Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0131

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol

    COM/2018/0131 final - 2018/064 (COD)

    Strasburgu,13.3.2018

    COM(2018) 131 final

    2018/0064(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol

    (test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)

    {SWD(2018) 68 final}

    {SWD(2018) 69 final}

    {SWD(2018) 80 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet għall-proposta u għanijiet tagħha

    It-tisħiħ tal-ġustizzja tas-Suq Intern huwa wieħed mill-prijoritajiet tal-mandat tal-Kummissjoni Juncker 1 . Fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni pproklamaw flimkien fis-Summit Soċjali f’Gothenburg, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 2 . Il-Pilastru jistabbilixxi għadd ta’ prinċipji u drittijiet ewlenin li jappoġġaw swieq tax-xogħol u sistemi tal-welfare ġusti u li jiffunzjonaw sew. Huwa mfassal bħala kumpass għal proċess imġedded ta’ konverġenza lejn kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien aħjar fl-Unjoni, li jiżgura opportunitajiet ugwali għaċ-ċittadini u aċċess għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u protezzjoni u inklużjoni soċjali. L-iżgurar tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol ġusta fl-Ewropa huwa ċentrali għal dan il-għan.

    Il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera fl-UE tibbenefika lill-individwi, lill-ekonomiji u lis-soċjetà inġenerali. Fost il-politiki u l-prijoritajiet tal-UE, dik li ċ-ċittadini jappoġġaw l-iktar hija l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE, li tkopri l-possibbiltà għaċ-ċittadini li jgħixu, jaħdmu, jistudjaw u jinnegozjaw kullimkien fl-UE 3 . Il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-libertà li jipprovdu servizzi fl-Unjoni jiddependu minn regoli ċari, ġusti u infurzati b’mod effettiv dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali transfruntiera. Għal dan il-fini, l-UE żviluppat korp estensiv ta’ leġiżlazzjoni li jirregola l-moviment liberu tal-ħaddiema, l-istazzjonar tal-ħaddiema u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. Il-Kummissjoni Juncker issottomettiet diversi proposti biex ittejjeb dan il-qafas regolatorju 4 .

    Madankollu, għad hemm tħassib dwar il-konformità mar-regoli tal-UE u l-infurzar effettiv u effiċjenti tagħhom, li jinsabu f’riskju li jipperikolaw il-fiduċja u l-ġustizzja fis-Suq Intern. B’mod partikolari, ġie espress tħassib b’rabta mal-ħaddiema mobbli li huma vulnerabbli għal abbuż jew ċaħda tad-drittijiet tagħhom, kif ukoll in-negozji li joperaw f’ambjent kummerċjali inċert jew mhux ċar u f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux ekwi. Fis-snin riċenti l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera żdiedet b’mod konsiderevoli. Fl-2017, 17-il miljun ċittadin kienu qed jaħdmu jew jgħixu fi Stat Membru li mhux taċ-ċittadinanza tagħhom. Din iċ-ċifra kważi rduppjat meta mqabbla ma’ għaxar snin ilu. L-istazzjonar żdied bi 68 % mill-2010 għal 2,3 miljun fl-2016 5 . 1,4 miljun ċittadin tal-UE jivjaġġaw biex imorru jaħdmu fi Stat Membru ieħor 6 . Hemm ukoll iktar minn 2 miljun ħaddiem fis-settur tat-trasport bit-triq li jaqsmu l-fruntieri interni tal-UE kuljum biex iwasslu l-oġġetti jew il-passiġġieri. Hemm ħtieġa għal kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali u għal azzjoni amministrattiva miftiehma biex jiġi ġestit is-suq tax-xogħol li qed isir dejjem iktar Ewropew.

    Il-Parlament Ewropew, f’diversi okkażjonijiet, saħaq fuq il-ħtieġa kemm tal-infurzar tal-kontrolli kif ukoll tal-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u minnhom 7 , inkluż permezz tat-tisħiħ tal-iskambji tal-informazzjoni bejn l-ispettorati tax-xogħol 8 , u biex jappoġġaw b’mod attiv l-eżerċitar tad-drittijiet tal-moviment liberu 9 . Il-Kunsill enfasizza wkoll il-ħtieġa ta’ titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva u tal-iżvilupp ta’ assistenza u skambji ta’ informazzjoni fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-frodi marbuta mal-istazzjonar tal-ħaddiema, filwaqt li enfasizza l-importanza ta’ informazzjoni ċara u trasparenti għall-fornituri tas-servizzi u għall-ħaddiema 10 .

    F’dan l-isfond, fl-indirizz tiegħu tal-Istat tal-Unjoni għall-2017 11 , il-President Juncker ippropona l-istabbiliment ta’ “Awtorità Ewropea tax-Xogħol” biex tiżgura li r-regoli tal-UE dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol jiġu infurzati b’mod ġust, sempliċi u effettiv. Din il-proposta timmira li tistabbilixxi tali Awtorità Ewropea tax-Xogħol – minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala “l-Awtorità” – fil-forma ta’ aġenzija deċentralizzata tal-UE biex tindirizza l-isfidi ewlenin li ġejjin:

    ·Appoġġ u gwida inadegwati għall-individwi u għan-negozji f’sitwazzjonijiet transfruntiera, inkluż informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom mhux kompluta jew skarsa;

    ·Aċċess insuffiċjenti għall-informazzjoni u l-kondiviżjoni tagħha bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għal dominji differenti tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali;

    ·Kapaċità insuffiċjenti tal-awtoritajiet nazzjonali biex jorganizzaw kooperazzjoni mal-awtoritajiet minn naħa għal oħra tal-fruntieri;

    ·Mekkaniżmi dgħajfa jew assenti għal attivitajiet konġunti ta’ infurzar transfruntiera;

    ·In-nuqqas ta’ mekkaniżmu dedikat ta’ medjazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri fid-dominji kollha tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali;

    ·Stabbiliment ta’ kooperazzjoni insuffiċjenti fil-livell tal-UE f’dan il-qasam.

    L-għan kumplessiv ta’ din l-inizjattiva huwa li tikkontribwixxi sabiex tkun żgurata mobbiltà tal-forza tax-xogħol ġusta fis-Suq Intern. F’dan il-kuntest, il-proposta timmira li:

    ·Ittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni mill-individwi u minn min iħaddem dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fl-oqsma tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali kif ukoll aċċess għal servizzi rilevanti;

    ·Issaħħaħ il-kooperazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet fl-infurzar transfruntiera tad-dritt rilevanti tal-Unjoni, inkluż l-iffaċilitar ta’ spezzjonijiet konġunti;

    ·Tipprovdi medjazzjoni u tiffaċilita soluzzjonijiet f’każijiet ta’ tilwim bejn awtoritajiet nazzjonali u ta’ tfixkil transfruntier fis-suq tax-xogħol, bħal ristrutturar tal-kumpaniji li jaffettwa diversi Stati Membri.

    B’mod konkret, l-Awtorità se tkun fdata b’għadd ta’ kompiti operattivi, jiġifieri li tipprovdi informazzjoni u servizzi rilevanti għall-individwi u għal min iħaddem, kif ukoll tappoġġa lill-Istati Membri fil-kooperazzjoni, fl-iskambju tal-informazzjoni, fi spezzjonijiet miftiehma u konġunti, fil-valutazzjoni tar-riskju, fil-bini tal-kapaċità, fil-medjazzjoni, u fil-kooperazzjoni fil-każ ta’ tfixkil transfruntier fis-suq tax-xogħol. L-istrutturi u l-għodod eżistenti tal-UE fil-qasam tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali transfruntiera se jiġu integrati jew ikkumplimentati minn Awtorità li tipprovdi lill-Istati Membri b’appoġġ operattiv u tekniku, mingħajr preċedent.

    L-Awtorità se tibbenefika lill-individwi kollha li huma soġġetti għar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali transfruntiera, b’mod konkret ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom jew individwi oħrajn li huma ċittadini tal-Unjoni jew ċittadini ta’ pajjiż terz residenti legalment fl-Unjoni u f’sitwazzjoni transfruntiera. Dan jinkludi ħaddiema stazzjonati, detenturi tal-Karta Blu tal-UE, trasferimenti intrakorporattivi u residenti fit-tul sakemm huma soġġetti għar-regoli msemmija hawn fuq. Se tibbenefika wkoll kumpaniji involuti fl-attivitajiet transfruntiera, inkluż għal finijiet ta’ reklutaġġ.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika

    L-Awtorità se tgħin tiżgura li d-drittijiet tal-ħaddiema u taċ-ċittadini għal trattament ugwali u l-aċċess għall-opportunitajiet ta’ impjieg u għas-sigurtà soċjali huma ggarantiti f’sitwazzjonijiet transfruntiera. Se tipprovdi wkoll trasparenza għan-negozji fl-istandards lokali tax-xogħol fis-Suq Intern kollu. Finalment, se tappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali biex tiżgura li d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema u taċ-ċittadini jiġu rispettati u taħdem għall-prevenzjoni kontra l-frodi u l-abbuż.

    Il-Kummissjoni adottat għadd ta’ inizjattivi u proposti biex tippromwovi mobbiltà tal-forza tax-xogħol ġusta, b’mod partikolari, ir-reviżjonijiet tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema 12 u tar-Regolamenti dwar il-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali 13 kif ukoll il-pakkett “L-Ewropa Attiva”, inkluż il-lex specialis dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema f’operazzjonijiet internazzjonali tat-trasport bit-triq 14 u r-reviżjoni tar-regoli soċjali u tas-suq fit-trasport bit-triq 15 . Dawn l-inizjattivi riċenti jsegwu fl-istess direzzjoni tal-proposti leġiżlattivi preċedenti, bħad-Direttivi dwar l-infurzar tal-istazzjonar tal-ħaddiema 16 u tal-moviment liberu tal-ħaddiema 17 , ir-Regolament dwar EURES (netwerk tas-servizzi Ewropej tax-xogħol) 18 u inizjattivi bħall-istabbiliment tal-Pjattaforma Ewropea biex tindirizza x-xogħol mhux iddikjarat 19 .

    F’dan il-kuntest tal-preparazzjonijiet ta’ dawn il-proposti u d-diskussjonijiet matul il-proċedura leġiżlattiva tagħhom, il-ħtieġa għal qafas imsaħħaħ għall-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli eżistenti sar evidenti. Il-proposta għal Awtorità Ewropea tax-Xogħol timmira li timla din il-lakuna.

    L-istabbiliment tal-Awtorità proposta se jippermetti l-konċentrazzjoni tal-kompiti li bħalissa huma mifruxa madwar diversi kumitati u korpi u l-introduzzjoni ta’ appoġġ operattiv fl-oqsma tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, biex b’hekk tiżdied il-konsistenza tal-politika tal-UE dwar kwistjonijiet tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera (għad-dettalji, ara hawn taħt fit-taqsima “Idoneità u simplifikazzjoni regolatorja”).

    L-Awtorità proposta se tkun kumplimentarja u tiżgura konsistenza mal-attivitajiet tal-erba’ aġenziji fil-qasam tal-impjiegi u tal-politika soċjali: il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF), u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA).

    Ir-Regolament propost se jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji u tad-drittijiet definiti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b’mod partikolari billi jippromwovi s-sensibilizzazzjoni għall-opportunitajiet tat-taħriġ u tat-tagħlim tul il-ħajja għaċ-ċittadini mobbli kif ukoll appoġġ attiv għall-impjiegi u, b’mod iktar ġenerali, permezz ta’ infurzar effiċjenti u effettiv tad-dritt tal-Unjoni dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali kif ukoll tal-ftehimiet kollettivi li jimplimentaw tali dritt tal-Unjoni.

       Konsistenza ma’ politiki tal-Unjoni oħrajn

    Din l-inizjattiva tikkumplimenta l-ħidma li għaddejja għall-kisba tal-miri stipulati fil-Linji Gwida Politiċi: Bidu Ġdid għall-Ewropa 20 b’rabta mal-“Prijorità 4: Suq Intern Iktar Profond u Ġust b’Bażi Industrijali Msaħħa”, u b’mod partikolari l-Istrateġija tas-Suq Intern 21 . Fil-prattika, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol hija mezz ta’ valur għall-iżgurar ta’ allokazzjoni iktar effiċjenti tar-riżorsi bejn is-setturi u fihom, fejn jonqos il-qgħad u jiġu indirizzati l-ispariġġi fil-ħiliet. Din l-inizjattiva tikkumplimenta wkoll l-Prijorità 1 tal-Linji Gwida Politiċi (“Spinta ġdida għall-impjiegi, għat-tkabbir u għall-investiment”) billi toħloq ambjent regolatorju li jiffaċilita iktar l-appoġġ għal klima ta’ intraprenditorija u ħolqien ta’ impjiegi.

    Barra minn hekk, l-Awtorità hija konsistenti mal-għan strateġiku tas-Suq Uniku Diġitali tal-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika, il-kisba tal-interoperabbiltà transfruntiera u l-iffaċilitar ta’ interazzjoni faċli mal-individwi. F’dan il-kuntest, tikkumplimenta l-proposta tal-Kummissjoni għal gateway diġitali unika 22 billi timmira li tiffaċilita l-forniment ta’ kontenut u servizzi ta’ kwalità għolja lill-pubbliku permezz tal-gateway, abbażi tal-Portal l-Ewropa Tiegħek eżistenti. Din l-inizjattiva se tibni wkoll fuq l-esperjenza ta’ SOLVIT 23 , in-netwerk informali li jsolvi l-problemi. B’mod partikolari, l-inizjattiva se tikkontribwixxi u tikkumplimenta fejn rilevanti l-informazzjoni u s-servizzi pprovduti permezz tal-gateway diġitali unika. Se tippromwovi wkoll l-aċċess għal SOLVIT mill-individwi u min iħaddem biex isolvu d-differenzi ta’ bejniethom u tibni fuq l-evidenza miġbura minn dak is-sors biex tidentifika l-problemi rikorrenti fl-oqsma fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

    Barra minn hekk, din l-inizjattiva se tieħu mill-prassi tajbin fil-qasam tal-kooperazzjoni transfruntiera identifikati mill-“Punt Fokali tal-Fruntieri” 24 sabiex tgħin tisfrutta l-potenzjal ekonomiku sħiħ tar-reġjuni tal-fruntiera tal-UE.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPOZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 46, 48, 53(1), 62 u 91(1) TFUE, u tiffoka fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, il-bidu u s-segwitu ta’ attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, il-libertà ta’ forniment ta’ servizzi u regoli komuni applikabbli għat-trasport internazzjonali.

    Sussidjarjetà

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika għaliex il-proposta ma tidħolx fil-kompetenza esklussiva tal-UE. L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali u jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni għar-raġunijiet li ġejjin:

    ·Il-forniment lill-pubbliku ta’ informazzjoni u servizzi ta’ kwalità għolja u aġġornati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom f’sitwazzjonijiet transfruntiera jridu jkunu koordinati fil-livell tal-Unjoni sabiex ikun żgurat approċċ konsistenti, ċar u effiċjenti.

    ·L-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali transfruntiera tiddependi mill-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, li tfisser li l-ebda Stat Membru ma jista’ jaġixxu waħdu.

    ·Sabiex jiżdiedu s-sinerġiji u l-kooperazzjoni ta’ appoġġ bejn l-Istati Membri fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali għall-amministrazzjonijiet u għall-individwi bl-istess mod u sabiex naslu għal fehim kondiviż tal-ħtiġijiet tal-infurzar, huwa neċessarju wkoll li jiġi żviluppat approċċ koordinat u konġunt fil-livell tal-Unjoni minflok ma niddependu fuq dak li jista’ jkun netwerk kumpless ta’ ftehimiet bilaterali u multilaterali.

    Proporzjonalità

    L-inizjattiva hija risposta proporzjonata għall-ħtieġa għal appoġġ operattiv u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkiseb dan l-għan. Ma timponix obbligi ġodda fuq l-Istati Membri, l-individwi jew min iħaddem; minflok tiffoka fuq li tappoġġa l-mobbiltà transfruntiera u l-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda. Il-proposta ma timponix fuq attivitajiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, leġiżlazzjoni jew infurzar nazzjonali, li jibqgħu l-kompetenza tal-Istati Membri. Barra minn hekk, fil-biċċa l-kbira tħalli f’idejn l-Istati Membri d-diskrezzjoni ta’ kif jagħmlu użu tal-possibbiltajiet fis-seħħ permezz tal-inizjattiva.

    Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja r-Regolament propost 25 jispjega kif il-proposta tikseb l-aħjar bilanċ fl-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti mill-inizjattiva, tiżgura l-benefiċċji (impatti pożittivi) għall-awtoritajiet nazzjonali, għall-individwi u min iħaddem mingħajr żidiet sinifikanti fil-kostijiet. Jirrapporta wkoll dwar l-appoġġ kumplessiv tal-partijiet ikkonċernati kkonsultati fl-ippjanar li wassal għal din il-proposta.

    Għażla tal-istrument

    L-istrument propost huwa regolament dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ Awtorità Ewropea tax-Xogħol. Ir-Regolament se jibni fuq Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE approvat fl-2012 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni 26 . Regolament jipprovdi ċ-ċertezza legali meħtieġa għall-istabbiliment tal-Awtorità, li ma setax jinkiseb permezz ta’ strumenti legali oħrajn.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Il-proposta għal Awtorità Ewropea tax-Xogħol ġiet żviluppata f’sinerġija mal-proposti leġiżlattivi li għaddejjin bħalissa f’oqsma relatati tal-istazzjonar, tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, u tal-istabbiliment ta’ gateway unika diġitali. F’dan ir-rigward, il-proposta tibni fuq l-evidenza miġbura fil-proċess preparatorju assoċjat ma’ dawn il-proposti, inkluż il-valutazzjonijiet tal-impatt, kif ukoll diskussjonijiet matul il-proċedura leġiżlattiva. Punt importanti li rriżulta minn dawn il-proċessi kien il-ħtieġa għal appoġġ operattiv, f’termini ta’ kooperazzjoni transfruntiera mtejba u iktar trasparenza u sensibilizzazzjoni, sabiex jitjiebu l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dawn ir-regoli fil-qasam tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol.

    B’mod simili, il-proposta ħadet nota tal-evalwazzjoni li għaddejja tal-erba’ Aġenziji tal-UE msemmija hawn fuq fil-qasam ta’ politika tal-impjiegi. Dik l-evalwazzjoni tikkonsisti minn valutazzjoni individwali ta’ kull aġenzija, perspettiva komparattiva u valutazzjoni tal-prospettiva fir-rigward tal-funzjonament futur tal-erba’ aġenziji. L-erba’ aġenziji għandhom funzjonijiet pjuttost differenti mill-Awtorità proposta għaliex huma predominament iċċentrati fuq ir-riċerka u ma għandhomx fokus transfruntier. Madankollu, ċerti elementi preliminari tal-evalwazzjoni kkontribwew għal din il-proposta, b’mod notevoli l-iktar fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-kompiti u tal-amministrazzjoni tal-Awtorità. Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja din il-proposta jeżamina l-interazzjoni possibbli bejn l-Awtorità proposta u l-erba’ aġenziji eżistenti. L-evalwazzjoni perjodika tal-Awtorità se tippermetti l-esplorazzjoni ta’ iktar sinerġiji u s-simplifikazzjoni tal-opportunitajiet mal-Aġenziji attivi fil-qasam tal-impjieg u tal-politika soċjali.

    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri 27 fir-Rapport Speċjali tagħha dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema inkludiet rakkomandazzjonijiet biex ittejjeb is-sensibilizzazzjoni dwar l-għodod tal-Kummissjoni mmirati li jappoġġaw lill-persuni li jaħdmu barra minn pajjiżhom, biex tkompli ttejjeb il-Portal EURES, u biex isir użu aħjar tad-dejta fit-tfassil tal-inizjattivi u tal-finanzjament f’dan il-qasam. Dawn l-aspetti kkontribwew għat-tħejjija tal-proposta preżenti.

    Konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati

    Sabiex jiġu esplorati l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati (inkluż iċ-ċittadini, l-awtoritajiet nazzjonali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili) dwar l-istabbiliment ta’ Awtorità Ewropea tax-Xogħol, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika miftuħa fuq l-internet dwar il-parametri prinċipali tagħha mis-27 ta’ Novembru 2017 sas-7 ta’ Jannar 2018. Il-konsultazzjoni pubblika ġabret total ta’ 8,809 risposti, li 8,420 minnhom kienu identiċi – jirriżultaw minn kampanja li nbdiet mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions – u 389 risposta kienu uniċi.

    Globalment, ir-rispondenti tal-konsultazzjoni pubblika esprimew appoġġ b’saħħtu għal Awtorità ġdida, inkluż fejn ġew ikkunsidrati r-risposti uniċi. Ir-riżultati appoġġaw fil-wisa’ l-analiżi tal-Kummissjoni tal-isfidi ewlenin. Il-maġġoranza vasta tar-rispondenti (iktar minn sebgħin fil-mija) kienu tal-opinjoni li l-kooperazzjoni eżistenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali mhix suffiċjenti biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli tal-UE fil-qasam tal-mobbiltà transfruntiera. B’mod simili proporzjon kbir tar-rispondenti kkunsidraw li l-aċċess insuffiċjenti għall-informazzjoni u għat-trasparenza dwar ir-regoli tal-mobbiltà transfruntiera huwa problema għall-individwi u għan-negozji. Il-funzjonijiet possibbli proposti għall-Awtorità ġdida rċevew ukoll appoġġ wiesa’, b’mod partikolari appoġġ għal kooperazzjoni sistematika u skambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali.

    Il-Kummissjoni wettqet ukoll serje ta’ konsultazzjonijiet immirati tal-korpi tal-UE fil-qasam tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. Fil-11 ta’ Diċembru 2017 sar smigħ dedikat mas-sħab soċjali fil-livell tal-UE u fil-15 ta’ Diċembru 2017 sar djalogu strateġiku mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE. Flimkien mal-kontribuzzjonijiet orali matul il-laqgħat dedikati, ġew sottomessi dokumenti ta’ pożizzjoni bil-miktub mill-organizzazzjonijiet u rappreżentanti li pparteċipaw f’dawn il-konsultazzjonijiet immirati.

    Il-konsultazzjonijiet immirati rendew riżultati varjati. Kumplessivament, il-ħolqien ta’ Awtorità ġdida li tkun tiffoka fuq it-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali billi tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni u l-prassi tajba, ġie apprezzat mir-rispondenti. Fl-istess ħin, ir-rispondenti saħqu li l-Awtorità ġdida jenħtieġ li tirrispetta l-kompetenzi nazzjonali bbażati fuq it-Trattat, jenħtieġ li din ma timponix rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali fuq l-Istati Membri, u jenħtieġ li ma tikkomplikax jew tiddupplika l-istrutturi amministrattivi eżistenti. Ħafna mill-partijiet ikkonċernati li pparteċipaw fil-konsultazzjoni mmirata emmnu li l-mandat u l-għanijiet tal-Awtorità futura riedu jiġu speċifikati flimkien mar-rabta tagħha mal-istrutturi u mal-istrumenti eżistenti.

    Id-dettalji tal-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati jinsabu fl-Anness 2 tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt. L-eżiti ta’ dawn il-konsultazzjonijiet, inkluż id-diskussjonijiet fil-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali, il-Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta’ xogħol mhux iddikjarat, il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema, il-Kumitat Tekniku dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema, in-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, u skambji informali mal-Ministri matul id-dibattitu waqt l-ikla ta’ nofsinhar tal-laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) f’Ottubru 2017 tqiesu fit-tħejjija ta’ din il-proposta.

    Ġabra u użu tal-għarfien espert

    Fit-tħejjija ta’ din l-inizjattiva u tar-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja r-Regolament propost, il-Kummissjoni użat firxa wiesgħa ta’ dejta sekondarja ppubblikata mill-istituzzjonijiet tal-UE (il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri), minn servizzi dedikati tal-Kummissjoni (Pariri tal-Ewropa Tiegħek, SOLVIT), minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn (OECD), minn riċerka akkademika rilevanti u studji minn gruppi ta’ riflessjoni. Għamlet użu wkoll mill-għarfien espert intern tal-politika u tal-kapaċitajiet analitiċi tagħha, inkluż għall-valutazzjoni tal-impatti baġitarji.

    Il-Kummissjoni ddependiet ukoll fuq dejta primarja miġbura għall-fini ta’ din l-inizjattiva. Għamlet użu minn Kuntratti Qafas eżistenti biex tiġbor l-evidenza. Dan kien jinkludi talba ad hoc lin-Netwerk tal-esperti legali dwar il-mobbiltà intra-UE (FreSsco) dwar il-kapaċitajiet tal-ispettorati tax-xogħol biex jittrattaw każijiet transfruntiera. Inkludiet ukoll talba għal servizz konsultattiv biex tiżviluppa studji tal-każijiet abbażi ta’ intervisti kwalitattivi dwar ir-riżorsi għall-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam ta’ infurzar.

    Valutazzjoni tal-impatt

    F’konformità mal-politika tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni wettqet Valutazzjoni tal-Impatt dwar il-politika potenzjali u l-għażliet ta’ twassil fit-tħejjija ta’ din l-inizjattiva. Din il-ħidma ġiet appoġġata minn konsultazzjoni strutturata fi ħdan il-Kummissjoni permezz ta’ Grupp ta’ Tmexxija Interservizz.

    Il-Valutazzjoni tal-Impatt ġiet ippreżentata lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) u diskussa miegħu 28 . Ir-rakkomandazzjonijiet li saru mir-RSB fl-opinjoni negattiva tiegħu tad-9 ta’ Frar 2018 ġew indirizzati billi saret elaborazzjoni ulterjuri fuq il-kamp ta’ applikazzjoni u r-raġunament ta’ din l-inizjattiva u dwar l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, u l-iżvilupp ulterjuri tal-analiżi fir-rigward tal-għażliet li qed jiġu vvalutati u l-mod ta’ kif l-inizjattiva tista’ tidħol fl-istruttura amministrattiva eżistenti dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, filwaqt li fl-istess ħin trawwem is-sinerġiji u s-simplifikazzjoni. Sabiex jindirizza r-riservi mqajma mill-Bord fl-opinjoni (pożittiva) tiegħu tal-21 ta’ Frar 2018, ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt kompla jiċċara kif l-istabbiliment ta’ Awtorità ġdida jkun qed jorganizza mill-ġdid l-isfond tal-kumitati u tal-istrutturi eżistenti bil-għan li tonqos il-kumplessità u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet, indirizza r-relazzjoni potenzjali tal-Awtorità l-ġdida mal-Aġenziji tal-Unjoni eżistenti fil-qasam tal-impjiegi, u saħħaħ l-ispjegazzjoni tal-istimi tal-baġit assoċjati mal-għażla ppreferuta 29 .

    Tliet għażliet ta’ politika ġew ikkunsidrati għall-Awtorità proposta, jiġifieri, (1) għażla ta’ appoġġ, (2) għażla operattiva, u (3) għażla superviżorja. Kull għażla pproponiet l-istess sett ta’ kompiti għall-Awtorità; madankollu dawn varjaw fil-grad ta’ setgħat attribwiti lilha. Il-kompiti proposti għall-Awtorità huma: (i) servizzi tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol għall-individwi u għan-negozji; (ii) kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, (iii) appoġġ għall-ispezzjonijiet konġunti; (iv) analiżi u valutazzjoni tar-riskju tas-suq tax-xogħol; (v) appoġġ għall-bini tal-kapaċità; (vi) medjazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali; (vii) iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-każ ta’ tfixkil transfruntier fis-suq tax-xogħol. B’mod simili, ġew ikkunsidrati tliet għażliet ta’ twettiq: (1) il-Kummissjoni tkun responsabbli għal xi kompiti operattivi u jiġi stabbilit Netwerk Ewropew li jikkoordina l-korpi eżistenti tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol tal-UE; (2) tiġi stabbilita Awtorità ġdida li tibni fuq il-korpi eżistenti tal-mobbiltà tal-UE, (3) tiġi stabbilita Awtorità ġdida fuq Aġenzija eżistenti tal-UE fil-qasam tal-politika tal-impjiegi u soċjali.

    Bħala parti mill-Valutazzjoni tal-Impatt, l-għażliet ta’ politika u twettiq ġew ivvalutati mal-kriterji tal-effettività, tal-effiċjenza u tal-koerenza. B’riżultat ta’ din l-analiżi, kombinazzjoni tal-għażla operattiva (għażla ta’ politika 2) li għandha titwettaq permezz ta’ Awtorità ġdida li tibni fuq il-korpi eżistenti tal-mobbiltà fil-livell tal-UE (għażla tat-twettiq 2) tirriżulta li hija l-iktar mod effiċjenti u effettiv biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ din l-inizjattiva. Tiżgura wkoll impatti pożittivi għall-awtoritajiet nazzjonali, għall-individwi u għal min iħaddem mingħajr ma żżid l-ispejjeż b’mod sinifikanti filwaqt li tegħleb in-nuqqas ta’ appoġġ operattiv fi ħdan il-qafas eżistenti ta’ kooperazzjoni tal-UE, żewġ punti ta’ tħassib importanti msemmija mill-partijiet ikkonċernati.

    Idoneità u simplifikazzjoni regolatorja

    Il-proposta għall-istabbiliment tal-Awtorità se ssaħħaħ l-isfond istituzzjonali tal-UE fil-qasam tal-mobbiltà transfruntiera, sabiex ittejjeb u tissimplifika l-istrutturi attwali ta’ kooperazzjoni, u eventwalment tiffaċilita l-ħidma tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni.

    Illum, dan l-isfond istituzzjonali jinkludi diversi strutturi tal-UE (“korpi tal-UE”) fejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali u jikkooperaw u jiskambjaw l-aħjar prassi. Dawn il-korpi tal-UE jinkludu: l-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni tal-EURES, il-Kumitat Tekniku u l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema, il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema, il-Pjattaforma Ewropea li tittratta xogħol mhux iddikjarat, il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali u s-sottokumitati tagħha kollha (inkluż il-Kummissjoni Teknika u l-Bord tal-Awditu maħluqa permezz tal-leġiżlazzjoni, u Bord ta’ Konċiljazzjoni stabbilit permezz tal-Kummissjoni Amministrattiva nfisha), u l-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali.

    L-Awtorità l-ġdida se tiġbor flimkien il-kompiti tekniċi u operattivi tal-korpi tal-UE msemmija hawn fuq fi struttura permanenti bil-ħsieb li tikseb output imtejjeb u iktar effiċjenti abbażi ta’ forum imsaħħaħ għall-attivitajiet ta’ kooperazzjoni u ta’ investigazzjoni konġunta. F’dan il-kuntest, l-Awtorità se:

    ssir responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni tal-EURES, li bħalissa qed issir mill-Kummissjoni;

    tieħu post il-Kumitat Tekniku dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema;

    tieħu post il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema;

    tieħu post il-Kummissjoni Teknika, il-Bord tal-Awditu, u l-Bord ta’ Konċiljazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali;

    tieħu post il-Pjattaforma Ewropea li tittratta xogħol mhux iddikjarat.

    Fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, l-Awtorità se tikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali fir-rigward tal-kompitu regolatorju li għalih dak il-kumitat jibqa kompetenti. Barra minn hekk, l-Awtorità se tibbenefika minn kwalunkwe input tas-sħab soċjali u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet fil-livell nazzjonali li jiġi fornut fi ħdan il-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali u l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema.

    Din l-istruttura l-ġdida se tissimplifika l-isfond istituzzjonali u trawwem sinerġiji fost diversi aspetti tal-mobbiltà transfruntiera fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Awtorità. Din se tkompli tappoġġa l-applikazzjoni konsistenti u effettiva tad-dritt tal-Unjoni, ittejjeb l-effiċjenza, u twassal iktar riżultati u ta’ kwalità aħjar meta mqabbla mal-istruttura istituzzjonali attwali, fejn il-korpi tal-UE fil-biċċa l-kbira joperaw f’kompartamenti, fejn jiffokaw fuq att jew qasam legali speċifiku taħt ir-responsabbiltà tagħhom, ma għandhomx dimensjoni tal-operat, spiss jiltaqgħu biss ftit drabi fis-sena u jwettqu ċerti attivitajiet ta’ trikkib fuq xulxin.

    L-inizjattiva timmira wkoll li tissimplifika l-mod kif jiġu fornuti l-informazzjoni u s-servizzi lill-pubbliku dwar id-drittijiet, l-obbligi u l-opportunitajiet marbuta mal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera, biex b’hekk jiġi simplifikat l-aċċess għal tali informazzjoni u servizzi għall-individwi u għal min iħaddem.

