Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0309

    P8_TA(2019)0309 Divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat (COM(2016)0198 – C8-0146/2016 – 2016/0107(COD)) P8_TC1-COD(2016)0107 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 108, 26.3.2021, p. 623–637 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/623


    P8_TA(2019)0309

    Divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat (COM(2016)0198 – C8-0146/2016 – 2016/0107(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2021/C 108/46)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0198),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0146/2016),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Irlandiż u l-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2016 (1),

    wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0227/2017),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 62.

    (2)  Din il-pożizzjoni tikkorrispondi mall-emendi adottati fl-4 ta’ Lulju 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0284).


    P8_TC1-COD(2016)0107

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (-1)

    L-ugwaljanza tal-kontribwenti, b'mod partikolari fost l-intrapriżi kollha, hija indispensabbli għas-suq uniku. Approċċ ikkoordinat u armonizzat għall-implimentazzjoni tas-sistemi nazzjonali tat-taxxa huwa essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq uniku, u jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti. [Em. 1]

    (-1a)

    L-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, kif ukoll l-iskemi ta' trasferiment tal-profitti, ċaħħdu lill-gvernijiet u lill-popolazzjonijiet mir-riżorsi meħtieġa sabiex, fost affarijiet oħra, jiggarantixxu aċċess universali u bla ħlas għas-servizzi pubbliċi edukattivi u tas-saħħa kif ukoll għas-servizzi soċjali tal-Istat, u ċaħħdu wkoll lill-Istati milli jkunu jistgħu jiżguraw akkomodazzjoni u trasport pubbliku affordabbli u bini ta' infrastruttura essenzjali sabiex ikun hemm żvilupp soċjali u tkabbir ekonomiku. Fil-qosor, skemi bħal dawn kienu fattur ta' inġustizzja, inugwaljanza u diverġenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali. [Em. 2]

    (-1b)

    Sistema ta' taxxa korporattiva ġusta u effikaċi jenħtieġ li twieġeb għall-ħtieġa urġenti ta' politika globali progressiva u ġusta dwar it-taxxa, tippromwovi r-ridistribuzzjoni tal-ġid u tiġġieled kontra l-inugwaljanzi. [Em. 3]

    (1)

    It-trasparenza hija essenzjali sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-Suq Uniku. F’dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-evitar tat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji żdiedet konsiderevolment u saret punt ċentrali ta’ tħassib fl-Unjoni u globalment. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2014 għaraf il-ħtieġa urġenti sabiex l-isforzi fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa jimxu ’l quddiem, kemm fil-livell globali kif ukoll f’dak tal-Unjoni. Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjonijiet tagħha bit-titlu “Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016 – Mhux il-waqt li kollox jibqa’ l-istess” (3) u “Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2015 – Bidu Ġdid” (4) identifikat bħala prijorità l-ħtieġa li tinqabad it-triq tas-sistema li permezz tagħha l-pajjiż li fih jiġu ġġenerati l-profitti jkun ukoll il-pajjiż tat-tassazzjoni. Il-Kummissjoni identifikat ukoll bħala prijorità l-ħtieġa li titwieġeb is-sejħa tas-soċjetajiet tagħna għall-ġustizzja u aċ-ċittadini Ewropej għat-trasparenza tat-taxxi u l-ħtieġa li taġixxi bħala mudell ta' referenza għal pajjiżi oħra . Huwa essenzjali li t-trasparenza tqis ir-reċiproċità fost il-kompetituri . [Em. 4]

    (2)

    Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-dħul tat-trasparenza, tal-koordinazzjoni u tal-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni (5) għaraf li ż-żieda fit-trasparenza , fil-kooperazzjoni u fil-konverġenza fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni fuq il-kumpaniji fl-Unjoni tista' ttejjeb il-ġbir tat-taxxa, tagħmel ħidmet l-awtoritajiet tat-taxxa aktar effiċjenti u , tappoġġja lil dawk li jfasslu l-politika fil-valutazzjoni tas-sistema tat-tassazzjoni attwali biex jiżviluppaw il-leġiżlazzjoni tal-futur, tiżgura fiduċja akbar fost il-pubbliku u fiduċja fis-sistemi tat-taxxa u fil-gvernijiet u ttejjeb it-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investimenti abbażi ta' profili tar-riskju tal-kumpaniji aktar preċiżi . [Em. 5]

    (2a)

    Ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż huwa għodda effiċjenti u xierqa biex tiżdied it-trasparenza b'rabta mal-attivitajiet tal-intrapriżi multinazzjonali u biex il-pubbliku jkun jista' jivvaluta l-impatt ta' dawk l-attivitajiet fuq l-ekonomija reali. Dan itejjeb ukoll il-kapaċità tal-azzjonisti li jevalwaw kif xieraq ir-riskji li jittieħdu mill-kumpaniji, iwassal għal strateġiji ta' investiment ibbażati fuq informazzjoni preċiża u jsaħħaħ il-kapaċità ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li jivvalutaw l-effiċjenza u l-impatt tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali. [Em. 6]

    (2b)

    Ir-rapportar għal kull pajjiż se jkollu wkoll impatt pożittiv fuq id-drittijiet tal-impjegati għal informazzjoni u konsultazzjoni kif previst fid-Direttiva 2002/14/KE u, billi jżid l-għarfien dwar l-attivitajiet tal-kumpaniji, fuq il-kwalità tad-djalogu impenjat fil-kumpaniji. [Em. 7]

    (3)

    Wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2013, iddaħħlet klawżola ta’ rieżami fid-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li tobbliga lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-possibbiltà li ddaħħal obbligu fuq intrapriżi kbar ta’ setturi industrijali addizzjonali biex jipproduċu, fuq bażi annwali, rapportar għal kull pajjiż li jqis l-iżviluppi fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u r-riżultati tal-inizjattivi Ewropej relatati.

