura mhux imħallas għat-tfal, l-anzjani u persuni dipendenti oħra, bejn l-irġiel u n-nisa li jibqgħu pilastri għall-indipendenza u l-parteċipazzjoni ekonomika ugwali u huma intrinsikament relatati mal-kisba tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

    (9)

    Il-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-vjolenza kontra l-gruppi f'riskju (it-tfal, iż-żgħażagħ u gruppi oħra f'riskju bħal-LGBTQI u l-persuni b'diżabbiltà) jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet fundamentali u għadhom jippersistu fl-Unjoni kollha, fil-kuntesti soċjali u ekonomiċi kollha, b'riperkussjonijiet serji fuq is-saħħa fiżika , mentali u psikoloġika tal-vittmi u fuq is-soċjetà inġenerali. In-nisa huma l-aktar persuni milquta mill-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-fastidju kemm fl-isfera domestika kif ukoll fl-isfera pubblika; għalhekk il-ġlieda kontra din il-vjolenza hija essenzjali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) tiddefinixxi l-vjolenza fuq in-nisa bħala “kull att ta' vjolenza bbażata fuq is-sess li jirriżulta, jew x'aktarx li jirriżulta, fi ħsara jew tbatija fiżika, sesswali, psikoloġika jew ekonomika lin-nisa, inkluż it-theddid ta' atti bħal dawn, ġegħil jew deprivazzjoni arbitrarja tal-libertà, kemm jekk dan isir fil-ħajja pubblika u kemm jekk fil-ħajja privata”. Il-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess tirrikjedi approċċ multidimensjonali, li jinkludi l-indirizzar tal-aspetti legali, ekonomiċi, edukattivi u tas-saħħa. Hemm bżonn ukoll li jiġu indirizzati b'mod attiv l-istereotipi tas-sessi minn età bikrija, kif ukoll il-forom kollha ta' diskors ta' mibegħda u vjolenza online. F'dan il-kuntest jibqa' essenzjali l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u lil atturi oħra li jaħdmu f'dan il-qasam. It-tfal, iż-żgħażagħ u  gruppi oħra f'riskju bħal-LGBTQI u persuni b'diżabbiltà jippreżentaw ukoll riskju akbar li jkunu soġġetti għall-vjolenza, b'mod partikolari f'relazzjonijiet familjari u dawk intimi . Jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġu promossi d-drittijiet tal-persuni f'riskju – b'mod partikolari, id-drittijiet tat-tfal (inklużi tfal orfni, tfal orfni minħabba delitti domestiċi u gruppi oħra partikolarment vulnerabbli ta' tfal)  — u biex jingħata kontribut għall-protezzjoni tagħhom u jiġu żgurati d-drittijiet tagħhom għall-iżvilupp ▌u għad-dinjità. Il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza , b'mod partikolari l-vjolenza bbażata fuq is-sess, il-promozzjoni tal-prevenzjoni u l-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi huma prijoritajiet tal-Unjoni li jgħinu biex jintlaħqu d-drittijiet fundamentali tal-individwi u jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn is-sessi . Dawn il-prijoritajiet jenħtieġ li jkunu appoġġati mill-Programm.

    (10)

    Rieda politika qawwija u azzjoni koordinata bbażata fuq il-metodi u r-riżultati tal-Programm Daphne, il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-Programm Ġustizzja preċedenti huma meħtieġa sabiex jiġu evitati u miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza u biex jiġu protetti l-vittmi. B'mod partikolari, mit-tnedija tiegħu fl-1997, il-finanzjament ta' Daphne biex jiġu appoġġati l-vittmi tal-vjolenza u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ kien suċċess ġenwin kemm f'termini tal-popolarità tiegħu mal-partijiet ikkonċernati (awtoritajiet pubbliċi, istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi) u kemm f'termini tal-effettività tal-proġetti ffinanzjati. Dan iffinanzja proġetti li jissensibilizzaw, li jipprovdu servizzi ta' appoġġ lill-vittmi u li jappoġġaw l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-post. Dan indirizza l-forom kollha ta' vjolenza, bħal pereżempju l-vjolenza domestika, il-vjolenza sesswali, it-traffikar tal-bnedmin, l-istalking u l-prattiki tradizzjonali dannużi bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili, kif ukoll forom ġodda ta' vjolenza emerġenti bħaċ-ċiberbulliżmu u l-fastidju ċibernetiku .