    Il-proposta timmira li tkompli ttejjeb id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri u hija kumplimentarja għall-inizjattivi eżistenti u ppjanati fil-qasam, bħall-iskambju elettroniku tad-dejn bejn l-awtoritajiet nazzjonali fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali li qed jiġi implimentat mis-sistema Skambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI), is-sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), kif ukoll il-Portal l-Ewropa Tiegħek u l-gateway diġitali unika proposta mill-Kummissjoni.

    Drittijiet fundamentali

    Peress li l-Awtorità jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-infurzar ċar, ġust u effettiv tar-regoli tal-Unjoni dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali transfruntiera se tappoġġa l-protezzjoni u r-riżultati tad-drittijiet fundamentali koperti minn tali regoli, bħall-moviment liberu tal-persuni u tal-ħaddiema (l-Artikoli 15 u 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem magħruf bħala “l-Karta”), id-dritt ta’ aċċess għal servizzi tal-istazzjonar (l-Artikolu 29 tal-Karta), u l-libertà li trendi servizzi (l-Artikolu 16 tal-Karta). Se tkun qed tappoġġa wkoll l-eżerċizzju tad-drittijiet minn naħa għal oħra tal-fruntieri fil-qasam ta’ kundizzjonijiet, sigurtà soċjali u kura tas-saħħa tax-xogħol ġusti (l-Artikoli 31, 34 u 35 tal-Karta) u mhux diskriminatorji (l-Artikolu 21 tal-Karta).

    Fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8 tal-Karta), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 679/2016 (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) 30 u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 31 japplikaw għall-proċediment tad-dejta personali taħt din il-proposta. F’konformità ma’ dawn ir-regoli, kwalunkwe proċessar tad-dejta personali se jkun limitat għal dak li huwa neċessarju u proporzjonat. Id-dejta se tinġabar għal skopijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u mhux se tiġi pproċessata iktar f’mod li huwa inkompatibbli ma’ dawk l-iskopijiet.

    Flimkien mal-inizjattivi proposti mill-Kummissjoni taħt dan il-mandat, din il-proposta tgħin ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw il-prinċipji u d-drittijiet definiti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jappoġġaw swieq tax-xogħol u sistemi tal-welfare ġusti u li jiffunzjonaw sew.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Taħt l-għażla kkumbinata ppreferuta identifika fil-valutazzjoni tal-impatt, l-ispejjeż baġitarji totali tal-UE tal-Awtorità huma stmati għal EUR 50,9 miljun fis-sena fejn huwa mistenni li sal-2023 jintlaħaq ritmu kostanti. Dawn l-ispejjeż taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2019-2020) se jintlaħqu parzjalment permezz ta’ riallokazzjoni minn attivitajiet eżistenti li bħalissa huma implimentati taħt il-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u linji awtonomi u taħt il-mandat tal-Impjiegi u tat-Trasport (70 %), parzjalment permezz tal-mobilizzazzjoni tal-marġni tal-Intestatura 1a (30 %). L-attivitajiet eżistenti li ċċaqilqu għal għand l-Awtorità mhux se jieqfu joperaw; l-implimentazzjoni tagħhom se tiċċaqlaq mill-Kummissjoni għand l-Awtorità l-mument li din issir operattiva. Fir-rigward tal-persunal, l-Awtorità se tkun tirrikjedi 69 pożizzjoni fil-pjan ta’ stabbiliment, 60 espert nazzjonali sekondat u 15-il aġent kuntrattwali. Id-dettalji dwar il-ħtiġijiet finanzjarji u tal-persunal jinsabu fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Leġiżlattivi. Se jkun hemm rekwiżiti minimi fuq il-baġits nazzjonali permezz tal-impatt tal-proposta fuq il-baġit tal-UE. Mhux possibbli li wieħed jikkwantifika b’mod preċiż l-impatti fuq l-amministrazzjonijiet, iżda l-istudji tal-każi jindikaw li tali impatt se jkun pożittiv għaliex infurzar aħjar tar-regoli se jippermetti lill-korpi nazzjonali tal-infurzar jaqbdu kontribuzzjonijiet li preċedentament ma tħallsux u li jibbenefikaw mill-appoġġ operattiv mill-Awtorità.

    Il-proposta tinkludi klawżola tal-evalwazzjoni biex tivvaluta l-mandat u l-kompiti tal-Awtorità kull 5 snin, fejn tipprevedi l-possibbiltà li progressivament jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom u biex l-Awtorità tespandi.

    5.ELEMENTI OĦRAJN

    Pjanijiet u monitoraġġ tal-implimentazzjoni, tal-evalwazzjoni u tal-arranġamenti tar-rapportar

    Qafas ta’ monitoraġġ dedikat deskritt fir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja l-proposta se jagħti informazzjoni, abbażi tal-għadd ta’ indikaturi, dwar il-progress miksub fil-kisba tal-għanijiet tar-Regolament. Ir-rekwiżiti u l-iskeda taż-żmien tal-qafas ta’ monitoraġġ se jkunu soġġetti għal aġġustament ulterjuri matul il-proċess leġiżlattiv u ta’ implimentazzjoni.

    Il-Kummissjoni se tevalwa r-Regolament ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu b’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju 32 u l-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar 33 . L-evalwazzjoni se tiffoka b’mod partikolari fuq il-kriterji stabbiliti fil-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, jiġifieri l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza, il-valur miżjud u r-rilevanza tal-UE, fid-dawl ta’ kwalunkwe rieżami jew aġġornament tar-Regolament.

    Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Il-Kapitolu I jippreżenta l-prinċipji ewlenin li jamministraw l-istabbiliment u l-funzjonament tal-Awtorità futura.

    L-Artikolu 1 jistabbilixxi l-materja tas-suġġett u l-oqsma ta’ politika li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

    L-Artikolu 2 fih l-għanijiet ewlenin tal-Awtorità, fejn il-punt a) tagħha jispjega l-għanijiet lejn il-pubbliku inkluż l-individwi u min iħaddem, il-punt b) jispjega r-rwol lejn l-Istati Membri, u l-punt c) jirreferi għar-rwol tagħha ta’ medjatur u li tiffaċilita s-soluzzjoni ta’ tilwim transfruntiera bejn l-awtoritajiet nazzjonali jew it-tfixkil fis-suq tax-xogħol.

    L-Artikolu 3 jipprevedi għall-istatus legali tal-Awtorità.

    L-Artikolu 4 se jindika s-sede tal-Awtorità futura, ladarba jiġi deċiż mill-Istati Membri qabel it-tmiem tal-proċedura leġiżlattiva li twassal għall-adozzjoni ta’ din il-proposta.

    Il-Kapitolu II jispjega l-kompiti tal-Awtorità futura, elenkati fl-Artikolu 5, fejn kull kompitu huwa deskritt f’iktar dettall f’Artikolu/i dedikat(i).

    L-Artikolu 6 jipprovdi dettalji dwar il-mod ta’ kif l-Awtorità se ttejjeb il-kwalità u l-aċċess għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi fil-qasam tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol offruti lill-individwi u lil min iħaddem.

    L-Artikolu 7 jistabbilixxi kif l-Awtorità se tiffaċilita l-aċċess għall-individwi u għal min iħaddem għal inizjattivi u servizzi tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol, fejn jiddefinixxi l-kompiti speċifiċi tagħha f’dan ir-rigward. Jistabbilixxi wkoll ir-rwol tal-Awtorità fil-ġestjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni tal-EURES.

    L-Artikolu 8 dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri jipprevedi l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni u t-tħaffif tal-iskambji bejn l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-każijiet transfruntiera (deskritti fil-paragrafu 1), jiddeskrivi l-funzjonament tal-Awtorità fl-appoġġ għall-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 883 2004 dwar il-kwistjonijiet finanzjarji marbuta mal-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament (il-paragrafu 2), u jissottolinja r-rwol tal-Awtorità fil-promozzjoni tal-użu tal-għodod elettroniċi u tal-proċeduri ta’ diġitalizzazzjoni (il-paragrafi 3 u 4).

    L-Artikoli 9 u 10 jispjegaw il-mod ta’ kif l-Awtorità għandha tikkoordina spezzjonijiet miftiehma u konġunti minn naħa għal oħra tal-fruntieri: L-Artikolu 9 jiddefinixxi d-dettalji għall-istabbiliment ta’ spezzjonijiet miftiehma u konġunti, jispjega li tali azzjonijiet se jseħħu biss bi qbil mal-Istati Membri konċernati, fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali, jew fuq l-inizjattiva tal-Awtorità (il-paragrafu 1), u jirrikjedi lill-Istati Membri li jagħżlu li ma jwettqux spezzjoni miftiehma jew konġunta biex jispjegaw ir-raġunijiet dwar id-deċiżjoni tagħhom (il-paragrafu 2), jgħin lill-Istati Membri jwettqu spezzjonijiet konġunti wkoll f’każijiet fejn mhux l-Istati Membri kollha konċernati mill-ispezzjoni miftiehma jew konġunta jiddeċiedu li jipparteċipaw (il-paragrafu 3). L-Artikolu 10 jiffissa l-arranġamenti prattiċi għat-twettiq ta’ spezzjoni miftiehma jew konġunta taħt il-koordinazzjoni tal-Awtorità.

    L-Artikolu 11 jispjega l-funzjoni tal-valutazzjoni analitika u tar-riskju tal-Awtorità fir-rigward tal-aspetti transfruntiera tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol, fejn jiffissa d-dettalji tal-attivitajiet u l-kuntest li fih tali xogħol se jitwettaq.

    L-Artikolu 12 jagħti mandat lill-Awtorità biex tappoġġa lill-Istati Membri fit-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom, sabiex jippromwovu l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dritt rilevanti tal-Unjoni konsistenti, ġust u effettiv, u jiddefinixxi attivitajiet speċifiċi għall-Awtorità biex tissodisfa dan il-kompitu.

    L-Artikolu 13 dwar il-medjazzjoni jiddeskrivi l-kompitu tal-Awtorità bil-ħsieb li ssolvi t-tilwim bejn l-Istati Membri.

    L-Artikolu 14 jiddefinixxi r-rwol tal-Awtorità fit-trawwim tal-kooperazzjoni fil-każ ta’ tfixkil transfruntier fis-suq tax-xogħol.

    L-Artikolu 15 jipprevedi għall-kooperazzjoni tal-Awtorità ma’ aġenziji deċentralizzati oħrajn tal-Unjoni.

    L-Artikolu 16 jiżgura li l-ħidma kollha tal-Awtorità li tiffoka fuq id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri użati matul l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri se ssegwi l-prinċipji tal-qafas tal-interoperabbiltà u tal-arkitettura ta’ referenza rilevanti.

    Il-Kapitolu III jiddeskrivi l-organizzazzjoni tal-Awtorità, fejn jiddefinixxi d-dettalji tal-istruttura tagħha.

    L-Artikolu 17 jipprevedi l-istruttura amministrattiva u ta’ ġestjoni tal-Awtorità li hija magħmula minn Bord Amministrattiv, Direttur Eżekuttiv u Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati. Jistabbilixxi wkoll il-possibbiltà għall-Awtorità li toħloq gruppi ta’ ħidma u panels speċifiċi sabiex jindirizzaw kompiti speċifiċi.

    L-Artikoli 18 sa 22 jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-funzjonament tal-Bord Amministrattiv. Din it-taqsima tipprevedi l-kompożizzjoni, il-funzjonijiet, ir-regoli fir-rigward tal-President, il-laqgħat u r-regoli tal-ivvutar tal-Bord Amministrattiv.

    L-Artikolu 23 jispjega r-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv.

    L-Artikolu 24 jipprevedi l-ħolqien ta’ Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati mehmuż mal-Awtorità, sabiex jipprevedi forum għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar suġġetti marbuta mal-kompiti tal-Awtorità.

    Il-Kapitolu IV jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment u l-istruttura tal-baġit tal-Awtorità.

    Il-Kapitolu V jiddefinixxi d-dispożizzjonijiet li jamministraw lill-persunal tal-Awtorità, inkluż regoli ġenerali dwar il-persunal, id-Direttur Eżekuttiv, Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament, u esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor.

    Il-Kapitolu VI jispjega d-dispożizzjonijiet ġenerali u finali, inkluż il-privileġġi u l-immunitajiet applikabbli għall-persunal tal-Awtorità, l-arranġamenti tal-lingwa, ir-regoli dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni, il-ġlieda kontra l-frodi, l-iżgurar tas-sigurtà u l-protezzjoni tal-informazzjoni kif ukoll ir-responsabbiltà. Jipprevedi li l-Kummissjoni se tivvaluta perjodikament il-prestazzjoni tal-Awtorità. Id-dispożizzjonijiet dwar l-inkjesti amministrattivi tal-Ombudsman Ewropew, kif ukoll kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jinsabu wkoll f’dan il-kapitolu. L-arranġamenti tal-kwartieri ġenerali u l-kundizzjonijiet tal-operat, kif ukoll il-bidu tal-attivitajiet tal-Awtorità huma definiti f’dan il-Kapitolu.

    L-Artikolu 46 jipprevedi emendi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    L-Artikolu 47 jipprevedi emendi tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

    L-Artikolu 48 jipprevedi emendi tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

    L-Artikolu 49 jipprevedi emendi tar-Regolament (UE) 2016/589.

    L-Artikolu 50 jipprevedi t-tħassir tad-Deċiżjoni 2009/17/KE u tad-Deċiżjoni (UE) 2016/344.

    L-Artikolu 51 jittratta d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    2018/0064 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol

    (test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 46, l-Artikolu 48, l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62 u l-Artikolu 91(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 34 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 35 ,

    Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)Il-moviment liberu tal-ħaddiema, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà tal-forniment ta’ servizzi huma prinċipji fundamentali tas-suq intern tal-Unjoni, minquxa fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

    (2)Skont l-Artikolu 3 TUE, l-Unjoni trid taħdem għal ekonomija tas-suq soċjali kompetittiva ħafna, fejn timmira għal impjiegi għal kulħadd u progress soċjali u tippromwovi l-ġustizzja u protezzjoni soċjali. F’konformità mal-Artikolu 9 TFUE, l-Unjoni, fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u tal-attivitajiet tagħha, trid tqis ir-rekwiżit marbuta ma’, fost l-oħrajn, il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u l-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

    (3)Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ġie pproklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali f’Gothenburg fis-17 ta’ Novembru 2017. Is-Summit Soċjali fakkar il-ħtieġa li l-persuni jiġu l-ewwel, sabiex inkomplu niżviluppaw id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni, u li nippromwovu l-konverġenza permezz ta’ sforzi fil-livelli kollha, kif ġie konfermat matul il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2017.

    (4)Kif ġie spjegat fid-Dikjarazzjoni Konġunta tagħhom dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi għall-2018-2019, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma impenjati li jieħdu azzjoni biex jirrinfurzaw id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni, billi jaħdmu fuq li jtejbu l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali 36 , billi jipproteġu lill-ħaddiema mir-riskji tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol 37 , billi jiżguraw trattament ġust għal kulħadd fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni permezz ta’ regoli modernizzati dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema 38 , u billi jkomplu jtejbu l-infurzar transfruntiera tad-dritt tal-Unjoni.

    (5)Jenħtieġ li tkun stabbilita Awtorità Ewropea tax-Xogħol (l-“Awtorità”) sabiex tgħin issaħħaħ il-ġustizzja u l-fiduċja fis-Suq Uniku. Għal dak l-għan, l-Awtorità jenħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fit-tisħiħ tal-aċċess għall-informazzjoni għall-individwi u għal min iħaddem dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fis-sitwazzjonijiet tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera kif ukoll aċċess għal servizzi rilevanti, konformità tal-appoġġ u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni f’dawn l-oqsma, u timmedja u tiffaċilita soluzzjoni fil-każ ta’ tilwim jew tfixkil transfruntier fis-suq tax-xogħol.

    (6)L-Awtorità jenħtieġ li twettaq l-attivitajiet tagħha fl-oqsma tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali transfruntiera, inkluż il-moviment liberu tal-ħaddiema, l-istazzjonar tal-ħaddiema u servizzi mobbli ħafna. Jenħtieġ li ttejjeb ukoll il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat. F’każijiet fejn l-Awtorità, matul il-prestazzjoni tal-attivitajiet tagħha, issir konxja ta’ irregolaritajiet suspettati, inkluż f’oqsma tad-dritt tal-Unjoni lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, tali ksur tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tar-regoli tas-saħħa u tas-sikurezza, jew tal-impjieg ta’ ċittadini li qed jgħixu hemm b’mod illegali, jenħtieġ li tkun tista’ tirrapportahom u tikkoopera dwar dawn il-kwistjonijiet mal-Kummissjoni, mal-korpi kompetenti tal-Unjoni, u mal-awtoritajiet nazzjonali fejn xieraq.

