IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 31.5.2018
COM(2018) 391 final
2018/0213(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi
{SEC(2018) 280 final}
{SWD(2018) 310 final}
{SWD(2018) 311 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
Din il-proposta tipprevedi data ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, b’konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Ir-riformi strutturali huma bidliet li jimmodifikaw - b'mod dejjiemi - l-istruttura tal-ekonomija u l-qafas istituzzjonali u regolatorju li fih joperaw in-negozji u n-nies. Ħafna drabi jkollhom l-għan li jindirizzaw ostakli għall-operat tal-muturi tat-tkabbir billi, pereżempju, jirriorganizzaw is-swieq tax-xogħol, tal-prodotti, tas-sevizzi u dawk finanzjarji, u b'hekk jinkoraġġixxu l-ħolqien tal-impjiegi, l-investiment u l-produttività. Huma jistgħu wkoll ikollhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza u l-kwalità tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi u l-benefiċċji li l-Istat joffri liċ-ċittadini tiegħu.
Jekk magħżula u implimentati sew, ir-riformi strutturali jistgħu jħaffu l-proċess ta' konverġenza soċjali u ekonomika ‘l fuq bejn l-Istati Membri, kemm ġewwa kif ukoll barra ż-żona tal-euro, u jsaħħu r-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. L-effetti ta’ din il-konverġenza u t-tisħiħ tar-reżiljenza huma mistennija li jwassal għal prosperità akbar u għal funzjonament bla xkiel u stabbli tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) b'mod ġenerali. Hija meħtieġa implimentazzjoni effettiva tar-riformi strutturali biex tissaħħaħ il-koeżjoni, tiżdied il-produttività, jinħolqu impjiegi, jitħeġġeġ l-investiment u jiġi żgurat tkabbir sostenibbli.
L-ekonomija tal-Ewropa qed tikber bl-aktar pass mgħaġġel f’deċennju, appoġġata minn livelli rekord ta’ impjieg, investiment li qed jirkupra u finanzi pubbliċi aħjar. Is-sitwazzjoni ekonomika attwali tal-Unjoni hija relattivament pożittiva u dan jipprovdi opportunità biex jitwettqu r-riformi tant meħtieġa. Madankollu, l-implimentazzjoni tar-riformi qed titwettaq bil-mod u b’mod mhux uniformi fl-Istati Membri, u ma kinitx sodisfaċenti fl-oqsma kollha ta’ politika, u dan wassal għal impatti negattivi fuq il-konverġenza u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u għalhekk tal-Unjoni kollha kemm hi. F'dan il-kuntest, progress fl-implimentazzjoni ta' riformi fi Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro fi triqthom biex jissieħbu fiż-żona tal-euro jista' jkollu impatti pożittivi fuq iż-żona tal-euro kollha. Għalhekk, l-implimentazzjoni tar-riformi fl-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro li qed jieħdu passi biex jadottaw l-euro jistħoqqilhom attenzjoni partikolari.
Waħda mir-raġunijiet għall-implimentazzjoni kajmana tar-riformi hija n-nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva. Raġuni oħra hija li l-benefiċċji tar-riformi strutturali spiss jimmaterjalizzaw biss fuq terminu twil, filwaqt li l-kostijiet ekonomiċi, soċjali u politiċi tagħhom spiss jiġġarrbu fuq terminu qasir. Għalhekk, il-gvernijiet nazzjonali jistgħu joqogħdu lura milli jwettqu xi riformi, pereżempju minħabba kapaċità amministrattiva insuffiċjenti biex iwettqu r-riformi, kostijiet politiċi għoljin fuq terminu qasir jew effetti ħżiena fuq xi segmenti tal-popolazzjoni. Il-gvernijiet li jagħtu bidu għar-riformi kultant isibuha diffiċli biex jaraw ir-riformi jitlestew minħabba li t-tul ta' ċiklu elettorali sikwit ikun iqsar miż-żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' riformi "kbar". Bħala konsegwenza, l-isforzi ta' riforma meħtieġa jistgħu jaraw dewmien, jiġu abbandunati jew saħansitra jitreġġgħu lura.
Il-Kummissjoni Juncker, filwaqt li tibni fuq il-viżjoni ppreżentata mniżżla fir-Rapport tal-Ħames Presidenti, iffokat il-prijoritajiet tal-Kummissjoni fil-proċess tas-Semestru Ewropew fuq it-"triangolu virtuż" tat-tisħiħ tal-investiment, l-insegwiment ta’ riformi strutturali u l-iżgurar ta' politiki fiskali responsabbli.
Biex jiġu promossi r-riformi strutturali, id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 tal-President Juncker, flimkien mad-Dokumenti ta' Riflessjoni dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-futur tal-finanzi tal-Unjoni, issuġġerixxew li jitkompla l-bini fuq il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) tal-Kummissjoni u proponew strument dedikat, l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi, biex jiġu pprovduti inċentivi finanzjarji lill-Istati Membri biex iwettqu riformi.
Il-kisba ta' aktar konverġenza lejn strutturi ekonomiċi reżiljenti ġiet enfasizzata wkoll bħala li hija daqstant importanti għal dawk l-Istati Membri li jħejju biex jisseħbu fiż-żona tal-euro.
Dawn l-orjentazzjonijiet politiċi sarrfu f’Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strumenti baġitarji ġodda għal żona tal-euro stabbli fi ħdan il-qafas tal-Unjoni (is-6 ta’ Diċembru 2017). Din il-komunikazzjoni proponiet li joħolqu, - taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ta' wara l-2020 - għodda għat-twettiq ta' riformi ġdida biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' riformi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u programm ta' segwitu għall-SRSP, li jkun jinkludi wkoll faċilità ta' konverġenza dedikata biex tiġi appoġġata t-tħejjija għas-sħubija fiż-żona tal-euro. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar QFP ġdid u modern ta' wara l-2020, imħejjija qabel il-Laqgħa Informali tal-Mexxejja tat-23 ta' Frar 2018, ikkonfermat din l-intenzjoni billi ħabbret li l-għodda għat-twettiq ta' riformi u l-faċilità ta' konverġenza jkunu jridu jipprevedu appoġġ u inċentivi qawwija għal firxa wiesgħa ta' riformi fl-Istati Membri kollha. Il-Komunikazzjoni indikat ukoll li se jkun hemm linja baġitarja għall-istrumenti kollha għall-ammont ta' mill-inqas EUR 25 biljun fuq perjodu ta' seba' snin.
Fl-aħħar nett, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Baġit Modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi - Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027” tat-2 ta’ Mejju 2018 li kkonfermat dik l-għażla. Hija ħabbret Programm ta’ Appoġġ għar-Riformi ġdid u b’saħħtu li joffri appoġġ tekniku u finanzjarju għal riformi fil-livell nazzjonali, b’baġit kumplessiv ta’ EUR 25 biljun. Il-programm il-ġdid se jkun separat iżda jikkumplimenta l-fondi futuri tal-Unjoni kif definit fir-Regolament (UE) XXX/xxx (is-suċċessur tas-CPR).
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni qed tipproponi Programm ta' Appoġġ għal Riformi ġdid (il-Programm), li jinkludi tliet strumenti komplementari imma separati: (i) l-għodda għat-twettiq ta' riformi fil-forma ta' strument ta' appoġġ finanzjarju; (ii) programm ta' segwitu għall-SRSP, fil-forma ta' strument ta' appoġġ tekniku; u (iii) faċilità ta’ konverġenza, biex tipprovdi appoġġ speċifiku u mmirat lil Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro (imsejħa wkoll il-"faċilità ta' konverġenza"). Il-Programm għalhekk għandu l-għan li jappoġġja lill-gvernijiet u lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, fuq talba tagħhom għal appoġġ tekniku jew mas-sottomissjoni tagħhom ta’ proposti għal impenji ta' riforma, fl-isforzi tagħhom biex ifasslu u jimplimentaw riformi strutturali li jsostnu t-tkabbir. Il-Programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-għanijiet ġenerali li tittejjeb il-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir u l-impjiegi. Jista’ wkoll ikollu wkoll impatt pożittiv fuq it-twettiq tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Għal dak il-għan, huwa jenħtieġ li jipprovdi biżżejjed inċentivi finanzjarji biex jitlestew ir-riformi ta' natura strutturali u appoġġ tekniku biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri fir-rigward tal-isfidi ffaċċjati mill-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u soċjali.
B'dak l-għan, se jingħata appoġġ tekniku mmirat u inċentivi finanzjarji lill-Istati Membri kollha, inkluż - fil-kuntest tal-faċilità ta' konverġenza - dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro u li ħadu passi dimostrabbli biex jadottaw il-munita unika f'perjodu ta' żmien speċifikat.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika
Il-Programm se jkun konsistenti mal-politiki eżistenti mwettqa taħt il-fondi tal-Unjoni u programmi oħra tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm jibni fuq l-esperjenza attwali tal-SRSP.
Taħt il-QFP attwali u taħt il-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti, huma disponibbli bosta strumenti fil-livell tal-Unjoni biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali. Fuq in-naħa tal-politika, ir-rakkomandazzjonijiet ta' politika pprovduti mill-Unjoni taħt is-Semestru Ewropew huma ta’ għajnuna biex jiġu identifikati l-isfidi u l-prijoritajiet tar-riformi u biex jintlaħaq ftehim politiku dwarhom mal-Istati Membri. Barra minn hekk, l-SRSP jipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri għat-tħejjija, it-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali, filwaqt li l-programmi tal-fondi tal-Unjoni jiffinanzjaw elementi relatati ma' proġetti ta' investiment fl-oqsma ta' politika indirizzati mill-fondi tal-Unjoni. Il-qafas legali tal-fondi tal-Unjoni jirrikjedi konċentrazzjoni tematika ta' finanzjament u jistabbilixxi għadd ta' kundizzjonijiet abilitanti qabel l-iżborż tal-fondi. Filwaqt li huwa previst li r-rabta bejn il-fondi tal-Unjoni u s-Semestru Ewropew se tissaħħaħ aktar fil-QFP il-ġdid u għalkemm dawk l-azzjonijiet taħt il-fondi tal-Unjoni huma strumentali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni u biex tiġi żgurata l-effettività ta’ dawn il-fondi, dawn mhux neċessarjament biżżejjed biex jiġu indirizzati l-ostakoli għall-implimentazzjoni aktar rapida tar-riformi strutturali fl-Istati Membri.
Għodda għat-Twettiq ta' Riformi
Il-Programm, bħala strument li jipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-Istati Membri, se jipprovdi inċentivi finanzjarji għall-implimentazzjoni ta' riformi fl-Istati Membri, filwaqt li jiżgura konsistenza ma' azzjonijiet iffinanzjati taħt programmi eżistenti oħra tal-Unjoni. Sal-lum, il-fondi disponibbli biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet marbuta ma’ riformi strutturali fl-Istati Membri jiġu l-aktar mill-fondi tal-Unjoni. Madankollu, filwaqt li l-fondi tal-Unjoni jistgħu jipprovdu appoġġ għall-komponenti ta' investiment ta' xi sfidi strutturali rilevanti għall-politika ta’ koeżjoni, dawn mhumiex maħsuba biex jippromwovu t-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali li jindirizzaw sfidi fl-oqsma kollha ta’ politika identifikati fis-Semestru Ewropew fl-intier tagħhom. Barra minn hekk, il-fondi tal-Unjoni ma jistgħux jiffinanzjaw riformi li huma purament regolatorji u li ma għandhomx kostijiet ta’ implimentazzjoni jew ta’ investiment.
Ħafna mill-isfidi strutturali li jiffaċċjaw l-Istati Membri ma jistgħux jiġu indirizzati biss permezz ta' investimenti jew implimentazzjoni teknika stretta ta' programm; huma jistgħu jirrikjedu taħlita kumplessa ta' azzjonijiet ta' politika u leġiżlazzjoni, investimenti u titjib fil-governanza tal-istituzzjonijiet u s-sistemi. Riformi strutturali jistgħu jinvolvu wkoll kostijiet politiċi għoljin f'perjodu qasir, li jistgħu jipprevjenu jew inaqqsu r-ritmu tal-implimentazzjoni tagħhom. F’dan ir-rigward, inċentivi finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni jistgħu jgħinu biex jingħelbu tali ostakoli u, flimkien ma’ appoġġ tekniku jew fuq bażi awtonoma, jistgħu jgħinu biex tiġi żgurata l-sjieda politika tar-riformi. Djalogu aktar fil-fond bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jista' jħeġġeġ lill-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw sett komprensiv ta' riformi.
Il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi, bħala strument biex jipprovdi appoġġ finanzjarju, se jippermetti l-għoti ta' inċentivi finanzjarji bħal dawn u għaldaqstant huwa konsistenti mal-miżuri taħt programmi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni.
Strument ta' appoġġ tekniku
Il-Programm, bħala strument biex jipprovdi appoġġ tekniku, jippermetti lill-Kummissjoni tappoġġja lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex ifasslu riformi skont il-prijoritajiet tagħhom stess u jtejbu l-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta' riforma, kif ukoll jibbenefikaw minn prattiki u eżempji tajbin tal-pari tagħhom. L-istrument tal-appoġġ tekniku jibni fuq is-suċċess tal-SRSP, li ra d-domanda sa erba’ darbiet (fl-2017) u ħames darbiet (2018) il-baġit annwali disponibbli fiż-żewġ rawnds ta’ għażla tul l-implimentazzjoni tiegħu s’issa. Huwa jiffoka fuq l-għoti ta’ appoġġ imfassal apposta u kompetenza esperta fuq il-post, biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom il-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva meħtieġa biex jimplimentaw ir-riformi. Għal dan il-għan, huwa jimmira lejn li jakkumpanja lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li jagħmlu t-talba matul il-proċess ta' riforma jew f'fażijiet definiti jew f’fażijiet differenti ta' dan il-proċess. L-istrument ta' appoġġ tekniku taħt il-Programm, imfassal bħala kontinwazzjoni tal-SRSP eżistenti, huwa konsistenti, koerenti u komplementari mar-riżorsi eżistenti għall-bini tal-kapaċità u l-assistenza teknika, li huma disponibbli fi programmi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni. L-appoġġ tekniku jżid il-valur tal-assistenza eżistenti pprovduta mill-programmi settorjali differenti tal-Unjoni u l-azzjonijiet imwettqa taħt il-fondi tal-Unjoni, peress li joffri perspettiva speċifika għall-pajjiż, filwaqt li jappoġġja l-azzjonijiet l-aktar importanti meħuda fl-Istati Membri f'konformità mal-għanijiet ewlenin ta' politika tal-Unjoni.
Faċilità ta' konverġenza
Il-Programm, bħala faċilità ta' appoġġ għat-tħejjija għas-sħubija fiż-żona tal-euro, se jippermetti lill-Kummissjoni biex taqdi l-bżonnijiet speċifiċi ta' Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro, li jagħtu bidu għal riformi strutturali, billi joffri għodod addizzjonali biex l-ekonomiji u l-istrutturi soċjali tagħhom isiru aktar reżiljenti għal xokkijiet u jħejjihom aħjar għas-sħubija fiż-żona tal-euro. Il-faċilità ta’ konverġenza se tkun b’addizzjoni mal-għodda għat-twettiq ta' riformi li hija disponibbli għall-Istati Membri kollha. Bħalissa, ma hemmx strumenti li jipprovdu inċentivi finanzjarji diretti għall-implimentazzjoni ta' riformi strutturali fl-Istati Membri kollha, aħseb u ara fl-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro. Filwaqt li Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jibbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni, dawn il-fondi mhumiex maħsuba biex jindirizzaw riformi strutturali maġġuri li jkunu jsostnu r-reżiljenza ekonomika u b’hekk jgħinu lil dawk l-Istati Membri jħejju b'mod komprensiv għal sħubija futura fiż-żona tal-euro. Permezz tal-għoti ta' appoġġ immirat għal Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro, li ħadu passi dimostrabbli biex jadottaw il-munita unika fi f'perjodu ta' żmien partikolari, il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi huwa mistenni li jaċċellera l-proċess ta' konverġenza f'dawk l-Istati Membri, u għaldaqstant jikkontribwixxi għall-issodisfar tal-kriterji ta' konverġenza u għar-reżiljenza taż-żona tal-euro kollha kemm hi.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ dispożizzjonijiet u politiki oħra, il-Programm jipprovdi għall-komplementarjetà, is-sinerġiji, il-koerenza u l-konsistenza ma' programmi u politiki oħra tal-Unjoni fil-livelli reġjonali, nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, b'mod partikolari billi jikkomplementa l-gwida tal-politika pprovduta taħt is-Semestru Ewropew u billi jgħin fl-użu tal-fondi tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni se tiżgura li l-azzjonijiet proposti għall-implimentazzjoni taħt il-Programm ikunu komplementari ma' u ma jirkbux fuq programmi u fondi oħra tal-Unjoni (b'mod partikolari l-fondi tal-Unjoni), abbażi ta’ linji ta' demarkazzjoni ċari. Barra minn hekk, il-koordinazzjoni għat-tliet strumenti kollha fir-rigward ta' programmi oħra tal-Unjoni u tal-fondi tal-Unjoni se tkompli tiġi żgurata permezz tal-governanza tal-istrumenti differenti fl-arranġamenti ta' ħidma interni tal-Kummissjoni. B'mod partikolari, dan se jinkiseb permezz tal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni diġà eżistenti li jinvolvi r-rappreżentanti tas-servizzi tal-Kummissjoni konċernati. Id-deċiżjonijiet biex jingħata appoġġ lil Stat Membru, inter alia, iqisu l-azzjonijiet u l-miżuri eżistenti finanzjati mill-fondi u l-programmi tal-Unjoni. Il-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni se jissaħħaħ biex jirrifletti l-ħtieġa akbar ta’ komplementarjetà, sinerġija, koerenza u l-konsistenza fost diversi programmi taħt l-QFP, b’mod partikolari bil-għan li minn naħa, jitwettaq il-proċess ta’ programmazzjoni tal-fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, u min-naħa l-oħra, jintgħażlu r-riformi taħt il-Programm, sabiex ikunu mmassimizzati l-effiċjenza u l-effettività tal-azzjonijiet u r-riżorsi tal-Unjoni.
Fir-rigward tal-inċentivi finanzjarji, il-fatt li r-riformi li jibbenefikaw minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Programm se jiġu identifikati fil-kuntest tal-proċess eżistenti tas-Semestru Ewropew se jkun strumentali biex tiġi żgurata l-addizzjonalità u jiġi evitat li jingħata appoġġ għal riformi li kienu jiġru fi kwalunkwe każ. Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn ir-riformi fis-Semestru Ewropew se jipprovdi salvagwardji addizzjonali f’dan is-sens.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-proposta hija konsistenti u tipprovdi għall-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-politiki l-oħra tal-Unjoni bħal dawk segwiti permezz tas-Semestru Ewropew li jiffukaw fuq it-"triangolu virtuż" li jissaħħaħ l-investiment, jitwettqu riformi strutturali, u jiżgura politiki fiskali responsabbli. Barra minn hekk, il-Programm jibni fuq il-proposti magħmula fid-Dokument ta' Riflessjoni dwar it-Tkabbir tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u huwa konformi mad-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 (u mal-Ittra ta' Intenzjoni annessa) magħmul mill-President Juncker lill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Settembru 2017, li spjega proposti għall-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Il-proposta tista’ tikkontribwixxi wkoll għat-twettiq tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
L-għodda għat-twettiq ta' riformi u l-faċilità ta' konverġenzau ġew proposti mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tat-6 ta’ Diċembru 2017 bħala strumenti baġitarji ġodda u jagħmlu parti minn pakkett ta’ inizjattivi biex tiġi approfondita l-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
Il-Programm huwa mezz effettiv biex jingħata appoġġ permezz ta' mezzi kemm finanzjarji kif ukoll tekniċi lill-Istati Membri biex jimplimentaw riformi strutturali, li jistgħu min-naħa tagħhom isostnu l-implimentazzjoni ta' politiki oħra tal-Unjoni. Il-proċess ta' riforma huwa kumpless, spiss jiswa ħafna f’termini politiċi, jirrikjedi għarfien espert dwar oqsma differenti fl-istess ħin, u jista' jkollu impatt transfruntier. L-appoġġ tal-Unjoni taħt il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità li jitwettqu riformi profondi li jtejbu t-tkabbir f'firxa wiesgħa ta' setturi ta' politika madwar l-Istati Membri b'impatti kollaterali pożittivi madwar l-Unjoni.
