Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XG0130(03)

    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

    ĠU C 33, 30.1.2018, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 33/4


    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

    (2018/C 33/05)

    L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tas-Sur Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana (nru. 15), is-Sur Habib Ibrahim Habib Eladli (nru. 18) u s-Sinjura Elham Sayed Salem Sharshar (nru. 19), persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 (2), dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu.

    Il-Kunsill għandu fil-fajl tiegħu elementi ġodda li jikkonċernaw l-persuni msemmijin hawn fuq. Barra minn hekk, il-Kunsill beħsiebu jemenda d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet fir-rigward tas-Sur Habib Ibrahim Habib Eladli (nru. 18) u s-Sinjura Elham Sayed Salem Sharshar (nru. 19).

    Il-persuni kkonċernati huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni li tirrigwardahom, qabel it-2 ta’ Frar 2018, fl-indirizz li ġej:

    Council of the European Union

    General Secretariat

    DG C 1C

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

    Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni li tasal għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 270/2011.


    (1)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63.

    (2)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 4.


    Top