    (4)

    Filwaqt li sejjaħ għal sistema tat-taxxa internazzjonali globalment ġusta u moderna, il-G20, f’Novembru 2015 approva l-“Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti” (BEPS, Base Erosion and Profit Shifting) tal-OECD li kellu t-tir li jipprovdi lill-gvernijiet b’soluzzjonijiet internazzjonali ċari biex jindirizzaw il-lakuni u d-diskrepanzi fir-regoli eżistenti li jippermettu li l-profitti tal-kumpaniji jkunu trasferiti lejn postijiet li fihom jew ma hemm l-ebda tassazzjoni jew inkella hemm tassazzjoni baxxa, fejn ma jista’ jinħoloq l-ebda valur reali. B’mod partikolari, l-Azzjoni 13 tal-BEPS tintroduċi rapportat għal kull pajjiż minn ċerti intrapriżi multinazzjonali lill-awtoritajiet tat-taxxa fuq bażi kunfidenzjali. Fis-27 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni adottat il-“Pakkett kontra l-Evitar tat-Taxxa”. Wieħed mill-objettivi ta’ dak il-pakkett huwa li l-Azzjoni 13 tal-BEPS tiġi trasposta fi dritt tal-Unjoni, billi tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (7). Madankollu, l-intaxxar fuq il-profitti fejn jinħoloq il-valur jitlob approċċ aktar komprensiv għar-rapportar għal kull pajjiż li jkun ibbażat fuq ir-rapportar pubbliku . [Em. 8]

    (4a)

    Jenħtieġ li l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) jaġġorna l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) rilevanti biex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni tar-rekwiżiti tar-rapportar pubbliku għal kull pajjiż. [Em. 9]

    (4b)

    Ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż diġà ġie stabbilit fl-Unjoni għas-settur bankarju bid-Direttiva 2013/36/UE kif ukoll għall-industrija estrattiva u tal-qtugħ tas-siġar bid-Direttiva 2013/34/UE. [Em. 10]

    (4c)

    Permezz ta' introduzzjoni bla preċedent tar-rapportar pubbliku għal kull pajjiż, l-Unjoni wriet li saret mexxej globali fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa. [Em. 11]

    (4d)

    Billi l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa tista' tkun ta' suċċess biss b'azzjoni konġunta fil-livell internazzjonali, l-Unjoni, filwaqt li tibqa' mexxej globali f'din il-ġlieda, jeħtiġilha tikkoordina l-azzjonijiet tagħha mal-atturi internazzjonali, pereżempju fil-qafas tal-OECD. L-azzjonijiet unilaterali, anke jekk ikunu ambizzjużi ħafna, ma għandhomx possibbiltà reali li jkunu ta' suċċess, u, barra minn hekk, azzjonijiet bħal dawn ipoġġu f'riskju l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej u jagħmlu ħsara lill-klima tal-investiment fl-Unjoni. [Em. 12]

    (4e)

    Aktar trasparenza fir-riżultati tad-divulgazzjoni finanzjarja tirriżulta f'sitwazzjoni fejn kulħadd joħroġ rebbieħ peress li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jsiru aktar effiċjenti, is-soċjetà ċivili tkun involuta iżjed, l-impjegati jkunu infurmati aħjar, u l-investituri jkollhom inqas avversità għar-riskju. Barra minn hekk, l-intrapriżi jibbenefikaw minn relazzjonijiet aħjar mal-partijiet ikkonċernati, li jirriżulta f'aktar stabbiltà, flimkien ma' aċċess aktar faċli għall-finanzjament minħabba profil tar-riskju aktar ċar u titjib fir-reputazzjoni. [Em. 13]

    (5)

    Minbarra ż-żieda fit-trasparenza maħluqa mir-rapportar għal kull pajjiż għall-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, skrutinju pubbliku mtejjeb tat-taxxi fuq l-introjtu tal-kumpaniji li jitħallsu mill-intrapriżi multinazzjonali li jwettqu attivitajiet fl-Unjoni huwa element essenzjali sabiex jitrawwem l-obbligu ta' rendikont tal-kumpaniji u sabiex ir-responsabbiltà soċjali korporattiva tkun imħeġġa aktar, jingħata kontribut għall-benessri permezz tat-taxxi, tiġi promossa kompetizzjoni aktar ġusta tat-taxxi fl-Unjoni permezz ta' dibattitu pubbliku msejjes fuq informazzjoni aħjar u titreġġa' lura l-fiduċja tal-pubbliku f'kemm is-sistemi nazzjonali tat-taxxa huma ġusti. Skrutinju pubbliku bħal dan jista' jinkiseb permezz ta' rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, irrispettivament minn fejn tkun stabbilita l-intrapriża prinċipali apikali tal-grupp multinazzjonali. L-iskrutinju pubbliku, madankollu, irid isir mingħajr ma' ssir ħsara lill-klima tal-investiment fl-Unjoni jew lill-kompetittività tal-kumpaniji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs kif definiti f'din id-Direttiva u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja kif definiti fir-Regolament (UE) 2015/1017  (8) , li għandhom jiġu esklużi mill-obbligu ta' rapportar stabbilit skont din id-Direttiva. [Em. 14]

    (5a)