Il-konsistenza u l-koerenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni se jiġu segwiti, minn naħa, permezz ta’ dispożizzjonijiet regolatorji xierqa dwar il-fondi kumplementari li jinsabu fid-diversi atti leġiżlattivi għall-istabbiliment ta’ programmi u fondi differenti tal-Unjoni u min-naħa l-oħra permezz ta’ koordinazzjoni interna msaħħa fost is-servizzi involuti fil-politiki tal-Unjoni li għandhom aspetti komplementari, bil-ħsieb li jinkisbu sinerġiji u li jsaħħu lil xulxin. Barra minn hekk, il-Programm jibni fuq l-esperjenza attwali tal-SRSP.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 175 (it-tielet paragrafu) u 197(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 175 (it-tielet paragrafu) tat-TFUE jipprovdi li, jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi lil hinn mill-Fondi u mingħajr preġudizzju għall-miżuri deċiżi fil-qafas tal-politiki l-oħra tal-Unjoni, dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni.
L-Artikolu 197(2) tat-TFUE jipprevedi li l-Unjoni tista' tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità amministrattiva tagħhom biex jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, inter alia, billi tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u tappoġġja l-iskemi ta' taħriġ. L-ebda Stat Membru ma għandu jkun marbut li jagħmel użu minn dan l-appoġġ. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għal dan il-għan, eskluża kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri.
Fid-dawl tal-Artikoli 175 u 197 tat-TFUE, il-Programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir, u l-impjiegi, u, f’dan il-kuntest, jista’ jikkontribwixxi b’mod deċiżiv għal: (i) it-tlestija ta' riformi ta' natura strutturali li għandhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni tal-ekonomiji nazzjonali u li jippromwovu strutturi ekonomiċi u soċjali reżiljenti fl-Istati Membri; (ii) it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri fir-rigward tal-isfidi ffaċċjati mill-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u soċjali; u (iii) it-tlestija ta' riformi ta' natura strutturali li jippromwovu strutturi ekonomiċi u soċjali reżiljenti u t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fl-Istati Membri, li l-munita tagħhom mhijiex l-euro u li ddikjaraw u ħadu impenji dimostrabbli ċari biex jadottaw il-munita unika, f’qafas ta’ żmien speċifikat, b'appoġġ għat-tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-finanzjament tal-attivitajiet proposti permezz tal-Programm maħsub jirrispetta l-prinċipji tal-valur miżjud Ewropew u tas-sussidjarjetà. Il-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet li l-għanijiet tagħhom ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom ("test tan-neċessità"), u fejn l-intervent tal-Unjoni jista' jġib valur miżjud meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri biss.
L-għanijiet ġenerali tal-Programm huma t-tisħiħ tal-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir, u l-ħolqien tal-impjiegi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jipprovdi inċentivi finanzjarji biex jindirizza sfidi ta' natura strutturali, u jenħtieġ li jgħin biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri sa fejn huma kkonċernati l-istituzzjonijiet u s-setturi ekonomiċi u soċjali tagħhom.
Il-loġika wara l-Programm hija li jkun fuq bażi volontarja. B’riżultat ta’ dan, kull Stat Membru jiddeċiedi huwa stess jekk hijiex meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni, fid-dawl tal-possibbiltajiet disponibbli fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. L-implimentazzjoni tar-riformi tibqa' kompetenza nazzjonali u l-Istati Membri huma involuti matul il-proċess kollu fl-għodda għat-twettiq ta' riformi.
L-implimentazzjoni tar-riformi strutturali hija kwistjoni ta' interess komuni għall-Unjoni u ż-żona tal-euro, minħabba li r-riformi jgħinu biex isaħħu r-reżiljenza mhux biss tal-ekonomiji kkonċernati iżda wkoll tal-Unjoni u taż-żona tal-euro b'mod ġenerali.
Fir-rigward tal-għodda għat-twettiq ta' riformi, il-Programm huwa rispons dirett għall-implimentazzjoni dgħajfa u mhux uniformi tar-riformi strutturali fl-Istati Membri, partikolarment b’rabta mal-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tieħu inizjattiva fil-livell tal-Unjoni minħabba li tibbenefika minn għarfien komprensiv speċifiku għall-pajjiżi dwar l-implimentazzjoni ta' riformi fl-Istati Membri u għandha l-għarfien espert biex tiddetermina, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, l-isfidi importanti li għandhom jiġu indirizzati. Il-ftehim dwar pakketti ta' riforma bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (kif approvat f'att ta' implimentazzjoni xieraq) se jtejjeb is-sjieda nazzjonali, peress li l-ewwel proposta għal impenji ta’ riforma se toriġina mill-Istat Membru kkonċernat u se tkun prodott li "inħoloq mill-pajjiż" u mmexxi mill-pajjiż. Dan jimplika wkoll djalogu kontinwu ta' politika bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat. Id-durata ta' dan l-istrument matul il-QFP kollu li jmiss tiżgura l-kontinwità fl-isforzi ta' riforma, u għalhekk l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar meta jkun iż-żmien xieraq biex japplikaw għal appoġġ finanzjarju.
Fir-rigward tal-istrument ta' appoġġ tekniku (il-kontinwazzjoni tal-SRSP), il-Kummissjoni tinsab f'pożizzjoni unika biex tieħu azzjoni fil-livell tal-Unjoni. Minn meta nħoloq l-SRSP, il-Kummissjoni stabbilixxiet (u għalhekk diġà tibbenefika minn) bażi tad-dejta ta' għarfien espert għall-Unjoni kollha; hija tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tippermetti l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki; u tista' toħloq sinerġiji biex tindirizza l-isforzi ta' riforma f'diversi Stati Membri u biex tindirizza l-isfidi transfruntiera. Fl-istess ħin, il-koordinazzjoni tal-appoġġ ipprovdut mill-Kummissjoni tiżgura provvista komprensiva ta' għarfien espert, kondiviżjoni ta' prattiki tajba u appoġġ f'diversi stadji tal-proċess ta’ riforma. Barra minn hekk, bl-iżvilupp ta' sinerġiji bejn l-Istati Membri, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tipprovdi kontribuzzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi transfruntieri jew mal-Unjoni kollha.
Fir-rigward tal-faċilità ta' konverġenza, dan tal-aħħar għandu l-għan li jżid ir-reżiljenza tal-ekonomiji mhux fiż-żona tal-euro billi jrawwem konverġenza reali. Dan huwa kruċjali mhux biss għal dawk l-Istati Membri iżda wkoll għall-prosperità tal-Unjoni kollha u, b'mod partikolari, għat-tranżizzjoni bla xkiel lejn iż-żona tal-euro u għal l-funzjonament tagħha. Barra minn hekk, l-istrument iġib miegħu appoġġ tekniku mmirat għall-kapaċità amministrattiva fir-rigward tat-tħejjija għas-sħubija fiż-żona tal-euro. Għaldaqstant hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jintlaħaq dak l-għan.
Dawn l-għanijiet, jiġifieri li jiġu indirizzati r-riformi ta' sfidi ta' natura strutturali, li se jgħinu biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekonomiji kkonċernati, tal-Unjoni u taż-żona tal-euro, u t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri, ma jistgħux jinkisbu sa grad suffiċjenti jekk l-Istati Membri jaġixxu waħedhom, filwaqt li l-intervent tal-Unjoni jista' jġib valur addizzjonali billi jistabbilixxi Programm li jista' jinċentiva finanzjarjament u jappoġġja teknikament it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali fl-Unjoni.
•Proporzjonalità
Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità peress li ma tmurx lil hinn mill-minimu meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan iddikjarat f'livell Ewropew u li huwa meħtieġ għal dak il-għan. L-appoġġ li għandu jingħata taħt it-tliet strumenti, li jikkostitwixxu l-Programm għall-perjodu bejn l-2021 u 2027, se jkun ibbażat fuq talba volontarja li toriġina mill-Istat Membru nnifsu. Il-karattru volontarju tal-Programm u n-natura kunsenswali tal-kooperazzjoni matul il-proċess kollu jikkostitwixxu garanzija addizzjonali li jiġi rispettat il-prinċipju ta' proporzjonalità u għall-iżvilupp ta' fiduċja u kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.
•Għażla tal-istrument
L-għanijiet deskritti fit-taqsimiet preċedenti ma jistgħux jintlaħqu permezz ta' armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet, jew b'azzjoni volontarja mill-Istati Membri. Regolament biss jippermetti l-ksib tagħhom.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
L-għodda għat-twettiq ta' riformi u l-faċilità ta' konverġenza huma proposti ġodda, li għalhekk għadhom ma ġewx soġġetti għal evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità.
L-istrument ta' appoġġ tekniku huwa kontinwazzjoni tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali eżistenti tal-2017-2020, li huwa msejjes fuq ir-Regolament (UE) 2017/825, li daħal fis-seħħ fl-20 ta' Mejju 2017. L-implimentazzjoni tal-SRSP bdiet bl-adozzjoni tal-Programm ta' Ħidma Annwali 2017, f'Settembru 2017 u kompliet bl-adozzjoni tal-Programm ta' Ħidma Annwali 2018 f'Marzu 2018. Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2017/825, sa nofs l-2019, il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport ta' monitoraġġ annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm u rapport ta' evalwazzjoni indipendenti.
Anke jekk, minn perspettiva regolatorja, għadu kmieni wisq biex ikun hemm evalwazzjoni formali, teżisti xi evidenza mill-għoti preċedenti ta' appoġġ tekniku għal riformi strutturali b'mod partikolari għall-Greċja, taħt it-Task Force għall-Greċja (TFGR).
It-Task Force għall-Greċja (TFGR)
L-appoġġ tekniku għal riformi strutturali pprovdut lill-Greċja mis-servizzi tal-Kummissjoni, u kkoordinat mit-TFGR, kien soġġett għal evalwazzjonijiet interni u esterni, li pprovdew lezzjonijiet utli għat-tfassil tal-Programm. Il-Kummissjoni bħalissa qed twettaq ukoll evalwazzjoni esterna ex-post tal-appoġġ tekniku mogħti lill-Greċja.
L-appoġġ tekniku pprovdut taħt it-TFGR kien soġġett għal evalwazzjoni mwettqa minn konsulent indipendenti f'Lulju 2014. B'mod ġenerali, din l-evalwazzjoni kkonkludiet li l-assistenza teknika kienet ikkontribwiet għall-implimentazzjoni tal-programm ta' riforma fil-Greċja fl-oqsma tal-amministrazzjoni tat-taxxa u l-amministrazzjoni ċentrali matul il-perjodu 2011-2013. Din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq valutazzjoni tal-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza u s-sostenibbiltà tal-assistenza mogħtija u kienet ikkonfermata sew mir-risposti tal-biċċia l-kbira tal-partijiet ikkonċernati involuti, li indikaw li, fin-nuqqas ta' assistenza teknika mogħtija mit-TFGR, ir-riformi mwettqa ma kinux jimmaterjalizzaw.
Barra minn hekk, fl-2015 sar awditu tal-prestazzjoni mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex tivvaluta kemm l-assistenza lill-Greċja kienet ġestita b’mod effettiv mit-TFGR u jekk kinitx ikkontribwiet b'mod pożittiv għall-proċess fl-implimentazzjoni tar-riformi fil-Greċja (limitat għall-programm ta' aġġustament ekonomiku). Il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li, b'mod ġenerali, it-TFGR kellha suċċess fil-kisba tal-mandat tagħha – billi pprovdiet assistenza teknika rilevanti f'oqsma li jkopru kważi l-ispettru kollu tal-politika pubblika, li kienet fil-biċċa l-kbira konformi mal-kundizzjonijiet tal-programm ta' aġġustament ekonomiku.
Xi nuqqasijiet kienu identifikati mill-Qorti tal-Awdituri, speċjalment in-nuqqas ta’ baġit speċifiku, in-nuqqas ta’ strateġija komprensiva u n-nuqqas ta’ monitoraġġ sistematiku tar-riżultati. Dawn in-nuqqasijiet ġew indirizzati sussegwentement fl-SRSS u fit-tfassil tal-SRSP tal-2017–2020.
•Evalwazzjoni ex-ante u l-ewwel esperjenza tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP)
Qabel il-proposta tal-SRSP f'Novembru 2015, li saret -SRSS ir-Regolament (UE) 2017/825, il-Kummissjoni wettaq evalwazzjoni ex-ante biex tivvaluta l-isfidi u l-problemi ffaċċjati b'rabta mat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi fl-Unjoni, is-soluzzjonijiet possibbli tagħhom, u għaldaqstant, l-għanijiet tal-SRSP u tal-mekkaniżmi eżekuttivi possibbli. L-evalwazzjoni ex-ante kkonkludiet li n-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' riforma fl-Istati Membri llimita l-kapaċità tal-Unjoni li tirrispondi għal xokkijiet, u b'mod partikolari llimitat ir-reżiljenza tal-UEM, li hija meħtieġa biex tiżgura l-konverġenza bejn l-Istati Membri u fis-soċjetajiet tagħhom. Skont l-evalwazzjoni ex-ante, il-muturi ewlenin ta' sfidi bħal dawn huma l-kapaċitajiet amministrattivi u istituzzjonali limitati u l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni inadegwati tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Għall-finijiet tal-konsultazzjoni pubblika miftuħa taħt ir-rekwiżiti ta' regolamentazzjoni aħjar, l-SRSP ġie inkluż fir-"raggruppament ta' koeżjoni", li kopra mistoqsijiet fl-oqsma li ġejjin: il-politika reġjonali, l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, in-negozju u l-industrija, l-enerġija, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, il-migrazzjoni u l-ażil, it-trasport, l-iżvilupp rurali, l-ekonomija u s-soċjetà diġitali, l-azzjoni klimatika, l-affarijiet marittimi u s-sajd, ir-riformi strutturali, u ż-żgħażagħ.
Fil-kwestjonarju rilevanti, l-SRSP attwali ma ssemmiex espliċitament bħala wieħed mill-programmi ta' finanzjament taħt ir-"raggruppament ta' koeżjoni"; għaldaqstant, il-mistoqsijiet kellhom biss rilevanza limitata għat-tfassil tal-Programm. Madankollu, uħud mir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika jistgħu jkunu rilevanti (jiġifieri r-risposti għal mistoqsijiet li jsemmu b'mod speċifiku l-implimentazzjoni ta' riformi (strutturali) fl-Istati Membri).
Fil-kuntest tal-"pakkett EMU" tas-6 ta' Diċembru 2017 dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni li tinħoloq għodda ġdida għat-twettiq ta' riformi għall-perjodu ta' wara l-2020, biex tappoġġja l-implimentazzjoni tar-riformi nazzjonali identifikati fil-proċess tas-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, u t-tnedija ta' proġett pilota (permezz tal-emenda tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) biex din l-idea tiġi diġà ttestjata matul il-perjodu ta' programmazzjoni attwali. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ddeċidiet li torganizza workshops tekniċi f'kull Stat Membru. L-iskop tal-workshops kien doppju: biex jinġabru l-fehmiet u l-interess tal-Istat Membru fil-proġett pilota tal-għodda għat-twettiq ta' riformi; u biex jinġabru ideat dwar it-tfassil tal-għodda għat-twettiq ta' riformi futura u t-tip ta' riformi possibbli li jistgħu jibbenefikaw minn dan l-istrument.
Il-feedback li wasal mingħand l-Istati Membri dwar l-għodda għat-twettiq ta' riformi ntuża fil-Valutazzjoni tal-Impatt bħala konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.
•Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-proposta hija appoġġata minn Valutazzjoni tal-Impatt. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkunsidrat l-għażla li l-programmi tal-Unjoni li għaddejjin bħalissa se jkomplu fil-perjodu ta' wara l-2020 fil-forma preżenti tagħha. Fil-kuntest ta' proċess ta' Semestru Ewropew mhux mibdul, l-SRSP ikompli jipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri taħt ir-riżorsi finanzjarji limitati attwali u l-fondi tal-Unjoni jibqgħu l-uniku strument ta' investiment tal-Unjoni li jipprovdu finanzjament għall-implimentazzjoni ta' xi riformi strutturali u li jipprovdi xi inkoraġġiment għal xi riformi permezz tar-rabtiet eżistenti bejn il-fondi tal-Unjoni u s-Semestru Ewropew.
L-istrumenti eżistenti fil-livell tal-Unjoni ma rnexxilhomx jipprovdu biżżejjed inċentivi biex iħaffu sostanzjalment it-teħid tal-impenji u l-pass tal-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali. B’riżultat ta’ dan, ma rnexxilhomx inaqqsu l-vulnerabbiltà għax-xokkijiet; lanqas ma jipprovdu appoġġ immirat għall-implimentazzjoni ta’ riformi fl-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tipproponi strument ġdid fil-livell tal-Unjoni, li jipprevedi l-kontinwazzjoni tal-SRSP, u jżid ukoll inċentivi finanzjarji biex jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali permezz tal-għodda għat-twettiq ta' riformi prevista. Barra minn hekk, se jiġi stabbilit strument dedikat immirat lejn l-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro, li ħadu passi dimostrabbli lejn l-adozzjoni tal-munita unika, biex joffri appoġġ addizzjonali għall-implimentazzjoni ta' riformi fi Stati Membri prospettivi fiż-żona tal-euro u jimmultiplika l-effetti pożittivi għall-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro u taż-żona tal-euro b'mod ġenerali. Għal dan l-għan, il-passi dimostrabbli jkun jikkonsistu f’ittra formali mill-gvern tal-Istat Membru konċernat lill-Kummissjoni fejn jiddikjara l-impenn ċar tiegħu li jingħaqad maż-żona tal-euro fi żmien raġonevoli u definit u li jippreżenta pjan direzzjonali kredibbli marbut biż-żmien, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għall-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti biex iħejju għal parteċipazzjoni b’suċċess fiż-żona euro, inklużi passi biex jiġi żgurat l-allinjament sħiħ tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu mar-rekwiżiti taħt il-liġi tal-Unjoni (inkluż l-Unjoni Bankarja).
L-impatti tal-Programm se jiddependu l-aktar mir-riformi li l-Istati Membri se jipproponu u jimplimentaw fil-kuntest tal-għodda għat-twettiq ta' riformi jew mit-tip ta’ appoġġ tekniku li se jitolbu u jużaw fil-qafas tal-istrument ta’ appoġġ tekniku.
B'mod ġenerali, il-Programm huwa mistenni li jibbenefika l-ekonomiji tal-Istati Membri, isaħħaħ ir-reżiljenza għax-xokkijiet u jġib ukoll effetti kollaterali pożittivi għal Stati Membri oħra. Għaldaqstant huwa mistenni li, fuq medda itwal taż-żmien, jiġġenera impatti pożittivi għat-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni kollha, u jtejjeb il-pożizzjonijiet fiskali nazzjonali u l-proporzjonijiet tad-dejn mal-PDG. Il-Programm huwa mistenni wkoll li jkollu effett pożittiv fuq l-impjiegi billi jistimula l-ħolqien tal-impjiegi madwar l-Unjoni. Dan l-effet jista' jiġi ġġenerat, pereżempju, permezz ta' riformi fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari dawk li jżidu l-ħiliet u l-kwalifiki tal-forza tax-xogħol u l-adattament tal-ħiliet għall-ħtiġijiet tas-suq. Il-Programm jista' jkollu wkoll effetti pożittivi fuq id-distribuzzjoni tal-introjtu, il-politiki attivi tas-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali u l-protezzjoni soċjali, billi jrawwem ir-realizzazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Huwa jista' jappoġġja wkoll riformi fl-amministrazzjoni pubblika b'mod ġenerali, u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-korruzzjoni, li jaffettwaw ħażin liċ-ċittadini u n-negozji, u jdgħajfu l-governanza tajba u l-iżvilupp ekonomiku.
Il-Programm huwa mistenni li jġib vantaġġi f'termini ta' piż amministrattiv baxx. Kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-għodda għat-twettiq ta' riformi se jiġu żborżati fil-forma ta' finanzjament mhux marbut mal-kost, u b'hekk jimminimizzaw il-kostijiet amministrattivi u tat-tranżazzjonijiet, kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Istati Membri. Sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv tal-għodda għat-twettiq ta' riformi u tiġi prevista s-simplifikazzjoni, se jitwettaq il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-istadji importanti u l-miri fi ħdan il-proċess tas-Semestru Ewropew.
Il-proċeduri amministrattivi relatati mat-tliet strumenti ta' appoġġ tekniku se jibqgħu baxxi ħafna – pereż. fir-rigward tal-istrument ta' appoġġ tekniku, is-sottomissjoni tat-talbiet se tibqa' sempliċi u l-informazzjoni meħtieġa se tkun limitata għal minimu.
Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju analizza l-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt u ta opinjoni pożittiva b’riżervi fit-22 ta’ Mejju 2018. Il-kwistjonijiet imqajma mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ġew indirizzati fil-verżjoni reveduta fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal ta’ Valutazzjoni tal-Impatt. Il-loġika u l-adegwatezza tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni tal-għodda għat-twettiq ta' riformi ġew spjegati wkoll (anki b’eżempju). L-ambitu tal-għodda għat-twettiq ta' riformi ġie ċċarat aktar. Il-valutazzjoni tal-impatt ġiet żviluppata aktar ukoll biex tevalwa l-kofinanzjament u l-pagament bil-quddiem parzjali bħala alternattiva tal-mekkaniżmu tat-twettiq. Saru wkoll xi preċiżazzjonijiet dwar ir-riskji potenzjali assoċjati ma’ dan il-mekkaniżmu (f’termini ta’ periklu morali, il-volum, u s-sospensjoni, il-kanċellazzjoni u l-proċeduri ta’ rkupru). Anness speċifiku fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Valutazzjoni tal-Impatt jagħti aktar dettalji dwar il-bidliet li saru wara l-opinjoni tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Il-proposta mhijiex marbuta mal-eżerċizzju tal-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni u ma għandha l-ebda kost ta' konformità għall-intrapriżi żgħar u medji jew kwalunkwe parti konċernata oħra. Il-Programm se jiġi implimentat permezz ta' pjattaforma elettronika, li tkun disponibbli għas-servizzi tal-Kummissjoni u għall-Istati Membri.
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta għandha effett pożittiv fuq il-preservazzjoni u l-iżvilupp tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, jekk wieħed jassumi li l-Istati Membri jitolbu u jirċievu appoġġ f'oqsma relatati. Pereżempju, l-appoġġ f'oqsma bħall-migrazzjoni, is-swieq tax-xogħol u l-assigurazzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-proprjetà, l-amministrazzjoni pubblika u s-sistema ġudizzjarja jistgħu jappoġġjaw drittijiet fundamentali tal-Unjoni bħad-dinjità, il-libertà, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, id-drittijiet taċ-ċittadini u l-ġustizzja.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027 jenħtieġ li jkun ta’ EUR 25 biljun (prezzijiet attwali).
Id-distribuzzjoni indikattiva ta' dak imsemmi hawn fuq jenħtieġ li tkun: (i) sa EUR 22 biljun għall-għodda għat-twettiq ta' riformi; (ii); sa EUR 840 miljun għall-istrument ta' appoġġ tekniku u (iii) sa EUR 2,16 biljun għall-faċilità ta' konverġenza, li minnhom sa EUR 2 biljun għall-komponent tal-appoġġ finanzjarju u sa EUR 160 miljun għall-komponent tal-appoġġ tekniku. Meta, sal-aħħar tal-2023, Stat Membru eliġibbli taħt il-faċilità ta' konverġenza ma jkunx ħa passi dimostrabbli biex jadotta l-munita unika f'perjodu ta' żmien speċifikat, l-ammont massimu disponibbli għal dak l-Istat Membru taħt il-komponent tal-appoġġ finanzjarju tal-faċilità ta' konverġenza jiġi ttrasferit għall-għodda għat-twettiq ta' riformi. Il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni għal dak il-għan wara li tkun semgħet il-pożizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.
Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tipprevedi l-ispjegazzjonijiet xierqa dwar il-pakkett finanzjarju.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Sabiex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni tal-Programm fit-twettiq tal-għanijiet speċifiċi definiti fl-Artikolu 6 tar-Regolament, ġew identifikati, u kull tant żmien se jinġabru, xi indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin. Is-sett ta' indikaturi ġie definit f'livell ta' azzjonijiet ta’ appoġġ individwali sabiex tinġabar il-mikrodejta xierqa li trid tiġi aggregata fil-livell tal-Programm u d-dejta se tinġabar mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ għodda apposta għall-monitoraġġ - imqassma skont l-Istati Membri u skont il-qasam ta' politika.
Rigward il-kontribuzzjonijiet finanzjarji (allokati taħt l-għodda għat-twettiq ta' riformi u taħt il-komponent tal-appoġġ finanzjarju tal-faċilità ta' konverġenza), se jiġu definiti indikaturi speċifiċi ta’ eżitu, riżultat u impatt f'kull pjan ta' impenn ta' riforma maqbul mal-Istati Membri, ħalli t-tlestija tal-istadji importanti u l-miri jiġu stabbiliti bħala kundizzjoni biex tingħata l-kontribuzzjoni finanzjarja. Għal dak il-għan, l-Istati Membri se jinkludu, fir-rappurtar annwali tagħhom dwar il-progress, evidenza dwar il-progress li jkun sar lejn l-istadji importanti u l-miri, u jipprovdu lill-Kummissjoni b'aċċess għad-dejta sottostanti, inkluża dejta amministrattiva fejn rilevanti.
Fir-rigward tal-istrument ta' appoġġ tekniku, indikaturi speċifiċi tar-riżultati u tal-impatt se jiġu ddefiniti fi-rigward tal-proġetti konkreti, b'linji bażi u miri, sabiex jiġi mmonitorjat il-progress lejn il-miri finali u biex jiġi evalwat l-impatt tar-riformi implimentati. Dawn l-indikaturi se jintużaw ukoll taħt il-komponent tal-appoġġ tekniku tal-faċilità ta’ konverġenza.
Se ssir evalwazzjoni f'nofs it-terminu u evalwazzjoni ex-post għal kull strument bil-għan li jiġu vvalutati l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni tat-tliet strumenti, fejn ir-riżultati jiġu aggregati f'evalwazzjoni trasversali tal-Programm kumplessiv. L-evalwazzjonijiet se jitwettqu skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016, fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet tal-leġislazzjoni u tal-politika eżistenti jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-għażliet għal aktar azzjoni. L-evalwazzjonijiet se jinkludu l-lezzjonijiet li ttieħdu sabiex jiġu identifikati kwalunkwe nuqqas u/jew problema jew kwalunkwe potenzjal biex jittejbu l-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom u biex jgħinu jiġi mmassimizzat l-impatt u l-esplojtazzjoni tagħhom.
L-evalwazzjonijiet se jitwettqu fil-waqt sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm se titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.
Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu tal-applikazzjoni tar-Regolament, se titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni se tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
Mhux Applikabbli
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi huwa magħmul minn tliet strumenti komplementari separati: (a) l-għodda għat-twettiq ta' riformi, li se tipprovdi inċentivi finanzjarji lill-Istati Membri għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-riformi strutturali identifikati fil-proċess tas-Semestru Ewropew (Kapitolu II); (b) l-istrument ta' appoġġ tekniku, li se jappoġġja, b'miżuri tekniċi, lill-Istati Membri biex iwettqu riformi strutturali istituzzjonali, amministrattivi u li jsostnu t-tkabbir (Kapitolu III); u (c) il-faċilità ta' konverġenza għall-appoġġ għas-sħubija fiż-żona tal-euro, li se tipprovdi appoġġ addizzjonali, kemm tekniku kif ukoll finanzjarju, lill-Istati Membri, li l-munita tagħhom mhijiex l-euro u li jkunu ħadu passi dimostrabbli lejn l-adozzjoni tal-munita unika f'perjodu ta' żmien speċifikat (Kapitolu IV) (l-Artikolu 3).
L-għan ġenerali tal-Programm huwa t-tisħiħ tal-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, u l-ħolqien tal-impjiegi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Programm jipprovdi inċentivi finanzjarji biex jindirizza sfidi ta' natura strutturali, u jenħtieġ li jgħin biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri sa fejn huma kkonċernati l-istituzzjonijiet u s-setturi ekonomiċi u soċjali tagħhom (l-Artikolu 4).
Huma stabbiliti għanijiet speċifiċi tal-Programm għal kull strument tal-Programm (l-Artikolu 5). Fir-rigward tal-għodda għat-twettiq ta' riformi, dawn jenħtieġ li jikkonsistu fit-twettiq ta' stadji importanti u miri konkreti stabbiliti fir-rigward tat-tlestija tal-impenji ta' riforma, li jixkattaw ir-rilaxx tal-inċentivi finanzjarji. Fir-rigward tal-istrument ta' appoġġ tekniku, dawn jenħtieġ li jikkonsistu fl-appoġġ tal-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-kapaċità amministrattiva tagħhom biex ifasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw riformi, inkluż permezz ta' skambju ta' prattiki tajbin, proċessi u metodoloġiji xierqa u ġestjoni tar-riżorsi umani aktar effettivai u effiċjenta. Dawn l-għanijiet jenħtieġ li jiġu segwiti fl-Istati Membri kollha, inkluż - fil-kuntest tal-faċilità ta' konverġenza - dawk li l-munita tagħhom mhijiex l-euro u li ħadu passi dimostrabbli lejn l-adozzjoni tal-munita unika f'perjodu ta' żmien speċifikat.
Għat-tliet strumenti, l-ambitu tal-applikazzjoni huwa firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika li jinkludu oqsma relatati mal-ġestjoni pubblika finanzjarja u tal-assi, ir-riforma istituzzjonali u amministrattiva, l-ambjent kummerċjali, is-swieq tal-prodotti, tas-servizzi u tal-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp sostenibbli, is-saħħa pubblika, l-edukazzjoni u s-settur finanzjarju (l-Artikolu 6).
Il-pakket finanzjarju kumplessiv għall-implimentat il-Programm għall-perjodu 2021-2027 se jkun ta' EUR 25 biljun; dan se jitqassam b’mod indikattiv bejn it-tliet strumenti kif ġej: EUR 22 biljun għall-għodda għat-twettiq ta' riformi, EUR 840 miljun għal strument ta’ appoġġ tekniku u EUR 2,16 biljun għall-faċilità ta’ konverġenza. F’konformità mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) [is-suċċessur tas-CPR], l-Istati Membri jistgħu jitolbu trasferiment sa 5 % tal-allokazzjonijiet finanzjarji tal-programmi mill-FEŻR, mill-FSE+, mill-Fond ta’ Koeżjoni jew mill-FEMS għal dan il-Programm. Ir-riżorsi trasferiti jenħtieġ li jiġu implimentati skont ir-regoli ta’ dan il-Programm u għall-benefiċċju tal-Istat Membru konċernat (l-Artikolu 7).
Il-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027 jistabbilixxu għan aktar ambizzjuż għall-integrazzjoni tal-klima fil-programmi kollha tal-UE, b’mira kumplessiva ta’ 25 % tan-nefqa tal-UE tkun qed tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-klima. Il-kontribuzzjoni ta’ dan il-programm għall-kisba ta’ din il-mira kumplessiva se tiġi mmonitorjata permezz ta’ sistema ta’ mmarkar tal-klima tal-UE f’livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, inkluż l-użu ta’ metodoloġiji aktar preċiżi meta dawn huma disponibbli. Il-Kummissjoni se tkompli tippreżenta l-informazzjoni kull sena f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-kuntest tal-abbozz ta’ baġit annwali.
Biex tappoġġa l-użu sħiħ tal-potenzjal tal-programm biex jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-klima, il-Kummissjoni se tfittex li tidentifika l-azzjonijiet rilevanti tul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, ir-rieżami u l-proċessi ta’ evalwazzjoni kollha tal-programm.
L-għodda għat-twettiq ta' riformi
It-tip ta' riformi strutturali eliġibbli għal finanzjament taħt l-għodda għat-twettiq ta' riformi se jinkludu riformi li mmirati lejn li jindirizzaw sfidi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, inkluż iżda mhux limitati għal dawk l-isfidi identifikati f'rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (l-Artikolu 8).
Se jiġu stabbiliti ammonti massimi skont l-Istat Membru. Dawn l-ammonti jenħtieġ li jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta'-popolazzjoni ta' kull Stat Membru (l-Artikolu 9). L-allokazzjoni ta' fondi taħt l-għodda għat-twettiq ta' riformi lill-Istati Membri se ssir fi stadji. Fl-ewwel stadju li jdum għoxrin xahar, nofs (EUR 11-il biljun) il-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-għodda għat-twettiq ta' riformi se jsir disponibbli għall-Istati Membri, li matulu huma jistgħu jirċievu sal-allokazzjoni massima tagħhom billi jissottomettu proposti għall-impenji ta' riforma. Fl-istadju sussegwenti li jdum sat-tmiem il-Programm, (it-tieni stadju), il-Kummissjoni se tistabbilixxi sistema ta' sejħiet perjodiċi biex talloka n-nofs li jkun fadal (EUR 11-il biljun) mill-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-istrument, flimkien mal-ammonti mhux użati mill-istadju ta' qabel. Taħt kull sejħa tat-tieni stadju, l-Istati Membri kollha se jkunu mistiedna jissottomettu proposti ta' riforma fl-istess ħin, u jistgħu jingħataw il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tagħhom fuq il-bażi tal-proposti ta' riforma tagħhom.
Huwa importanti li jiġi enfasizzat, mill-bidu nett, li l-ewwel sejħa organizzata mill-Kummissjoni matul it-tieni stadju se tkun għal ammont li jikkorrispondi għal nofs il-pakkett finanzjarju kumplessiv li jkun fadal tal-istrument (jiġifieri EUR 11-il biljun), flimkien ma’ kwalunkwe ammont mhux użat fl-ewwel stadju ta’ allokazzjoni. Il-Kummissjoni torganizza sejħiet oħra f'każ biss li l-pakkett finanzjarju kumplessiv ma jkunx intuża kollu. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta u tippubblika kalendarju indikattiv tas-sejħiet ulterjuri li jkunu se jiġu organizzati, u jenħtieġ li tindika, f'kull sejħa, l-ammont li jifdal mill-pakkett kumplessiv, li se jkun disponibbli taħt is-sejħa (l-Artikolu 10). Dan l-approċċ jirrispondi għall-ħtieġa li tintwera trasparenza lid-dinja esterna dwar l-ammont u t-twaqqit ta' sejħiet bħal dawn.
Il-proposta għal impenji ta' riforma se tiġi ppreżentata mill-Istat Membru flimkien mal-programm nazzjonali ta' riforma tiegħu fil-forma ta’ anness separat. Dak l-anness separat jista' jiġi ppreżentat flimkien mal-programm ta' riforma nazzjonali jew f'perjodu ta' żmien differenti.
L-Istati Membri nfushom jenħtieġ li jidentifikaw ir-riformi fost l-isfidi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u jipproponu sett iddettaljat ta' miżuri għall-implimentazzjoni tagħhom, li jenħtieġ li jkun fihom stadji importanti u miri xierqa u skeda għall-implimentazzjoni fuq perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin (l-Artikolu 11). Il-proposta għal impenji ta' riforma tista' tiġi emendata biss darba matul il-Programm u dawn l-emendi jkun permessi jekk ikunu ġġustifikati minn ċirkustanzi oġġettivi (l-Artikolu 13). Il-Kummissjoni se tivvaluta n-natura u l-importanza tal-impenji ta' riforma proposti mill-Istati Membri u se tiddetermina l-ammont li għandu jiġi allokat fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-elementi sostantivi pprovduti mill-Istati Membri u tivvaluta: (i) jekk l-impenji ta' riforma proposti mill-Istati Membri humiex mistennija jindirizzaw b'mod effettiv l-isfidi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, (ii) jekk jirrappreżentawx pakkett komprensiv ta' riformi, (iii) jekk humiex mistennija li jsaħħu l-prestazzjoni u r-reżiljenza tal-ekonomija nazzjonali, (iv) u jekk l-implimentazzjoni tagħhom hijiex mistennija li jkollha impatt dejjiemi fl-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta wkoll (v) jekk l-arranġamenti interni proposti mill-Istati Membri, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati, humiex mistennija li jiżguraw implimentazzjoni effettiva tal-impenji ta' riforma matul perjodu massimu ta’ tliet sin (l-Artikolu 11).
Il-Kumitati tal-Politika Ekonomika tal-Kunsill li jittratta s-Semestru Ewropew jista’ jagħti opinjoni dwar il-proposti għal impenji ta' riforma kif sottomessi mill-Istati Membri (l-Artikolu 11). L-impenji ta' riforma li jkunu jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru se jiġu adottati permezz ta' att ta' implimentazzjoni (deċiżjoni tal-Kummissjoni) (l-Artikolu 12). Linji gwida xierqa huma stabbiliti f'Anness għar-Regolament, biex iservu bħala bażi għall-Kummissjoni biex tivvaluta - b'mod trasparenti u ekwu - il-proposti għal impenji ta' riforma mressqa mill-Istati Membri u biex tiddetermina l-kontribuzzjoni finanzjarja f'konformità mal-għanijiet u kwalunkwe rekwiżit rilevanti ieħor stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għal dan il-għan tiġi stabbilita sistema ta' klassifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-proposti għal impenji ta' riforma (l-Artikolu 11, flimkien mal-Anness II).
L-Istat Membru kkonċernat irid jirrapporta regolarment fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-ksib tal-impenji ta' riforma. Il-programmi nazzjonali ta' riforma se jintużaw bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn tlestija ta' riforma (l-Artikolu 14).
Huma stabbiliti wkoll dispożizzjonijiet dwar id-durabbiltà tar-riformi (minimu ta' ħames snin wara l-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja), dwar impenji u pagamenti baġitarji kif ukoll dwar is-sospensjoni, il-kanċellazzjoni u l-irkupru ta' fondi indebitament imħallsa (l-Artikoli 15 u 16).
L-istrument ta' appoġġ tekniku
L-istrument ta' appoġġ tekniku taħt il-Programm jenħtieġ li jkompli jappoġġja l-implimentazzjoni tar-riformi mwettqa fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri, riformi fil-kuntest ta' proċessi ta' governanza ekonomika jew azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, u riformi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku. L-istrument jenħtieġ li jipprovdi wkoll appoġġ tekniku għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' riformi li jridu jitwettqu taħt l-istrumenti l-oħra tal-Programm. Il-Kummissjoni se tanalizza t-talbiet għal appoġġ fuq il-bażi tal-urġenza, il-wisa' u l-profondità tal-problemi identifikati, tappoġġja l-bżonnijiet fir-rigward tal-qasam ta' politika kkonċernat, analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru.
Fuq il-bażi ta' dik l-analiżi u filwaqt li jitqiesu l-miżuri u l-azzjonijiet eżistenti ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni jew programmi tal-Unjoni, il-Kummissjoni se tilħaq ftehim mal-Istat Membru dwar l-oqsma ta' prijorità għal appoġġ, għanijiet, skeda ta' żmien indikattiva, ambitu tal-miżuri ta' appoġġ li se jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali stmata, li trid tiġi stabbilita f'pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ (l-Artikolu 19).
It-tipi ta’ azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament taħt l-istrument tal-appoġġ tekniku se jinkludu, fost l-oħrajn, kompetenza relatata mal-konsulenza politika u/jew bidla, formulazzjoni ta’ strateġiji u pjanijiet direzzjonali ta’ riforma, kif ukoll riformi leġiżlattivi, istituzzjonali, strutturali u amministrattivi; il-provvista ta' esperti, inklużi esperti residenti; bini tal-kapaċità u azzjonijiet ta' appoġġ relatati fil-livelli kollha ta' governanza, li jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili (l-Artikolu 18).
L-Istati Membri jenħtieġ ikollhom il-possibilità jikkontribwixxu, fuq bażi volontarja, għall-baġit tal-istrument ta’ appoġġ tekniku taħt il-Programm permezz ta’ trasferiment ta’ riżorsi għalih. Trasferimenti volontarji addizzjonali jistgħu jikkonsistu f’kontribuzzjonijiet minn riżorsi programmati taħt il-fondi tal-Unjoni, li jiġu ttrasferit skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [is-suċċessur tas-CPR] (l-Artikolu 21).
Il-Kummissjoni se tadotta programmi ta' ħidma sabiex timplimenta l-istrument ta' appoġġ tekniku taħt il-Programm, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu l-miżuri għall-għoti ta' appoġġ tekniku u l-elementi kollha meħtieġa skont ir-Regolament Finanzjarju (l-Artikolu 23).
Il-faċilità ta’ konverġenza
Stat Membru eliġibbli taħt il-faċilità ta’ konverġenza, jenħtieġ ikun Stat Membru li jkun ħa passi dimostrabbli biex jadotta l-munita unika fiż-żmien speċifikat. Għal dan l-għan, il-passi dimostrabbli jkun jikkonsistu f’ittra formali mill-gvern tal-Istat Membru konċernat lill-Kummissjoni fejn jiddikjara l-impenn ċar tiegħu li jingħaqad maż-żona tal-euro fi żmien raġonevoli u definit u li jippreżenta pjan direzzjonali kredibbli marbut biż-żmien, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għall-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti biex iħejju għal parteċipazzjoni b’suċċess fiż-żona euro, inklużi passi biex jiġi żgurat l-allinjament sħiħ tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu mar-rekwiżiti taħt id-dritt tal-Unjoni (inkluż l-Unjoni Bankarja).
It-tip ta' azzjonijiet iffinanzjati taħt il-faċilità ta’ konverġenza għall-appoġġ għas-sħubija fiż-żona tal-euro se jinkludu kemm azzjonijiet ta' appoġġ tekniku kif ukoll finanzjarju (flimkien ma' dawk diġà disponibbli taħt iż-żewġ strumenti l-oħra tal-Programm) rilevanti għat-tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro (l-Artikolu 25 u l-Artikolu 30). Il-komponenti tal-appoġġ finanzjarju u tekniku mwettqa taħt il-faċilità ta’ konverġenza jenħtieġ li jsegwu l-istess regoli u l-proċess ta' implimentazzjoni bħall-istrumenti l-oħra taħt il-Programm.