    Għalhekk huwa importanti li jitkomplew dawn l-azzjonijiet kollha b'allokazzjoni baġitarja indipendenti għal Daphne u li dawk ir-riżultati u t-tagħlimiet meħuda jitqiesu b'mod xieraq fl-implimentazzjoni tal-Programm.

    (11)

    In-nondiskriminazzjoni huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni. L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi azzjoni għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. In-nondiskriminazzjoni hija wkoll imnaqqxa fl-Artikolu 21 tal-Karta. Jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi forom ta' diskriminazzjoni , inkluża d-diskriminazzjoni diretta, indiretta u strutturali, u jenħtieġ li tiġi żviluppata azzjoni xierqa b'mod parallel biex tiġi prevenuta u miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' raġuni waħda jew aktar. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jipprevjenu u jikkumbattu l-forom kollha tad-diskriminazzjoni , ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-afrofobija, l-antisemitiżmu, l-antiżingariżmu, il-mibegħda kontra l-Musulmani u forom oħra ta' intolleranza , inklużi l-omofobija, il-bifobija, it-transfobija u l-interfobija u forom oħra ta' intolleranza bbażati fuq l-identità tal-ġeneru, kemm online kif ukoll offline, kontra persuni li jappartjenu għall-minoranzi, filwaqt li jitqiesu d-diversi livelli ta' diskriminazzjoni . F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni u lill-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza, mibegħda, segregazzjoni u stigmatizzazzjoni, kif ukoll lill-ġlieda kontra l-bulliżmu, il-fastidju u t-trattament intolleranti. Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'mod li jirrinforza kemm lilu stess kif ukoll l-attivitajiet l-oħra tal-Unjoni li jkollhom l-istess objettivi, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 intitolata “Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020”10 u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri (6).

    (12)

    L-ostakoli soċjali u ambjentali kif ukoll in-nuqqas ta' aċċessibbiltà jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta' persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Il-persuni b'diżabbiltà jaffaċċjaw ostakli biex, fost affarijiet oħra, ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità, jevitaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, igawdu aċċess għal inizjattivi kulturali u għall-midja jew jużaw id-drittijiet politiċi tagħhom. Bħala parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha impenjaw ruħhom li jippromovu, jipproteġu u jiżguraw tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni b'diżabbiltà kollha. Id-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD saru parti integrali mill-ordni legali tal-Unjoni.

    (13)

    Id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ta' dak li jkun, għad-domiċilju u għall-komunikazzjonijiet (dritt għall-privatezza) huwa dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali hija soġġetta għall-kontroll minn awtoritajiet superviżorji indipendenti. Il-qafas legali tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jistipulaw dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali jkun effettivament protett. Dawn l-istrumenti legali jinkarigaw lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bil-kompitu li jippromovu kuxjenza pubblika u komprensjoni tar-riskji, tar-regoli, tas-salvagwardji u tad-drittijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' twettaq attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, anki permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiddefendu l-protezzjoni ta' data personali skont l-istandards tal-Unjoni, u twettaq studji u attivitajiet rilevanti oħra, minħabba l-importanza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali fi żminijiet ta' żviluppi teknoloġiċi rapidi.

    (14)

    L-Artikolu 24 TFUE jobbliga lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw dispożizzjonijiet għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini fis-sens tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan sar permezz tal-adozzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9)]. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.

    (15)

    B'mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 TFUE, il-Programm fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni interim u l-evalwazzjoni finali tal-programm jevalwaw l-impatti fuq is-sessi sabiex jiġi vvalutat il-punt sa fejn il-Programm qed jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn is-sessi u biex jiġi vvalutat jekk l-Programm qed ikollux impatti negattivi mhux intenzjonati fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi. F'dan il-kuntest u filwaqt li jitqiesu n-natura u d-daqs differenti tal-attivitajiet tal-partijiet differenti tal-programm, se jkun importanti li, kull meta jkun possibbli, id-data individwali miġbura mill-promoturi tal-proġett tinqasam skont is-sess. Huwa importanti wkoll li l-applikanti jingħataw informazzjoni dwar kif għandhom iqisu l-ugwaljanza bejn is-sessi, anki għal dak li jirrigwarda l-użu ta' għodod għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi bħall-ibbaġitjar skont is-sessi u l-valutazzjonijiet tal-impatt fuq is-sessi fejn ikun meħtieġ. Jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-bilanċ bejn is-sessi meta jiġu kkonsultati esperti u partijiet interessati.