    (7)L-Awtorità jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-iffaċilitar tal-moviment liberu tal-ħaddiema rregolat permezz tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 , id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 u r-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 . Jenħtieġ li tiffaċilita l-istazzjonar tal-ħaddiema li huma amministrati mid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 , u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 , inkluż billi tappoġġa l-infurzar ta’ dawk id-dispożizzjonijiet implimentati permezz ta’ ftehimiet kollettivi applikabbli b’mod universali f’konformità mal-prattiċi tal-Istati Membri. Jenħtieġ li tgħin ukoll fil-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali rregolati rregolat permezz tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 , ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45 , ir-Regolament (UE) 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 ; kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/71 47 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/72 48 .

    (8)F’ċerti stanzi, id-dritt tal-Unjoni speċifiku skont is-settur ġie adottat sabiex iwieġeb għall-ħtiġijiet speċifiċi f’dak is-settur, bħall-qasam tat-trasport internazzjonali. L-Awtorità jenħtieġ li tittratta wkoll l-aspetti transfruntiera tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni speċifika skont is-settur bħal din, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 , id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 50 , ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 51 u d-Direttiva (Direttiva ta’ Emenda 2006/22/KE – COM(2017)278) 52 .

    (9)L-individwi koperti mill-attivitajiet tal-Awtorità jenħtieġ li jkunu persuni li huma soġġetti għad-dritt tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom, persuni li qed ifittxu x-xogħol, u persuni ekonomikament inattivi; jenħtieġ li dan ikopri kemm ċittadini tal-Unjoni kif ukoll ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma residenti legalment fl-Unjoni, bħal ħaddiema stazzjonati, detenturi tal-Karta Blu tal-UE, trasferimenti intrakorporattivi jew residenti fit-tul, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom.

    (10)L-istabbiliment tal-Awtorità jenħtieġ li ma joħloqx drittijiet u obbligi ġodda għall-individwi jew għal min iħaddem, inkluż l-operaturi ekonomiċi jew l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, għaliex l-attivitajiet tal-Awtorità jenħtieġ li jkopruhom sal punt li huma koperti mid-dritt tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament.

    (11)Sabiex ikun żgurat li jistgħu jibbenefikaw minn suq intern ġust u effettiv, l-Awtorità jenħtieġ li tippromwovi l-opportunitajiet għall-individwi u għal min iħaddem biex ikunu mobbli jew tipprovdi s-servizzi u timpjegahom fi kwalunkwe post fl-Unjoni. Dan jinkludi l-mobbiltà transfruntiera tal-individwi billi tiffaċilita l-aċċess għas-servizzi tal-mobbiltà transfruntiera, bħat-tqabbil tal-impjiegi, tat-traineeships u tal-apprendistati transfruntiera u billi tippromwovi l-iskemi tal-mobbiltà bħal “L-ewwel impjieg EURES tiegħek” jew “ErasmusPRO”. L-Awtorità jenħtieġ li tikkontribwixxi wkoll għat-titjib tat-trasparenza tal-informazzjoni, inkluż dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, u l-aċċess għal servizzi għall-individwi u min iħaddem, f’kooperazzjoni ma’ servizzi ta’ informazzjoni tal-Unjoni oħrajn, bħall-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, u li tieħu vantaġġ sħiħ u tiżgura konsistenza mal-Portal l-Ewropa Tiegħek, li se jifforma l-pedament għall- gateway diġitali unika futura 53 .

    (12)Għal dawn il-finijiet, l-Awtorità jenħtieġ li tikkoopera ma’ inizjattivi u netwerks rilevanti oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari in-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) 54 , in-Netwerk Enterprise Europe 55 , il-Punt Fokali tal-Fruntieri 56 u SOLVIT 57 , kif ukoll mas-servizzi nazzjonali rilevanti bħall-korpi biex tippromwovi trattament ekwu u biex tappoġġa lill-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom, maħtura mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2014/54/UE, u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali maħtura skont id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 58 biex jipprovdu informazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa. L-Awtorità jenħtieġ li tesplora wkoll sinerġiji mal-e-Card Ewropea tas-servizzi proposta 59 , notevolment fir-rigward ta’ dawk il-każijiet li fihom l-Istati Membri jiddeċiedu dwar is-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet fir-rigward tal-ħaddiema stazzjonati permezz tal-pjattaforma tal-e-Card. L-Awtorità jenħtieġ li tieħu post il-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni tan-Netwerk tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (“EURES”) stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/589, inkluż id-definizzjoni tal-ħtiġijiet tal-utent u tar-rekwiżiti tan-negozju għall-effettività tal-portal EURES u tas-servizzi tal-IT relatati, iżda teskludi l-forniment tal-IT, u l-operat u l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-IT, li se tkompli tkun żgurata mill-Kummissjoni.

    (13)Fid-dawl tal-applikazzjoni ġusta, sempliċi u effettiva tad-dritt tal-Unjoni, l-Awtorità jenħtieġ li tappoġġa l-kooperazzjoni u l-iskambju f’waqtu tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri. Flimkien ma’ persunal ieħor, l-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament li jaħdmu fi ħdan l-Awtorità jenħtieġ li jappoġġaw il-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi ta’ kooperazzjoni, iħaffu l-iskambji bejniethom permezz ta’ proċeduri dedikati biex inaqqsu d-dewmien, u jiżguraw rabtiet ma’ uffiċċji nazzjonali ta’ kollegament, korpi u punti ta’ kuntatt taħt id-dritt tal-Unjoni. L-Awtorità jenħtieġ li tħeġġeġ l-użu ta’ approċċi innovattivi għal kooperazzjoni transfruntiera effettiva u effiċjenti, inkluż għodod tal-iskambju tad-dejta elettronika bħas-sistema ta’ Skambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI) u s-sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), u jenħtieġ li tikkontribwixxi biex tkompli tiddiġitalizza l-proċeduri u ttejjeb l-għodod tal-IT użati għall-iskambju tal-messaġġi bejn l-awtoritajiet nazzjonali.

    (14)Sabiex tiżdied il-kapaċità tal-Istati membri biex jindirizzaw l-irregolaritajiet b’dimensjoni transfruntiera f’rabta mad-dritt tal-Unjoni fil-kamp tal-applikazzjoni tagħha, l-Awtorità jenħtieġ li tappoġġa l-awtoritajiet nazzjonali fit-twettiq ta’ spezzjonijiet miftiehma u konġunti, inkluż billi tiffaċilita l-ispezzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/67/UE. Dawn jenħtieġ li jseħħu fuq talba tal-Istati Membri jew fuq il-qbil tagħhom mas-suġġeriment tal-Awtorità. L-Awtorità jenħtieġ li tipprovdi appoġġ strateġiku, loġistiku u tekniku lill-Istati Membri li jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet miftiehma jew konġunti b’rispett komplut lejn ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità. L-ispezzjonijiet jenħtieġ li jitwettqu fi qbil mal-Istati Membri konċernati u jseħħu kompletament fi ħdan il-qafas legali tad-dritt nazzjonali tal-Istati Membri konċernati, li jenħtieġ li jsegwu fuq l-eżiti tal-ispezzjonijiet miftiehma u konġunti skont id-dritt nazzjonali.

    (15)Sabiex iżżomm kont tax-xejriet, tal-isfidi jew tal-lakuni emerġenti fl-oqsma tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, l-Awtorità jenħtieġ li tiżviluppa kapaċità analitika u valutazzjoni tar-riskju. Din jenħtieġ li tinvolvi t-twettiq ta’ analiżi u studji tas-suq tax-xogħol, kif ukoll reviżjonijiet bejn il-pari. L-Awtorità jenħtieġ li timmonitorja l-iżbilanċi potenzjali f’termini tal-ħiliet u tal-flussi tax-xogħol transfruntiera, inkluż l-impatt possibbli tagħhom fuq il-koeżjoni territorjali. L-Awtorità jenħtieġ li tappoġġa wkoll il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/67/UE. L-Awtorità jenħtieġ li tiżgura sinerġiji u komplementarjetà ma’ Aġenziji tal-Unjoni oħrajn jew servizzi jew netwerks. Dan jenħtieġ li jinkludi t-tfittix ta’ input minn SOLVIT u servizzi simili dwar il-problemi rikorrenti li jiltaqgħu magħhom l-individwi u n-negozji fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom fl-oqsma taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Awtorità. L-Awtorità jenħtieġ li tiffaċilita wkoll u tissimplifika l-attivitajiet tal-ġbir tad-dejta previsti mid-drittijiet rilevanti tal-Unjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Dan ma jinvolvix il-ħolqien ta’ obbligi ta’ rapportar ġodda għall-Istati Membri.

    (16)Biex issaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali u ttejjeb il-konsistenza fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, l-Awtorità jenħtieġ li tipprovdi assistenza operattiva lill-awtoritajiet nazzjonali, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ linji gwida prattiċi, l-istabbiliment ta’ programmi ta’ taħriġ u tagħlim bejn il-pari, il-promozzjoni ta’ proġetti ta’ assistenza reċiproka, l-iffaċilitar tal-iskambji tal-persunal bħal dawk msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/67/UE, u appoġġ għall-Istati Membri fl-organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni li jinformaw lill-individwi u lil min iħaddem dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom. L-Awtorità jenħtieġ li tippromwovi l-iskambju, id-disseminazzjoni u l-użu ta’ prassi tajbin.

    (17)L-Awtorità jenħtieġ li tipprovdi pjattaforma għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn l-Istati Membri f’rabta mal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Jenħtieġ li tibni fuq djalogu u mekkaniżmi ta’ konċiljazzjoni li bħalissa jinsabu fis-seħħ fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, li huma vvalutati mill-Istati Membri 60 u l-importanza tagħhom hija rikonoxxuta mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea 61 . L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jirreferu l-każijiet lill-Awtorità għall-medjazzjoni skont il-proċeduri standard imdaħħla fis-seħħ għal dan il-fini. L-Awtorità jenħtieġ li tittratta biss tilwim bejn l-Istati Membri, filwaqt li l-individwi u min iħaddem li jkunu qed jaffaċċaw diffikultajiet fl-eżerċitar tad-drittijiet tal-Unjoni tagħhom jenħtieġ li jibqa’ jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizzi nazzjonali u tal-Unjoni dedikati biex jittrattaw każijiet bħal dawn, bħan-netwerk SOLVIT li lilu l-Awtorità jenħtieġ li tirreferi tali każijiet. In-netwerk SOLVIT jenħtieġ li jkun jista’ wkoll jirreferi lill-Awtorità għall-konsiderazzjoni tagħha każijiet fejn il-problema ma tistax tissolva minħabba differenzi bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali.

    (18)Biex tiffaċilita l-ġestjoni tal-aġġustamenti tas-suq tax-xogħol, l-Awtorità jenħtieġ li tiffaċilita l-kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex tindirizza t-tfixkil fis-suq tax-xogħol li jaffettwaw iktar minn Stat Membru wieħed, bħal każijiet ta’ ristrutturar jew proġetti maġġuri li għandhom impatt fuq l-impjiegi fir-reġjuni tal-fruntieri.

    (19)Il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (EIF) 62 joffri prinċipji u rakkomandazzjonijiet dwar kif titjib il-governanza tal-attivitajiet tal-interoperabbiltà u t-twettiq tas-servizzi pubbliċi, l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet u transfruntiera, is-simplifikazzjoni tal-proċessi li jappoġġaw l-iskambji diġitali minn tarf sa tarf, u l-iżgurar li kemm il-leġiżlazzjoni eżistenti kif ukoll dik ġdida jappoġġaw il-prinċipji tal-interoperabbiltà. L-Arkitettura Ewropea ta’ Referenza għall-Interoperabbiltà (EIRA) hija struttura ġenerika, magħmula minn prinċipji u linji gwida li japplikaw għall-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet tal-interoperabbiltà 63 . Kemm l-EIF u l-EIRA jenħtieġ li jiggwidaw u jappoġġaw lill-Awtorità meta tikkunsidra kwistjonijiet tal-interoperabbiltà.

    (20) L-Awtorità jenħtieġ li tkun amministrata u operata f’konformità mal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta’ Lulju 2012.

    (21)L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jkunu rappreżentati fuq Bord Amministrattiv, sabiex ikun żgurat il-funzjonament effettiv tal-Awtorità. Il-kompożizzjoni tal-Bord Amministrattiv, inkluż l-għażla tal-President u tal-Viċi President, jenħtieġ li tirrispetta l-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki. Fid-dawl tal-funzjonament effettiv u effiċjenti tal-Awtorità, il-Bord Amministrattiv, b’mod partikolari, jenħtieġ li jadotta programm ta’ ħidma annwali, iwettaq il-funzjonijiet tiegħu marbuta mal-baġit tal-Awtorità, jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità, jaħtar Direttur Eżekuttiv, u jistabbilixxi proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet marbuta mal-kompiti operattivi tal-Awtorità mid-Direttur Eżekuttiv. Rappreżentanti minn pajjiżi oħrajn apparti mill-Istati Membri tal-Unjoni, li qed japplikaw ir-regoli tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Awtorità, jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Amministrattiv bħala osservaturi.

    (22)Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv u d-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ li jkunu indipendenti fil-prestazzjoni ta’ dmirijiethom u jaġixxu fl-interess pubbliku.

    (23)L-Awtorità jenħtieġ li tiddependi direttament fuq l-għarfien espert tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-oqsma fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha permezz ta’ Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati dedikat. Il-membri jenħtieġ li jkunu rappreżentanti ta’ sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni. Fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati se jqis debitament l-opinjonijiet u jieħu mill-għarfien espert tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema skont ir-Regolament (UE) Nru 492/2011.

    (24)Sabiex tiggarantixxi l-awtonomija u l-indipendenza kompluta tagħha, l-Awtorità jenħtieġ li tingħata baġit awtonomu, bi dħul li ġej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri u kwalunkwe kontribuzzjoni minn pajjiżi terzi li jkunu qed jipparteċipaw fil-ħidma tal-Awtorità. F’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati jenħtieġ li tkun ukoll f’pożizzjoni li tirċievi ftehimiet ta’ delega jew għotjiet ad hoc, u li titlob ħlas għall-pubblikazzjonijiet u kwalunkwe servizz fornut mill-Awtorità.

    (25)L-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 64 , jew mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 65 , liema wieħed ikun applikabbli. Dan jinkludi t-tqegħid fis-seħħ tal-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa għall-konformità mal-obbligi imposti minn dawn ir-Regolamenti, b’mod partikolari dawk marbuta mal-legalità tal-ipproċessar, is-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, il-forniment tal-informazzjoni u d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

    (26)Sabiex ikun żgurat l-operat trasparenti tal-Awtorità, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 66 jenħtieġ li japplika għall-Awtorità. L-attivitajiet tal-Awtorità jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-iskrutinju tal-Ombudsman Ewropew f’konformità mal-Artikolu 228 TFUE.

    (27)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 67 jenħtieġ li japplika għall-Awtorità, li jenħtieġ li taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li jikkonċerna l-investigazzjonijiet interni mill-OLAF.

    (28)L-Istat Membru ospitanti tal-Awtorità jenħtieġ li jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jiżgura l-funzjonament kif suppost tal-Awtorità.

    (29)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet tal-impjieg miftuħa u trasparenti u trattament ekwu tal-persunal, ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Regolamenti tal-persunal tal-uffiċjali) u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Unjoni Ewropea (Kundizzjonijiet tal-Impjieg) stipulati fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (flimkien magħrufa bħala r-“Regolamenti tal-Persunal”), jenħtieġ li japplikaw għall-persunal u għad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità, inkluż ir-regoli tas-segretezza professjonali jew funzjonijiet ekwivalenti oħrajn tal-kunfidenzjalità.

    (30)Fi ħdan il-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-Awtorità jenħtieġ li tikkoopera ma’ aġenziji oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk stabbiliti fil-qasam tal-impjieg u tal-politika soċjali, fejn tibni fuq l-għarfien espert tagħhom u timmassimizza s-sinerġiji: il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF), kif ukoll, fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità u t-traffikar tal-bnedmin, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust).

