EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0234

P8_TA(2019)0234 Sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) Żona tal-Ftehim ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (COM(2018)0143 – C8-0123/2018 – 2018/0069(COD)) P8_TC1-COD(2018)0069 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran).

ĠU C 108, 26.3.2021, p. 238–240 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/238


P8_TA(2019)0234

Sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) Żona tal-Ftehim ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (COM(2018)0143 – C8-0123/2018 – 2018/0069(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0143),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0123/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0381/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 95.


P8_TC1-COD(2018)0069

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran).

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/982.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar is-sajd rikreattiv

Il-Kummissjoni tfakkar li wieħed mill-objettivi stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Malta MedFish4Ever li ġiet adottata f’Marzu tal-2017 huwa li jiġi stabbilit, malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-2020, sett ta’ regoli bażiċi biex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tas-sajd rikreattiv fil-Mediterran.

Skont dan l-objettiv, l-istrateġija ta’ nofs it-terminu tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (il-GFCM) għall-2017 sal-2020 tinkludi, fost l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati fiż-żona ta’ din il-Kummissjoni, il-valutazzjoni tal-impatti tas-sajd rikreattiv u l-fatt li jitqiesu l-aħjar miżuri ta’ ġestjoni biex jiġu rregolati dawn l-attivitajiet. F’dan il-kuntest, fil-GFCM ġie stabbilit grupp ta’ ħidma dwar is-sajd rikreattiv bil-għan li tiġi żviluppata metodoloġija reġjonali armonizzata għall-valutazzjoni tas-sajd rikreattiv.

Il-Kummissjoni se tkompli taħdem qatigħ fil-GFCM sabiex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fid-Dikjarazzjoni MedFish4Ever.

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar il-qroll l-aħmar

Il-Kummissjoni tfakkar li l-miżuri ta’ konservazzjoni adottati fil-qafas tal-pjan ta’ ġestjoni reġjonali adattiv għall-isfruttament tal-qroll l-aħmar fil-Mediterran [ir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/5] huma miżuri temporanji. Fl-2019, il-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku tal-GFCM se jivvaluta dawn il-miżuri, li jinkludu l-possibbiltà li jiddaħħlu limiti fuq il-qbid, bil-għan li l-GFCM tirrevedihom waqt it-43 sessjoni annwali tagħha (li se ssir f’Novembru tal-2019).


Top