    (16)

    L-Artikolu 3(3) TUE jirrikjedi li l-Unjoni tippromovi l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, f'konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta u mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

    (17)

    F'konformità mal-atti tal-Unjoni dwar it-trattament indaqs, l-Istati Membri stabbilew korpi indipendenti għall-promozzjoni tat-trattament indaqs, magħrufa aħjar bħala “korpi tal-ugwaljanza”, sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza u tal-oriġini etnika kif ukoll tal-ġeneru. Madankollu, bosta Stati Membri għamlu pass ulterjuri lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti u żguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu jistgħu wkoll jittrattaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet oħra bħal-lingwa, l-età, il-karatteristiċi sesswali, l-identità tal-ġeneru u d-diversità tal-ġeneru , l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabbiltà ▌. Il-korpi tal-ugwaljanza għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u fl-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs billi jipprovdu, b'mod partikolari, assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, jagħmlu eżerċizzji ta' stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mad-diskriminazzjoni f'pajjiżhom. Huwa essenzjali li l-ħidma tal-korpi tal-ugwaljanza tkun ikkoordinata fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. EQUINET inħoloq fl-2007. Il-membri tiegħu huma l-korpi nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament indaqs kif stabbiliti permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 2000/43/KE (10) u 2004/113/KE (11), u d-Direttivi 2006/54/KE (12) u 2010/41/UE (13) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fit-22 ta' Ġunju 2018 il-Kummissjoni adottat ir-rakkomandazzjoni tagħha dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza, li tkopri l-mandat, l-indipendenza, l-effikaċja u l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-korpi ta' ugwaljanza. EQUINET jinsab f'sitwazzjoni ta' eċċezzjoni, billi huwa l-unika entità li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet bejn il-korpi tal-ugwaljanza. Din l-attività ta' koordinazzjoni minn EQUINET hija kruċjali għall-implimentazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri u jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Programm.

    (17a)

    Sabiex tiżdied il-faċilità tal-aċċessibbiltà u jiġu pprovduti gwida imparzjali u informazzjoni prattika fir-rigward tal-aspetti kollha tal-Programm, jistgħu jiġu stabbiliti punti ta' kuntatt fl-Istati Membri bil-ħsieb li jipprovdu assistenza kemm lill-benefiċjarji kif ukoll lill-applikanti. Il-punti ta' kuntatt tal-programm jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti, mingħajr interferenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu l-aktar ġestjoni xierqa tal-punti ta' kuntatt tal-programm, anki, fost oħrajn, permezz tal-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew il-konsorzji tagħhom. Il-punti ta' kuntatt tal-programm ma jrid ikollhom l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-ġestjoni tal-proġetti.

    (18)

    Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE, u fil-kontribut għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19  ta' April 2018, żieda fil-finanzjament u appoġġ finanzjarju adegwat huma essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tal-valuri u tad-drittijiet ▌u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni , bħal-litigazzjoni strateġika, kampanji, komunikazzjoni u attivitajiet ta' sorveljanza oħra , kif ukoll jippromwovu, jissalvagwardjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-valuri ▌tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali . Il-programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'mod faċli għall-utent, pereżempju permezz ta' applikazzjoni u proċedura ta' rappurtar faċli għall-utent. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-aċċessibbiltà tiegħu għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell transnazzjonali, nazzjonali, reġjonali u lokali, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali attivi fil-post, kif ukoll għall-kapaċità tal-benefiċjarji. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, fejn xieraq.

    (19)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-konsistenza kumplessiva, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li tivvaluta l-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn fl-oqsma koperti mill-Programm.

    (20)

    Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-membri tal-EFTA li mhumiex membri taż-ŻEE, u ta' pajjiżi Ewropej oħra. Pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn xi strateġija ta' qabel l-adeżjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Programm.