Qed jiżdiedu ftit regoli addizzjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tar-riformi u l-azzjonijiet fir-rigward taż-żewġ strumenti l-oħra. Dawn ir-regoli addizzjonali jirreferu għall-iffissar tal-allokazzjoni indikattiva massima u għall-proposti għal impenji ta' riforma, talbiet għal appoġġ tekniku, u l-proċess ta' valutazzjoni relatat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll ir-rilevanza tal-impenji ta' riforma proposti u l-appoġġ tekniku mitlub għat-tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro (l-Artikolu 27 u l-Artikolu 31).
Dispożizzjonijiet oħra
Dispożizzjoni dwar attivitajiet ta' komunikazzjoni fir-rigward tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew u fir-rigward tal-pubbliku ġenerali huma stabbiliti għad-diversi strumenti (l-Artikoli 17 u 20) kif ukoll dispożizzjonijiet dwar il-komplementarjetà (l-Artikolu 33), il-monitoraġġ (l-Artikolu 34), ir-rapporti annwali (l-Artikolu 35) u l-evalwazzjoni (l-Artikolu 36).
2018/0213 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 197(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Skont l-Artikoli 120 u 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("it-Trattat"), l-Istati Membri huma meħtieġa jwettqu l-politiki ekonomiċi tagħhom bil-ħsieb li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni u fil-kuntest tal-linji gwida ġenerali li l-Kunsill jifformula. Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri hija għalhekk kwistjoni ta' tħassib komuni.
(2)L-Artikolu 175 tat-Trattat jipprevedi, fost l-oħrajn, li l-Istati Membri jenħtieġ jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom b'tali mod li jiksbu l-għanijiet dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali stabbiliti fl-Artikolu 174.
(3)Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas biex jiġu identifikati l-prijoritajiet nazzjonali ta’ riforma u biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji ta’ investiment multiannwali nazzjonali tagħhom stess b’sostenn għal dawn il-prijoritajiet tar-riforma. Dawk l-istrateġiji għandhom jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma annwali bħala mod biex jippreżentaw u jikkoordinaw proġetti ta’ investiment ta’ prijorità biex jiġu appoġġjati minn finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Huma għandhom iservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod koerenti u biex jimmassimizzaw il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jkun se jingħata b’mod partikolari mill-programmi appoġġati mill-Unjoni taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investimentu l-InvestEU, fejn rilevanti.
(4)Il-kriżi ekonomika u finanzjarja wriet li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. L-implimentazzjoni tar-riformi strutturali huma fost il-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni minħabba li dawn ir-riformi huma maħsuba biex iqiegħdu l-irkupru fuq triq sostenibbli, jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir, isaħħu l-kapaċità ta' aġġustament u jappoġġjaw il-proċess ta' konverġenza. It-tkomplija tar-riformi strutturali tista' tikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, filwaqt li tagħti spinta lill-produttività u l-investiment u toħloq kundizzjonijiet tajbin għal tkabbir sostenibbli u l-impjiegi fl-Unjoni.
(5)Ir-riformi strutturali jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħaq grad għoli ta' reżiljenza tal-ekonomiji domestiċi u ta’ konverġenza sostenibbli bejn l-Istati Membri, li huwa kruċjali għal parteċipazzjoni ta' suċċess u bla xkiel fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Dan il-grad għoli ta' konverġenza sostenibbli huwa partikolarment importanti għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro fil-proċess ta' tħejjija tagħhom biex jissieħbu fiż-żona tal-euro.
(6)Il-grad ta' implimentazzjoni tar-riformi strutturali fl-Istati Membri għadu mhux biżżejjed madwar l-Unjoni. L-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika taħt is-Semestru Ewropew turi li, b'mod ġenerali, l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali kienet kajmana u irregolari u li l-isforzi nazzjonali ta' riforma jenħtieġ li jiġu rinforzati u inċentivati.
(7)Ir-Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa l-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) għall-perjodu 2017–2020, b’baġit ta’ EUR 142 800 000. L-SRSP ġie stabbilit biex issaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jsostnu t-tkabbir, inkluż permezz ta' għajnuna għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni. L-appoġġ tekniku taħt dan il-programm huwa pprovdut mill-Kummissjoni, fuq talba minn Stat Membru, u jista' jkopri firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika. L-esperjenza inizjali tal-SRSP uriet domanda għall-appoġġ tekniku ta’ madwar erba' darbiet (fl-2017) u ħames darbiet (fl-2018) aktar il-baġit annwali disponibbli.
(8)Strumenti u programmi oħra tal-Unjoni wkoll jipprovdu kontribut sinifikanti biex jitjiebu l-kundizzjonijiet li jsejsu ċerti investimenti fl-Istati Membri, li jistgħu jwasslu għal dawn ir-riformi jew biex ikunu parti minnhom. B’mod partikolari, il-Fondi tal-Unjoni koperti bir-Regolament (UE) Nru YYY/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [CPR] jorbtu l-investiment ma’ kundizzjonijiet abilitanti (li qabel kienu magħrufa bħala kundizzjonalitajiet ex ante), jipprevedu mekkaniżmu ta’ governanza makroekonomika u jistgħu jiffinanzjaw kostijiet ma’ investimenti f’oqsma ta’ politika rilevanti għall-politika ta’ koeżjoni. Madankollu, bħalissa, l-ebda strument ma jipprevedi appoġġ finanzjarju dirett li jipprovdi inċentivi biex l-Istati Membri jimplimentaw riformi fl-oqsma kollha tal-politika, b’reazzjoni għal sfidi identifikati fis-Semestru Ewropew. Barra minn hekk, bħalissa ma hemm l-ebda strument li jipprovdi appoġġ finanzjarju u tekniku speċifiku u li huwa mmirat lejn Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw riformi li huma rilevanti biex jingħaqdu fiż-żona tal-euro.
(9)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-6 ta’ Diċembru 2017, parti minn pakkett ta’ inizjattivi biex l-Unjoni Ekonomika u Monetarja ssir aktar profonda, ipproponiet li tinħoloq għodda ta’ implimentazzjoni ta’ riformi u faċilità ta’ konverġenza bħala strumenti baġitarji ġodda. L-għan ta’ dawn l-istrumenti kien li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekonomiji nazzjonali u li jiġu sfruttati l-effetti konsegwenzjali pożittivi fl-Istati Membri kollha billi jintgħataw inċentivi għall-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali li jikkontribwixxu għal dawk l-għanijiet u li huma essenzjali għall-istabbiltà tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
(10)F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri billi jiġi offrut appoġġ finanzjarju dirett, flimkien ma' appoġġ tekniku. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta' Appoġġ għal Riformi ġdid ("il-Programm") biex jipprovdi inċentivi effettivi biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali fl-Istati Membri. Il-Programm jenħtieġ li jkun komprensiv u jenħtieġ li jibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra. Il-Programm jenħtieġ ukoll li jkompli l-azzjonijiet u l-mod ta' tħaddim tal-SRSP, peress li dawn urew li huma utli ħafna u kienu apprezzati mill-Istati Membri, għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali f'diversi oqsma ta' politika. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll appoġġ immirat għal riformi fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro u li ħadu passi dimostrabbli lejn l-adozzjoni tal-munita unika f'perjodu ta' żmien speċifikat.
(11)Sabiex jippermettu l-għoti tat-tipi differenti ta' appoġġ meħtieġ u jaħsbu għall-ispeċifiċità ta' kull komponent, jenħtieġ li jiġu stabbiliti tliet strumenti separati iżda komplementari fi ħdan il-qafas tal-Programm, jiġifieri għodda għat-twettiq ta' riformi, strument ta' appoġġ finanzjarju u faċilità ta’ konverġenza dedikata biex tappoġġja t-tħejjija għas-sħubija fiż-żona tal-euro.
(12)It-tipi ta’ ffinanzjar u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-abilità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu riżultati, b’kont meħud, b’mod partikolari, tal-kostijiet tal-kontrolli, tal-piż amministrattiv u tar-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
(13) L-għan ġenerali tal-Programm huwa t-tisħiħ tal-koeżjoni, tal-kompetittività, tal-produttività, tat-tkabbir u tal-ħolqien tal-impjiegi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jipprovdi inċentivi finanzjarji biex jindirizza sfidi ta' natura strutturali, u jenħtieġ li jgħin biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri sa fejn huma kkonċernati l-istituzzjonijiet u s-setturi ekonomiċi u soċjali tagħhom.
(14)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet speċifiċi għal kull strument tal-Programm. Fir-rigward tal-għodda għat-twettiq ta' riformi, dawn jenħtieġ li jikkonsistu fit-twettiq ta' stadji importanti u miri konkreti stabbiliti fir-rigward tat-tlestija tal-impenji ta' riforma, li jixkattaw ir-rilaxx tal-inċentivi finanzjarji. Fir-rigward tal-istrument ta' appoġġ tekniku, jenħtieġ li jkollhom l-għan li jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali fl-isforzi tagħhom biex ifasslu u jimplimentaw riformi, billi jqisu prattiki tajbin u tagħlimiet miksuba mill-pari tagħhom. Dawn l-għanijiet jenħtieġ li jiġu segwiti fl-Istati Membri kollha taħt dawk iż-żewġ strumenti u fil-kuntest tal-faċilità ta’ konverġenza minn dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro u li ħadu passi dimostrabbli lejn l-adozzjoni tal-munita unika f'perjodu ta' żmien speċifikat.
(15)Sabiex jiġi żgurat li r-riformi appoġġjati mill-Programm jindirizzaw l-oqsma ekonomiċi u tas-soċjetà ewlenin kollha, kemm l-appoġġ finanzjarju kif ukoll l-appoġġ tekniku taħt il-Programm jenħtieġ li jiġu pprovduti mill-Kummissjoni, fuq talba minn Stat Membru, f'firxa wiesgħa ta' oqsma politiċi, li jinkludu oqsma relatati mal-ġestjoni tal-finanzi u tal-assi pubbliċi, ir-riforma istituzzjonali u amministrattiva, l-ambjent tan-negozju, is-settur finanzjarju, is-swieq tal-prodotti, tas-servizzi u tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp sostenibbli, is-saħħa pubblika u il-benessri soċjali.
(16)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm, li se jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Jenħtieġ li tiġi stabbilita allokazzjoni indikattiva xierqa tal-ammont totali tal-baġit għal kull wieħed mit-tliet strumenti tal-Programm, u jenħtieġ li tiġi stabbilita f'livelli li huma proporzjonati mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tagħhom u mal-ħtiġijiet korrispondenti.
(17)Sabiex jilqgħu għal ħtiġijiet addizzjonali taħt il-Programm, l-Istati Membri jentieġ li jkollhom il-possibbiltà jittrasferixxu għall-baġit tal-Programm riżorsi programmati f’ġestjoni kondiviża taħt il-fondi tal-Unjoni, skont il-proċedura tagħhom. Ir-riżorsi trasferiti jenħtieġ li jiġu implimentati skont ir-regoli ta’ dan il-Programm u jenħtieġ li jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru konċernat.
(18)Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġja objettivi klimatiċi. Azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi tal-evalwazzjonijiet u ta’ rieżami rilevanti.
(19)Fir-rigward tal-għodda għat-twettiq ta' riformi, huwa meħtieġ li jiġu identifikati t-tipi ta' riformi li jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju. Biex jiżguraw il-kontribut tagħhom għall-għanijiet tal-Programm, ir-riformi eliġibbli jenħtieġ li jkunu dawk li jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, inkluż dawk proposti biex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż.
(20)Sabiex jiġi żgurat inċentiv sinifikanti għall-Istati Membri biex iwettqu riformi strutturali, huwa xieraq li tiġi stabbilita kontribuzzjoni finanzjarja massima disponibbli għalihom taħt l-istrument għal kull stadju ta’ allokazzjoni u għal kull sejħa. Din il-kontribuzzjoni massima jenħtieġ li tkun ikkalkulata fuq il-bażi tal-popolazzjoni tal-Istati Membri. Sabiex jiġi żgurat li l-inċentivi finanzjarji jinfirxu matul il-perjodu sħiħ ta' applikazzjoni tal-Programm, l-allokazzjoni ta' fondi lill-Istati Membri jenħtieġ li ssir fi stadji. Fl-ewwel stadju li jdum għoxrin xahar, jenħtieġ li nofs il-pakkett finanzjarju kumplessiv (EUR 11 000 000 000) tal-għodda għat-twettiq ta' riformi jsir disponibbli għall-Istati Membri, li matulu huma jistgħu jirċievu sal-allokazzjoni massima tagħhom billi jissottomettu proposti għall-impenji ta' riforma.
(21)Fl-interess tat-trasparenza u l-effiċjenza, fl-istadju sussegwenti li jdum sa tmiem il-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi sistema ta' sejħiet perjodiċi biex talloka n-nofs l-ieħor tal-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-istrument (EUR 11 000 000 000), flimkien mal-ammonti mhux użati mill-istadju ta' qabel. Jenħtieġ li jiġu organizzati proċeduri sempliċi għal dak il-għan. Taħt kull sejħa, l-Istati Membri kollha jenħtieġ li jkunu mistiedna jissottomettu proposti ta' riforma fl-istess ħin, u jistgħu jingħataw il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tagħhom fuq il-bażi tal-proposti ta' riforma tagħhom. Fl-interess tat-trasparenza, l-ewwel sejħa organizzata mill-Kummissjoni matul it-tieni stadju jenħtieġ li tkun għal ammont li jikkorrispondi għall-parti li jifdal (EUR 11 000 000 000) mill-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-istrument. Il-Kummissjoni jenħtieġ li torganizza sejħiet oħra f'każ biss fejn il-pakkett finanzjarju kumplessiv ma jkunx intuża kollu. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta u tippubblika kalendarju indikattiv tas-sejħiet addizzjonali li jridu jiġu organizzati, u jenħtieġ li tindika, f'kull sejħa, l-ammont li jifdal mill-pakkett kumplessiv, li huwa disponibbli taħt is-sejħa.
(22)Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit proċess għas-sottomissjoni tal-proposti għal impenji ta' riforma mill-Istati Membri, u l-kontenut tagħhom. Bil-għan li tiġi żgurata l-espedjenza tal-proċeduri, Stat Membru jenħtieġ li jissottometti l-proposta għal impenji ta' riforma flimkien mal-programm ta' riforma nazzjonali tiegħu, iżda bħala anness separat, li jista' jiġi sottomess fi żmien differenti. Filwaqt li l-parteċipazzjoni fil-Programm hija volontarja, l-Istati Membri li jkunu qed jesperjenzaw żbilanċi eċċessivi jenħtieġ li jkunu mħeġġa jressqu proposti ta’ riforma skont l-għodda għat-twettiq ta' riformi, liema proposti jindirizzaw il-problemi li jkunu wasslu għal tali żbilanċi eċċessivi.
(23)Sabiex tkun żgurata s-sjieda u l-enfasi fuq ir-riformi rilevanti, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw l-impenji ta' riforma bħala reazzjoni għall-isfidi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew (inklużi l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż) u jipproponu sett dettaljat ta' miżuri għall-implimentazzjoni tagħhom, li jenħtieġ li jkun fih l-istadji importanti u miri xierqa u skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni fuq perjodu massimu ta' tliet snin. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.
(24)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta n-natura u l-importanza tal-impenji ta' riforma proposti mill-Istati Membri u tiddetermina l-ammont li se jiġi allokat fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti. Għal dak il-għan, jenħteiġ li tqis l-elementi sostantivi pprovduti mill-Istati Membri u tivvaluta jekk l-impenji ta' riforma proposti mill-Istati Membri humiex mistennija jindirizzaw b'mod effettiv l-isfidi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, jekk jirrappreżentawx pakkett komprensiv ta' riformi, jekk humiex mistennija li jsaħħu l-prestazzjoni u r-reżiljenza tal-ekonomija nazzjonali, u jekk l-implimentazzjoni tagħhom hijiex mistennija li jkollha impatt dejjiemi fl-Istat Membru, fejn rilevanti billi jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva tal-Istat Membru konċernat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk l-arranġamenti interni proposti mill-Istati Membri, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati, humiex mistennija jiżguraw implimentazzjoni effettiva tal-impenji ta' riforma matul perjodu massimu ta’ tliet sin.
(25)Linji gwida xierqa jenħtieġ li jiġu stabbiliti, bħala Anness ta’ dan ir-Regolament, biex iservu bħala bażi għall-Kummissjoni biex tivvaluta - b'mod trasparenti u ekwu - il-proposti għal impenji ta' riforma mressqa mill-Istati Membri u biex tiddetermina l-kontribuzzjoni finanzjarja f'konformità mal-għanijiet u ma’ kwalunkwe rekwiżit rilevanti ieħor stabbiliti f'dan ir-Regolament. Fl-interess tat-trasparenza u l-effiċjenza, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta' klassifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-proposti għal impenji ta' riforma għal dan il-għan.
(26)Sabiex tikkontribwixxi għat-tħejjija ta' proposti ta' kwalità għolja u tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-proposti għal impenji ta' riforma sottomessi mill-Istati Membri u fil-valutazzjoni tal-grad tal-kisba tagħhom, jenħtieġ li jkun previst l-użu ta' konsulenza bejn il-pari u parir minn esperti. Barra minn hekk, il-Kunsill tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika tal-Kunsill li jittratta s-Semestru Ewropew, f’konsultazzjoni, meta xieraq, mal-kumitati rilevanti mwaqqfa skont it-Trattat, jenħtieġ li jkun jista’ jipprovdi opinjoni dwar il-proposti għal impenji ta' riforma kif sottomessi mill-Istati Membri. Fl-interess tas-simplifikazzjoni, ir-rappurtar mill-Istati Membri dwar il-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-impenji ta' riforma jenħtieġ li jsir fi ħdan il-qafas tas-Semestru Ewropew.
(27)Għall-fini ta' simplifikazzjoni, id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li ssegwi kriterji sempliċi. Il-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li tkun l-ammont indikattiv massimu totali jekk l-impenji ta' riforma proposti mill-Istat Membru jissodisfaw bis-sħiħ il-kriterji għall-valutazzjoni, u jenħtieġ li tkun nofs l-ammont indikattiv massimu jekk l-impenji ta' riforma proposti mill-Istat Membru jissodisfaw dawn il-kriterji b'mod sodisfaċenti biss. Jenħtieġ li ma tingħata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru jekk il-proposta għal impenji ta' riforma ma tindirizzax b'mod sodisfaċenti l-kriterji tal-valutazzjoni.
(28)Biex tiġi inkoraġġita l-istabbiltà tal-impenji ta' riforma, Stat Membru jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà jemenda l-impenji ta' riforma darba biss fil-perjodu ta' implimentazzjoni, fejn ċirkostanzi oġġettivi jiġġustifikaw tali azzjoni.
(29)Għall-finijiet ta' trasparenza, l-impenji ta' riforma adottati mill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u l-attivitajiet ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jitwettqu mill-Kummissjoni kif xieraq.
(30)Għal raġunijiet ta' effiċjenza u simplifikazzjoni fil-ġestjoni finanzjarja tal-istrument, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal impenji ta' riforma jenħtieġ li jieħu l-forma ta' kontribuzzjoni finanzjarja mhux marbuta mal-kost, kif imsemmi fl-Artikolu 121(1)(e) tar-Regolament (UE, Euratom) YYY/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-'Regolament Finanzjarju') taħt ġestjoni diretta.
(31)Għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja soda, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-impenji tal-baġit, għall-pagamenti, għas-sospensjoni, għall-kanċellazzjoni u għall-irkupru ta' fondi. Il-pagamenti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-impenji ta' riforma mill-Istat Membru. Is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jkunu possibbli meta l-impenji ta' riforma ma jkunux ġew implimentati b'mod sodisfaċenti mill-Istat Membru. Sabiex jiġi żgurat impatt sostenibbli tar-riformi wara li jiġu implimentati, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu raġonevoli li jiddefinixxi d-durabbiltà tar-riformi wara l-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Perjodu ta' ħames snin jenħtieġ li jitqies bħala minimu raġonevoli biex jiġi applikat. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri kontradittorji xierqa biex jiżguraw li d-deċiżjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni, il-kanċellazzjoni u l-irkupru tal-ammonti mħallsa tirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu osservazzjonijiet.
(32)Fir-rigward tal-istrument ta' appoġġ tekniku, l-Istati Membri ħadu dejjem aktar appoġġ tekniku taħt l-SRSP, lil hinn mill-aspettattivi inizjali. Kważi l-Istati Membri kollha talbu appoġġ taħt l-SRSP u t-talbiet huma distribwiti fl-oqsma ta' politika kollha koperti minn dan il-programm. Għal din ir-raġuni, il-karatteristiċi ewlenin tal-SRSP jenħtieġ li jinżammu, inklużi l-azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament taħt l-appoġġ tekniku.