    Il-Kummissjoni ddefiniet ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) bħala r-responsabbiltà tal-intrapriżi għall-impatt tagħhom fuq is-soċjetà. Is-CSR jenħtieġ li tkun immexxija mill-kumpaniji. L-awtoritajiet pubbliċi jista' jkollhom rwol ta' appoġġ permezz ta' taħlita intelliġenti ta' miżuri ta' politika volontarji u, fejn ikun meħtieġ, regolamentazzjoni komplementari. Il-kumpaniji jistgħu jsiru soċjalment responsabbli billi jsegwu l-liġi jew inkella billi jintegraw it-tħassib soċjali, ambjentali, etiku u tal-konsumaturi jew dak dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-istrateġija kummerċjali u l-operazzjonijiet tagħhom, jew it-tnejn li huma. [Em. 15]

    (6)

    Il-pubbliku għandu Jenħtieġ li l-pubbliku jkun jista’ jwettaq skrutinju tal-attivitajiet kollha ta’ grupp meta l-grupp ikollu ċerti stabbilimenti fl-Unjoni . Għall-gruppi li jwettqu attivitajiet fl-Unjoni permezz ta’ intrapriżi sussidjarji jew fergħat biss, is-sussidjarji u l-fergħat għandhom jippubblikaw u jagħmlu r-rapport tal-intrapriża prinċipali apikali aċċessibbli. Madankollu għal raġunijiet ta’ proporzjonalità u effettività, l-obbligu tal-pubblikazzjoni u tal-aċċessibbiltà tar-rapport għandu jkun limitat għal sussidjarji ta’ daqs medju jew kbir li jkunu stabbiliti fl-Unjoni, jew fergħat ta’ daqs paragunabbli miftuħa fi Stat Membru. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE għandu għalhekk jiġi estiż skont dan għall-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn intrapriża li hija stabbilita barra mill-Unjoni. u barra minnha . Il-gruppi bi stabbilimenti fl-Unjoni jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-Unjoni Ewropea dwar governanza tajba tat-taxxa. L-intrapriżi multinazzjonali joperaw madwar id-dinja u l-imġiba korporattiva tagħhom ikollha impatt sostanzjali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-għoti ta' aċċess għal informazzjoni korporattiva għal kull pajjiż liċ-ċittadini tagħhom jippermetti lilhom kif ukoll lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa f'pajjiżhom jimmonitorjaw, jivvalutaw u jżommu lil dawk il-kumpaniji responsabbli. Bil-pubblikazzjoni tal-informazzjoni għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa fejn topera l-intrapriża multinazzjonali, l-Unjoni żżid il-koerenza tal-politika tagħha għall-iżvilupp u tillimita l-possibbiltà ta' skemi ta' evitar tat-taxxa f'pajjiżi fejn il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi ġiet identifikata bħala komponent ewlieni tal-politika tal-UE għall-iżvilupp. [Em. 16]

    (7)

    Sabiex ikun evitat rapportar doppju għas-settur bankarju, l-intrapriżi prinċipali apikali li huma soġġetti għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u li jinkludu fir-rapport tagħhom imħejji f’konformità mal-Artikolu 89 tad-Direttiva 2013/36/UE l-attivitajiet kollha tagħhom u l-attivitajiet kollha tal-intrapriżi affiljati magħhom inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati, inklużi l-attivitajiet li mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu 1 tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), għandhom ikunu eżentati mill-obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’din id-Direttiva.

    (8)

    Ir-rapport Jenħtieġ li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jipprovdi informazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet kollha ta' intrapriża jew tal-intrapriżi kollha affiljati ma' grupp ikkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali. Jenħtieġ li l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq tqis l-ispeċifikazzjonijiet tar-rapportar tal-Azzjoni 13 tal-BEPS u għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex jingħata lok għal skrutinju pubbliku effettiv, sabiex ikun żgurat li d-divulgazzjoni ma twassalx għal riskji jew żvantaġġi sproporzjonati. Ir-rapport għandu wkoll f'termini ta' kompetittività jew miżinterpretazzjoni għall-intrapriżi kkonċernati . Jenħtieġ ukoll li r-rapport jinkludi deskrizzjoni tan-natura tal-attivitajiet. Deskrizzjoni bħal din tista' tkun ibbażata fuq il-kategorizzazzjoni prevista fit-tabella 2 tal-Anness III tal-Kapitolu V tat-“Transfer Pricing Guidelines on Documentation” (Linji Gwida rigward id-Dokumentazzjoni tal-Ipprezzar ta' Trasferimenti) tal-OECD. Ir-rapport għandu Jenħtieġ li r-rapport jinkludi deskrizzjoni narrattiva kumplessiva fejn jingħataw spjegazzjonijiet inkluż f'każ ta' diskrepanzi materjali fil-livell ta' grupp bejn l-ammonti ta' taxxi akkumulati u l-ammonti ta' taxxi mħallsa, filwaqt li jitqiesu l-ammonti korrispondenti li jikkonċernaw is-snin finanzjarji preċedenti. [Em. 17]

    (9)

    Sabiex ikun żgurat livell ta' dettall li jippermetti liċ-ċittadini jivvalutaw aħjar kif l-MNEs jikkontribwixxu għall-benessri f'kull Stat Membru, ġuriżdizzjoni fejn joperaw, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, mingħajr ma ssir ħsara lill-kompetittività tal-intrapriżi, jenħtieġ li l-informazzjoni għandha tinqasam skont l-Istat Membru. Barra minn hekk, informazzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet tal-intrapriżi multinazzjonali għandha wkoll tintwera fid-dettall sew fir-rigward ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li jippreżentaw sfidi partikolari. Għall-operazzjonijiet l-oħra kollha ta' pajjiż terzi, l-informazzjoni għandha tingħata f'għadd aggregat il-ġuriżdizzjoni . Ir-rapporti rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jistgħu biss jinftiehmu u jintużaw b'mod sinifikattiv jekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata b'mod diżaggregat għal kull ġuriżdizzjoni . [Em. 18]

    (9a)