    (21)

    Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, tal-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri, filwaqt li l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji jenħtieġ li jiġu mfittxija permezz tal-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw oqsma ta' politika b'rabtiet mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari fl-ambitu tal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri — u b'hekk mal-Programm Ġustizzja — kif ukoll tml-programm Ewropa Kreattiva, u Erasmus+ sabiex jiġi rrealizzat il-potenzjal tal-iskambji kulturali fl-oqsma tal-kultura, tal-midja, tal-arti, tal-edukazzjoni u tal-kreattività. Hemm bżonn li jinħolqu sinerġiji ma' programmi Ewropej oħra ta' finanzjament, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew Plus, tas-suq intern, tal-intrapriża, taż-żgħażagħ, tas-saħħa, taċ-ċittadinanza, tal-ġustizzja, tal-migrazzjoni, tas-sigurtà, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tat-teknoloġija, tal-industrija, tal-koeżjoni, tat-turiżmu, tar-relazzjonijiet esterni, tal-kummerċ u tal-iżvilupp sostenibbli .

    (22)

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri, li jrid jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens ta' [referenza li għandha tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali l-ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (14)], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

    (23)

    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

    (24)

    It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, il-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-benefiċjarji fil-mira, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. ▌

    (24a)

    F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (15) , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95  (16) , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96  (17) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939  (18) , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (19) . F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

    (25)

    Rigward l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet, l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali u l-ġlieda kontra l-vjolenza, il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

    (26)

    Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà ta' atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' defiċjenzi ġeneralizzati rigward l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt hija prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-finanzjament mill-UE.

    (26a)

    Il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri għandha l-għan li tgħammar lill-Unjoni sabiex tipproteġi aħjar il-baġit tagħha meta dgħufijiet fl-istat tad-dritt ixekklu jew jheddu l-ġestjoni finanzjarja soda jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li tikkomplementa l-programm tad-Drittijiet u l-Valuri, li r-rwol tiegħu huwa differenti, jiġifieri li jiffinanzja politiki f'konformità mad-drittijiet fundamentali u l-valuri Ewropej li għandhom bħala bażi, il-ħajja u l-parteċipazzjoni tan-nies.

    (27)

    Skont [ir-referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont deċiżjoni ġdida dwar il-PTEE: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (20)], persuni u entitajiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-objettivi tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom huwa marbut il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti. Ir-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota tal-PTEE jridu jitqiesu waqt l-implimentazzjoni tal-Programm u l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-programm trid tiġi mmonitorjata u evalwata regolarment.

    (28)

    Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u se jikkontribwixxi għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027 . L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta' nofs it-terminu.

    (29)

    Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post.

    (30)

    Sabiex jiġi supplimentat dan ir-Regolament bil-għan li jitwettaq il-Programm u tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tiegħu lejn il-ksib tal-objettivi tiegħu , is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-programmi ta' ħidma skont l-Artikolu 13 u indikaturi kif indikat fl-Artikoli  14 u 16 u fl-Anness II. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

     

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (“il-Programm”).

    Huwa jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

    Artikolu 2

    Objettivi tal-programm

    1.   L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati, fil-Karta u fil-konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem internazzjonali applikabbli, b'mod partikolari billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħrajn attivi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, u billi titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ċivika u demokratika, sabiex is-soċjetajiet miftuħa, ibbażati fuq id-drittijiet, demokratiċi , ugwali u inklużivi li jkunu bbażati fuq l-istat tad-dritt jiġu sostnuti u żviluppati aktar .

    2.   Fl-ambitu tal-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1, il-programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin li jikkorrispondu għal-linji:

    (-a)

    għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni (linji ta' valuri tal-Unjoni),

    (a)

    għall-promozzjoni tad-drittijiet, tan-nondiskriminazzjoni, tal-ugwaljanza , inkluża l-ugwaljanza bejn is-sessi, u għall-progress tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u tan-nondiskriminazzjoni; (il-linja għall-Ugwaljanza , id-Drittijiet u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi ),

    (b)

    għall-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, u l-iskambji bejn iċ-ċittadini ta' Stati Membri differenti u għas-sensibilizzazzjoni tal-istorja Ewropea komuni (il-linja għall-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini),

    (c)

    għall-ġlieda kontra l-vjolenza, inkluża l-vjolenza bbażata fuq is-sess (il-linja Daphne).