(33)L-istrument ta' appoġġ tekniku taħt il-Programm jenħtieġ li jkompli jappoġġja l-implimentazzjoni tar-riformi mwettqa fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri, riformi fil-kuntest ta' proċessi ta' governanza ekonomika jew azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u riformi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku. L-istrument jenħtieġ li jipprovdi wkoll appoġġ tekniku għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' riformi li jridu jitwettqu taħt l-istrumenti l-oħra tal-Programm.
(34)F'konformità mar-regoli u l-prattika diġà eżistenti taħt l-SRSP, jenħtieġ li jiġi stabbilit proċess ħafif għas-sottomissjoni ta' talbiet għal appoġġ tekniku. B'rispett għall-prinċipju ġenerali ta' trattament ugwali, ġestjoni finanzjarja soda u trasparenza, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji xierqa għall-analiżi tat-talbiet tal-Istati Membri. Dawn il-kriterji jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-urġenza, is-severità u l-firxa tal-problemi, kif ukoll fuq il-ħtiġijiet ta' appoġġ identifikati fir-rigward tal-oqsma ta' politika fejn huwa previst l-appoġġ tekniku.
(35)Jenħtieġ li jiġi speċifikat ukoll il-kontenut tal-pjanijiet ta' kooperazzjoni u appoġġ li jagħti dettalji dwar il-miżuri għall-għoti ta' appoġġ tekniku lill-Istati Membri. Għal dak il-għan, il-miżuri ta' appoġġ tekniku previsti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali stmata relatata jenħtieġ li jqisu l-azzjonijiet u l-attivitajiet iffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew mill-programmi tal-Unjoni.
(36)Għall-finijiet ta' responsabbiltà, trasparenza u biex tkun żgurata l-viżibbiltà tal-azzjoni tal-Unjoni, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet li jipproteġu informazzjoni sensittiva, jenħtieġ li l-pjanijiet ta' kooperazzjoni u appoġġ jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u jenħtieġ li jitwettqu attivitajiet ta' komunikazzjoni mill-Kummissjoni kif xieraq.
(37)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-istrument ta' appoġġ tekniku, b'mod partikolari l-modi ta' ġestjoni, il-forom ta' finanzjament għall-miżuri ta' appoġġ tekniku u l-kontenut tal-programmi ta' ħidma, li jenħtieġ li jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Fid-dawl tal-importanza li jiġu sostnuti l-isforzi tal-Istati Membri fis-segwiment u l-implimentazzjoni tar-riformi, huwa meħtieġ li tiġi permessa rata ta' kofinanzjament għal għotjiet sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli. Sabiex ikun hemm mobilizzazzjoni rapida ta' appoġġ tekniku f'każ ta' urġenza, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-adozzjoni ta' miżuri speċjali għal perjodu ta' żmien limitat. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jitwarrab ammont limitat tal-baġit fil-programm ta' ħidma tal-istrument ta' appoġġ tekniku għal miżuri speċjali.
(38)Il-faċilità ta’ konverġenza jenħtieġ li jkollha l-għan li tipprovdi kemm appoġġ finanzjarju kif ukoll appoġġ tekniku lill-Istati Membri (minbarra dak diġà disponibbli taħt iż-żewġ strumenti l-oħra tal-Programm), li l-munita tagħhom mhijiex l-euro u li ħadu passi dimostrabbli lejn l-adozzjoni tal-munita unika f'perjodu ta' żmien speċifikat, bil-ħsieb li jgħinhom iħejju għas-sħubija fiż-żona tal-euro. Għal dan l-għan, il-“passi dimostrabbli” jenħtieġ li jkun jikkonsistu f’ittra formali mill-gvern tal-Istat Membru konċernat lill-Kummissjoni fejn jiddikjara l-impenn ċar tiegħu li jingħaqad maż-żona tal-euro fi żmien raġonevoli u definit u li jippreżenta pjan direzzjonali kredibbli marbut biż-żmien, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għall-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti biex iħejju għal parteċipazzjoni b’suċċess fiż-żona euro, inklużi passi biex jiġi żgurat l-allinjament sħiħ tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu mar-rekwiżiti taħt id-dritt tal-Unjoni (inkluż l-Unjoni Bankarja).
(39)L-istrument jenħtieġ li jkun magħmul minn żewġ komponenti differenti, li jenħtieġ li jkollhom l-għan li jipprovdu inċentivi finanzjarji akbar għall-Istati Membri li qed jibdew u qed iwettqu r-riformi strutturali rilevanti biex jingħaqdu maż-żona tal-euro, u jenħtieġ ukoll li jkollhom l-għan li joffru appoġġ tekniku addizzjonali u mmirat għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' dawn ir-riformi.
(40)Fl-interess tal-konsistenza u s-simplifikazzjoni, il-komponenti tal-appoġġ finanzjarju u tekniku mwettqa taħt il-faċilità ta’ konverġenza jenħtieġ li jsegwu l-istess regoli u proċess ta' implimentazzjoni bħall-istrumenti l-oħra taħt il-Programm. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet rilevanti marbuta mal-għodda għat-twettiq ta' riformi u mal-istrument ta’ appoġġ tekniku taħt il-Programm jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-komponenti rilevanti tal-faċilità ta’ konverġenza, ikkomplementati b'ċerti regoli speċifiċi.
(41)Fir-rigward tal-eliġibbiltà ta' riformi u azzjonijiet, jenħtieġ li jkun hemm ftit regoli addizzjonali dwar l-istabbiliment tal-allokazzjoni indikattiva massima, u dwar proposti għal impenji ta' riforma, talbiet għal appoġġ tekniku u l-proċess ta' valutazzjoni relatat. B'mod partikolari, taħt il-komponent ta' appoġġ finanzjarju tal-faċilità ta’ konverġenza, jenħtieġ li tkun possibbli kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali biex tiġi allokata lill-Istati Membri eliġibbli lil hinn mill-kontribuzzjoni finanzjarja li tiġi allokata taħt l-għodda għat-twettiq ta' riformi, li jenħtieġ li tingħata bħala tali jkunu saru riformi addizzjonali mill-Istat Membru konċernat.
(42)Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni u biex jiġi rrispettat il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, l-azzjonijiet taħt il-Programm jenħtieġ li jkunu konsistenti u komplementari mal-programmi attwali tal-Unjoni, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju għall-istess nefqa. B'mod partikolari, fl-istadji kollha tal-proċess, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jenħtieġ li jiżguraw koordinazzjoni effettiva sabiex jissalvagwardjaw il-konsistenza, il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn is-sorsi ta' finanzjament, inkluż l-assistenza teknika tagħhom.
(43)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li dan il-programm jiġi evalwat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjoni u piżijiet amministrattivi żejda, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post.
(44)Jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni indipendenti ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-kisba tal-għanijiet tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi tiegħu u l-valur miżjud tiegħu. Barra minn hekk, evalwazzjoni indipendenti ex-post jenħtieġ li tittratta l-impatt fuq terminu twil tal-Programm.
(45)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-impenji ta' riforma li jridu jiġu implimentati mill-Istati Membri, id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit tal-Programm allokata lilhom, u l-programmi ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tekniku. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni.
(46)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabilità tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.
(47)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
(48)Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan
(49)Dan ir-Regolament jenħtieġ li la jaffettwa l-kontinwazzjoni u lanqas il-modifika tal-miżuri ta' appoġġ approvati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 2017/825 jew kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li japplika għal dik l-assistenza fil-31 ta' Diċembru 2020. Il-miżuri approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/825 għalhekk jenħtieġ li jibqgħu validi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita wkoll dispożizzjoni tranżizzjonali,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm ta' Appoġġ għal Riformi ("il-Programm").
Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1."appoġġ tekniku" tfisser miżuri li jgħinu lill-Istati Membri biex iwettqu riformi strutturali istituzzjonali, amministrattivi u li jsostnu t-tkabbir, inkluż miżuri li jgħinu lill-Istati Membri, li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, biex iħejju għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro;
2."appoġġ finanzjarju" tfisser kontribuzzjoni finanzjarja lil Stat Membru għall-fini tal-implimentazzjoni ta' riformi strutturali identifikati fil-kuntest tal-proċess tas-Semestru Ewropew skont l-Artikolu 2-a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97, u għall-fini tal-implimentazzjoni ta' riformi li huma rilevanti għat-tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro;
3."awtorità nazzjonali" tfisser awtorità pubblika waħda jew aktar fil-livell tal-gvern, inkluż awtoritajiet pubbliċi f'livelli reġjonali u lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet ta’ Stati Membri skont [l-Artikolu 2(42)] tar-Regolament Finanzjarj, li tikkoopera fi spirtu ta' sħubija skont il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tal-Istati Membri;
4."fondi tal-Unjoni" tfisser il-fondi koperti mir-Regolament (UE) Nru YYY/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-suċċessur CPR];
5."organizzazzjoni internazzjonali" tfisser organizzazzjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 156 tar-Regolament Finanzjarju, u organizzazzjonijiet assimilati ma' xi organizzazzjoni internazzjonali bħal din skont dak l-Artikolu; u
6."Stat Membru eliġibbli", taħt il-faċilità ta’ konverġenza, tfisser Stat Membru, li l-munita tiegħu mhijiex l-euro u li jkun ħa passi dimostrabbli lejn l-adozzjoni tal-munita unika f'qafas ta' żmien speċifikat fit-tħejjija tiegħu biex jingħaqad maż-żona tal-euro. Il-passi dimostrabbli għandhom jikkonsistu f’ittra formali mill-gvern tal-Istat Membru konċernat lill-Kummissjoni fejn jiddikjara l-impenn ċar tiegħu li jingħaqad maż-żona tal-euro fi żmien raġonevoli u definit u li jippreżenta pjan direzzjonali kredibbli marbut biż-żmien, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għall-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti bi tħejjija għal parteċipazzjoni b’suċċess fiż-żona tal-euro, inklużi passi biex jiġi żgurat l-allinjament sħiħ tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu mar-rekwiżiti taħt id-dritt tal-Unjoni (inkluż l-Unjoni Bankarja).
Artikolu 3
Struttura tal-Programm
Il-Programm għandu jkun magħmul mill-istrumenti li ġejjin:
(a)l-għodda għat-twettiq ta' riformi;
(b)l-istrument ta' appoġġ tekniku; u
(c)l-faċilità ta’ konverġenza għat-tħejjija għas-sħubija fiż-żona tal-euro.
Artikolu 4
Għanijiet ġenerali
Il-programm għandu jappoġġa l-għanijiet ġenerali li ġejjin, fl-Istati Membri kollha:
(a)jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi nazzjonali ta' riforma ta' natura strutturali bl-għan li titjieb il-prestazzjoni tal-ekonomiji nazzjonali u jiġu promossi strutturi ekonomiċi u soċjali reżiljenti fl-Istati Membri, u b'hekk jikkontribwixxi għall-koeżjoni, għall-kompetittività, għall-produttività, għat-tkabbir u għall-impjiegi; u
(b)jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri fir-rigward tal-isfidi ffaċċjati mill-istituzzjonijiet, mill-governanza, mill-amministrazzjoni pubblika, u mis-setturi ekonomiċi u soċjali.
Artikolu 5
Għanijiet speċifiċi
1.Sabiex jinkisbu l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4, il-Programm għandu jkollu għanijiet speċifiċi, li għandhom jiġu segwiti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri konċernati.
2.Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
(a)fir-rigward tal-għodda għat-twettiq ta' riformi, il-Programm għandu jipprovdi lill-Istati Membri b'inċentivi finanzjarji bil-għan li jilħqu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi strutturali kif stabbilit fl-impenji ta' riformi li l-Istat Membru jkun daħal għalihom mal-Kummissjoni.
(b)fir-rigward tal-istrument ta' appoġġ tekniku, il-Programm għandu jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali fit-titjib tal-kapaċità amministrattiva tagħhom biex ifasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw riformi, inkluż permezz ta' skambju ta' prattiki tajbin, proċessi u metodoloġiji xierqa u ġestjoni aktar effettiva u effiċjenti tar-riżorsi umani.
(c)fir-rigward tal-faċilità ta’ konverġenza għat-tħejjija għas-sħubija fiż-żona tal-euro l-Programm għandu:
(i) jipprovdi inċentivi finanzjarji lill-Istati Membri eliġibbli biex jgħinuhom jiksbu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi, li huma rilevanti għat-tħejjija għall-parteċipazzjoni taż-żona tal-euro, kif stabbilit fl-impenji ta' riformi li l-Istat Membru jkun daħal għalihom mal-Kummissjoni; u
(ii) jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri eliġibbli biex itejbu l-kapaċità amministrattiva tagħhom biex ifasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw riformi rilevanti għat-tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro, inkluż permezz ta' skambju ta' prattiki tajbin, proċessi u metodoloġiji xierqa u ġestjoni aktar effettiva u effiċjenti tar-riżorsi umani.
Artikolu 6
Kamp ta’ applikazzjoni
L-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 għandhom jirreferu għall-oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni, mal-kompetittività, mal-produttività, mar-riċerka u l-innovazzjoni, mat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, mal-impjiegi u mal-investiment, b'mod partikolari għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)il-ġestjoni finanzjarja u tal-assi pubbliċi, il-proċess baġitarju, il-ġestjoni tad-dejn u l-amministrazzjoni tad-dħul u l-politiki li għandhom l-għan li jiġġieldu kontra l-evażjoni tat-taxxa;
(b)riforma istituzzjonali u funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika u tal-gvern elettroniku, inkluż fejn xieraq, permezz tas-simplifikazzjoni tar-regoli, stat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistemi ġudizzjarji u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;
(c)l-ambjent tan-negozju, inkluż għall-intrapriżi żgħar u medji, l-industrijalizzazzjoni mill-ġdid, l-iżvilupp tas-settur privat, is-swieq tal-prodotti u tas-servizzi, l-investiment, il-parteċipazzjoni pubblika fl-impriżi, il-proċessi ta' privatizzazzjoni, il-kummerċ u l-investiment dirett barrani, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, l-iżvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni;
(d)l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politika tas-suq tax-xogħol, inkluż id-djalogu soċjali, għall-ħolqien tal-impjiegi, il-ġlieda kontra l-faqar, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, is-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-assistenza soċjali, is-sistemi tas-saħħa pubblika u tal-kura tas-saħħa, kif ukoll il-politiki ta' koeżjoni, l-ażil, il-migrazzjoni u l-fruntieri;
(e)il-politiki għall-implimentazzjoni tal-azzjoni klimatika, il-mobbiltà, il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi, sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, il-kisba tad-diversifikazzjoni tal-enerġija u l-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija, u għas-settur agrikolu, is-sajd u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali; u
(f)il-politiki tas-settur finanzjarju, inkluż: il-promozzjoni tal-litteriżmu finanzjarju, l-istabbiltà finanzjarja, l-aċċess għall-finanzi u s-self lill-ekonomija reali; u l-produzzjoni, il-provvista u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta u l-istatistika.
Artikolu 7
Baġit
1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 25 000 000 000, f’termini ta’ prezzijiet attwali.
2.Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:
(a)sa EUR 22 000 000 000 għall-għodda għat-twettiq ta' riformi;
(b)sa EUR 840 000 000 għall-istrument ta' appoġġ tekniku;
(c)sa EUR 2 160 000 000 għall-faċilità ta' konverġenza, li minnhom:
(i) sa EUR 2 000 000 000 għall-komponent ta' appoġġ finanzjarju; u
(ii) sa EUR 160 000 000 għall-komponent ta' appoġġ tekniku.
Jekk sal-31 ta’ Diċembru tal-2023, skont il-faċilità ta' konverġenza Stat Membru mhux fiż-żona tal-euro ma jkunx ħa passi dimostrabbli biex jadotta l-munita unika f'perjodu ta' żmien speċifikat, l-ammont massimu disponibbli għal dak l-Istat Membru taħt il-komponent ta' appoġġ finanzjarju tal-faċilità ta' konverġenza skont l-Artikolu 26 għandu jiġi rillokat għall-għodda għat-twettiq ta' riformi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar dan wara li tkun tat lill-Istat Membru konċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha.
3.L-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm tista’ tkopri wkoll spejjeż li huma ta’ attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u r-realizzazzjoni tal-għanijiet tiegħu, b’mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu marbuta mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll, taħt kull wieħed mit-tliet strumenti msemmija fl-Artikolu 3, il-kostijiet ta' attivitajiet oħra ta' appoġġ bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti ta' appoġġ tekniku fuq il-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali.
4.Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta’ dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
KAPITOLU II
Għodda għat-Twettiq ta' Riformi
Artikolu 8
Riformi eliġibbli
Skont l-għanijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5(2), ir-riformi strutturali eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Programm għandhom ikunu dawk ir-riformi li għandhom l-għan li jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika.
Artikolu 9
Kontribuzzjoni finanzjarja massima
L-Anness 1 jistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja massima disponibbli għal kull Stat Membru mill-pakkett kumplessiv tal-għodda għat-twettiq ta' riformi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2). Din il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru bl-użu tal-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti f'dak l-Anness, abbażi tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għandha tiġi allokata lil kull Stat Membru, parzjalment jew b'mod sħiħ, f'kull stadju u sejħa tal-proċess ta' allokazzjoni stabbilit fl-Artikolu 10.
Artikolu 10
Proċess ta' allokazzjoni u sejħiet
1.Il-proċess ta' allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima disponibbli għal kull Stat Membru, imsemmi fl-Artikolu 9, għandu jsir fi stadji u sejħiet. Għal kull stadju u għal kull sejħa, Stat Membru jista' jipproponi li jirċievi sal-ammont sħiħ tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima, imsemmija fl-Artikolu 9, biex iwettaq l-impenji ta' riforma proposti skont l-Artikolu 11.
2.Għal perjodu ta' għoxrin xahar mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni EUR 11 000 000 000 li jirrappreżentaw 50 % tal-pakkett kumplessiv imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2). Kull Stat Membru jista' jipproponi li jirċievi sal-ammont sħiħ tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima, imsemmija fl-Artikolu 9, biex iwettaq impenji ta' riforma proposti skont l-Artikolu 11.
3.Għall-perjodu li jibda wara tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni EUR 11 000 000 000, li jirrappreżentaw il-50 % li jifdal mill-pakkett kumplessiv tal-għodda għat-twettiq ta' riformi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2), flimkien mal-ammont li ma jkunx ġie allokat f’konformità mal-paragrafu 2, fuq il-bażi ta' sejħiet organizzati u ppubblikati taħt l-għodda għat-twettiq ta' riformi. L-ewwel sejħa għandha tkun għall-allokazzjoni ta' EUR 11 000 000 000.
4.Jekk wara l-ewwel sejħa msemmija fil-paragrafu 3, il-pakkett kumplessiv disponibbli msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) ma jkunx ġie allokat kollu skont il-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha torganizza sejħiet ulterjuri. Għal dak il-għan, għandha tadotta u tippubblika kalendarju indikattiv tas-sejħiet ulterjuri li għandhom jiġu organizzati f'dak il-perjodu, u għandha tindika, f'kull sejħa, l-ammont li jifdal tal-pakkett kumplessiv imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2).
5.Jekk l-ammont li jifdal imsemmi fil-paragrafu 4 ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-Istati Membri li jkunu ssottomettew proposti taħt sejħa, kif stabbilit skont l-Artikolu 12, l-allokazzjonijiet lill-Istati Membri konċernati għandhom jiġu aġġustati proporzjonalment skont il-metodu stabbilit fl-Anness 1.
Artikolu 11
Proposta għal impenji ta' riforma
1.Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ mill-għodda għat-twettiq ta' riformi għandu jissottometti proposta għal impenji ta' riforma lill-Kummissjoni. Din il-proposta għandha tippreżenta sett dettaljat ta' miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi strutturali bi tweġiba għall-isfidi identifikati fil-proċess tas-Semestru Ewropew u għandu jkun fiha stadji importanti, miri u skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tar-riformi fuq perjodu massimu ta' tliet snin.
2.Il-proposta għal impenji ta' riforma għandha tiġi ppreżentata mill-Istat Membru konċernat flimkien mal-programm nazzjonali ta' riforma tiegħu fil-forma ta’ anness separat. Dak l-anness separat jista' jiġi ppreżentat flimkien mal-programm ta' riforma nazzjonali jew f'perjodu ta' żmien differenti.