    Jenħtieġ li meta l-intrapriża tqis li l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata tkun kummerċjalment sensittiva, hija tkun tista' titlob l-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti fejn hija stabbilita li ma tiddivulgax l-informazzjoni kollha. F'każijiet fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx awtorità tat-taxxa, jenħtieġ li l-awtorità tat-taxxa kompetenti tkun involuta fid-deċiżjoni. [Em. 82]

    (10)

    Sabiex isaħħu r-responsabbiltà fil-konfront tal-partijiet terzi u sabiex jiżguraw il-governanza adattata, il-membri tal-korpi ta’ amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ superviżjoni tal-intrapriża prinċipali apikali li hija stabbilita fl-Unjoni u li għandha l-obbligu li tfassal, tippubblika u tagħmel ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu aċċessibbli, għandhom ikunu responsabbli lkoll kemm huma għall-iżgurar tal-konformità ma’ dawn l-obbligi ta’ rapportar. Billi l-membri tal-korpi ta’ amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ superviżjoni tas-sussidjarji li huma stabbiliti fl-Unjoni u li huma kkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali stabbilita barra mill-Unjoni jew il-persuna/i inkarigata/i mit-twettiq tal-formalitajiet tad-divulgazzjoni għall-fergħa jista’ jkollhom għarfien limitat tal-kontenut tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu mħejji mill-intrapriża prinċipali apikali, ir-responsabbiltà tagħhom li jippubblikaw u jagħmlu r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu aċċessibbli, għandha tkun limitata.

    (11)

    Sabiex ikun żgurat li każijiet ta' nuqqas ta' konformità jkunu ddivulgati lill-pubbliku, jenħtieġ li l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar għandhom jivverifikaw jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ġiex sottomess u ppreżentat f'konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jekk jinsabx aċċessibbli fis-sit web tal-intrapriża rilevanti jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata u li l-informazzjoni ddivulgata pubblikament tkun konformi mal-informazzjoni finanzjarja awditjata għall-intrapriża sal-iskadenzi previsti f'din id-Direttiva . [Em. 19]

    (11a)

    Il-każijiet ta' ksur tar-rekwiżiti tar-rapportar rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu min-naħa tal-intrapriżi u l-fergħat, li jagħtu bidu għal penali min-naħa tal-Istati Membri, f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, jenħtieġ li jiġu rrapportati f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni. Dawn il-penali jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, multi amministrattivi jew esklużjoni minn sejħiet pubbliċi għal offerti u mill-għoti ta' finanzjament mill-fondi strutturali tal-Unjoni. [Em. 20]

    (12)

    Din id-Direttiva għandha l-għan li ttejjeb it-trasparenza rigward it-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji u l-iskrutinju pubbliku tagħha billi tadatta l-qafas ġuridiku eżistenti rigward l-obbligi imposti fuq il-kumpaniji u d-ditti fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-rapporti, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-membri kif ukoll ta’ terzi, fis-sens tal-Artikolu 50(2)(g) TFUE. Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari fil-Kawża C-97/96 Verband deutscher Daihatsu-Händler (11), l-Artikolu 50(2)(g) TFUE jirreferi għall-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi ta’ “terzi” f’sens ġenerali, mingħajr ma jagħmel distinzjoni jew jeskludi xi kategorija li taqa’ fl-ambitu ta’ dak it-terminu. Barra minn hekk, l-objettiv tal-kisba tal-libertà tal-istabiliment, li huwa assenjat f’termini wesgħin ferm lill-istituzzjonijiet permezz tal-Artikolu 50(1) TFUE, ma jistax jiġi ċirkoskritt mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50(2) TFUE. Billi din id-Direttiva ma tikkonċernax l-armonizzazzjoni tat-taxxi iżda tikkonċerna biss l-obbligi ta’ ppubblikar ta’ rapporti dwar l-informazzjoni rigward it-taxxa fuq id-dħul, l-Artikolu 50(1) TFUE jikkostitwixxi l-bażi ġuridika xierqa.

    (13)

    Sabiex jiġu ddeterminati ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li għalihom irid jintwera livell għoli ta’ dettall, is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tfassil ta’ lista komuni tal-Unjoni ta’ dawn il-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa. Din il-lista għandha titfassal abbażi ta’ ċerti kriterji, identifikati abbażi tal-Anness 1 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Strateġija Esterna għal Tassazzjoni Effettiva, (COM(2016)0024). Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet kif approvat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni u sakemm titqiegħed il-firma formali. Biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, b’mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 21]

    (13a)

    Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 48b(1), (3), (4) u (6) u l-Artikolu 48c(5) tad-Direttiva 2013/34/UE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata wkoll setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (12) . [Em. 22]

    (14)

    Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, iżda jista' minflok, minħabba l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-azzjoni tal-Unjoni hija ġustifikata sabiex tindirizza d-dimensjoni transfruntiera fejn ikun hemm ippjanar aggressiv tat-taxxa jew arranġamenti ta' pprezzar tat-trasferimenti. Din l-inizjattiva twieġeb għat-tħassib li ntwera mill-partijiet interessati rigward il-ħtieġa li jiġu indirizzati d-distorsjonijiet fis-suq uniku mingħajr ma tipperikola l-kompetittività tal-Unjoni. Jenħtieġ li la tikkawża piż amministrattiv bla bżonn fuq il-kumpaniji, u lanqas tiġġenera kunflitti ulterjuri ta' taxxa jew toħloq riskju ta' tassazzjoni doppja. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq dan l-objettiv , tal-anqas fir-rigward ta' aktar trasparenza . [Em. 23]

    (15)