    Artikolu 2a

    Linja għall-valuri tal-Unjoni

    Fl-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fi ħdan l-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (-a) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq il-protezzjoni, il-promozzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet billi jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-livell lokali, reġjonali u transnazzjonali fil-promozzjoni u t-trawwim ta' dawn id-drittijiet, u b'hekk isaħħaħ ukoll il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni u r-rispett għall-istat tad-dritt u jikkontribwixxi għall-bini ta' Unjoni aktar demokratika, djalogu demokratiku, trasparenza u governanza tajba.

    Artikolu 3

    Il-linja għall-Ugwaljanza , id-Drittijiet u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

    Fl-ambitu tal-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

    (a)

    il-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-prevenzjoni u l-ġlieda tal-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li r-rispett tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fuq il-bażi prevista fl-Artikolu 21 tal-Karta ;

    (b)

    l-appoġġ, l-avvanz u l-implimentazzjoni ta' politiki komprensivi:

    (i)

    il-promozzjoni tat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri

    (ii)

    il-promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u l-integrazzjoni tagħha;

    (iii)

    il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u l-forom kollha ta' intolleranza inkluż l-omofobija, il-bifobija, it-transfobija u l-interfobija u l-intolleranza fuq il-bażi ta' identità tal-ġeneru, kemm online kif ukoll offline;

    (iv)

    il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal;

    (v)

    il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà;

    (ba)

    il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-drittijiet tal-protezzjoni tad-data personali.

    Artikolu 4

    Linja għall-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini

    Fl-ambitu tal-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

    (a)

    l-appoġġ ta' proġetti li għandhom l-għan li jikkommemoraw avvenimenti importanti fl-istorja Ewropea moderna, inklużi l-kawżi u l-konsegwenzi ta' reġimi awtoritarji u totalitarji, u li jqajmu kuxjenza fost iċ-ċittadini Ewropej dwar l-istorja, il-kultura, il-wirt kulturali u l-valuri komuni tagħhom, biex b'hekk jissaħħaħ il-fehim tagħhom dwar l-Unjoni, l-oriġini, l-iskop, id-diversità u l-kisbiet tagħha u tal-importanza tal-fehim reċiproku u tat-tolleranza ;

    (b)

    il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u tal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi fil-ħajja demokratika u ċivika tal-Unjoni u l-kontribut fiha billi jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma kollha dwar l-azzjoni tal-Unjoni;

    (ba)

    il-promozzjoni ta' skambji bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi differenti, b'mod partikolari permezz ta' ġemellaġġ tal-ibliet u netwerks ta' bliet, sabiex tingħatalhom esperjenza prattika fil-ġid u d-diversità tal-wirt komuni tal-Unjoni u biex isiru konxji li dawn jikkostitwixxu l-pedament għal futur komuni.

    Artikolu 5

    Il-linja Daphne

    Fl-ambitu tal-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

    (-a)

    il-prevenzjoni u l-ġlieda fil-livelli kollha kontra kull forma ta' vjolenza bbażata fuq is-sess fuq in-nisa u l-bniet u l-vjolenza domestika, ukoll permezz tal-promozzjoni ta' standards stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul); u

    (a)

    il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal u ż-żgħażagħ ▌, kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f'riskju , bħall-persuni LGBTQI u l-persuni b'diżabbiltà ;

    (b)

    l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi diretti u indiretti kollha ta' tali vjolenza , bħall-vjolenza domestika eżerċitata fil-familja jew il-vjolenza f'relazzjonijiet intimi, inklużi t-tfal orfni minħabba reati domestiċi, u l-appoġġ u l-iżgurar tal-istess livell ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha għall-vittmi ta' vjolenza bbażata fuq is-sess .

    Artikolu 6

    Baġit

    1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 1 627 000 000 fi prezzijiet tal-2018 [EUR 1 834 000 000 fi prezzijiet kurrenti].

    2.   Fl-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ammont indikattiv li ġej għandu jiġi allokat għall-objettiv li ġej:

    (-a)

    EUR 754 062 000 fi prezzijiet tal-2018 [EUR 850 000 000 fi prezzijiet kurrenti] (jiġifieri 46,34 % tal-pakkett finanzjarju totali) għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt (-a) tal-Artikolu 2(2);

    (a)

    EUR  429 372 000 fi prezzijiet tal-2018 [EUR 484 000 000] (jiġifieri 26,39 % tal-pakkett finanzjarju totali) għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 2(2);

    (b)

    EUR  443 566 000 fi prezzijiet tal-2018 [EUR 500 000 000] (jiġifieri 27,26 % tal-pakkett finanzjarju totali) għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2).