3.Il-proposta għal impenji ta' riforma għandha tkun motivata u sostanzjata kif dovut. B'mod partikolari hija għandha tistabbilixxi l-elementi li ġejjin:
(a) in-natura u l-importanza tar-riforma strutturali proposti fil-kuntest tal-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew;
(b) l-impatti ekonomiċi u soċjali mistennija tar-riforma fl-Istat Membru konċernat u, fejn possibbli, l-effetti konsegwenzjali fi Stati Membri oħra;
(c) il-miżuri ta' akkumpanjament li jistgħu jkunu meħtieġa;
(d) il-kostijiet possibbli ta’ investiment relatati mar-riformi, inkluż informazzjoni dwar finanzjament eżistenti jew ippjanat ta’ dawk il-kostijiet mill-Unjoni;
(e) l-arranġamenti interni għall-implimentazzjoni effettiva tal-impenji ta' riforma mill-Istati Membri konċernati, inkluż l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati; u
(f) kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
4.Fit-tħejjija ta' proposti ta' kwalità għolja għal impenji ta' riforma, jistgħu jiġu organizzati pariri bejn il-pari mill-Kummissjoni sabiex l-Istati Membri li jitolbu jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza ta' Stati Membri oħra.
5.Meta tivvaluta l-proposta għal impenji ta' riforma, il-Kummissjoni għandha taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru konċernat. Il-Kummissjoni tista' tagħmel osservazzjonijiet jew tfittex informazzjoni addizzjonali. L-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista’ jirrevedi l-proposta, jekk meħtieġ, qabel is-sottomissjoni uffiċjali tagħha.
6.Meta tivvaluta l-proposta għal impenji ta' riforma u fid-determinazzjoni tal-ammont li għandu jiġi allokat lill-Istat Membru konċernat, il-Kummissjoni għandha tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru konċernat, kif imsemmi fil-paragrafu 3, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
7.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta n-natura u l-importanza tal-proposta għal impenji ta' riforma, u, għal dak il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
(a) jekk l-impenji ta' riforma:
(i).
humiex mistennija li jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, jiġifieri:
-
fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u f'dokumenti rilevanti oħra tas-Semestru Ewropew adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni; jew
-
fejn applikabbli, fil-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(ii).
jirrappreżentawx pakkett komprensiv ta’ riformi;
(iii).
humiex mistennija li jsaħħu l-prestazzjoni u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Istat Membru konċernat;
(iv).
humiex mistennija, permezz tal-implimentazzjoni tagħhom, li jkollhom impatt dejjiemi, fejn rilevanti, billi jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva tal-Istat Membru konċernat; u
(b) jekk l-arranġamenti interni proposti mill-Istati Membri konċernati humiex mistennija li jiżguraw implimentazzjoni effettiva tal-impenji ta’ riforma matul perjodu massimu ta’ tliet snin, inklużi l-istadji importanti u l-miri, u l-indikaturi relatati.
Il-kriterji tal-valutazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu applikati skont il-linji gwida stabbiliti fl-Anness II.
8.Għall-fini tal-valutazzjoni tal-proposti għal impenji ta' riforma sottomessi mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.
9.Il-Kumitat tal-Politika Ekonomika, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/604/KE dwar il-kompożizzjoni u l-istatuti tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika, jista' jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-proposti għal impenji ta' riforma sottomessi mill-Istati Membri.
Artikolu 12
Deċiżjoni tal-Kummissjoni
1.Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien erba’ xhur mis-sottomissjoni uffiċjali tal-proposta mill-Istat Membru, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-proposta għal impenji ta’ riforma sottomessa mill-Istat Membru, dik id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-impenji ta' riforma li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inkluż l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 10.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tikkomplementa miżuri jew operazzjonijiet oħra appoġġjati minn fondi tal-Unjoni, skont l-Artikolu 33.
2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ddeterminata billi titqies in-natura u l-importanza tar-riformi proposti mill-Istat Membru konċernat, kif ivvalutat fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11(7), u fuq il-bażi tal-linji gwida stabbiliti fl-Anness II, u skont il-kriterji li ġejjin:
(a)meta l-proposta għal impenji ta’ riforma preżentata mill-Istat Membru konċernat tikkonforma bis-sħiħ mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11(7), l-impenji ta’ riforma għandhom jiġu kkunsidrat bħala “maġġuri”, u għandu jiġu allokat lill-Istat Membru konċernat l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmi fl-Artikolu 9;
(b)meta l-proposta għal impenji ta’ riforma mill-Istat Membru konċernat tikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11(7), l-impenji ta’ riforma għandhom jitqiesu bħala “sinifikanti”, u l-Istat Membru konċernat għandu jiġu allokat nofs il-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 9; u
(c)meta l-proposta għal impenji ta’ riforma mill-Istat Membru konċernat ma tikkonformax b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11(7), ma għandha tiġi allokata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru konċernat.
3.Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas f'pagament wieħed ladarba l-Istat Membru jkun implimenta b'mod sodisfaċenti l-istadji importanti u l-miri kollha identifikati fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' kull impenn ta' riforma.
Id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-perjodu għall-implimentazzjoni tal-impenji ta' riforma, li ma għandux ikun aktar tard minn tliet snin wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi wkoll: l-arranġamenti dettaljati u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-impenji ta’ riforma u r-rappurtar dwarhom mill-Istat Membru konċernat fi ħdan il-proċess tas-Semestru Ewropew; l-indikaturi rilevanti fir-rigward tal-issodisfar tal-istadji importanti u tal-miri; u l-modalità biex jingħata aċċess lill-Kummissjoni għad-dejta sottostanti rilevanti.
4.Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva lil proposta għal riforma ta’ impenji sottomessa minn Stat Membru, hija għandha tikkomunika dik il-valutazzjoni fi żmien erba’ xhur wara s-sottomissjoni uffiċjali tal-proposta għal impenji ta’ riforma mill-Istat Membru.
Artikolu 13
Emenda tal-impenji ta' riforma
1.Meta l-impenji ta' riforma, inkluż l-istadji importanti u l-miri rilevanti, ma jkunux għadhom jistgħu jinkisbu, parzjalment jew totalment, mill-Istat Membru konċernat minħabba ċirkostanzi oġġettivi, l-Istat Membru konċernat jista' jagħmel talba motivata lill-Kummissjoni biex temenda jew tibdel id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 12(1). Għal dak il-għan, l-Istat Membru jista' jipproponi sett modifikat jew sett ġdid ta' impenji ta' riforma.
2.Meta l-Kummissjoni tikkonsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru konċernat jiġġustifikaw emenda fl-impenji ta’ riforma, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-proposta l-ġdida skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, u għandha tieħu deċiżjoni ġdida f’konformità mal-Artikolu 12 fi żmien erba’ xhur mill-preżentazzjoni tat-talba uffiċjali.
3.Meta l-Kummissjoni tikkonsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru konċernat ma jiġġustifikawx emenda tal-impenji ta’ riforma, hija għandha tirrifjuta t-talba fi żmien erba’ xhur mis-sottomissjoni uffiċjali tagħha, wara li tkun tat lill-Istat Membru konċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.
4.Emenda tal-impenji ta' riforma tista’ ssir darba biss fil-perjodu ta' implimentazzjoni stabbilit fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 12(1).
Artikolu 14
Rappurtar mill-Istat Membru fis-Semestru Ewropew
Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(3), l-Istat Membru konċernat għandu jirrapporta regolarment fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun għamel biex jikseb l-impenji ta' riforma. Għal dak il-għan, l-Istati Membri huma mistiedna jużaw il-kontenut tal-programmi ta' riforma nazzjonali bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn it-tlestija tar-riforma. L-arranġamenti dettaljati u l-iskeda għar-rappurtar, inkluż il-modalità biex jingħata aċċess lill-Kummissjoni għad-dejta sottostanti rilevanti, għandhom jiġu stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 12(1).
Artikolu 15
Regoli dwar il-pagamenti, is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji
1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta lil Stat Membru taħt l-għodda għat-twettiq ta' riformi għandha tieħu l-forma ta' finanzjament mhux marbut mal-kost msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju; din għandha tiġi ġestita skont ir-regoli għall-ġestjoni diretta stabbiliti f'dak ir-Regolament, u ma għandhiex tirrikjedi kofinanzjament nazzjonali.
2.Id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 12(1) għandha tikkostitwixxi impenn legali individwali skont it-tifsira tar-Regolament Finanzjarju, li jista' jkun ibbażat fuq impenji globali. L-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu f'pagamenti annwali mifruxa fuq bosta snin.
3.Il-pagament tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-Istat Membru konċernat skont dan l-Artikolu għandu jsir skont l-approprjazzjonijiet baġitarji u soġġett għall-finanzjament disponibbli.
4.Malli jitlestew l-impenji ta' riforma, l-Istat Membru konċernat għandu jissottometti lill-Kummissjoni talba ġustifikata kif dovut għall-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 12(1) ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għal dan l-għan, tista' tkun assistita minn esperti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 11(8).
Jekk il-valutazzjoni jkollha riżultat pożittiv, l-iżborż tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jsir f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.
5.Jekk, bħala riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-istadji importanti u l-miri stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 12(1) ma ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha jew parti minnha għandu jiġi sospiż. L-Istat Membru konċernat għandu jkollu l-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
Is-sospensjoni għandha titneħħa jekk l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura implimentazzjoni sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri msemmija fl-Artikolu 12(1).
6.B’deroga mill-Artikolu 116(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-iskadenza tal-pagament għandha tibda jiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni tal-eżitu pożittiv lill-Istat Membru skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, jew mid-data tal-komunikazzjoni tat-tneħħija tas-sospensjoni skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.
7.Jekk l-Istat Membru konċernat ma jkunx ħa l-miżuri meħtieġa fi żmien sitt xhur mis-sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tikkanċella l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Finanzjarju wara li tkun tat lill-Istat Membru konċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha.
8.Jekk, fi żmien tmintax-il xahar mid-data tal-adozzjoni tal-impenji ta' riforma stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 12(1), ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli fir-rigward ta' kwalunkwe wieħd mill-istadji importanti u mill-miri rilevanti mill-Istat Membru konċernat, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiġi kanċellat skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Finanzjarju. L-ebda progress tanġibbli għandu jfisser li l-Istat Membru ma jkunx irrispetta l-iskeda taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 12(3).
Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-kanċellazzjoni wara li tkun tat lill-Istat Membru konċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha.
Artikolu 16
Durabbiltà tar-riformi
1.Stat Membru għandu jħallas lura lill-Kummissjoni kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa lilu skont l-Artikolu 15 fir-rigward ta' impenn ta' riforma, jekk fi żmien ħames snin mill-pagament, il-kundizzjonijiet li jkunu wasslu għall-pagament ikunu nbidlu b'mod sinifikanti fl-Istat Membru konċernat.
2.Il-każijiet li ġejjin għandhom jirrappreżentaw bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet li jkunu ppermettew il-pagament:
(a)l-elementi li wasslu għall-kisba tal-impenji ta' riforma jitreġġgħu lura; jew
(b)l-elementi li wasslu għall-kisba tal-impenji ta' riforma ġew immodifikati b'mod sinifikanti b'miżuri oħra.
3.Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar ir-ripagament wara li tkun tat lill-Istat Membru konċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha.
Artikolu 17
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u komunikazzjoni dwar l-impenji ta' riforma
1.Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-impenji ta' riforma msemmija fl-Artikolu 12 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien bla bżonn.
2.Jekk l-Istat Membru konċernat ikun ta l-kunsens tiegħu, il-Kummissjoni tista' tidħol f'attivitajiet ta' komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibbiltà tal-fondi tal-Unjoni għall-appoġġ finanzjarju previst fil-pakkett ta' impenn għar-riforma.
KAPITOLU III
Strument ta' appoġġ tekniku
Artikolu 18
Azzjonijiet eliġibbli għal appoġġ tekniku
Skont l-għanijet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 4 u punt (b) tal-Artikolu 5(2), l-istrument ta' appoġġ tekniku għandu jiffinanzja, b'mod partikolari, it-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin:
(a)l-għarfien espert relatat mal-konsulenza dwar il-politika, bidla fil-politika, formulazzjoni ta' strateġiji u pjanijiet direzzjonali ta' riforma, kif ukoll mar-riformi leġiżlattivi, istituzzjonali, strutturali u amministrattivi;
(b)il-provvista fuq terminu qasir jew twil ta' esperti, inkluż esperti residenti, biex iwettqu kompiti f'oqsma speċifiċi jew biex iwettqu attivitajiet operazzjonali, fejn meħtieġ b'interpretazzjoni, traduzzjoni u appoġġ ta' kooperazzjoni, assistenza amministrattiva u faċilitajiet u tagħmir ta' infrastruttura;
(c)il-bini ta' kapaċità istituzzjonali, amministrattiva jew settorjali u l-azzjonijiet ta' appoġġ relatati, fil-livelli kollha ta' governanza anke billi jikkontribwixxi għall-għoti tas-setgħa lis-soċjetà ċivili, kif xieraq, b'mod partikolari:
(i)seminars, konferenzi u workshops;
(ii)żjarat ta' ħidma lill-Istati Membri jew pajjiżi terzi rilevanti biex l-uffiċjali jkunu jistgħu jiksbu jew iżidu l-għarfien espert jew l-għarfien tagħhom fi kwistjonijiet rilevanti; u
(iii)azzjonijiet ta' taħriġ u l-iżvilupp ta' moduli ta' taħriġ onlajn jew oħrajn biex jappoġġjaw il-ħiliet u l-għarfien professjonali neċessarji relatati mar-riformi rilevanti;
(d)il-ġbir ta' dejta u statistiki, l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment;
(e)l-organizzazzjoni ta' appoġġ operazzjonali lokali f'oqsma bħall-ażil, il-migrazzjoni u l-kontrolli tal-fruntieri;
(f)Il-bini tal-kapaċità tal-IT, inkluż għarfien espert relatat mal-iżvilupp, il-manutenzjoni, it-tħaddim u l-kontroll tal-kwalità tal-infrastruttura tal-IT u l-applikazzjonijiet meħtieġa biex jimplimentaw ir-riformi rilevanti, kif ukoll l-għarfien espert relatat ma' programmi mmirati lejn id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi;
(g)studji, riċerka, analiżijiet u stħarriġ, evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt u l-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv;
(h)proġetti ta' komunikazzjoni għal tagħlim, kooperazzjoni, sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' disseminazzjoni u skambju ta' prattiki tajba; organizzazzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni, kampanji u avvenimenti tal-midja, inkluż komunikazzjoni korporattiva u komunikazzjoni, fejn xieraq, permezz ta' netwerks soċjali; u
(i)il-kumpilazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' materjali biex tiġi mxerrda l-informazzjoni u r-riżultati tal-Programm, inkluż permezz tal-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' sistemi u għodod li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;
Artikolu 19
Talba għal appoġġ tekniku
1.Stat Membru li jkun jixtieq jirċievi appoġġ tekniku taħt dan l-istrument għandu jissottometti talba għal appoġġ tekniku lill-Kummissjoni, fejn jidentifika l-oqsma ta' politika u l-prijoritajiet għal appoġġ fi ħdan l-ambitu tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 6. Il-Kummissjoni għandha torganizza sejħiet taħt l-istrument ta' appoġġ tekniku, li jistabbilixxu skadenzi xierqa għas-sottomissjoni tat-talbiet. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi gwida dwar l-elementi ewlenin li għandhom jiġu inklużi fit-talba għal appoġġ.
2.L-Istati Membri jistgħu jissottomettu talba għal appoġġ tekniku fiċ-ċirkostanzi li ġejjin marbuta ma':
(a)l-implimentazzjoni ta' riformi mill-Istati Membri, imwettqa fuq l-inizjattiva propja, b'mod partikolari biex jinkiseb tkabbir ekonomiku sostenibbli u ħolqien ta' impjiegi;
(b)l-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni taħt strumenti eżistenti, b'mod partikolari skont ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 fir-rigward ta' Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro;
(c)l-implimentazzjoni ta' riformi li jsostnu t-tkabbir fil-kuntest ta' proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew jew azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni;
(d)it-tħejjija ta' proposta għal impenji ta' riforma u l-implimentazzjoni tal-impenji ta' riforma meħuda mill-Istati Membri;
(e)l-implimentazzjoni ta' riformi, li huma rilevanti għat-tħejjija għas-sħubija fiż-żona tal-euro għall-Istati Membri, li l-munita tagħhom mhijiex l-euro u li ħadu passi dimostrabbli lejn l-adozzjoni tal-munita unika f'perjodu ta' żmien speċifikat.
3.Filwaqt li jitqiesu l-prinċipji ta' trasparenza, trattament ugwali u ġestjoni finanzjarja soda, u wara djalogu mal-Istat Membru, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1 abbażi tal-urġenza, il-wisa' u l-profondità tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika konċernati, analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru.
Abbażi ta' dik l-analiżi, u filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-miżuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħra tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tilħaq ftehim mal-Istat Membru konċernat dwar l-oqsma ta' priojorità għal appoġġ, l-għanijiet, skeda ta' żmien indikattiva, l-ambitu tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja kumplessiva stmata għal appoġġ tekniku bħal dan, li għandha tiġi stabbilita f'pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ.
4.Il-pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jidentifika, b'mod separat minn appoġġ tekniku ieħor, il-miżuri marbuta mat-tħejjija għas-sħubija fiż-żona tal-euro skont l-Artikolu 32. Il-pjan għandu jidentifika wkoll b'mod separat il-miżuri marbuta mal-impenji ta' riforma meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikoli 13 u 29.
Artikolu 20
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u komunikazzjoni dwar il-pjanijiet ta' kooperazzjoni u appoġġ
1.Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti, bil-kunsens tal-Istat Membru konċernat, il-pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien bla bżonn. L-Istat Membru konċernat jista' jirrifjuta li jagħti tali kunsens f’każ ta' informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru.
2.Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)malli l-Istat Membru konċernat ikun neħħa l-informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali kollha, li d-divulgazzjoni tagħha tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru;
(b)wara perjodu raġonevoli ta' żmien, meta d-divulgazzjoni ta' informazzjoni rilevanti ma taffettwax ħażin l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' appoġġ taħt il-Programm, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahrejn wara r-riżultati tanġibbli minn dawn il-miżuri taħt il-pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ
3.Il-Kummissjoni tista' tidħol f'attivitajiet ta' komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni għall-miżuri ta' appoġġ previsti fil-pjanijiet ta' kooperazzjoni u appoġġ.
Artikolu 21
Kontribuzzjonijiet finanzjarji oħra għall-istrument ta' appoġġ tekniku
1.Minbarra l-pakkett finanzjarju stabbilit fil-punti (b) u c(ii) tal-Artikolu 7(2), il-baġit tal-appoġġ tekniku taħt il-Programm jista' jiġi ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali mill-Istati Membri.
2.Il-kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonsistu f’kontribuzzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 100 tar-Regolament [is-suċċessur tas-CPR], u skont il-proċedura stipulata f’dak l-Artikolu, kif imsemmi fl-Artikolu 7(4).
Artikolu 22
Finanzjament komplementari
L-azzjonijiet finanzjati taħt l-istrument ta' appoġġ tekniku jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi, strumenti jew fondi oħra tal-Unjoni taħt il-baġit tal-Unjoni sakemm dan l-appoġġ ma jkoprix l-istess kost.
Artikolu 23
Implimentazzjoni tal-istrument ta' appoġġ tekniku
1.Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-istrument ta' appoġġ tekniku taħt il-Programm skont ir-Regolament Finanzjarju.
2.Il-miżuri tal-istrument tal-appoġġ tekniku taħt il-Programm jistgħu jiġu implimentati jew direttament mill-Kummissjoni jew, indirettament, minn entitajiet u persuni li mhumiex Stati Membri skont l-Artikolu XX tar-Regolament Finanzjarju. B'mod partikolari, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal azzjonijiet skont l-Artikolu 19 għandu jieħu l-forma ta':
(a)għotjiet;
(b)kuntratti ta’ akkwist pubbliku;
(c)rimborż ta' kostijiet imġarrba minn esperti esterni, inklużi esperti minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-Istati Membri li jipprovdu jew jirċievu appoġġ;
(d)kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji, stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali; u
(e)azzjonijiet imwettqa permezz ta' ġestjoni indiretta.
3.Jistgħu jingħataw għotjiet lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, lill-grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lil korpi pubbliċi jew privati u lil entitajiet legalment stabbiliti fi:
(a)Stati Membri;
(b)il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
Ir-rata ta' kofinanzjament tal-għotjiet għandha tkun sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
4.L-appoġġ tekniku jista' jiġi pprovdut ukoll minn esperti individwali, li jistgħu jiġu mistiedna jikkontribwixxu għal attivitajiet magħżula organizzati taħt il-Programm kull meta jkun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-punti (b) u punt (c) ii) tal-Artikolu 5(2).
5.Sabiex timplimenta l-istrument ta' appoġġ tekniku taħt il-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.
Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu l-allokazzjoni għall-istrument ta' appoġġ tekniku. Huma għandhom jistabbilixxu wkoll il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, f'konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi msemmija fil-punti (b) u (c)(ii) tal-Artikolu 5(2) u l-kriterji tal-għażla u tal-għoti, u l-elementi kollha meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju.