    Kumplessivament, fil-qafas ta' din id-Direttiva, il-kwantità ta' informazzjoni divulgata hija proporzjonali għall-objettivi ta' żieda fit-trasparenza pubblika u fl-iskrutinju pubbliku. Din id-Direttiva , għalhekk, titqies li tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 24]

    (16)

    F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (13), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f'każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri tagħhom ta' traspożizzjoni b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali , pereżempju fl-għamla ta' tabella komparattiva . Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawk id-dokumenti hija ġustifikata sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' din il-proposta u tiġi evitata kwalunkwe ommissjoni u inkonsistenza fir-rigward tal-implimentazzjoni, min-naħa tal-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom . [Em. 25]

    (17)

    Għalhekk, id-Direttiva 2013/34/UE għandha tiġi emendata skont dan,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emendi għad-Direttiva 2013/34/UE

    Id-Direttiva 2013/34/UE hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

    “1a.   Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti mill-Artikoli 2, minn 48a sa 48 g u 51 japplikaw ukoll għal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri f’rabta mal-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn intrapriża li mhijiex irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru iżda li hija ta’ forma ġuridika paragunabbli mat-tipi ta’ intrapriżi elenkati fl-Anness I.”;

    (2)

    jiddaħħal il-Kapitolu 10 a li ġej:

    “Kapitolu 10a

    Rapport rigward l-informazzjoni dwar it-Taxxa fuq l-introjtu

    Artikolu 48a

    Definizzjonijiet relatati mar-rapportar rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

    Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    ‘intrapriża prinċipali apikali’ tfisser intrapriża li tfassal ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-akbar korp ta’ intrapriżi;

    (2)

    ‘rapporti finanzjarji kkonsolidati’ tfisser ir-rapporti finanzjarji mħejjija minn intrapriża prinċipali ta’ grupp li fihom l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-ekwità, l-introjtu u l-ispejjeż huma ppreżentati bħala dawk ta’ entità ekonomika unika;

    (3)

    ‘ġuriżdizzjoni tat-taxxa’ tfisser ġuriżdizzjoni ta’ Stat kif ukoll mhux ta’ Stat li għandha awtonomija fiskali fir-rigward tat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji.

    Artikolu 48b

    Intrapriżi u fergħat li għandhom l-obbligu li jirrapportaw rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

    1.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi prinċipali apikali rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u li għandhom fatturat nett li jaqbeż l-EUR ta' EUR  750 000 000 jew aktar kif ukoll lill-intrapriżi rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li mhumiex intrapriżi affiljati u li għandhom fatturat nett li jaqbeż l-EUR ta' EUR  750 000 000 jew aktar biex ifasslu u jippubblikaw jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mingħajr ħlas, rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fuq bażi annwali. [Em. 26]

    Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli mingħajr ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-intrapriża fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni . Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni .

    L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw ir-regoli stipulati f'dan il-paragrafu jekk dawn l-intrapriżi jkunu stabbiliti biss fit-territorju ta' Stat Membru wieħed u fl-ebda ġuriżdizzjoni oħra tat-taxxa. [Em. 27]

    2.   L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-intrapriżi prinċipali apikali meta tali intrapriżi jew l-intrapriżi affiljati magħhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 89 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u jinkludu, f’rapport għal kull pajjiż, informazzjoni dwar l-attivitajiet kollha tal-intrapriżi kollha affiljati inklużi fir-rapport finanzjarju kkonsolidat ta’ dawk l-intrapriżi prinċipali apikali.

    3.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi sussidjarji ta' daqs medju u kbir imsemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) li huma rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u kkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali li fil-karta tal-bilanċ tagħha f'sena finanzjarja għandha fatturat nett ikkonsolidat li jaqbeż l-EUR ta' EUR  750 000 000 u li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru, biex jippubblikaw ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ta' dik l-intrapriża prinċipali apikali fuq bażi annwali. [Em. 28]

    Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli mingħajr ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni . Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni . [Em. 29]

    4.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fergħat li huma miftuħa fit-territorji tagħhom minn intrapriża li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru biex jippubblikaw u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mingħajr ħlas u fuq bażi annwali r-rapport , ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. [Em. 30]

    Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli f'format ta' dejta miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-fergħa jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni . Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni . [Em. 31]

    L-Istati Membri għandhom japplikaw l-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-fergħat biss li għandhom fatturat nett li jaqbeż il-limitu ta’ fatturat nett iddefinit mil-liġi ta’ kull Stat Membru skont l-Artikolu 3(2).

    5.   L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 4 biss għal fergħa li fir-rigward tagħha jkunu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

    (a)

    l-intrapriża li fetħet il-fergħa tkun jew intrapriża affiljata ma' grupp li huwa kkontrollat minn intrapriża prinċipali apikali li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru u li fuq il-karta tal-bilanċ tagħha għandha fatturat nett ikkonsolidat li jaqbeż l-EUR ta' EUR  750 000 000 jew aktar, jew intrapriża li mhijiex affiljata u li għandha fatturat nett li jaqbeż l-EUR ta' EUR  750 000 000 jew aktar ; [Em. 32]

    (b)

    l-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) ma jkollhiex intrapriża sussidjarja ta' daqs medju jew kbir kif imsemmi fil-paragrafu 3 diġà soġġetta għall-obbligi ta' rapportar . [Em. 33]

    6.   L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu meta rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu mfassal f’konformità mal-Artikolu 48c ikun sar aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-intrapriża prinċipali apikali li mhijiex irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru fi żmien raġonevoli, li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ u meta r-rapport jidentifika l-isem u l-uffiċċju rreġistrat tal-intrapriża sussidjarja unika jew il-fergħa unika rregolata mil-liġi ta’ Stat Membru li tkun ippubblikat ir-rapport f’konformità mal-Artikolu 48d(1).