    Il-Kummissjoni għandha talloka mill-inqas 50 % tal-ammonti msemmija fil-punti (-a) u (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għall-appoġġ ta' attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li mill-inqas 65 % minnhom għandhom jiġu allokati lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u reġjonali.

    Il-Kummissjoni ma għandhiex tmur lil hinn mill-perċentwali allokati fil-pakkett finanzjarju, kif stabbiliti fil-punt (a) tal-Anness -I b'iżjed minn ħames punti perċentwali. Jekk ikun meħtieġ li jinqabeż dak il-limitu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex temenda l-punt (a) tal-Anness -I billi timmodifika l-perċentwali allokati, b'bejn ħames u għaxar punti perċentwali, tal-fondi tal-Programm.

    3.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni, studji, laqgħat ta' esperti, komunikazzjonijiet dwar prijoritajiet u oqsma marbuta mal-objettivi ġenerali tal-programm.

    4.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta' ħidma tista' tkun eliġibbli mill-1 ta' Jannar 2021.

    5.   Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom jew it-talba tal-Kummissjoni , jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont l-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju ▌. Fejn possibbli, dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru ▌.

    Artikolu 7

    Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

    1.   Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi li ġejjin dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet:

    (a)

    Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

    (b)

    il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali, f'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

    (c)

    il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, f'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi.

    (d)

    Il-pajjiżi terzi, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

    jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

    jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f'konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid];

    ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;

    jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

    Artikolu 8

    Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament mill-UE

    1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma' korpi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.

    2.   Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

    3.   [Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta' fondi dovuti minn riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Id-dispożizzjonijiet stipulati [fl-Artikolu X] tar-Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta' Garanzija] għandhom japplikaw].

    Artikolu 9

    Tipi ta' azzjonijiet

    L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 2 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.

    Artikolu 9a

    Grupp ta' Djalogu Ċivili

    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi “Grupp ta' Djalogu Ċivili” li għandu jkollu l-għan li jiżgura djalogu regolari, miftuħ u trasparenti mal-benefiċjarji tal-Programm u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn sabiex jiġu skambjati esperjenzi u prattiki tajbin u sabiex jiġu diskussi żviluppi ta' politika fl-oqsma u l-objettivi koperti mill-Programm u l-oqsma relatati.

    KAPITOLU II

    GĦOTJIET

    Artikolu 10

    Għotjiet

    1.   Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

    2.   Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jkun magħmul minn esperti esterni.

    Artikolu 11

    Finanzjament kumulattiv, [kumplimentari] u kkombinat

    1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].

    2.   Jekk il-Programm u l-Fondi taħt ġestjoni kondiviża msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) [XX] [CPR] jipprovdu b'mod konġunt appoġġ finanzjarju għal azzjoni waħda, dik l-azzjoni għandha tiġi implimentata f'konformità mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, inklużi r-regoli dwar l-irkupru ta' ammonti mħallsa indebitament.

    3.   L-azzjonijiet eliġibbli skont il-Programm u konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu jistgħu jiġu identifikati bl-għan li jiġu ffinanzjati mill-Fondi taħt ġestjoni kondiviża. F'dan il-każ, għandhom japplikaw ir-rati ta' kofinanzjament u r-regoli ta' eliġibbiltà stipulati f'dan ir-Regolament.

    L-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

    a)

    dawn ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti skont il-Programm;

    b)

    dawn iħarsu l-ħtiġijiet minimi ta' kwalità ta' din is-sejħa għal proposti;

    c)

    dawn ma jistgħux jiġu ffinanzjati skont din is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji.

    L-azzjonijiet għandhom jiġu implimentati mill-awtorità ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu [65] tar-Regolament (UE)[XX] [CPR] f'konformità mar-regoli stabbiliti f'dak ir-Regolament u r-regolamenti speċifiċi għall-fondi, inklużi regoli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji.