6.Sabiex tkun żgurata disponibbiltà f'waqtha ta' riżorsi, parti limitata tal-programm ta' ħidma għandha tkun riservata għal miżuri speċjali fil-każ ta' raġunijiet ta' urġenza mhux previsti u debitament ġustifikati li jeħtieġu rispons immedjat, inkluż tfixkil seju fl-ekonomija jew ċirkostanzi sinifikanti li jaffettwaw b'mod seju l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu.
Il-Kummissjoni tista', fuq talba ta' Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ tekniku, tadotta miżuri speċjali skont l-għanijiet u l-azzjonijiet definiti f'dan l-istrument biex tipprovdi appoġġ tekniku lill-awtoritajiet nazzjonali fl-indirizzar ta' ħtiġijiet urġenti. Dawn il-miżuri speċjali għandhom ikunu interim fin-natura tagħhom, u għandhom ikunu soġġetti biss għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(2). Il-miżuri speċjali għandhom jintemmu fi żmien sitt xhur u jistgħu jiġu sostitwiti b'miżuri ta' appoġġ tekniku skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19.
KAPITOLU IV
Faċilità ta' Konverġenza
Artikolu 24
Dispożizzjonijiet ġenerali
1.Il-faċilità ta’ konverġenza għal sħubija fiż-żona tal-euro hija disponibbli għal kull Stat Membru eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 2(6). L-appoġġ għandu jikkonsisti minn żewġ komponenti:
(a)il-komponent ta' appoġġ finanzjarju; u
(b)il-komponent ta' appoġġ tekniku.
2.Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II għandhom japplikaw għall-komponent ta' appoġġ finanzjarju, komplementat bid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 25 sa 29.
3.Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II għandhom japplikaw għall-komponent ta' appoġġ finanzjarju, komplementat bid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32.
Taqsima 1
Appoġġ finanzjarju
Artikolu 25
Riformi eliġibbli
Ir-riformi strutturali eliġibbli għal finanzjament taħt il-faċilità ta’ konverġenza għandhom ikunu riformi li jgħinu lill-Istati Membri eliġibbli fit-tħejjija tagħhom biex jissieħbu fiż-żona tal-euro. Dawn ir-riformi għandhom ikunu mmirati biex jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika.
Artikolu 26
Kontribuzzjoni finanzjarja massima disponibbli għall-Istati Membri
L-Anness X jistabbilixxi kontribuzzjoni finanzjarja massima disponibbli għal kull Stat Membru mill-pakkett finanzjarju kumplessiv imsemmi fil-punt (c)(i) tal-Artikolu 7(2). Din il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru eliġibbli skont il-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti f’dak l-Anness, abbażi tal-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru, u tapplika għal kull stadju ta’ allokazzjoni u s-sejħiet stipulati fl-Artikolu 10.
Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2), din il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għandha tiġi allokata lil kull Stat Membru, parzjalment jew b'mod sħiħ, f'kull stadju tal-proċess ta' allokazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 u għandha tirrappreżenta kontribuzzjoni addizzjonali lil hinn mill-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 9, li għandha tingħata talli l-Istat Membru konċernat ikun wettaq riformi addizzjonali.
Artikolu 27
Proposta għal impenji ta' riforma
1.Stat Membru eleġibbli għandu jissottometti proposta għal impenji ta' riforma taħt il-komponent ta' appoġġ finanzjarju ta' din il-faċilità ta' konverġenza, f’konformità mal-Artikolu 11.
2.Il-proposta għal impenji ta’ riforma msemmija fil-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi r-riformi li huma meqjusa importanti għat-tħejjija tal-Istat Membru eliġibbli għal parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro, u għandha tirreferi għall-ittra formali mill-gvern tal-Istat Membru konċernat lill-Kummissjoni li tiddikjara l-impenn ċar tiegħu li jingħaqad fiż-żona tal-euro fi żmien raġonevoli u definit u fejn jippreżenta pjan direzzjonali kredibbli u marbut biż-żmien, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għall-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti biex iħejji għal parteċipazzjoni b’suċċess fiż-żona tal-euro, inkluż passi li jiżguraw allinjament sħiħ tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni (inkluż l-Unjoni Bankarja).
Din il-proposta ma għandhiex tirrigwarda riformi li huma diġà proposti jew diġà ffinanzjati mill-għodda għat-twettiq ta' riformi msemmija fil-Kapitolu II.
3.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kwalunkwe proposta għal impenji ta' riforma sottomessa taħt il-komponent ta' appoġġ finanzjarju tal-faċilità ta' konverġenza skont l-Artikolu 11. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll ir-rilevanza tal-impenji ta' riforma proposti għat-tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro.
Artikolu 28
Deċiżjoni tal-Kummissjoni
1.Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 12(1), li għandha tistabbilixxi l-istess elementi msemmija f'dak l-Artikolu, fir-rigward tal-impenji ta' riforma li għandhom jiġu implimentati mill-Istat Membru eliġibbli, li huma importanti għat-tħejjija għal parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro. Dik id-deċiżjoni għandha tirreferi wkoll għall-ittra formali mill-gvern tal-Istat Membru konċernat lill-Kummissjoni fejn jiddikjara l-impenn ċar tiegħu li jingħaqad maż-żona tal-euro fi żmien raġonevoli u definit u li jippreżenta pjan direzzjonali kredibbli marbut biż-żmien, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għall-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti bi tħejjija għal parteċipazzjoni b’suċċess fiż-żona tal-euro, inkluż passi biex jiġi żgurat l-allinjament sħiħ tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu mar-rekwiżiti taħt id-dritt tal-Unjoni (inkluż l-Unjoni Bankarja).
2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilita fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 12(1) għandha tiġi ddeterminata skont l-istess kriterji speċifikati f'dak l-Artikolu u skont il-kriterju addizzjonali stipulat fl-Artikolu 27(3). Din għandha tirrappreżenta kontribut separat meta mqabbla mal-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija skont l-għodda għat-twettiq ta' riformi u għandha tiġi allokata għal riformi li huma importanti għat-tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro u li jitwettqu mill-Istat Membru konċernat.
Artikolu 29
Finanzjament komplementari
Ir-riformi li jiġu ffinanzjati mill-għodda għat-twettiq ta' riformi skont il-Kapitolu II ma għandhomx jiġu ffinanzjati mill-komponent tal-appoġġ finanzjarju tal-faċilità ta' konverġenza.
Taqsima 2
Appoġġ tekniku
Artikolu 30
Azzjonijiet eliġibbli
Skont l-għanijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 4 u l-punt (c)(ii) tal-Artikolu 5(2) il-faċilità ta’ konverġenza tista' tiffinanzja azzjonijiet u attivitajiet, skont l-Artikolu 18, li jappoġġjaw riformi li jgħinu lill-Istati Membri eliġibbli fit-tħejjija tagħhom biex jissieħbu fiż-żona tal-euro.
Artikolu 31
Talba għal appoġġ tekniku
1.Stat Membru eliġibbli għandu jissottometti talba għal appoġġ tekniku taħt il-faċilità ta’ konverġenza, skont l-Artikolu 19. It-talba għandha tirreferi wkoll għall-ittra formali mill-gvern tal-Istat Membru konċernat lill-Kummissjoni fejn jiddikjara l-impenn ċar tiegħu li jingħaqad maż-żona tal-euro fi żmien raġonevoli u definit u li jippreżenta pjan direzzjonali kredibbli marbut biż-żmien, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għall-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti bi tħejjija għal parteċipazzjoni b’suċċess fiż-żona tal-euro, inkluż passi biex jiġi żgurat l-allinjament sħiħ tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu mar-rekwiżiti taħt id-dritt tal-Unjoni (inkluż l-Unjoni Bankarja).
2.It-talbiet għal appoġġ tekniku għandhom jindikaw jekk humiex rilevanti għat-tħejjija għas-sħubija fiż-żona tal-euro skont l-Artikolu 30, billi jipprovdu ġustifikazzjoni xierqa tagħhom.
3.Il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talbiet għal appoġġ tekniku taħt il-faċilità ta’ konverġenza b'mod separat minn talbiet oħra għal appoġġ tekniku. Fit-twettiq tal-analiżi tagħha skont l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll ir-rilevanza tat-talba għat-tħejjija għas-sħubija fiż-żona tal-euro.
4.Il-pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ imsemmi fl-Artikolu 19(3) għandu jidentifika, b'mod separat minn appoġġ tekniku ieħor, il-miżuri marbuta mat-tħejjija għas-sħubija fiż-żona tal-euro.
Artikolu 32
Implimentazzjoni ta' appoġġ tekniku
Il-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 23(5) għandhom jistabbilixxu wkoll l-allokazzjoni ta' appoġġ tekniku lill-Istati Membri eliġibbli fir-rigward ta' riformi li jgħinu fit-tħejjija tagħhom biex jissieħbu fiż-żona tal-euro. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu ukoll il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, f'konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4 u fil-punt(c)(ii) tal-Artikolu 5(2), il-kriterji tal-għażla u tal-għoti, u l-elementi kollha meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju.
KAPITOLU V
Komplementarjetà, monitoraġġ u evalwazzjoni
Artikolu 33
Koordinazzjoni u komplementarjetà
1.Il-Kummissjoni u l-Istati Membri konċernati għandhom, f'miżura proporzjonata għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Programm u programmi u strumenti oħra tal-Unjoni, u b'mod partikolari ma' miżuri finanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dak il-għan, dawn għandhom:
(a)jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza bejn strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri finanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni;
(b)jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex jevitaw duplikazzjoni tal-isforz; u
(c)jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali biex jirriżultaw f’azzjonijiet ta' appoġġ koerenti u simplifikati taħt kull wieħed mill-istrumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament.
2.Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura l-komplementarjetà u s-sinerġiji bl-appoġġ provdut minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra.
Artikolu 34
Monitoraġġ tal-implimentazzjoni
1.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Programm u tkejjel il-kisba tal-għanijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 5. L-indikaturi li għandhom jintużaw għar-rappurtar dwar il-progress u għall-fini tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi huma stabbiliti fl-Anness III ta’ kull strument tal-Programm. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat u proporzjonat għall-attivitajiet imwettqa taħt l-istrumenti differenti tal-Programm.
2.Is-sistema tar-rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-dejta għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-Programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonali fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-UE.
Artikolu 35
Rapport annwali
1.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Programm.
2.Fir-rigward tal-attivitajiet ta' appoġġ finanzjarju, ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress magħmul fl-impenji ta' riforma mill-Istati Membri konċernati taħt l-għodda għat-twettiq ta' riformi. Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll informazzjoni ekwivalenti dwar l-implimentazzjoni tal-komponent ta' appoġġ finanzjarju taħt il-faċilità ta’ konverġenza.
Għall-fini tar-rappurtar dwar l-attivitajiet ta' appoġġ finanzjarju msemmi fis-subparagrafu 1, il-Kummissjoni tista' tuża l-kontenut tad-dokumenti rilevanti adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni taħt is-Semestru Ewropew, kif xieraq.
3.Fir-rigward tal-attivitajiet ta' appoġġ tekniku, ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar:
(a)talbiet għal appoġġ sottomessi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19(1);
(b)l-analiżi tal-applikazzjoni tal-kriterji, imsemmija fl-Artikolu 19(2), użata biex jiġu analizzati t-talbiet għall-appoġġ sottomessi mill-Istati Membri;
(c)pjanijiet ta' kooperazzjoni u appoġġ imsemmija fl-Artikolu 19(3); u
(d)miżuri speċjali adottati skont l-Artikolu 23(6).
4.Fir-rigward tal-attivitajiet ta' appoġġ tekniku, ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll l-istess elementi msemmija fil-paragrafu 3 fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-komponent tal-appoġġ tekniku taħt il-faċilità ta’ konverġenza.
Artikolu 36
Evalwazzjoni tal-Programm
1.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni b'rapport ta' evalwazzjoni indipendenti ta' nofs it-terminu dwar il-Programm sa mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm u b'rapport ta' evalwazzjoni ex post indipendenti dwar il-Programm sa mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1.
2.L-evalwazzjoni għandha tkopri l-għodda għat-twettiq ta' riformi, l-istrument ta’ appoġġ tekniku u l-faċilità ta’ konverġenza.
3.Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-għanijet tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-għanijiet u l-azzjonijiet kollha.
4.Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti minn valutazzjoni globali tal-Programm u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu fuq terminu twil.
KAPITOLU VI
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali
Artikolu 37
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet msemmija fl-Artikoli 4 u 5.
Artikolu 38
Dispożizzjoni tranżizzjonali
1.Azzjonijiet u attivitajiet ta' appoġġ tekniku mibdija fil-31 ta' Diċembru 2020, jew qabel, skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/825 għandhom ikomplu jiġu rregolati minn dak ir-Regolament sakemm jitlestew.
2.Il-pakkett finanzjarju tal-Programm imsemmi fil-punt (b) u punt (c)(ii) tal-Artikolu 7(2) jista' wkoll ikopri spejjeż ta' assistenza teknika u amministrattiva, inkluż il-monitoraġġ, il-komunikazzjoni u l-evalwazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/825 u li ma jkunux tlestew sal-31 ta’ Diċembru 2020.
3.Fejn meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit lil hinn mill-2020 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 7(3) relatati mal-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux imwettqa sal-31 ta' Diċembru 2020.
Artikolu 39
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.Durata u impatt finanzjarju
1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata(i)
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi għall-perjodu 2021 - 2027
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)
Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
✓ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja
✓ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn/ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida
1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Riformi strutturali huma bidliet li jimmodifikaw, b'mod li jdum, l-istruttura ta' ekonomija jew il-qafas istituzzjonali u regolatorju li fih joperaw in-negozji u n-nies. Jekk magħżula u implimentati sew, ir-riformi strutturali jistgħu jħaffu l-proċess ta' konverġenza soċjali u ekonomika bejn l-Istati Membri, kemm ġewwa kif ukoll barra ż-żona tal-euro, u jsaħħu r-reżiljenza tal-ekonomiji tal-Istati Membri. Dan huwa mistenni li jwassal għal prosperità akbar u għal funzjonament bla xkiel u stabbli tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) kollha kemm hi.
Filwaqt li r-riformi strutturali huma mfassla biex isaħħu l-kompetittività tal-ekonomija, it-tkabbir potenzjali u r-reżiljenza ekonomika u soċjali, il-benefiċċji tagħhom spiss jimmaterjalizzaw biss fuq perjodu twil, filwaqt li l-kostijiet ekonomiċi, soċjali u politiċi tagħhom spiss jiġġarrbu fuq perjodu qasir. Il-gvernijiet nazzjonali jistgħu, għalhekk, jibqgħu lura milli jagħtu bidu għall-implimentazzjoni ta' xi riformi. Esperjenza fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika taħt is-Semestru Ewropew turi li l-implimentazzjoni tar-riformi tibqa' waħda bil-mod u mhux uniformi madwar l-Istati Membri, u twassal għal impatti negattivi fuq il-konverġenza u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tal-Istati Membri tal-UE u għalhekk tal-Unjoni kollha kemm hi.
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni qed tipproponi Programm ta' Appoġġ għal Riformi ġdid (il-Programm), li jinkludi tliet strumenti komplementari separati: (i) l-għodda għat-twettiq ta' riformi; (ii) programm ta' segwitu għall-SRSP, fil-forma ta' strument ta' appoġġ tekniku; u (iii) il-faċilità ta’ konverġenza, li tipprovdi appoġġ immirat u speċifiku lil Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, li jkunu ħadu passi dimostrabbli biex jissieħbu fiż-żona tal-euro sa żmien speċifikat. Il-Programm għalhekk għandu l-għan li jappoġġja lill-gvernijiet u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, fuq talba tagħhom jew mal-proposti ta' riforma tagħhom, fl-isforzi tagħhom biex ifasslu u jimplimentaw riformi strutturali li jsostnu t-tkabbir. Il-Programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-għan ġenerali li jitjiebu l-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir u l-impjiegi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jipprovdi inċentivi finanzjarji għat-tlestija ta' riformi ta' natura strutturali u appoġġ tekniku biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri fir-rigward tal-isfidi li jaffaċċjaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u soċjali.
1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.
Ir-raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex-ante)
Il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi l-ġdid se joffri kombinazzjoni unika ta' strumenti għall-Istati Membri kollha tal-UE, u b'hekk jimmassimizza l-impatt fil-livell tal-UE. Il-valur miżjud ewlieni tiegħu huwa l-karattru volontarju u l-promozzjoni tas-sjieda tar-riformi mill-Istati Membri.
L-għodda għat-twettiq ta' riformi hija rispons dirett għall-implimentazzjoni dgħajfa tar-riformi strutturali fil-livell nazzjonali u għal vojt identifikat fis-sistema attwali tal-governanza ekonomika tal-UE. Filwaqt li l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali fl-Istati Membri tibqa' kompetenza nazzjonali, azzjoni fil-livell tal-UE se tipprovdi spinta sabiex tingħeleb l-eżitazzjoni politika biex jitwettqu riformi (li jistgħu jkunu parzjalment relatati mal-kostijiet finanzjarji jew politiċi fuq perjodu qasir). Il-Programm għandu l-għan ukoll li jipprovdi appoġġ finanzjarju konkret għall-implimentazzjoni ta' riformi identifikati fil-proċess tas-Semestru Ewropew, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà.
L-istrument ta' appoġġ tekniku (u l-komponent ta' appoġġ tekniku tal-faċilità ta’ konverġenza) se jkomplu jsaħħu l-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri permezz ta' netwerk ta' għarfien espert mal-Unjoni kollha għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha li jitolbu appoġġ u se jippromwovi fiduċja reċiproka u aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.
Il-komponent ta' appoġġ finanzjarju tal-faċilità ta’ konverġenza, immirat lejn l-Istati Membri, li ħadu passi dimostrabbli biex jadottaw il-munita unika f'perjodu speċifikat, se jkollu l-għan li jsaħħaħ ir-reżiljenza ta' dawn l-Istati Membri fi triqithom biex jissieħbu fiż-żona tal-euro u r-reżiljenza taż-żona tal-euro kollha kemm hi, u dan jippermetti effetti transfruntiera pożittivi u/jew effetti konsegwenzjali pożittivi għaż-żona tal-euro u għall-Unjoni kollha kemm hi.
Il-valur miżjud iġġenerat mistenni tal-Unjoni (ex-post)
Filwaqt li l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali fl-Istati Membri tibqa' kompetenza nazzjonali, is-snin ta' kriżi wrew li minħabba r-rabtiet qawwija bejn l-ekonomiji tal-Istati Membri, l-isforzi ta' riformi ma jistgħux ikunu kwistjoni nazzjonali biss. Il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika ġiet imsaħħa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew iżda l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż sa issa kienet irregolari madwar l-Istati Membri. Il-programm se jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-implimentazzjoni tar-riformi taħt is-Semestru Ewropew. Billi jagħmel hekk, se jikkontribwixxi għall-istabbiltà makroekonomika u għar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istati Membri. L-impatt tiegħu għalhekk se jinħass mhux biss fil-livell nazzjonali, iżda se jkollu wkoll effetti konsegwenzjali pożittivi għall-Unjoni kollha kemm hi.
1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-istrument ta' appoġġ tekniku huwa kontinwazzjoni tal-Programm eżistenti ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali tal-2017-2020, li daħal fis-seħħ fl-20 ta' Mejju 2017. L-implimentazzjoni tal-SRSP bdiet f'Settembru 2017 bl-adozzjoni tal-Programm ta' Ħidma Annwali tal-2017 u kompliet bl-adozzjoni tal-Programm ta' Ħidma Annwali tal-2018 f'Marzu 2018. Anke jekk, minn perspettiva regolatorja, għadu kmieni biex ikun hemm evalwazzjoni formali tal-SRSP, jistgħu jittieħdu xi tagħlimiet mill-appoġġ tekniku mogħti lill-Greċja (permezz tat-Task Force għall-Greċja - TFGR) u Ċipru (permezz tal-Grupp ta' Appoġġ għal Ċipru - SGCY) fil-kuntest tal-programmi ta' aġġustament u mill-azzjoni preparatorja għar-riformi strutturali mwettqa fl-2016 (EUR 3 000 000). B'mod partikolari, fil-każ tat-TFGR, l-evalwazzjoni mwettqa fl-2014 ikkonfermat li l-appoġġ ipprovdut bħala assistenza teknika kkontribwixxa b'mod sinifikanti għall-implimentazzjoni tal-programm ta' riforma. Bl-istess mod, ir-Rapport Speċjali mill-QEA kkonkluda wkoll li, b'mod ġenerali, it-TFGR kellu suċċess fil-kisba tal-mandat tiegħu – li jipprovdi assistenza teknika rilevanti f'oqsma li jkopru kważi l-ispettru kollu tal-politika pubblika, li kien fil-biċċa l-kbira konformi mal-kundizzjonijiet tal-programm ta' aġġustament ekonomiku.