    7.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lis-sussidjarji jew lill-fergħat li mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4 biex jippubblikaw u jagħmlu r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu aċċessibbli meta tali sussidjarji jew fergħat ikunu ġew stabbiliti għall-fini li jevitaw l-obbligi tar-rapportar stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

    7a.     Għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont li fil-munita nazzjonali jkun ekwivalenti għall-ammont speċifikat fil-paragrafi 1, 3 u 5 għandu jkun dak miksub bl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li tkun effettiva fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Kapitolu. [Em. 34]

    Artikolu 48c

    Kontenut tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

    1.   Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jinkludi l-informazzjoni relatata mal-attivitajiet kollha tal-intrapriża u tal-intrapriża prinċipali apikali, inklużi l-attivitajiet tal-intrapriżi affiljati kkonsolidati fir-rapport finanzjarju fir-rigward tas-sena finanzjarja rilevanti.

    2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata f'mudell komuni u tkopri dan li ġej , b'mod diżaggregat skont il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa : [Em. 35]

    (a)

    isem l-intrapriża apikali u, fejn applikabbli, il-lista tas-sussidjarji kollha tagħha, deskrizzjoni fil-qosor tan-natura tal-attivitajiet tagħhom u l-lok ġeografiku rispettiv tagħhom ; [Em. 36]

    (b)

    l-għadd ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għall-full time ; [Em. 37]

    (ba)

    assi fissi għajr flus jew ekwivalenti ta' flus; [Em. 38]

    (c)

    l-ammont tal-fatturat nett, li jinkludi l-fatturat inkluża distinzjoni bejn il-fatturat li sar mal-partijiet relatati u l-fatturat li sar mal-partijiet mhux relatati ; [Em. 39]

    (d)

    l-ammont ta’ profitt jew telf qabel it-taxxa fuq l-introjtu;

    (e)

    l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu akkumulat (is-sena kurrenti) li huwa l-ispiża tat-taxxa kurrenti rikonoxxuta fuq profitti jew telf taxxabbli tas-sena finanzjarja minn intrapriżi u minn fergħat residenti għall-finijiet tat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni rilevanti tat-taxxa;

    (f)

    l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu mħallas li huwa l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu mħallas matul is-sena finanzjarja rilevanti minn intrapriżi u minn fergħat residenti għall-finijiet tat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni rilevanti tat-taxxa;

    (g)

    l-ammont ta’ qligħ akkumulat;

    (ga)

    il-kapital iddikjarat; [Em. 40]

    (gb)

    id-dettalji tas-sussidji pubbliċi li tkun irċeviet u kwalunkwe donazzjoni magħmula lil persuni politiċi, organizzazzjonijiet politiċi jew fondazzjonijiet politiċi; [Em. 65]

    (gc)

    jekk l-intrapriżi, is-sussidjarji jew il-fergħat jibbenefikawx minn trattament fiskali preferenzjali, minn sistemi ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi jew reġimi ekwivalenti. [Em. 41]

    Għall-finijiet tal-punt (e) tal-ewwel sottoparagrafu, l-ispiża tat-taxxa kurrenti tkun relatata biss mal-attivitajiet ta’ intrapriża fis-sena finanzjarja kurrenti u ma tinkludix taxxi differiti jew dispożizzjonijiet għal obbligazzjonijiet tat-taxxa inċerti.

    3.   Ir-rapport jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b'mod separat għal kull Stat Membru. Meta Stat Membru jinkludi bosta ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, l-informazzjoni għandha tinġabar flimkien fuq livell ta' Stat Membru tiġi ppreżentata b'mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa . [Em. 42]

    Ir-rapport jippreżenta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu b'mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa li, fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti, tkun elenkata fil-lista komuni tal-Unjoni ta' ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, imfassla skont l-Artikolu 48 g, sakemm ir-rapport ma jkunx espliċitament jikkonferma, soġġett għar-responsabbiltà msemmija fl-Artikolu 48e aktar 'l isfel, li l-intrapriżi affiljati ta' grupp irregolati mil-liġijiet ta' tali ġuriżdizzjoni ma jinvolvux ruħhom direttament fi tranżazzjonijiet ma' kwalunkwe intrapriża affiljata tal-istess grupp irregolata mil-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru. barra mill-Unjoni . [Em. 43]

    Ir-rapport għandu jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi aggregata għall-ġuriżdizzjonijiet oħra tat-taxxa. [Em. 44]

    Sabiex titħares l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva u tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li element speċifiku wieħed jew aktar ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu jitħallew barra temporanjament minn dan ir-rapport fir-rigward ta' attivitajiet f'ġuriżdizzjoni tat-taxxa speċifika waħda jew aktar meta jkunu ta' natura tali li d-divulgazzjoni tagħhom tista' tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 48b(1) u l-Artikolu 48b(3) marbuta magħha. L-ommissjoni ma għandhiex timpedixxi għarfien ġust u bbilanċjat tal-pożizzjoni tal-intrapriża f'dak li għandu x'jaqsam mat-taxxa. L-ommissjoni għandha tiġi indikata fir-rapport flimkien ma' spjegazzjoni debitament ġustifikata għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa dwar għalfejn dan hu l-każ u b'riferiment għall-ġuriżdizzjoni(jiet) tat-taxxa kkonċernata/i. [Em. 83]