    Artikolu 12

    Entitajiet eliġibbli

    1.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 3 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-[Artikolu 197] tar-Regolament Finanzjarju.

    2.   Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:

    (a)

    entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

    Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

    pajjiż terz assoċjat mal-Programm , minbarra l-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt (-a) tal-Artikolu 2(2) ;

    (b)

    kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;

    3.   Għotja operattiva tista' tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (EQUINET) , skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(2), għall-kopertura tan-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu.

    KAPITOLU III

    PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

    Artikolu 13

    Programm ta' ħidma u prijoritajiet pluriennali

    1.   Il-Programm għandu jitwettaq permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

    2.    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-programm ta' ħidma xieraq .

    Artikolu 14

    Monitoraġġ u rapportar

    1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness II.

    2.   Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 16, biex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni, inkluż permezz ta' emendi għall-Anness II biex tirrieżamina u tikkumplimenta l-indikaturi fejn meħtieġ.

    3.   Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.

    Artikolu 15

    Evalwazzjoni

    1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

    2.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-impatt fit-tul tal-programmi predeċessuri (Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u L-Ewropa għaċ-Ċittadini).

    3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

    Artikolu 16

    Eżerċizzju tad-delega

    1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 13 u 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

    3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13 u 14 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

    4.   Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

    5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbażi tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, iċ-ċittadini u partijiet ikkonċernati oħra jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozz tat-test ta' att delegat fi żmien erba' ġimgħat. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu kkonsultati dwar l-abbozz tat-test, abbażi tal-esperjenza tal-NGOs u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Programm.

    6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 13 u 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 17

    Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

    Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm permezz ta' deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew permezz ta' kull strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, drittijiet bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

    KAPITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

    Artikolu 18

    Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

    1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

    2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.

    Artikolu 18a

    Punti ta' Kuntatt tal-Programm

    Kull Stat Membru jista' jistabbilixxi Punti ta' Kuntatt tal-Programm. Huma għandhom ikunu responsabbli li jipprovdu gwida imparzjali, informazzjoni prattika u assistenza lill-applikanti, lill-partijiet ikkonċernati u lill-benefiċjarji tal-programm fir-rigward tal-aspetti kollha tal-programm, inkluż fir-rigward tal-proċedura ta' applikazzjoni, it-tixrid ta' informazzjoni faċli għall-utent u r-riżultati tal-programm, l-inkjesti għas-sħab, it-taħriġ u formalitajiet oħra. Il-Punti ta' Kuntatt tal-Programm għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti.

    Artikolu 20

    Tħassir

    Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 u r-Regolament (UE) Nru 390/2014 jitħassru b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.

    Artikolu 21

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1381/2013 u (UE) Nru 390/2014, li għandhom jibqgħu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

    2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont il-programmi predeċessuri tiegħu stabbiliti permezz tar-Regolamenti (UE) Nru 1381/2013 u (UE) Nru 390/2014.

    3.   Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 6(3), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta' Diċembru 2027.

    Artikolu 22

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    Għall-Kunsill

    Il-President


    (1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 178.

    (2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 196.

    (3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019. It-test sottolinjat ma ntlaħaqx qbil dwaru fil- kuntest tan-negozjati interistituzzjonali.

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)

    (5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perijodu 2014-2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)

    (6)  ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.

    (7)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

    (8)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89.

    (9)  Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).

    (10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).

    (11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).

    (12)  Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).

    (13)  Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).

    (14)  [Ir-referenza trid tiġi aġġornata: ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. Ir-rapport jinsab disponibbli hawn: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32013Q1220(01)].

    (15)   Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (Euratom) Nru 1074/1999 tal-Kunsill (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

    (16)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

    (17)   Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

    (18)   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

    (19)   Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

    (20)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

    ANNESS -I

    Il-fondi tal-Programm disponibbli msemmija fl-Artikolu 6(1) għandhom jiġu allokati kif ġej:

    (a)

    Fl-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2):

    tal-anqas 15 % għall-attivitajiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 3;

    tal-anqas 40 % għall-attivitajiet li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt (-a) tal-Artikolu 5; u

    tal-anqas 45 % għall-attivitajiet li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi msemmija fil-punti (a), (b) (ii) sa (v) u (c) tal-Artikolu 3 u fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5;

    (b)

    Fl-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 6(2):

    15 % għall-attivitajiet ta' kommemorazzjoni;

    65 % għall-parteċipazzjoni demokratika;

    10 % għall-attivitajiet promozzjonali; u

    10 % għall-amministrazzjoni.

