This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019AP0209
P8_TA(2019)0209 Safeguarding competition in air transport ***I European Parliament legislative resolution of 14 March 2019 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on safeguarding competition in air transport, repealing Regulation (EC) No 868/2004 (COM(2017)0289 — C8-0183/2017 — 2017/0116(COD)) P8_TC1-COD(2017)0116 Position of the European Parliament adopted at first reading on 14 March 2019 with a view to the adoption of Regulation (EU) 2019/… of the European Parliament and of the Council on safeguarding competition in air transport, and repealing Regulation (EC) No 868/2004
P8_TA(2019)0209 Is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 (COM(2017)0289 – C8-0183/2017 – 2017/0116(COD)) P8_TC1-COD(2017)0116 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004
P8_TA(2019)0209 Is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 (COM(2017)0289 – C8-0183/2017 – 2017/0116(COD)) P8_TC1-COD(2017)0116 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004
ĠU C 23, 21.1.2021, p. 578–578
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 23/578 |
P8_TA(2019)0209
Is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 (COM(2017)0289 – C8-0183/2017 – 2017/0116(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 23/81)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0289), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0183/2017), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Jannar 2018 (1), |
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta’ Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0125/2018), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2017)0116
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/712).