    L-Istati Membri għandhom jissoġġettaw dawn l-ommissjonijiet għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali kompetenti. L-intrapriża għandha titlob awtorizzazzjoni ġdida kull sena mingħand l-awtorità kompetenti, li tieħu deċiżjoni abbażi ta' valutazzjoni ġdida tas-sitwazzjoni. Jekk l-informazzjoni mħollija barra ma tissodisfax aktar ir-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a, din għandha titqiegħed minnufih għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Minn tmiem il-perjodu ta' nondivulgazzjoni, l-intrapriża għandha tiddivulga wkoll, b'mod retroattiv u fl-għamla ta' medja aritmetika, l-informazzjoni mitluba minn dan l-Artikolu għas-snin preċedenti koperti mill-perjodu ta' nondivulgazzjoni. [Em. 69/rev]

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għoti ta' deroga temporanja bħal din u għandhom jittrażmettulha, b'mod kunfidenzjali, l-informazzjoni mħollija barra flimkien ma' spjegazzjoni dettaljata għad-deroga mogħtija. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika fis-sit web tagħha n-notifiki li jkunu waslulha mingħand l-Istati Membri u l-ispjegazzjonijiet mogħtija skont is-subparagrafu 3a. [Em. 47]

    Il-Kummissjoni għandha tivverifika li r-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a jiġi rispettat kif xieraq, u għandha tissorvelja l-użu ta' din id-deroga temporanja awtorizzata mill-awtoritajiet nazzjonali. [Em. 48]

    Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi, wara li tkun wettqet il-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni li tirċievi skont is-subparagrafu 3c, li r-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a ma jkunx issodisfat, l-intrapriża kkonċernata għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Minn tmiem il-perjodu ta' nondivulgazzjoni, l-intrapriża għandha tiddivulga wkoll, b'mod retroattiv u fl-għamla ta' medja aritmetika, l-informazzjoni mitluba minn dan l-Artikolu għas-snin preċedenti koperti mill-perjodu ta' nondivulgazzjoni. [Em. 70/rev]

    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att delegat, tadotta linji gwida li jgħinu lill-Istati Membri jiddefinixxu l-każijiet fejn il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni għandha titqies li tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-intrapriżi li tirreferi għalihom. [Em. 50]

    L-informazzjoni għandha tiġi attribwita għal kull ġuriżdizzjoni rilevanti tat-taxxa abbażi tal-eżistenza ta’ post fiss ta’ negozju jew ta’ attività permanenti ta’ negozju li, meta jfeġġu mill-attivitajiet tal-grupp, jistgħu jagħtu lok għal obbligazzjoni ta’ taxxa f’dik il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa.

    Meta l-attivitajiet ta’ bosta intrapriżi affiljati jistgħu jagħtu lok għal obbligazzjoni ta’ taxxa f’ġuriżdizzjoni unika tat-taxxa, l-informazzjoni attribwita għal dik il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa tkun tirrappreżenta l-għadd totali tal-informazzjoni relatata ma’ tali attivitajiet ta’ kull intrapriża affiljata u l-fergħat tagħha f’dik il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa.

    L-informazzjoni dwar kwalunkwe attività partikolari ma għandhiex tkun attribwita fl-istess ħin għal aktar minn ġuriżdizzjoni waħda tat-taxxa.

    4.   Ir-rapport jinkludi fil-livell ta’ grupp, deskrizzjoni narrattiva kumplessiva li tipprovdi spjegazzjonijiet dwar id-diskrepanzi materjali bejn l-ammonti ddivulgati skont il-punti (e) u (f) tal-paragrafu 2, jekk preżenti, filwaqt li jitqiesu, jekk xieraq, l-ammonti korrispondenti li jikkonċernaw is-snin finanzjarji preċedenti.

    5.   Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jkun ippubblikat għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli mingħajr ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fuq is-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fuq is-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni. [Em. 51]

    6.   Il-munita li tintuża fir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu tkun il-munita li biha r-rapporti finanzjarji kkonsolidati huma ppreżentati. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu l-obbligu li dan ir-rapport ikun ippubblikat f’munita differenti minn dik li tintuża fir-rapporti finanzjarji.

    7.   Meta l-Istati Membri ma jkunux adottaw l-euro, il-limitu msemmi fl-Artikolu 48b(1) għandu jiġi kkonvertit fil-munita nazzjonali billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ta’ … [d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u billi tiġi miżjuda jew imnaqqsa b’mhux aktar minn 5 fil-mija sabiex ir-riżultat ikun ta’ somma għad-dritt fil-muniti nazzjonali.

    Il-limiti msemmija fl-Artikolu 48b(3) u (4) għandhom jiġu kkonvertiti f’ammont ekwivalenti fil-munita nazzjonali ta’ kull pajjiż terz rilevanti billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ta’ … [d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], maqtugħa għad-dritt sal-eqreb elf.

    Artikolu 48d

    Pubblikazzjoni u Aċċessibbiltà

    1.   Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jkun ippubblikat kif stipulat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE, flimkien mad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 30(1) ta’ din id-Direttiva u meta rilevanti, mad-dokumenti ta’ kontabilità msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE (*2).

    2.   Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 48b(1), (3), (4) u (6) jibqa’ aċċessibbli fis-sit web għal minn tal-anqas ħames snin konsekuttivi.

    Artikolu 48e

    Responsabbiltà għat-tfassil u għall-ippubblikar tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu u sabiex dan ikun aċċessibbli

    1.    Sabiex isaħħu r-responsabbiltà lejn partijiet terzi u jiżguraw governanza xierqa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi ta' amministrazzjoni, ta' ġestjoni u ta' superviżjoni tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fl-Artikolu 48b(1), li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom skont il-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jiġi mfassal, ippubblikat u jsir aċċessibbli f'konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d. [Em. 52]

    2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi ta’ amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ superviżjoni tal-intrapriżi sussidjarji msemmija fl-Artikolu 48b(3) ta’ din id-Direttiva u l-persuna/i nnominata/i biex iwettqu l-formalitajiet tad-divulgazzjoni previsti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 89/666/KEE għall-fergħa msemmija fl-Artikolu 48b(4) ta’ din id-Direttiva, li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom mil-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li, fl-aħjar għarfien u kapaċità tagħhom, ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jitfassal, jiġi ppubblikat u jsir aċċessibbli f’konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d.