    ANNESS I

    L-attivitajiet appoġġati mill-Programm

    Il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 2 se ssir b'mod partikolari billi jiġu appoġġati l-attivitajiet li ġejjin:

    (a)

    is-sensibilizzazzjoni, il-promozzjoni u t-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien tad-drittijiet u l-valuri u tal-politiki ▌fl-oqsma u l-objettivi koperti mill-Programm;

    (b)

    it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejbu l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka ▌;

    (c)

    attivitajiet analitiċi ta' monitoraġġ ▌biex jittejjeb il-fehim tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt , il-politiki u l-valuri tal-Unjoni fl-Istati Membri, bħal attivitajiet li jinkludu pereżempju l-ġbir ta' data u statistika ; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv ;

    (d)

    it-taħriġ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jittejjeb l-għarfien tagħhom tal-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm ;

    (e)

    l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT);

    (ea)

    l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati mingħajr skop ta' qligħ attivi fl-oqsma tal-Programm biex iżidu l-kapaċità tagħhom li jirreaġixxu u biex jiżguraw aċċess adegwat għaċ-ċittadini kollha għas-servizzi, il-konsulenza u l-attivitajiet ta' appoġġ tagħhom;

    (eb)

    l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati mingħajr skop ta' qligħ attivi fl-oqsma tal-Programm biex iwettqu attivitajiet ta' promozzjoni għat-tisħiħ tad-drittijiet, u b'hekk isaħħu wkoll il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni u r-rispett tal-istat tad-dritt u jagħtu kontribut għad-djalogu demokratiku, it-trasparenza u l-governanza tajba, inkluż f'każijiet ta' spazju dejjem aktar ristrett għas-soċjetà ċivili;

    (f)

    it-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini, speċjalment iż-żgħażagħ, tal-kultura , il-wirt kulturali, l-identità u l-istorja ▌ Ewropej, inkluż fir-rigward ta' reġimi totalitarji u awtoritarji u mumenti ewlenin oħra ta' storja Ewropea reċenti sabiex tissaħħaħ il-kommemorazzjoni tal-impenn taċ-ċittadini Ewropej lejn l-Unjoni u jitħeġġu t-tolleranza, il-fehim reċiproku, id-djalogu interkulturali u r-rispett għad-diversità ;

    (g)

    il-ġabra flimkien ta' ċittadini ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ u fi proġetti tas-soċjetà ċivili, biex b'hekk jinħolqu l-kundizzjonijiet għal approċċ minn isfel għal fuq aktar b'saħħtu u jitrawwem l-involviment ċiviku u demokratiku ;

    (h)

    it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta' parteċipazzjoni attiva u inklużiva fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet l-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

    (i)

    l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej li jippromovu u jiżviluppaw ulterjorment id-dritt tal-Unjoni, il-valuri, l-istrateġiji u l-objettivi ta' politika ▌;

    (j)

    l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv biex ikun implimentat ir-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;

    (k)

    it-tisħiħ tal-għarfien tal-programm u d-disseminazzjoni u t-trasferibbiltà tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni, inkluż billi jkunu stabbiliti u appoġġati punti ta' ▌kuntatt tal-programm .

    ANNESS II

    Indikaturi

    Se jsir monitoraġġ ▌ tal-Programm abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin.

    L-għadd ta' nies li ntlaħqu minn:

    (i)

    attivitajiet ta' taħriġ;

    (ii)

    it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;

    (iii)

    sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni.

    L-għadd ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li ntlaħqu minn attivitajiet ta' appoġġ u ta' bini tal-kapaċità.

    L-għadd ta' inizjattivi u netwerks transnazzjonali li jiffukaw fuq il-memorja u l-wirt Ewropej bis-saħħa tal-intervent tal-programm.

    Id-data individwali kollha għandha tinqasam skont is-sess kull meta dan ikun possibbli; l-evalwazzjonijiet interim u finali tal-programm għandhom jiffukaw fuq kull linja u kull attività u jinkludu perspettiva ta' ugwaljanza bejn is-sessi u jevalwaw l-impatti fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi.


    Top