    (31)Sabiex iġib dimensjoni operattiva għall-attivitajiet tal-korpi eżistenti fl-oqsma tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera, l-Awtorità jenħtieġ li tibda twettaq hi l-prestazzjoni tal-kompiti mwettqa mill-Kumitat Tekniku dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/17/KE 68 u l-Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta’ xogħol mhux iddikjarat stabbilita permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 69 . Permezz tal-istabbiliment tal-Awtorità, dawk korpi jenħtieġ li ma jibqgħux jeżistu.

    (32)L-Awtorità jenħtieġ li tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali maħluqa permezz tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (“il-Kummissjoni Amministrattiva”) sa fejn teżerċita kompiti regolatorji marbuta mal-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009. L-Awtorità jenħtieġ li madankollu tibda twettaq il-kompiti operattivi li bħalissa qed jitwettqu taħt il-qafas tal-Kummissjoni Amministrattiva, bħall-forniment ta’ funzjoni ta’ medjazzjoni bejn l-Istati Membri, tiżgura forum għall-indirizzar ta’ kwistjonijiet finanzjarji marbuta mal-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, tieħu post il-funzjoni tal-Bord tal-Awditu stabbilit permezz ta’ dawk ir-Regolamenti, kif ukoll kwistjonijiet marbuta mal-iskambju tad-dejta elettronika u l-għodod tal-IT biex tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti, tieħu post il-funzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-Dejta stabbilita permezz ta’ dawk ir-Regolamenti.

    (33)Il-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 jipprovdu forum għall-konsultazzjoni tas-sħab soċjali u tar-rappreżentanti governattivi fil-livell nazzjonali. L-Awtorità jenħtieġ li tikkontribwixxi għal xogħolhom u tista’ tipparteċipa fil-laqgħat tagħhom.

    (34)Sabiex jirriflettu din is-sistema istituzzjonali ġdida, ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (KE) Nru 987/2009, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 jenħtieġ li jiġu emendati, u d-Deċiżjoni 2009/17/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2016/344 jenħtieġ li jitħassru.

    (35)Ir-rispett għad-diversità tas-sistemi nazzjonali tar-relazzjonijiet industrijali kif ukoll l-awtonomija tas-sħab soċjali huma espliċitament rikonoxxuti mit-TFUE. Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Awtorità hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, taħt, fost l-oħrajn, konvenzjonijiet rilevanti u applikabbli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), bħall-Konvenzjoni Nru 81 dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol fl-Industrija u fil-Kummerċ, u għas-setgħat tal-Istati Membri li jirregolaw, jimmedjaw jew jimmonitorjaw relazzjonijiet nazzjonali industrijali, b’mod partikolari dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ negozjar kollettiv u li tittieħed azzjoni kollettiva.

    (36)Minħabba l-fatt li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament biex jappoġġa l-moviment liberu tal-ħaddiema u tas-servizzi u biex jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-ġustizzja fis-suq intern ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri f’mod mhux koordinat, iżda jista’, minħabba r-raġuni tan-natura transfruntiera ta’ dawk l-attivitajiet u l-ħtieġa għal żieda fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jikseb dawk l-għanijiet.

    (37)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif jissemma fl-Artikolu 6 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Kapitolu I

    Prinċipji

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.Ir-Regolament jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (l-“Awtorità”).

    2.L-Awtorità għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fi kwistjonijiet marbuta mal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera u l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni.

    Artikolu 2

    Għanijiet

    L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tikkontribwixxi sabiex tkun żgurata mobbiltà tal-forza tax-xogħol ġusta fis-Suq Intern. Għal dan il-fini, l-Awtorità għandha:

    (a)tiffaċilita l-aċċess għall-individwi u għal min iħaddem għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom kif ukoll is-servizzi rilevanti;

    (b)tappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-infurzar transfruntiera tad-dritt rilevanti tal-Unjoni, inkluż l-iffaċilitar ta’ spezzjonijiet konġunti;

    (c)timmedja u tiffaċilita soluzzjoni fil-każijiet ta’ tilwim transfruntiera bejn l-awtoritajiet nazzjonali jew tfixkil fis-suq tax-xogħol.

    Artikolu 3

    Status legali

    1.L-Awtorità għandha tkun korp tal-Unjoni b’personalità legali.

    2.F’kull Stat Membru, l-Awtorità għandu jkollha l-iktar kapaċità legali estensiva possibbli mogħtija lill-persuni legali taħt il-liġi tiegħu. Tista’, b’mod partikolari, takkwista u tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti għall-proċedimenti legali.

    Artikolu 4

    Sede

    Is-sede tal-Awtorità għandu jkun [x].

    Kapitolu II

    Kompiti tal-Awtorità

    Artikolu 5

    Kompiti tal-Awtorità

    Sabiex tikseb l-għanijiet tagħha, l-Awtorità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

    (a)tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni mill-individwi u minn min iħaddem dwar id-drittijiet u l-obbligi f’sitwazzjonijiet transfruntiera kif ukoll aċċess għal servizzi tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera, f’konformità mal-Artikoli 6 u 7;

    (b)tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali bil-ħsieb tal-infurzar effettiv tad-dritt rilevanti tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 8;

    (c)tikkoordina u tappoġġa spezzjonijiet miftiehma u konġunti, f’konformità mal-Artikoli 9 u 10;

    (d)twettaq analiżi u valutazzjonijiet tar-riskju dwar kwistjonijiet tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera, f’konformità mal-Artikolu 11;

    (e)tappoġġa lill-Istati Membri b’kapaċità ta’ bini fir-rigward tal-infurzar effettiv tad-dritt rilevanti tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 12;

    (f)timmedja f’tilwim bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tad-dritt rilevanti tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 13;

    (g)tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn partijiet ikkonċernati rilevanti fil-każ ta’ tfixkil transfruntier fis-suq tax-xogħol, f’konformità mal-Artikolu 14.

    Artikolu 6

    Informazzjoni dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera

    L-Awtorità għandha ttejjeb id-disponibbiltà, il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni offruta lill-individwi u lil min iħaddem biex tiffaċilita l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol madwar l-Unjoni, f’konformità mar-Regolament (UE) 589/2016 dwar EURES u r-Regolament [Gateway Diġitali Unika – COM(2017)256]. Għal dak il-fini, l-Awtorità għandha:

    (a)tipprovdi informazzjoni rilevanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-individwi f’sitwazzjonijiet tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera;

    (b)tippromwovi l-opportunitajiet biex tappoġġa l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol tal-individwi, inkluż permezz ta’ gwida dwar l-aċċess għat-tagħlim u għat-taħriġ tal-lingwa;

    (c)tipprovdi informazzjoni rilevanti lil min iħaddem dwar ir-regoli tax-xogħol, u l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol applikabbli għall-ħaddiema f’sitwazzjonijiet tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera, inkluż ħaddiema stazzjonati;

    (d)tappoġġa lill-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha relatata mal-moviment liberu tal-ħaddiema kif hemm stabbilit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/54/UE, u mal-istazzjonar tal-ħaddiema kif hemm stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/67/UE;

    (e)tappoġġa lill-Istati Membri fit-titjib tal-korrettezza, tal-kompletezza u tal-iffaċilitar tal-użu għall-utenti tas-servizzi tal-informazzjoni nazzjonali rilevanti, f’konformità mal-kriterji tal-kwalità stipulati fir-Regolament [Gateway Diġitali Unika – COM(2017)256];

    (f)tappoġġa lill-Istati Membri fis-simplifikazzjoni tal-forniment tal-informazzjoni u tas-servizzi lill-individwi u lil min iħaddem fil-qasam tal-mobbiltà transfruntiera fuq bażi volontarja, filwaqt li tirrispetta kompletament il-kompetenzi tal-Istati Membri.

    Artikolu 7

    Aċċess għal servizzi tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera

    1.L-Awtorità għandha tipprovdi servizzi lill-individwi u lil min iħaddem biex tiffaċilita l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol fl-Unjoni. Għal dak il-fini, l-Awtorità għandha:

    (a)tippromwovi l-iżvilupp ta’ inizjattivi li jappoġġaw il-mobbiltà transfruntiera tal-individwi, inkluż skemi tal-mobbiltà mmirati;

    (b)tagħmel possibbli t-tqabbil transfruntiera ta’ postijiet vakanti ta’ impjieg, traineeship u apprendistat mas-CVs u mal-applikazzjonijiet għall-benefiċċju tal-individwi u ta’ min iħaddem, b’mod partikolari permezz ta’ EURES;

    (c)tikkoopera ma’ inizjattivi u netwerks tal-Unjoni oħrajn, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, in-Netwerk Enterprise Europe u l-Punt Fokali tal-Fruntieri, b’mod partikolari biex jidentifikaw u jegħlbu ostakli transfruntiera għall-mobbiltà tal-forza tax-xogħol;

    (d)tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn is-servizzi kompetenti fil-livell nazzjonali maħtura f’konformità mad-Direttiva 2014/54/UE sabiex jipprovdu informazzjoni, gwida u assistenza lill-individwi u lil min iħaddem fuq il-mobbiltà transfruntiera, u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali maħtura f’konformità mad-Direttiva 2011/24/UE biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa.

    2.L-Awtorità għandha tamministra l-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni tal-EURES u tiżgura li jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/589, ħlief għall-operat u l-iżvilupp tekniku tal-portal EURES u s-servizzi relatati tal-IT, li se jkomplu jiġu amministrati mill-Kummissjoni. L-Awtorità, taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv kif stipulat fl-Artikolu 23(4)(k), għandha tiżgura li din l-attività tikkonforma kompletament mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli, inkluż ir-rekwiżit tal-ħatra ta’ Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Dejta, f’konformità mal-Artikolu 37.

    Artikolu 8

    Kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri

    1.L-Awtorità għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tappoġġa l-konformità effettiva tagħhom mal-obbligi tal-kooperazzjoni, inkluż dwar l-iskambju tal-informazzjoni, kif definit fid-dritt tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi tal-Awtorità.

    Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha, fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali, u sabiex tħaffef l-iskambji bejniethom, b’mod partikolari:

    (a)tappoġġa l-awtoritajiet nazzjonali fl-identifikazzjoni tal-punti ta’ kuntatt rilevanti tal-awtoritajiet nazzjonali fi Stati Membri oħrajn;

    (b)tiffaċilita s-segwitu għal talbiet u skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali billi tipprovdi appoġġ loġistiku u tekniku, inkluż servizzi ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni, u permezz ta’ skambji tal-istatus tal-każijiet;

    (c)tippromwovi u tikkondividi l-aħjar prassi;

    (d)tiffaċilita l-proċeduri ta’ infurzar transfruntiera tal-penali u tal-multi;

    (e)tirrapporta lill-Kummissjoni kull tliet xhur dwar talbiet mhux riżolti bejn l-Istati Membri, u jekk huwa kkunsidrat meħtieġ, tirreferi dawk għal medjazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13.

    2.L-Awtorità għandha tappoġġa l-ħidma tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali fil-ġestjoni tal-kwistjonijiet finanzjarji marbuta mal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, f’konformità mal-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikoli 65, 67 u 69 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

    3.L-Awtorità għandha tippromwovi l-użu tal-għodod u l-proċeduri elettroniċi għall-iskambju tal-messaġġi bejn l-awtoritajiet nazzjonali, inkluż is-sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) u s-sistema ta’ Skambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI).

    4.L-Awtorità għandha tħeġġeġ l-użu ta’ approċċi innovattivi għal kooperazzjoni transfruntiera effettiva u effiċjenti, u tesplora l-użu potenzjali tal-mekkaniżmi tal-iskambju elettroniku bejn l-Istati Membri biex jiffaċilitaw id-detezzjoni tal-frodi, fejn jipprovdu rapporti lill-Kummissjoni bil-ħsieb għall-iżvilupp ulterjuri tagħhom.

    Artikolu 9

    Koordinazzjoni ta’ spezzjonijiet miftiehma u konġunti

    1.Fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew ħafna, l-Awtorità għandha tikkoordina spezzjonijiet miftiehma jew konġunti fl-oqsma fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi tal-Awtorità. It-talba tista’ tiġi sottomessa minn Stat Membru wieħed jew diversi. L-Awtorità tista’ tissuġġerixxi wkoll lill-awtoritajiet tal-Istati Membri konċernati li jwettqu spezzjoni miftiehma jew konġunta.

    2.Fejn l-awtorità ta’ Stat Membru tiddeċiedi li ma tipparteċipax jew li ma twettaqx l-ispezzjoni miftiehma jew konġunta msemmija fil-paragrafu 1, għandha tinforma lill-Awtorità bil-miktub bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha debitament minn qabel. F’tali każijiet, l-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali l-oħrajn konċernati.

    3.L-organizzazzjoni ta’ spezzjoni miftiehma jew konġunta għandha tkun soġġetta għall-qbil minn qabel tal-Istati Membri parteċipanti kollha permezz tal-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament tagħhom. Fil-każ li Stat Membru wieħed jew iktar jirrifjutaw li jipparteċipaw fi spezzjoni miftiehma jew konġunta, l-awtoritajiet nazzjonali l-oħrajn jistgħu, fejn xieraq, iwettqu biss l-ispezzjoni miftiehma jew konġunta fl-Istati Membri parteċipanti. L-Istati Membri li jirrifjutaw li jipparteċipaw fl-ispezzjoni għandhom iżommu kunfidenzjali l-informazzjoni dwar l-ispezzjoni prevista.

    Artikolu 10

    Arranġamenti għal spezzjonijiet miftiehma u konġunti

    1.Ftehim għall-istabbiliment ta’ spezzjoni konġunta (“il-ftehim tal-ispezzjoni konġunta”) bejn l-Istati Membri parteċipanti u l-Awtorità għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ tali eżerċizzju. Il-ftehim tal-ispezzjoni konġunta jista’ jinkludi dispożizzjonijiet li jagħmluha possibbli biex ladarba maqbula u ppjanati l-ispezzjonijiet konġunti iseħħu malajr. L-Awtorità għandha tistabbilixxi ftehim mudell.

    2.L-ispezzjonijiet miftiehma u konġunti u s-segwitu tagħhom għandhom jitwettqu f’konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru konċernat.

    3.L-Awtorità għandha tipprovdi appoġġ loġistiku u tekniku, i jista’ jinkludi servizzi tat-traduzzjoni u tal-interpretazzjoni, lill-Istati Membri li jwettqu spezzjonijiet miftiehma jew konġunti.

    4.Il-persunal tal-Awtorità jista’ jipparteċipa fi spezzjoni miftiehma jew konġunta bil-qbil minn qabel tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu se jipprovdu l-assistenza tagħhom għall-ispezzjoni.

    5.L-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu spezzjoni miftiehma jew konġunta għandhom jirrapportaw lura għand l-Awtorità dwar l-eżiti fi ħdan l-Istati Membri rispettivi tagħhom u dwar it-tħaddim kumplessiv tal-ispezzjoni miftiehma jew konġunta.

    6.L-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet miftiehma u konġunti għandha tkun inkluża fir-rapporti ta’ kull tliet xhur li għandhom jiġu sottomessi lill-Bord Amministrattiv. Fir-rapport tal-attività annwali tal-Awtorità għandu jkun hemm inkluż rapport annwali dwar l-ispezzjonijiet appoġġati mill-Awtorità.

    7.Fil-każ li l-Awtorità, matul l-ispezzjonijiet miftiehma jew konġunti, jew matul kwalunkwe mill-attivitajiet tagħha, tiġi konxja ta’ irregolaritajiet suspettati fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, inkluż lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi tagħha, għandha tirrapporta dawk l-irregolaritajiet suspettati lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet tal-Istat Membru konċernat, fejn xieraq.

    Artikolu 11

    Analiżi u valutazzjoni tar-riskju tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera

    1.L-Awtorità għandha tivvaluta r-riskji u twettaq analiżi fir-rigward tal-flussi tax-xogħol transfruntiera, bħall-iżbilanċi tas-suq tax-xogħol, theddid speċifiku skont is-settur u problemi rikorrenti li jiltaqgħu magħhom l-individwi u min iħaddem f’rabta mal-mobbiltà transfruntiera. Għal dak il-fini, l-Awtorità għandha tiżgura l-komplementarjetà ma’ aġenziji u servizzi oħrajn tal-Unjoni, u tieħu mill-għarfien espert tagħhom, inkluż fl-oqsma ta’ ħiliet ta’ tbassir u tas-saħħa u tas-sikurezza fuq ix-xogħol. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità tista’ twettaq analiżijiet u studji fil-fond u ffokati biex tinvestiga kwistjonijiet speċifiċi tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol.