Għalkemm, kif diġà ssemma', l-implimentazzjoni reċenti tal-azzjoni preparatorja (il-ħidma fil-prattika ġiet iffinalizzata dan l-aħħar) u l-adozzjoni reċenti tal-SRSP jagħmluha diffiċli biex tiġi pprovduta analiżi tal-prestazzjoni u tal-impatt tagħha, jistgħu jsiru xi konklużjonijiet preliminari:
•
Il-Programm jimla vojt fl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali billi jappoġġja lill-Istati Membri f'diversi stadji tal-proċess ta' riforma;
•
Il-parteċipazzjoni fil-Programm tinvolvi piż amministrattiv pjuttost baxx meta mqabbel ma' programmi oħra tal-Unjoni, u l-appoġġ jista' jingħata relattivament malajr;
•
L-SRSP jikkontribwixxi b'mod qawwi għal implimentazzjoni konsistenti tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni;
•
L-azzjonijiet tal-SRSP spiss jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw kwistjonijiet transfruntiera u sfidi madwar l-Unjoni;
•
F'xi każijiet, l-appoġġ ippermetta wkoll l-ingranaġġ ta' fondi minn programmi oħra tal-Unjoni, pereż. billi jgħin biex jitħejjew u jiġu integrati aħjar proġetti taħt l-fond tal-Unjoni;
•
L-Istati Membri jidhru li japprezzaw b'mod speċjali l-iskambju tal-għarfien espert ma' Stati Membri jew esperti oħra; u
•
Il-karattru volontarju tal-parteċipazzjoni fil-Programm u n-natura kunsenswali tal-kooperazzjoni matul il-proċess kollu ta' appoġġ jgħinu biex tiġi żviluppata fiduċja reċiproka u tiġi promossa l-kooperazzjoni ...]
1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa
Il-Programm se jkun koerenti ma' u jsaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politika mwettqa taħt is-Semestru Ewropew. Fl-istess ħin, huwa konsistenti mal-istrument tal-investiment relatat ma’ proġetti tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (fondi tal-Unjoni) u programmi oħra tal-Unjoni u se jipprovdi ingranaġġ għall-fondi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm jibni fuq l-esperjenza attwali tal-SRSP.
Il-Kummissjoni se tkompli tiżgura li l-azzjonijiet proposti għall-implimentazzjoni taħt il-Programm ikunu komplementari u ma jirkbux fuq programmi u fondi oħra tal-Unjoni (inkluż il-fondi tal-Unjoni). Se tkompli tiġi żgurata koordinazzjoni fi ħdan l-arranġamenti interni ta' ħidma (permezz ta' mekkaniżmu ta' koordinazzjoni simili għall-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li diġà jeżisti għall-appoġġ tekniku taħt l-SRSP, li jinvolvi rappreżentanti tas-servizzi l-aktar ikkonċernati) u mal-Istati Membri (deċiżjonijiet biex jingħata appoġġ lil Stat Membru, inter alia, iqisu l-azzjonijiet u l-miżuri eżistenti finanzjati mill-fondi u l-programmi tal-Unjoni).
Il-karatteristika li r-riformi soġġetti għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Programm iridu jiġu identifikati fil-kuntest tal-proċess eżistenti tas-Semestru Ewropew, se tkun strumentali biex tiġi żgurata l-addizzjonalità u jiġi evitat li l-Programm ta' Appoġġ għal Riformi jappoġġja riformi li kieku kienu jseħħu xorta waħda. Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn ir-riformi fis-Semestru Ewropew se jipprovdi salvagwardji addizzjonali għal dan il-għan.
1.5.Durata u impatt finanzjarju
✓ durata limitata
–✓
fis-seħħ mill-2021 sal-2027
–◻
Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta' pagament.
◻ durata illimitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
✓ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–✓ mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
✓ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:
–◻ pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–✓organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–✓il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–✓korpi tal-liġi pubblika;
–✓ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ sevizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-proposta tinkludi obbligi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni. Il-kisba tal-għanijiet speċifiċi se tkun immonitorjata fuq il-bażi tal-indikaturi li jinsabu fil-proposta; il-Kummissjoni se tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Programm.
Il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’rapport interim ta' evalwazzjoni u b’rapport ta' evalwazzjoni ex-post.
Ir-rapport tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu se jinkludi informazzjoni dwar kemm intlaħqu l-għanijiet tal-Programm, l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tal-Programm. Ir-rapport se jindirizza wkoll jekk l-għanijiet u l-azzjonijiet kollha għadhomx rilevanti. Ir-rapport ta' evalwazzjoni ex-post se jikkonsisti minn valutazzjoni globali tal-Programm u se jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu fuq perjodu twil.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti
Il-Programm jista' jiġi implimentat direttament mill-Kummissjoni jew indirettament, minn entitajiet u persuni li mhumiex Stati Membri skont l-Artikolu 58(c) tar-Regolament Finanzjarju (l-Artikolu 62(1)(c) tal-futur).
Fir-rigward tal-għoti ta' appoġġ tekniku, il-Programm jibni fuq l-esperjenza tal-SRSP, li ġiet immaniġġjata taħt ġestjoni diretta u indiretta, li karatteristika attraenti tagħha kienet is-sempliċità amministrattiva tagħha. Biex tkun żgurata l-kontinwità u tinżamm il-koerenza ta' qafas wieħed għat-tliet strumenti, il-ġestjoni diretta hija l-aktar għażla xierqa. Fejn ikun xieraq, fid-dawl tal-objettivi ta' politika u filwaqt li jitqiesu wkoll l-objettivi ta' kontroll, se tintuża wkoll ġestjoni indiretta mal-organizzazzjonijiet internazzjonali.
Il-ġestjoni diretta hija wkoll mezz xieraq biex tingħata l-kontribuzzjoni finanzjarja taħt l-għodda għat-twettiq ta' riformi (inkluż taħt l-istrument ta' konverġenza), li huwa maħsub bħala "mekkaniżmu ta' inċentiv" li jikkonsisti minn trasferiment ta' fondi lill-baġits tal-Istati Membri mingħajr rabta mal-kostijiet. Il-ġestjoni diretta se tippermetti l-interazzjoni attiva meħtieġa bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-impenji ta' riforma. Il-ġestjoni diretta se tippermetti wkoll proċeduri aktar trasparenti, aktar sempliċi u aktar mgħaġġla. Il-fatt li l-kontribuzzjoni finanzjarja mhux se tkun marbuta mal-kostijiet se jirriżulta wkoll f'żieda fl-effiċjenza u fis-simplifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja.
L-istrateġija ta' kontroll (dettalji pprovduti taħt il-punt 2.2.2) hija kkunsidrata xierqa u bbilanċjata biex tindirizza, minn naħa waħda, ir-riskju tradizzjonali relatat mal-ġestjoni diretta jew indiretta ta' proġetti ta' azzjoni mill-Kummissjoni (akkwist u għotjiet, kif indikat fil-punt 2.2.2) u, min-naħa l-oħra, il-kontribuzzjoni finanzjarja mhux marbuta mal-kostijiet (għall-istrument finanzjarju), fejn ir-riskji tat-tranżazzjoni huma aktar baxxi.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Riskji ewlenin identifikati huma dawn li ġejjin:
1) Għall-għodda għat-twettiq ta' riformi (inkluż taħt il-faċilità ta' konverġenza):
–Ir-riskju li l-impenji ta' riforma ma jiddaħħlux fis-seħħ b'mod sodisfaċenti;
–Ir-riskji relatati ma' formulazzjoni mhux ċara dwar l-istadju importanti u dwar l-indikaturi fl-att ta' implimentazzjoni;
–Ir-riskji ta' valutazzjoni żbaljata jew dewmien fil-valutazzjoni ta' jekk ir-riformi tlestewx b'mod sodisfaċenti; u
–Ir-riskji marbuta mal-kanċellazzjoni potenzjali tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji.
Il-miżuri li se jiġu implimentati biex jiġu mmitigati r-riskji huma dawn li ġejjin:
–Is-sistema ta' kontroll se tkun ibbażata fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-grad ta' twettiq tal-impenji ta' riforma. Bħala tali, peress li l-finanzjament se jkun ibbażat fuq kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux marbuta mal-kostijiet, ir-riskju assoċjat mat-tranżazzjonijiet huwa mistenni li jkun baxx ħafna.
2) Għall-istrument ta' appoġġ tekniku (inkluż taħt il-faċilità ta' konverġenza):
Ir-riskji huma marbuta mal-għażla tas-sħab (pereż. istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFI) u l-benefiċjarji finali), il-fażi kontraenti (traspożizzjoni tar-rekwiżiti tal-Kummissjoni fid-dokumentazzjoni kuntrattwali), il-monitoraġġ u t-tranżazzjonijiet finanzjarji (nuqqas ta' osservanza tal-proċessi stipulati mill-Kummissjoni) u l-kejl tal-prestazzjoni (nuqqas ta' kisba ta' miri/għanijiet definiti minn qabel).
Il-miżuri li se jiġu implimentati biex jiġu mmitigati dawn ir-riskji huma dawn li ġejjin:
–wara l-proċess ta' evalwazzjoni stabbilit qabel id-deċiżjoni tal-għotja;
–verifika ex-ante mis-servizz ta' ġestjoni tal-programm u verifika finanzjarja mis-servizz finanzjarju;
–validazzjoni ġerarkika tal-operazzjonijiet permezz ta' ċirkwiti xierqa;
–valutazzjoni ex-ante tal-entità fdata (valutazzjoni tal-pilastru); u
–kontrolli ex-post biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet sistemiċi tal-kontrolli ex-ante u li jikkontribwixxu għall-korrezzjonijiet tal-ammonti mħallsa indebitament.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagament u fl-għeluq)
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-Pjan ta' Ġestjoni tal-SRSS għall-2017 u r-Rapport Annwali tal-Attività, l-istima tal-kosteffettività tal-kontrolli hija taħt il-5 %.
Il-kostijiet tal-persunal huma stmati permezz ta' approssimazzjonijiet ibbażati fuq analiżi tal-organigramma u d-deskrizzjonijiet tax-xogħol, filwaqt li l-kostijiet esterni tal-kontrolli huma bbażati fuq il-valuri tal-kuntratti rispettivi u tal-pagamenti relatati.
Meta wieħed iqis il-mod ta' ġestjoni propost, il-valutazzjoni tar-riskju u l-mitigazzjoni tar-riskji proposti, ir-rata mistennija ta' żbalji hija baxxa.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Se jiġu implimentati miżuri differenti għall-programm biex jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet.
F'konformità mal-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni li tkopri ċ-ċiklu kollu tan-nefqa, l-SRSS se jwettaq pjan speċifiku ta' azzjoni kontra l-frodi għal dawn il-kostijiet, b'kunsiderazzjoni tal-proporzjonalità u tal-benefiċċji u l-kostijiet tal-miżuri li se jiġu implimentati. Dan se jkun ibbażat b'mod wiesa' fuq l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-istrateġija attwali kontra l-frodi tal-SRSS.
Proċessi xierqa ta' kontroll intern se japplikaw fil-livelli kollha ta' ġestjoni u se jkunu mfassla biex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li jintlaħqu l-objettivi li ġejjin: l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet; l-affidabilità tar-rappurtar; is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni; ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, u l-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u s-segwitu ta' frodi u irregolaritajiet.
Il-pjan ta' azzjoni kontra l-frodi se jiddeskrivi s-sistema ta' verifiki ex-ante u ex-post abbażi ta’ sistema ta' ffleggjar aħmar, u jispeċifika l-proċeduri li jridu jiġu segwiti mill-persunal jekk jinstabu frodi jew irregolaritajiet. Huwa għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dwar l-arranġamenti ta' ħidma mal-OLAF.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Intestatura 2: Koeżjoni u Valuri
|
Diff./Mhux diff.
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
mingħand pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju
|
|
2
|
06.01 04 01 (Nefqa ta’ sostenn għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi — RSP)
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
2
|
06.02.01 (RSP — Għodda għat-Twettiq ta' Riformi)
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
2
|
06.02.02 (RSP — Appoġġ Tekniku Operazzjonali)
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
2
|
06.02.03.01 (RSP — Faċilità ta’ Konverġenza — Komponent tal-istrument finanzjarju
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
2
|
06.02.03.02 (RSP -Faċilità ta’ konverġenza — komponent tal-appoġġ Tekniku Operazzjonali)
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
Miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali meta l-punt deċimali huwa rrappreżentat b’virgola)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
2
|
Koeżjoni u Valuri
|
|
|
DĠ: SRSS
|
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
06.02.01 (RSP — Għodda għat-Twettiq ta' Riformi)
|
Impenji
|
(1)
|
1 100,000
|
3 208,450
|
4 400,16
|
4 125,15
|
3 666,040
|
4 583,500
|
916;700
|
|
22 000,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
|
|
3 208,450
|
5 958,550
|
2 749,530
|
2 750,100
|
5 041,85
|
2 291,520
|
22 000,000
|
|
06.02.02 (RSP — Appoġġ Tekniku Operazzjonali)
|
Impenji
|
(1a)
|
109,039
|
111,221
|
113,445
|
115,714
|
118,029
|
120,390
|
122,162
|
|
810,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
57,173
|
84,200
|
96,335
|
100,860
|
103,812
|
106,413
|
102,037
|
159,170
|
810,000
|
|
06.02.03.01 (RSP — Faċilità ta’ Konverġenza — Komponent tal-istrument finanzjarju
|
Impenji
|
(1b)
|
100,000
|
291,550
|
399,840
|
374,850
|
333,960
|
416,500
|
83,300
|
|
2 000,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
291,550
|
541,450
|
250,470
|
249,150
|
458,150
|
208,480
|
2 000,000
|
|
06.02.03.02 (RSP -Faċilità ta’ konverġenza — komponent tal-appoġġ Tekniku Operazzjonali)
|
Impenji
|
(1c)
|
18,847
|
19,224
|
19,608
|
20,000
|
20,400
|
20,807
|
21,114
|
|
140,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2c)
|
10,890
|
16,039
|
18,350
|
19,211
|
19,773
|
20,268
|
19,436
|
16,033
|
140,000
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva finanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
06.01 04 01 (Nefqa ta’ sostenn għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi — RSP)
|
|
(3)
|
6,731
|
6,865
|
7,003
|
7,143
|
7,285
|
7,432
|
7,541
|
|
50,000
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ SRSS
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
1 334,617
|
3 637,310
|
4 940,056
|
4 642,857
|
4 145,714
|
5 148,629
|
1 150,817
|
|
25 000,000
|
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3
|
74,794
|
107,104
|
3 621,688
|
6 627,214
|
3 130,870
|
3 134,113
|
5 629,014
|
2 675,203
|
25 000,000
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali TOTALI
|
Impenji
|
(4)
|
1 327,886
|
3 630, 445
|
4 933,053
|
4 635, 714
|
4 138,429
|
5 141,197
|
1 143,276
|
|
24 950,000
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
68,063
|
100,239
|
3 614,685
|
6 620,071
|
3 123,585
|
3 126,681
|
5 621,473
|
2 675,203
|
24 950,000
|
|
• Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva finanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
6,731
|
6,865
|
7,003
|
7,1430
|
7,285
|
7,432
|
7,541
|
|
50,000
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt INTESTATURA 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
1 334,617
|
3 637,310
|
4 940,056
|
4 642,857
|
4 145,714
|
5 148,629
|
1 150,817
|
|
25 000,000
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
74,063
|
107,104
|
3 621,688
|
6 627,214
|
3 130,870
|
3 134,113
|
5 629,014
|
2 675,203
|
25 000,000
|
Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 6
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta' referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
1 334,617
|
3 637,310
|
4 940,056
|
4 642,857
|
4 145,714
|
5 148,629
|
1 150,817
|
|
25 000,000
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
74,794
|
107,104
|
3 621,688
|
6 627,214
|
3 130,870
|
3 134,113
|
5 629,014
|
2 675,203
|
25 000,000
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali meta l-punt deċimali huwa rrappreżentat b’virgola)
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
|
DĠ: SRSS
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Riżorsi umani
|
31,750
|
34,710
|
37,723
|
37,723
|
37,723
|
37,723
|
37,723
|
255,075
|
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
2,500
|
2,700
|
3,000
|
3,000
|
3,000
|
3,000
|
3,000
|
20,200
|
|
TOTAL DĠ SRSS
|
Approprjazzjonijiet
|
34,250
|
37,410
|
40,723
|
40,723
|
40,723
|
40,723
|
40,723
|
275,275
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
34,250
|
37,410
|
40,723
|
40,723
|
40,723
|
40,723
|
40,723
|
275,275
|
Miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali meta l-punt deċimali huwa rrappreżentat b’virgola)
|
|
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
1 368,867
|
3 674,720
|
4 980,779
|
4 683,580
|
4 186,437
|
5 189,352
|
1 191,540
|
|
25 275,275
|
|
|
Pagamenti
|
109,044
|
144,514
|
3 662,411
|
6 667,937
|
3 171,593
|
3 174,836
|
5 669,737
|
2 675,203
|
25 275,275
|
3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–✓
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljun (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali, fejn il-punt deċimali huwa rappreżentat b’virgola)
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
31,750
|
34,710
|
37,723
|
37,723
|
37,723
|
37,723
|
37,723
|
|
255,075
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
2,500
|
2,700
|
3,000
|
3,000
|
3,000
|
3,000
|
3,000
|
|
20,200
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
34,250
|
37,410
|
40,723
|
40,723
|
40,723
|
40,723
|
40,723
|
|
275,275
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
6,731
|
6,865
|
7,003
|
7,143
|
7,285
|
7,432
|
7,510
|
|
50,000
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
6,731
|
6,865
|
7,003
|
7,143
|
7,285
|
7,430
|
7,541
|
|
50,000
|
|
TOTAL
|
40,981
|
44,275
|
47,726
|
47,866
|
48,008
|
48,155
|
48,264
|
|
325,275
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–✓ Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Total
|
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
196
|
214
|
233
|
233
|
233
|
233
|
233
|
233
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
|
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett kumplessiv”)
|
49
|
54
|
58
|
58
|
58
|
58
|
58
|
58
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 yy
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
245
|
268
|
291
|
291
|
291
|
291
|
291
|
291
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu konċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompliti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u aġenti temporanji
|
Il-kompitu li jrid jitwettaq jinkludi l-kompiti kollha meħtieġa għal a) l-ipproċessar tal-impenji ta' riforma, b) l-analiżi tat-twettiq tal-impenji ta' riforma; c) l-ipproċessar tat-talba tal-Istati Membri u l-ġestjoni sussegwenti tal-proġetti u d) il-ġestjoni finanzjarja u kuntrattwali tal-programm, jiġifieri:
·Il-valutazzjoni tas-sottomissjoni tal-Istati Membri u tħejjija tal-atti legali relatati, inkluż il-koordinazzjoni ma'/kontribuzzjoni minn sevizzi oħra jew esperti esterni
·Valutazzjoni tal-issodisfar tal-impenji ta' riforma u tħejjija ta' atti legali relatati
·Relazzjonijiet, rappurtar u negozjati mal-PE, il-Kunsill u istituzzjonijiet oħra tal-UE dwar il-Programm kumplessiv
·Relazzjonijiet mal-Istati Membri u partijiet konċernati oħra (inter alia dwar is-sitwazzjoni attwali tal-impenji ta' riforma); interazzjonijiet fi ħdan is-Semestru Ewropew
·Proċeduri organizzattivi u tħejjija ta' atti legali relatati dwar is-sospensjoni, il-kanċellazzjoni ta' pagamenti u l-irkupru ta' fondi, l-organizzazzjoni ta' sejħiet għal Stati Membri, eċċ.
·Tħejjija ta' programmi ta' ħidma/deċiżjonijiet ta' finanzjament, li jistabbilixxu prijoritajiet
·Ġestjoni tal-proċeduri ta' kuntrattar
·Komunikazzjoni mal-partijiet konċernati dwar kwistjonijiet kuntrattwali u finanzjarji
·Tħejjija u organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Grupp ta' Tmexxija ta' Livell Għoli mad-DĠ konċernati, mal-Istati Membri u ma’ partijiet konċernati oħra.
·Ġestjoni ta' proġetti: it-tfassil, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-proġetti u l-ġestjoni tan-naħa kuntrattwali u finanzjarja: impenn, pagament, ordni ta' rkupru, eċċ.
·Twettiq ta' kontrolli
·Ġestjoni tal-għodod tal-IT
·Kontribuzzjonijiet u segwitu tal-proċedura DAS annwali. Monitoraġġ u rappurtar dwar il-kisba tal-għanijiet, inkluż fil-proċedura baġitarja, fil-pjan ta' ġestjoni, fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu, fir-rapporti AAR u AOS
|
|
Persunal estern
|
Appoġġ għall-kompiti finanzjarji u amministrattivi.
|
3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–◻
ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi
–✓
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi li qed jiġi stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–✓
Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–◻
fuq dħul ieħor
jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa
◻
EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Impatt tal-proposta/inizjattiva
|
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).