    Artikolu 48f

    Verifika indipendenti

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta r-rapporti finanzjarji ta’ intrapriża affiljata jiġu awditjati minn awditur statutorju wieħed jew aktar jew minn ditta tal-awditjar waħda jew aktar skont l-Artikolu 34(1), l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jivverifikaw ukoll jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ngħatax u sarx aċċessibbli f’konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d. L-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar għandhom jindikaw fir-rapport tal-awditjar jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ma jkunx ingħata jew ma jkunx sar aċċessibbli f’konformità ma’ dawk l-Artikoli.

    Artikolu 48 g

    Lista komuni tal-Unjoni ta’ ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 49 fir-rigward tat-tfassil ta’ lista komuni tal-Unjoni ta’ ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa. Dik il-lista tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, li ma jikkonformawx mal-kriterji li ġejjin:

    (1)

    It-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż skambju ta’ informazzjoni meta ssir rikjesta u Skambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji;

    (2)

    Il-kompetizzjoni ġusta tat-taxxi;

    (3)

    Standards stabbiliti mill-G20 u/jew mill-OECD;

    (4)

    Standards rilevanti oħra, inklużi standards internazzjonali stabbiliti mit-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja.

    Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-lista fuq bażi regolari u, meta xieraq, temendaha sabiex jitqiesu ċirkostanzi ġodda. [Em. 53]

    Artikolu 48h

    Id-data ta’ bidu għar-rapportar rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu l-Artikoli minn 48a sa 48f japplikaw, l-aktar tard, mid-data ta’ bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda f’ … [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] jew wara.

    Artikolu 48i

    Rapport

    Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-konformità mal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikoli 48a sa 48f u dwar l-impatt tagħhom. Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni dwar jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jissarrafx f'riżultati xierqa u proporzjonati, u għandu jivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji tat-tnaqqis tas-soll tal-fatturat nett ikkonsolidat lil hinn mil-livell li l-intrapriżi u l-fergħat għandhom l-obbligu li jirrapportaw fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu. Ir-rapport għandu, barra minn hekk, jevalwa kull ħtieġa li jittieħdu miżuri komplementari ulterjuri, filwaqt li jitqies il-bżonn biex ikun li jkun żgurat livell biżżejjed ta' trasparenza u l-bżonn ta' li jiġi żgurat u ppreservat ambjent kompetittiv għall-intrapriżi u l-investiment privat . [Em. 54]

    Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa … [sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].”

    (*1)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)."

    (*2)  Il-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-friegħi [fergħat] miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpaniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36).”"

    (2a)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej

    “Artikolu 48ia

    Mhux aktar tard minn 4 snin wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva u fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-livell tal-OECD, il-Kummissjoni għandha teżamina, tivvaluta u tirrapporta dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, b'mod partikolari rigward:

    l-intrapriżi u l-fergħat li għandhom l-obbligu li jirrapportaw rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, b'mod partikolari jekk ikunx xieraq li jitkabbar l-ambitu ta' dan il-Kapitolu biex jinkludi intrapriżi kbar kif definiti fl-Artikolu 3(4) u gruppi kbar kif definiti fl-Artikolu 3(7) ta' din id-Direttiva;

    il-kontenut tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu kif previst fl-Artikolu 48c;

    id-deroga temporanja prevista fis-subparagrafi 3a sa 3f tal-Artikolu 48c(3).

    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva jekk ikun xieraq.” [Em. 55]

    (2b)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    “Artikolu 48ib

    Mudell komuni għar-rapport

    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-mudell komuni li jirreferu għalih l-Artikolu 48b(1), (3), (4) u (6) u l-Artikolu 48c(5). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2) .” [Em. 56]

    (3)

    L-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-Paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej

    “2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(13), l-Artikolu 46(2) u l-Artikolu 48 g għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 54.

    3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(13), l-Artikolu 46(2) u l-Artikolu 48 g tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Din ma taffettwax il-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.”

    (b)

    Jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

    “3a.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ta' [date]  (***) u tqis b'mod partikolari id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 57]

    (***)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1 .”"

    (c)

    Il-Paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5.

    Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(13), l-Artikolu 46(2) jew l-Artikolu 48 g jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa mill-Parlament Ewropew jew inkella mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

    (3a)

    fl-Artikolu 51, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati . Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    L-Istati Membri għandhom, tal-anqas, jipprevedu miżuri u pieni amministrattivi għall-ksur, min-naħa tal-intrapriżi, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard minn … [jekk jogħġbok inkludi d-data ta’ sena wara dħul fis-seħħ] u jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet.

    Sa … [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-miżuri u s-sanzjonijiet stabbiliti minn kull Stat Membru skont din id-Direttiva.” [Em. 58]

    Artikolu 2

    Traspożizzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Id-dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Id-destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi …,

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    Għall-Kunsill

    Il-President


    (1)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 62.

    (2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2019.

    (3)  COM(2015)0610 tas-27 ta’ Ottubru 2015.

    (4)  COM(2014)0910 tas-16 ta’ Diċembru 2014.

    (5)  2015/2010(INL).

    (6)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

    (7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

    (8)   Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).

    (9)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

    (10)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

    (11)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Diċembru 1997, C-97/96 Verband deutscher Daihatsu-Händler ECLI:EU:C:1997:581.

    (12)   Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

    (13)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


    Top