    2.L-Awtorità għandha torganizza reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet u tas-servizzi nazzjonali sabiex:

    (a)teżamina kwalunkwe mistoqsija, diffikultà u kwistjonijiet speċifiċi li jistgħu jirriżultaw fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika tad-dritt tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal- kompetenzi tal-Awtorità, kif ukoll l-infurzar tiegħu fil-prattika;

    (b)issaħħaħ il-konsistenza fil-forniment tas-servizzi lill-individwi u lin-negozji;

    (c)ittejjeb l-għarfien u l-fehim reċiproku tas-sistemi u tal-prattiċi differenti, kif ukoll tivvaluta l-effettività ta’ miżuri ta’ politika differenti, inkluż il-miżuri ta’ prevenzjoni u deterrent.

    3.L-Awtorità għandha tirrapporta regolarment is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, kif ukoll direttament lill-Istati Membri konċernati, fejn tispjega l-miżuri possibbli biex tindirizza d-dgħufiji identifikati.

    4.L-Awtorità għandha tiġbor id-dejta statistika miġbura u pprovduta mill-Istati Membri fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi tal-Awtorità. Meta tagħmel dan, l-Awtorità għandha tipprova tissimplifika l-attivitajiet attwali tal-ġabra tad-dejta f’dawk l-oqsma. Fejn rilevanti, għandu japplika l-Artikolu 16. L-Awtorità għandha tikkomunika mal-Kummissjoni (Eurostat) u tikkondividi r-riżultati tal-attivitajiet tal-ġbir tad-dejta tagħha, fejn xieraq.

    Artikolu 12

    Appoġġ għall-bini tal-kapaċità

    L-Awtorità għandha tappoġġa lill-Istati Membri fil-bini tal-kapaċità mmirata lejn il-promozzjoni tal-infurzar konsistenti tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma kollha koperti minn dan ir-Regolament. L-Awtorità għandha, b’mod partikolari, twettaq l-attivitajiet li ġejjin:

    (a)tiżviluppa linji gwida komuni għall-użu mill-Istati Membri, inkluż gwida għall-ispezzjonijiet fil-każijiet ta’ dimensjoni transfruntiera, kif ukoll definizzjonijiet kondiviżi u kunċetti komuni, fejn tibni fuq il-ħidma rilevanti fil-livell tal-Unjoni;

    (b)tippromwovi u tappoġġa l-assistenza reċiproka, bejn il-parti jew fil-forma ta’ attivitajiet fi grupp, kif ukoll skambji tal-persunal u skemi ta’ sekondar bejn l-awtoritajiet nazzjonali;

    (c)tippromwovi l-iskambju u d-disseminazzjoni tal-esperjenzi u l-prassi tajbin, inkluż eżempji ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti;

    (d)tiżviluppa programmi ta’ taħriġ u materjal dedikat ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali;

    (e)tippromwovi kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, inkluż kampanji ta’ informazzjoni għall-individwi u għal min iħaddem, speċjalment intrapriżi żgħar u medji (“SMEs”), dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u l-opportunitajiet disponibbli għalihom.

    Artikolu 13

    Medjazzjoni bejn l-Istati Membri

    1.Fil-każ ta’ tilwim bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni jew tal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’oqsma koperti minn dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ twettaq rwol ta’ medjazzjoni.

    2.Fuq talba ta’ wieħed mill-Istati Membri konċernati minn tilwim, l-Awtorità għandha tniedi proċedura ta’ medjazzjoni quddiem il-Bord tal-Medjazzjoni tagħhom stabbilit għal dan l-iskop f’konformità mal-Artikolu 17(2). L-Awtorità tista’ tniedi wkoll proċedura ta’ medjazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess quddiem il-Bord tal-Medjazzjoni, inkluż abbażi ta’ referenza minn SOLVIT, soġġett għall-qbil tal-Istati Membri kollha konċernati minn dak it-tilwim.

    3.Meta jippreżentaw każ għall-medjazzjoni mill-Awtorità, l-Istati membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali kollha marbuta ma’ dak il-każ tiġi anonimizzata u l-Awtorità ma għandhiex tipproċessa d-dejta tal-individwi konċernati mill-każ fi kwalunkwe punt matul il-proċedura tal-medjazzjoni.

    4.Każijiet li fihom hemm għaddejjin proċeduri tal-qorti fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni ma għandhomx ikunu ammissibbli għall-medjazzjoni mill-Awtorità.

    5.Fi żmien tliet xhur mill-konklużjoni tal-medjazzjoni mill-Awtorità, l-Istati Membri konċernati għandhom jirrapportaw lill-Awtorità dwar miżuri li ħadu sabiex jagħtu segwitu għaliha jew dwar ir-raġunijiet għaliex ma ħadux azzjoni fil-każ li ma kienx hemm segwitu.

    6.L-Awtorità għandha tirrapporta lill-Kummissjoni fuq bażi ta’ kull tliet xhur dwar l-eżiti tal-każijiet ta’ medjazzjoni li tittratta.

    Artikolu 14

    Kooperazzjoni f’każ ta’ tfixkil transfruntier fis-suq tax-xogħol

    Fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali, l-Awtorità tista’ tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex tindirizza t-tfixkil fis-suq tax-xogħol li jaffettwaw iktar minn Stat Membru wieħed, bħal avvenimenti ta’ ristrutturar fuq skala kbira jew proġetti maġġuri li għandhom impatt fuq l-impjiegi fir-reġjuni tal-fruntiera.

    Artikolu 15

    Kooperazzjoni ma’ aġenziji oħrajn

    L-Awtorità għandha tistabbilixxi ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni oħrajn fejn xieraq.

    Artikolu 16

    Interoperabbiltà u skambju tal-informazzjoni

    L-Awtorità għandha tikkoordina, tiżviluppa u tapplika l-oqfsa ta’ interoperabbiltà sabiex tiggarantixxi l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll mal-Awtorità. Dawk l-oqfsa tal-interoperabbiltà għandhom ikunu bbażati fuq, u appoġġati mill-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà 70 u l-Arkitettura Ewropea ta’ Referenza għall-Interoperabbiltà msemmija fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 71 .

    Kapitolu III

    Organizzazzjoni tal-Awtorità

    Artikolu 17

    Struttura amministrattiva u ta’ ġestjoni

    1.L-istruttura amministrattiva u ta’ ġestjoni tal-Awtorità għandha tkun magħmula minn:

    (a)Bord Amministrattiv, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19;

    (b)Direttur Eżekuttiv, li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 23;

    (c)Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24.

    2.L-Awtorità tista’ tistabbilixxi gruppi ta’ ħidma jew panels tal-esperti bir-rappreżentati fl-Istati Membri u/jew mill-Kummissjoni, jew esperti esterni billi timxi mal-proċeduri tal-għażla, għas-sodisfar tal-kompiti speċifiċi tagħha jew għal oqsma ta’ politika speċifiċi, inkluż Bord tal-Medjazzjoni sabiex jissodisfa l-kompiti tiegħu f’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, u grupp dedikat għall-fini tal-indirizzar tal-kwistjonijiet finanzjarji marbuta mal-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, kif jissemma fl-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament.

    Ir-regoli tal-proċedura ta’ tali gruppi ta’ ħidma u panels għandhom ikunu stipulati mill-Awtorità wara konsultazzjoni tal-Kummissjoni. Fi kwistjonijiet marbuta mal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali għandha tiġi kkonsultata wkoll.

    Taqsima 1

    Bord Amministrattiv

    Artikolu 18

    Kompożizzjoni tal-Bord Amministrattiv

    1.Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentat anzjan wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, li lkoll kemm huma għandhom dritt tal-vot.

    2.Kull membru tal-Bord Amministrattiv għandu jkollu sostitut għalih. Is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru fin-nuqqas tiegħu jew tagħha.

    3.Il-membri tal-Bord Amministrattiv li jirrappreżentaw l-Istati Membri tagħhom u s-sostituti tagħhom għandhom ikunu maħtura mill-Istati Membri rispettivi tagħhom fid-dawl tal-għarfien tagħhom fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2), filwaqt li jikkunsidraw il-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti.

    Il-Kummissjoni għandha taħtar membri li se jirrappreżentawha.

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw it-tibdil tar-rappreżentanti tagħhom fuq il-Bord Amministrattiv sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw għall-kisba ta’ rappreżentazzjoni bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord Amministrattiv.

    4.Il-mandat għall-membri u għas-sostituti tagħhom għandu jkun erba’ snin. Dak it-terminu għandu jkun jista’ jiġi estiż.

    5.Ir-rappreżentanti mill-pajjiżi terzi, li qed japplikaw id-dritt tal-Unjoni fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Amministrattiv bħala osservaturi.

    Artikolu 19

    Funzjonijiet tal-Bord Amministrattiv

    1.Il-Bord Amministrattiv għandu, b’mod partikolari:

    (a)jissorvelja l-attivitajiet tal-Awtorità;

    (b)jadotta, permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tagħha intitolati għal vot, il-baġit annwali tal-Awtorità u jeżerċita funzjonijiet oħrajn fir-rigward tal-baġit tal-Awtorità skont il-Kapitolu IV;

    (c)jivvaluta u jadotta r-rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż ħarsa ġenerali lejn l-issodisfar tal-kompiti tagħha, u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. Ir-rapport konsolidat dwar l-attività annwali għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

    (d)jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 30;

    (e)jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata għar-riskju ta’ frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati;

    (f)jadotta regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll tal-membri tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati u tal-gruppi ta’ ħidma u panels tal-Awtorità stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 17(2), u għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu kull sena d-dikjarazzjoni ta’ interessi tal-membri tal-Bord Amministrattiv;

    (g)jadotta u regolarment jaġġorna l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(3), abbażi ta’ analiżi tal-ħtiġijiet;

    (h)jadotta r-regoli tal-proċedura;

    (i)jadotta r-regoli tal-proċeduri tal-gruppi ta’ ħidma u tal-panels tal-Awtorità stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 17(2);

    (j)f’konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità, is-setgħat konferiti mir-Regolamenti tal-Persunal dwar l-Awtorità tal-Ħatra u permezz tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra fuq l-Awtorità li għandha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratt ta’ Impjieg 72 (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);

    (k)jadotta regoli ta’ implimentazzjoni biex jidħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra f’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

    (l)jistabbilixxi, fejn xieraq, kapaċità ta’ awditu intern;

    (m)jaħtar id-Direttur Eżekuttiv, u fejn xieraq jestendi l-mandat tiegħu jew tagħha jew ineħħih(a) mill-mandat f’konformità mal-Artikolu 32;

    (n)jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà li għandu jkun soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra u li għandu jkun totalment indipendenti fil-prestazzjoni ta’ dmirijietu;

    (o)jiddetermina l-proċedura tal-għażla għall-membri u għas-sostituti tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 24 u jaħtar il-membri u s-sostituti msemmija;

    (p)jiżgura segwitu adegwat tas-sejbiet u tar-rakkomandazzjoni li jirriżultaw mir-rapporti u mill-evalwazzjonijiet tal-awditu intern jew estern, kif ukoll mill-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

    (q)jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment tal-kumitati interni jew korpi oħra tal-Awtorità u, fejn meħtieġ, il-modifika tagħhom, filwaqt li jikkunsidra l-ħtiġijiet tal-attività tal-Awtorità u b’konsiderazzjoni ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;

    (r)japprova l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-Awtorità msemmi fl-Artikolu 25 qabel is-sottomissjoni tiegħu lill-Kummissjoni għall-opinjoni tagħha;

    (s)jadotta, wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni, id-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-Awtorità permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri intitolati għal vot u f’konformità mal-Artikolu 25;

    2.Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta, f’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u tiddefinixxi l-kondizzjonijiet taħt liema din id-delega tas-setgħat tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

    3.Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali hekk jirrikjedu, il-Bord Amministrattiv jista’, permezz ta’ deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minnu u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew xi membru tal-persunal li mhux id-Direttur Eżekuttiv.

    Artikolu 20

    President tal-Bord Amministrattiv

    1.Il-Bord Amministrattiv għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri li għandhom drittijiet tal-vot, u għandu jistinka għall-bilanċ bejn is-sessi. Il-President u l-Viċi President għandhom jiġu eletti permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord Amministrattiv li għandhom drittijiet tal-vot.

    Fil-każ li l-ewwel vot ma jilħaqx maġġoranza ta’ żewġ terzi, jiġi organizzat it-tieni vot fejn il-President u l-Viċi President jiġu eletti permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord Amministrattiv li għandhom drittijiet tal-vot.

    Il-Viċi President għandu jieħu post il-President awtomatikament jekk dan/din ma jkunx/tkunx jista’/tista’ jattendi/tattendi għal dmirijietu/a.

    2.Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta’ erba’ snin. Il-mandat tagħhom jista’ jiġi mġedded darba. Fejn, madankollu, is-sħubija tagħhom tal-Bord Amministrattiv tiġi tterminata fi kwalunkwe mument matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom jiskadi awtomatikament f’dik id-data.

    Artikolu 21

    Laqgħat tal-Bord Amministrattiv

    1.Il-President għandu jlaqqa’ l-laqgħat tal-Bord Amministrattiv.

    2.Id-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità għandu jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet, mingħajr dritt tal-vot.

    3.Il-Bord Amministrattiv għandu jlaqqa’ mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Addizzjonalment, għandu jiltaqa' fuq talba tal-President tiegħu, jew fuq talba tal-Kummissjoni, jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu.

    4.Il-Bord Amministrattiv għandu jlaqqa’ l-laqgħat mal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-inqas darba fis-sena.

    5.Il-Bord Amministrattiv jista’ jistieden kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’ interess biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

    6.Il-membri tal-Bord Amministrattiv u s-sostituti tagħhom jistgħu, suġġett għar-regoli tal-proċedura tiegħu, ikunu assistiti fil-laqgħat mill-konsulenti jew mill-esperti.

    7.L-Awtorità għandha tipprovdi s-segretarjat tal-Bord Amministrattiv.

    Artikolu 22

    Regoli dwar il-voti tal-Bord Amministrattiv

    1.Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 19(1) u tal-Artikolu 32(8), il-Bord Amministrattiv għandu jieħu deċiżjonijiet skont il-maġġornaza tal-membri li għandhom dritt tal-vot.

    2.Kull membru li għandu dritt jivvota għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta’ membru bi dritt tal-vot, is-sostitut tiegħu jew tagħha għandu/ha jkun/tkun intitolat(a) jeżerċita/teżerċita d-dritt tal-vot tiegħu/tagħha.

    3.Il-President għandu jipparteċipa fil-votazzjoni.

    4.Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux jipparteċipa fil-votazzjoni.

    5.Ir-regoli tal-proċedura tal-Bord Amministrattiv għandhom jistabbilixxu arranġamenti tal-votazzjoni iktar dettaljati, b’mod partikolari ċ-ċirkostanzi li fihom membru jista’ jaġixxi f’isem membru ieħor u ċ-ċirkostanzi li fihom għandhom jintużaw għall-votazzjoni l-proċeduri bil-miktub.

    Taqsima 2

    Direttur Eżekuttiv

    Artikolu 23

    Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv

    1.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jamministra l-Awtorità. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord Amministrattiv.

    2.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-prestazzjoni ta’ dmirijietu/a meta jiġi/tiġi mistieden/na jagħmel/tagħmel dan. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta/tirrapporta dwar il-prestazzjoni ta’ dmirijietu/a.

    3.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Awtorità.

    4.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Awtorità permezz ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għal:

    (a)l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Awtorità;

    (b)id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni adottati mill-Bord Amministrattiv;

    (c)it-tħejjija tal-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni u jissottomettih lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni;

    (d)jimplimenta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni u jirrapporta lill-Bord Amministrattiv dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

    (e)iħejji r-rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Awtorità u jippreżentah lill-Bord Amministrattiv għall-valutazzjoni u l-adozzjoni;

    (f)iħejji pjan ta’ azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-evalwazzjonijiet tal-awditu intern jew estern, kif ukoll l-investigazzjonijiet minn OLAF u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u regolarment lill-Bord Amministrattiv;

    (g)jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, mingħajr ma jippreġudika l-kompetenza investigattiva ta’ OLAF permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jiġu detetti l-irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti mħallsa b’mod żbaljat u, fejn xieraq, billi jimponi penali amministrattivi inkluż finanzjarji li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi;

    (h)iħejji strateġija kontra l-frodi għall-Awtorità u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni;

    (i)iħejji r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità u jirrapportahom lill-Bord Amministrattiv;

    (j)iħejji l-abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-Awtorità dwar l-istimi tad-dħul u tan-nefqa u jimplimenta l-baġit tagħha;

    (k)jimplimenta miżuri stabbiliti mill-Bord Amministrattiv biex jikkonformaw mal-obbligi dwar il-protezzjoni tad-dejta imposti permezz tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

    5.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi jekk hux neċessarju li jiġi stazzjonat membru tal-persunal wieħed jew iktar fi Stat Membru wieħed jew iktar. Qabel ma jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord Amministrattiv u tal-Istat(i) Membru/i konċernat(i). Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li jridu jitwettqu fl-uffiċċju lokali b’mod li jevita spejjeż mhux meħtieġa u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Awtorità. Jista’ jkun meħtieġ ftehim dwar il-kwartieri ġenerali mal-Istat(i) Membru/i konċernat(i).

    Taqsima 3

    Grupp tal-partijiet ikkonċernati

    Artikolu 24

    Ħolqien u kompożizzjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati

    1.Sabiex tiġi ffaċilitata l-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u sabiex tibbenifika mill-għarfien espert tagħhom kopert permezz ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi stabbilit Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati b’funzjonijiet konsultattivi mehmuż mal-Awtorità.

    2.Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati, b’mod partikolari, jissottometti l-opinjonijiet u l-pariri lill-Awtorità dwar kwistjonijiet marbuta mal-applikazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament.

    3.Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jitmexxa mid-Direttur Eżekuttiv u għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena fuq l-inizjattiva tad-Direttur Eżekuttiv jew fuq talba tal-Kummissjoni.

    4.Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jkun magħmul minn sitt rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni li b’mod ugwali jirrappreżentaw lit-trade unions u lill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni.

    5.Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandhom jiġu nominati mill-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom u jinħatru mill-Bord Amministrattiv. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar ukoll il-membri sostituti, f’konformità mal-istess kundizzjonijiet bħall-membri, li għandhom awtomatikament jieħdu post kwalunkwe membru li jkun assenti jew indispost. Sa fejn huwa possibbli, għandu jiġi rispettat bilanċ xieraq bejn is-sessi, kif ukoll rappreżentazzjoni adegwata tal-SMEs.

    6.L-Awtorità għandha tipprovdi s-segretarjat għall-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati. Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu intitolati għal vot. Ir-regoli tal-proċedura għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Bord Amministrattiv.

    7.L-Awtorità għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-opinjonijiet u l-pariri tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tiegħu, ħlief fil-każ ta’ rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità.

    Kapitolu IV

    Stabbiliment u struttura tal-baġit tal-Awtorità

    Taqsima 1

    Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni tal-Awtorità

    Artikolu 25

    Programmar annwali u pluriennali

    1.Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal dokument uniku ta’ programmazzjoni li jkun fih b’mod partikolari programmazzjoni pluriennali u annwali f’konformità mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 73 filwaqt li jikkunsidra l-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni.

    2.Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord Amministrattiv għandu jadotta l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar tas-sena sussegwenti, kif ukoll kwalunkwe verżjoni aġġornata aktar tard ta’ dak id-dokument.

    Id-dokument ta’ programmazzjoni għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, u jekk meħtieġ għandu jiġi aġġustat skont dan.

    3.Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jistabbilixxi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija inkluż l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jkollu fih ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun konsistenti mal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 4. Għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li ġew miżjuda, mibdula jew imħassra fi tqabbil mas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Bord Amministrattiv għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta kompitu ġdid jingħata lill-Awtorità.

    Kwalunkwe emenda sostanzjali tal-programm ta’ ħidma annwali għandha tiġi adottata permezz tal-istess proċedura bħall-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Bord Amministrattiv jista’ jiddelega s-setgħa li jsiru emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

    4.Il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika kumplessiva inkluż l-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi ta’ prestazzjoni. Għandu juri wkoll, għal kull attività, ir-riżorsi finanzjarji u umani indikattivi kkunsidrati neċessarji biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti.

    Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata fejn jixraq, u b’mod partikolari biex tindirizza l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 41.

    Artikolu 26

    Stabbiliment tal-baġit

    1.Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ stima provviżorja tad-dħul u tan-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja sussegwenti, inkluż il-pjan ta’ stabbiliment, u jibagħtu lill-Bord Amministrattiv.

    2.Il-Bord Amministrattiv għandu, abbażi tal-abbozz tal-istima provviżorja msemmija fil-paragrafu 1, jadotta abbozz ta’ stima tad-dħul u tan-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja sussegwenti.

    3.L-abbozz tal-istima tad-dħul u tan-nefqa tal-Awtorità għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar kull sena.

    4.Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tal-istima lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

    5.Abbażi tal-abbozz tal-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, li għandha tippreżentah quddiem l-awtorità baġitarja f’konformità mal-Artikoli 313 u 314 TFUE, l-istimi li tikkunsidra neċessarji għall-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni li trid tintalab mill-baġit ġenerali.

    6.L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Awtorità.

    7.L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

    8.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jadotta l-baġit tal-Awtorità. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn meħtieġ, għandu jiġi aġġustat skont dan.

    9.Għal kwalunkwe proġett tal-bini li għandu l-probabbiltà li jkollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Awtorità, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1271/2013.

    Taqsima 2

    Preżentazzjoni, implimentazzjoni u kontroll tal-baġit tal-Awtorità

    Artikolu 27

    Struttura tal-baġit

    1.L-istimi tad-dħul kollu u tan-nefqa kollha għall-Awtorità għandhom jitħejjew kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi għas-sena kalendarja, u għandhom jidhru fil-baġit tal-Awtorità.

    2.Il-baġit tal-Awtorità għandu jkun bilanċjat f’termini ta’ dħul u nefqa.

    3.Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħrajn, id-dħul tal-Awtorità għandu jkun magħmul minn:

    (a)kontribuzzjoni mill-Unjoni;

    (b)kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri;

    (c)kwalunkwe kontribuzzjoni minn pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-ħidma tal-Awtorità, skont l-Artikolu 43;

    (d)finanzjament possibbli tal-Unjoni fil-forma ta’ ftehimiet ta’ delegazzjoni jew għotjiet ad hoc f’konformità mar-regoli finanzjarji tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 30 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni;

    (e) imposti għall-pubblikazzjonijiet u kwalunkwe servizz ipprovdut mill-Awtorità.

    4.In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u tal-infrastruttura u n-nefqa operattiva.

    Artikolu 28

    Implimentazzjoni tal-baġit

    1.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità.

    2.Kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sejbiet tal-proċeduri tal-evalwazzjoni.

    Artikolu 29

    Preżentazzjoni tal-kontijiet u kwittanza

    1.Sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja sussegwenti, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

    2.Sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja sussegwenti, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità għandu jipprovdi wkoll l-informazzjoni tal-kontabbiltà meħtieġa għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, fil-mod u fil-format meħtieġ minnha.

    3.Sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja sussegwenti, l-Awtorità għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

    4.L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità, malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Awtorità, għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti l-kontijiet finali lill-Bord Amministrattiv għal opinjoni.

    5.Il-Bord Amministrattiv għandu jibgħat opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Awtorità.

    6.Sal-1 ta’ Lulju ta’ wara kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Amministrattiv.

    7.Sal-15 ta’ Novembru tas-sena finanzjarja sussegwenti, għandha tiġi ppubblikata link għall-paġni tas-sit web li fihom il-kontijiet finali tal-Awtorità f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    8.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri risposta dwar l-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta’ Settembru. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll din ir-risposta lill-Bord Amministrattiv u lill-Kummissjoni.

    9.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq talba tiegħu, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, f’konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju.

    10.Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena N.

    Artikolu 30

    Regoli finanzjarji

    Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Amministrattiv wara li tikkonsulta lill-Kummissjoni. Ma għandhomx imorru lil hinn mir-Regolament Delegat (UE) 1271/2013 sakemm tali tluq ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Awtorità u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

    Kapitolu V

    Persunal

    Artikolu 31

    Dispożizzjoni ġenerali

    Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra 74 u r-regoli adottati permezz tal-ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jidħlu fis-seħħ dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

    Artikolu 32

    Direttur Eżekuttiv

    1.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi impjegat bħala aġent temporanju tal-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra.

    2.Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv mil-lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

    3.Għall-fini tal-konklużi tal-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Awtorità għandha tkun rappreżentata mill-President tal-Bord Amministrattiv.

    4.Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ħames snin. Sal-aħħar ta’ dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u l-isfidi futuri tal-Awtorità.

    5.Il-Bord Amministrattiv, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux iktar minn ħames snin.

    6.Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura tal-għażla oħra għall-istess inkarigu fl-aħħar tal-perjodu kumulattiv.

    7.Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-uffiċċju biss fuq deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv li jkun qed jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

    8.Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv abbażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu intitolati għal vot.

    Artikolu 33

    Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament

    1.Kull Stat Membru għandu jaħtar Uffiċjal Nazzjonali ta’ Kollegament wieħed biex jiġi sekondat lill-Awtorità u jaħdem fis-sede tagħha, skont l-Artikolu 34.

    2.L-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament għandhom jikkontribwixxu għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-Awtorità, b’mod partikolari billi jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 8(1) u billi jaġixxu bħala punti ta’ kuntatt tal-Awtorità għall-mistoqsijiet mill-Istati Membri tagħhom u marbuta mal-Istati Membri tagħhom, billi jwieġbu dawk il-mistoqsijiet direttament jew billi jikkollegaw mal-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom.

    3.L-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament għandu jkollhom kompetenza skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom li jitolbu informazzjoni mill-awtoritajiet konċernati.

    Artikolu 34

    Esperti Nazzjonali Sekondati u persunal ieħor

    1.Minbarra l-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament, l-Awtorità tista’ tagħmel użu fi kwalunkwe qasam ta’ ħidmietha ta’ esperti nazzjonali sekondati oħrajn jew persunal ieħor li mhux impjegat mill-Awtorità.

    2.Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni neċessarji għall-esperti nazzjonali sekondati, inkluż l-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament.

    Kapitolu VI

    Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

    Artikolu 35

    Privileġġi u immunitajiet

    Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Awtorità u għall-persunal tagħha.

    Artikolu 36

    Arranġamenti tal-lingwa

    1.Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 75 għandhom japplikaw għall-Awtorità.

    2.Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Awtorità għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 37

    Trasparenza, protezzjoni tad-dejta personali u komunikazzjoni

    1.Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Awtorità. Il-Bord Amministrattiv għandu, fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

    2.Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi miżuri biex jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-ħatra ta’ Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Awtorità u dawk marbuta mal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, is-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, il-forniment tal-informazzjoni u d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

    3.L-Awtorità tista’ tipparteċipa f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fi ħdan il-qasam tal-kompetenza tagħha. L-allokazzjoni tar-riżorsi għall-attivitajiet tal-komunikazzjoni ma għandhomx ikunu ta’ detriment għall-eżerċizzju effettiv tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 5. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom jitwettqu f’konformità mal-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni adottati mill-Bord Amministrattiv. 

    Artikolu 38

    Ġlieda kontra l-frodi

    1.L-Awtorità, sabiex tiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 883/2013, fi żmien sitt xhur mill-jum li fih issir operattiva, għandha taderixxi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 li jikkonċerna l-investigazzjonijiet interni minn OLAF u tadotta dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Awtorità billi tuża l-mudell stipulat fl-Anness ta’ dak il-Ftehim.

    2.Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditu, abbażi tad-dokumenti u kontrolli fuq il-post, fuq il-benefiċjarji, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi tal-għotjiet kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mill-Awtorità.

    3.OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’rabta mal-għotja jew mal-kuntratt iffinanzjati mill-Awtorità, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96.

    4.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja tal-Awtorità għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lil OLAF biex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

    Artikolu 39

    Regoli tas-sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u sensittiva iżda mhux klassifikata

    L-Awtorità għandha tadotta r-regoli tas-sigurtà tagħha ekwivalenti għar-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet dwar l-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ tali informazzjoni, f’konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 76 u 2015/444 77 .

    Artikolu 40

    Responsabbiltà

    1.Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Awtorità għandha tkun amministrata mil-liġi applikabbli tal-kuntratt inkwistjoni.

    2.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni li tagħti ġudizzju skont kwalunkwe klawżola tal-arbitraġġ li tinsab fil-kuntratt konkluża mill-Awtorità.

    3.Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kkawżata mid-dipartimenti tagħha jew mill-persunal tagħha fil-prestazzjoni ta’ dmirijiethom.

    4.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni fit-tilwim dwar kumpens għal ħsara msemmi fil-paragrafu 3.

    5.Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tagħha lejn l-Awtorità għandu jkun amministrat mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg applikabbli għalihom.

    Artikolu 41

    Evalwazzjoni

    1.Sa mhux iktar tard minn ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 51, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Awtorità f’rabta mal-għanijiet, mal-mandat u mal-kompiti tagħha. L-evalwazzjoni għandha, b’mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibbli għal modifika tal-mandat tal-Awtorità, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika tali, inkluż permezz ta’ sinerġiji ulterjuri u simplifikazzjoni ma’ Aġenziji attivi fil-qasam tal-impjieg u tal-politika soċjali.

    2.Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kontinwazzjoni tal-Awtorità ma għadhiex ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati tagħha, tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat skont dan jew jitħassar.

    3.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord Amministrattiv dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

    Artikolu 42

    Inkjesti amministrattivi

    L-attivitajiet tal-Awtorità għandhom ikunu soġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew f’konformità mal-Artikolu 228 TFUE.

    Artikolu 43

    Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

    1.Sa fejn huwa neċessarju li jinkisbu l-għanijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Awtorità tista’ tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi terzi li għalihom japplika d-dritt tal-Unjoni rilevanti dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali.

    Għal dak il-fini, l-Awtorità tista’, soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, tistabbilixxi arranġamenti tal-ħidma mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi. Dawk l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi legali imposti fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

    2.L-Awtorità għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi li daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni għal dan il-għan.

    Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-arranġamenti għandhom jiġu żviluppati fejn jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura, l-estent u l-manjiera li fihom il-pajjiżi terzi konċernati għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-Awtorità, inkluż id-dispożizzjonijiet marbuta mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi mwettqa mill-Awtorità, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal. Fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-persunal, dawk l-arranġamenti għandhom, fi kwalunkwe każ, jikkonformaw mar-Regolamenti tal-Persunal.

    3.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Awtorità topera fi ħdan il-mandat tagħha u l-qafas istituzzjonali eżistenti billi tikkonkludi arranġament xieraq ta’ ħidma mad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità.

    Artikolu 44

    Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u kundizzjonijiet tal-operat

    1.L-arranġamenti neċessarji li jikkonċernaw l-akkomodazzjoni li għandha tkun ipprovduta għall-Awtorità fl-Istat Membru ospitanti, flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord Amministrattiv, għall-persunal u l-membri tal-familji tagħhom tal-Awtorità, għandhom ikunu stabbiliti fi ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u l-Istat Membru fejn se tkun lokalizzata s-sede, konkluż wara l-kisba tal-approvazzjoni tal-Bord Amministrattiv u sa mhux iktar tard minn sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    2.L-Istat Membru ospitanti tal-Awtorità għandu jipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament bla xkiel u effiċjenti tal-Awtorità, inkluż skejjel b’orjentazzjoni Ewropea multilingwi u konnessjonijiet tat-trasport adattati.

    Artikolu 45

    Bidu tal-attivitajiet tal-Awtorità

    1.L-Awtorità għandha ssir operattiva fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    2.Il-Kummissjoni għandha tkun responabbli għall-istabbiliment u l-operat inizjali tal-Awtorità sakemm l-Awtorità għandha l-kapaċità operattiva li timplimenta l-baġit tagħha stess. Għal dan il-fini:

    (a)sakemm id-Direttur Eżekuttiv jibda/tibda jaqdi/taqdi dmirijietu/a wara l-ħatra tiegħu/tagħha mill-Bord Amministrattiv f’konformità mal-Artikolu 32, il-Kummissjoni tista’ taħtar uffiċjal tal-Kummissjoni biex jaġixxi ta’ Direttur Eżekuttiv interim u jeżerċita d-doveri assenjati lid-Direttur Eżekuttiv;

    (b)permezz ta’ deroga mill-punt (j) tal-Artikolu 19(1) u sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni kif jissemma fl-Artikolu 19(2), id-Direttur Eżekuttiv interim għandu jeżerċita s-setgħa tal-awtorità tal-ħatra;

    (c)il-Kummissjoni tista’ toffri assistenza lill-Awtorità, b’mod partikolari billi tissekonda uffiċjali tal-Kummissjoni biex iwettqu l-attivitajiet tal-Awtorità taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv interim jew tad-Direttur Eżekuttiv;

    (d)id-Direttur Eżekuttiv interim jista’ jawtorizza l-pagamenti kollha koperti mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Awtorità wara l-approvazzjoni mill-Bord Amministrattiv u jista’ jikkonkludi kuntratti inkluż kuntratti tal-persunal, wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

    Artikolu 46

    Emendi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 [fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li bħalissa jinsabu taħt reviżjoni, il-Kummissjoni se tallinja l-proposta tagħha wara l-adozzjoni tar-regolament rivedut]

    Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej:

    (1)fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-punt (na) li ġej:

    “(na) “Awtorità Ewropea tax-Xogħol” tfisser il-korp stabbilit permezz tar-[Regolament li Jistabbilixxi l-Awtorità] u msemmi fl-Artikolu 74;”;

    (2)fl-Artikolu 72, il-punt (g) jinbidel b’dan li ġej:

    “(g)    tistabbilixxi l-fatturi li jridu jitqiesu meta jkunu qegħdin jiġu ippreparati l-kontijiet dwar l-ispejjeż li jridu jiġġarbu mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri skont dan ir-Regolament u tadotta l-kontijiet annwali bejn dawk l-istituzzjonijiet, abbażi tar-rapport tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol imsemmi fl-Artikolu 74.”;

    (3)L-Artikolu 73 jitħassar;

    (4)L-Artikolu 74 jinbidel b’dan li ġej:

    Artikolu 74

    L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol

    1. L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għanda tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-kompiti tagħha stabbiliti fir-[Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità].

    2. Sabiex tappoġġa l-ħidma tal-Kummissjoni Amministrattiva fil-kwistjonijiet finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għandha:

    (a)tivverifika l-metodu ta’ determinazzjoni u kalkolu tal-ispejjeż medji annwali ppreżentati mill-Istati Membri;

    (b)tiġbor id-dejta neċessarja u twettaq il-kalkoli meħtieġa għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni annwali tat-talbiet ta’ kull Stat Membru;

    (c)tagħti lill-Kummissjoni Amministrattiva kontijiet perjodiċi tar-riżultati tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-aspett finanzjarju;

    (d)tipprovdi d-dejta u r-rapporti neċessarji għad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-Kummissjoni Amministrattiva skont il-punt (g) tal-Artikolu 72;

    (e)tagħmel kwalunkwe suġġeriment rilevanti li jista’ jkollha lill-Kummissjoni Amministrattiva, inkluż dawk li jikkonċernaw lil dan ir-Regolament, f’konformità mal-punti (a), (b) u (c);

    (f)twettaq il-ħidma, l-istudji jew l-assenjazzjonijiet kollha dwar kwistjonijiet referuti lilha mill-Kummissjoni Amministrattiva.

    3. Sabiex tappoġġa l-ħidma tal-Kummissjoni Amministrattiva fuq kwistjonijiet tekniċi, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għandha tipproponi lill-Kummissjoni Amministrattiva regoli komuni tal-arkitettura għall-operat tas-servizzi tal-ipproċessar tad-dejta, b’mod partikolari dwar is-sigurtà u l-użu tal-istandards. L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għandha twassal rapporti u opinjoni raġonata qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet mill-Kummissjoni Amministrattiva skont il-punt (d) tal-Artikolu 72.

    4. Fil-każ ta’ tilwim bejn l-istituzzjoni jew l-awtoritajiet fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għandha timmedja f’konformità mal-[Artikolu 13 dwar il-medjazzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità].”;

    (5)fl-Artikolu 76(6), it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

    “Jekk ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni f’perjodu raġjonevoli, l-awtoritajiet konċernati jistgħu jitolbu lill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol biex tintervjeni.”.

      

    Artikolu 47

    Emendi tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 [fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li bħalissa jinsabu taħt reviżjoni, il-Kummissjoni se tallinja l-proposta tagħha wara l-adozzjoni tar-regolament rivedut]

    Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 huwa emendat kif ġej:

    (1)fl-Artikolu 1(2), il-punt (f) jinbidel b’dan li ġej:

    “(f) “Awtorità Ewropea tax-Xogħol” tfisser il-korp imsemmi fl-Artikolu 74 tar-Regolament bażiku.”;

    (1)fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

    “4. Fejn ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil bejn l-istituzzjonijiet konċernati, il-kwistjoni tista’ tinġieb quddiem l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol mill-awtoritajiet kompetenti mhux iktar kmieni minn xahar wara d-data li fiha l-istituzzjoni li tkun irċeviet id-dokument tkun issottomettiet it-talba tagħha. L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għandha tistinka biex tirrikonċilja l-opinjonijiet f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-[Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità – l-Artikolu 13 dwar il-medjazzjoni].”;

    (2)fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

    “3. Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet konċernati, il-kwistjoni tista’ tinġieb quddiem l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol mill-awtoritajiet kompetenti mhux iktar kmieni minn xahar wara d-data li fiha tqajmu d-differenzi fl-opinjoni, kif jissemma fil-paragrafu 1 jew 2. L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għandha tfittex li tirrikonċilja l-opinjonijiet mal-proċeduri stabbiliti fir-[Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità – l-Artikolu 13 dwar il-medjazzjoni].”;

    (3)L-Artikolu 65 jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 65

    Notifika tal-ispejjeż annwali medji

    1. L-ispiża medja annwali għal kull persuna f’kull grupp tal-età għal sena speċifika għandha tiġi notifikata lill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol sal-aħħar tat-tieni sena wara s-sena inkwistjoni l-iktar tard.

    2. L-ispejjeż medji annwali notifikati f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati kull sena f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva.

    3. Fejn Stat Membru ma jkunx jista’ jinnotifika l-ispejjeż medji għal sena speċifika sal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1, għandu sal-istess skadenza jitlob permess mill-Kummissjoni Amministrattiva u l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol biex tuża l-ispejjeż medji annwali għal dak l-Istat membru kif hemm ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għas-sena li tippreċedi s-sena speċifika li fiha hemm in-notifika pendenti. Meta jitlob tali permess, l-Istat Membru għandu jkun meħtieġ jispjega r-raġunijiet għaliex ma jistax jinnotifika l-ispejjeż medji annwali għas-sena inkwistjoni. Jekk il-Kummissjoni Amministrattiva, wara li tkun ikkunsidrat l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, tapprova t-talba tal-Istat Membru, dawk l-ispejjeż medji annwali għandhom jerġgħu jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    4. Id-deroga mill-paragrafu 3 ma għandhiex tingħata għal snin konsekuttivi.”;

    (4)fl-Artikolu 67, il-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:

    “7. L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għandha tiffaċilita l-għeluq finali tal-kontijiet fil-każijiet fejn ma tistax tintlaħaq soluzzjoni fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 6, u, fuq talba raġonata minn waħda mill-partijiet, għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwar tilwim fi żmien sitt xhur wara x-xahar li fih ġiet riferuta lilha l-kwistjoni.”;

    (5) L-Artikolu 69 jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 69

       Dikjarazzjoni tal-kontijiet annwali

    1. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi s-sitwazzjoni tat-talbiet għal kull sena kalendarja f’konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 72 tar-Regolament bażiku, abbażi tar-rapport tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol. Għal dak il-fini, il-korpi ta’ kollegament għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, sal-iskadenzi u f’konformità mal-proċeduri stabbiliti minn din tal-aħħar, l-ammont tat-talbiet introdotti, solvuti jew kontestati (pożizzjoni tal-kreditur) u l-ammont tat-talbiet riċevuti, solvuti jew kontestati (pożizzjoni tad-debitur).

    2. Il-Kummissjoni Amministrattiva tista’ twettaq kwalunkwe kontrolli adattati fuq id-dejta tal-istatistika u tal-kontabbiltà użata bħala l-bażi għat-tfassil tad-dikjarazzjoni annwali prevista fil-paragrafu 1 sabiex, b’mod partikolari, tiżgura li dawn jikkonformaw mar-regoli stabbiliti skont dan it-Titolu.”.

    Artikolu 48

    Emendi tar-Regolament (UE) Nru 492/2011

    Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 huwa emendat kif ġej:

    (1)fl-Artikolu 26, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol , stabbilita permezz tar-[Regolament li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol] għandha tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv bħala osservatur, tipprovdi input tekniku u għarfien espert kif rilevanti.”;

    (2)L-Artikoli 29 sa 34 jitħassru;

    (3)L-Artikolu 35 jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 35

    Ir-regoli tal-proċedura tal-Kumitat Konsultattiv fis-seħħ fit-8 ta’ Novembru 1968 għandhom jibqgħu japplikaw.”;

    (4) L-Artikolu 39 jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 39

    In-nefqa amministrattiva tal-Kumitat Konsultattiv għandha tkun inkluża fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fit-taqsima marbuta mal-Kummissjoni.”.

    Artikolu 49

    Emendi tar-Regolament (UE) 2016/589

    Ir-Regolament (UE) 2016/589 huwa emendat kif ġej:

    (1)L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

    “(a) l-organizzazzjoni tan-netwerk EURES bejn il-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u l-Istati Membri;”;

    (b)il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

    “(b) il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u l-Istati Membri dwar il-kondiviżjoni ta' data disponibbli rilevanti dwar il-postijiet tax-xogħol battala, l-applikazzjonijiet għax-xogħol u s-CVs;”;

    (c)il-punt (f) jinbidel b’dan li ġej:

    “(f) il-promozzjoni tan-netwerk EURES fil-livell tal-Unjoni permezz ta’ miżuri ta’ komunikazzjoni effettivi meħuda mill-Kummissjoni, mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u mill-Istati Membri.”;

    (2)fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt (8) li ġej:

    “(8) “Awtorità Ewropea tax-Xogħol” tfisser il-korp stabbilit skont ir-[Regolament li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol]";

    (3)fl-Artikolu 4(2), it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

    “Il-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u l-Membri u s-Sħab tal-EURES għandhom jiddeterminaw il-mezzi biex jiżguraw dan fir-rigward tal-obbligi rispettivi tagħhom.”;

    (4)L-Artikolu 7(1) huwa emendat kif ġej:

    (a)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

    “(a) Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni li għandu jiġi stabbilit fi ħdan l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u li għandu jkun responsabbli biex jassisti lin-netwerk EURES fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu;”;

    (b)jiżdied il-punt (e) li ġej:

    “(e) il-Kummissjoni.”;

    (5)L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)il-fażi introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

    “L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni għandu jassissti lin-netwerk EURES fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, b’mod partikolari billi jiżviluppa u jwettaq, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-NCOs u mal-Kummissjoni, l-attivitajiet li ġejjin:”;

    (ii)il-punt (a), il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:

    “(i) bħala s-sid tas-sistema għall-portal EURES, u s-servizzi relatati tal-IT, id-definizzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti u r-rekwiżiti tan-negozji li trid tiġi trażmessa lill-Kummissjoni għall-operat u l-iżvilupp tal-portal, inkluż is-sistemi u l-proċeduri tiegħu għall-iskambju tal-postijiet vakanti tal-impjiegi, l-applikazzjonijiet tal-impjiegi, Cvs u dokumenti ta’ appoġġ u informazzjoni oħra, f’kooperazzjoni ma’ informazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħrajn servizzi konsultattivi jew netwerks, u inizjattivi;”;

    (b)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

    “2. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni għandu jkun immaniġġjat mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni għandu jistabbilixxi djalogu regolari mar-rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni.”;

    (c)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

    “3. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni għandu, f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 14 u mal-Kummissjoni, ifassal il-programmi ta’ ħidma pluriennali tiegħu.”;

    (6)fl-Artikolu 9(2), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

    “(b) il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u mal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni fi ħdan il-qafas stabbilit fil-Kapitolu III;”;

    (7)fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

    “1. Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti fil-livell adattat tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni, tal-Kummissjoni u tal-NCOs.”;

    (8)L-Artikolu 29 jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 29

    Skambju tal-informazzjoni dwar il-flussi u x-xejriet

    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu monitoraġġ u jippublikaw il-flussi u x-xejriet marbutin mal-mobbiltà tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni abbażi ta’ rapporti mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li tuża l-istatistika ta’ Eurostat u d-data nazzjonali disponibbli.”.

    Artikolu 50

    Tħassir

    Id-Deċiżjoni 2009/17/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2016/344 jitħassru.

    Ir-referenzi għad-Deċiżjoni 2009/17/KE u għad-Deċiżjoni (UE) 2016/344 għandhom jiġu miftiehma bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 51

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    Anness - Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva “Aġenziji”

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.Titlu tal-proposta/inizjattiva

    1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernati

    1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

    1.4.Għan(ijiet)

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.6.Durata u impatt finanzjarju

    1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.3.Miżuri ta’ prevenzjoni mill-frodi u mill-irregolaritajiet

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet [tal-korp]

    3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani [tal-korp]

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet tal-parti terza

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.Titlu tal-proposta/inizjattiva

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol

    1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernati

    04: Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

    04 03: Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

    04 03 15: Awtorità Ewropea tax-Xogħol

    1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

     Il-proposta/L-inizjattiva tirrelata ma’ azzjoni ġdida

     Il-proposta/L-inizjattiva tirrelata ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 78  

     Il-proposta/L-inizjattiva tirrelata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     Il-proposta/L-inizjattiva tirrelata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 

    1.4.Għan(ijiet)

    1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

    L-għan tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol huwa li tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-mobbiltà ġusta tax-xogħol fis-suq intern, tiffoka fuq ir-regoli tal-Unjoni fl-oqsma tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera u l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fi ħdan l-Unjoni.

    Dan jikkontribwixxi direttament għall-prijorità tal-politika tal-Kummissjoni “Suq Intern Iktar Profond u Ġust b’Bażi Industrijali Msaħħa” (il-Prijorità 4 tal-Linji Gwida Politiċi Bidu Ġdid għall-Ewropa 79 ) u jikkumplimenta l-prijorità dwar “Spinta ġdida għall-impjiegi, għat-tkabbir u għall-investiment” (il-Prijorità 4) billi joħloq ambjent regolatorju li jiffaċilita iktar l-appoġġ għal klima ta’ intraprenditorija u ħolqien ta’ impjiegi.

    Billi tippromwovi funzjonament aħjar tas-suq intern, se tiffaċilita wkoll l-użu ta’ opportunitajiet għal impjiegi transfruntiera u l-forniment ta’ servizzi, f’konformità mal-istrateġija Ewropa 2020 li tenfasizza tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv bħala mod ta’ kif jingħelbu d-dgħufiji strutturali fl-ekonomija tal-Ewropa, ittejjeb il-kompetittività u l-produttività tagħha u tirfed ekonomija sostenibbli tas-suq soċjali.

    1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/ċi

    Għan speċifiku Nru 1

    (a)    Tiffaċilita l-aċċess għall-individwi u għal min iħaddem għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom kif ukoll is-servizzi rilevanti.

    Għan speċifiku Nru 2

    (b)    Tappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-infurzar transfruntier tad-dritt rilevanti tal-Unjoni, inkluż l-iffaċilitar ta’ spezzjonijiet konġunti.

    Għan speċifiku Nru 3

    (c)    Timmedja u tiffaċilita soluzzjoni fil-każijiet ta’ tilwim transfruntier bejn l-awtoritajiet nazzjonali jew tfixkil fis-suq tax-xogħol.

    1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

    L-individwi u min iħaddem jenħtieġ li jibbenefikaw minn iktar trasparenza u aċċess għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, iktar sensibilizzazzjoni tal-opportunitajiet disponibbli għalihom, iktar forniment konsistenti tas-servizzi madwar l-Unjoni u infurzar imsaħħa tad-drittijiet tagħhom.

    L-awtoritajiet nazzjonali huma mistennija jibbenefikaw b’mod partikolari minn kooperazzjoni b’inqas xkiel u skambju tal-informazzjoni msaħħaħ, sinerġiji fil-ħidma tal-kumitati u ġbir tad-dejta simplifikat, appoġġ analitiku u tekniku, u aċċess għal proċedura tal-medjazzjoni fl-oqsma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Awtorità.

    1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

     

    Se jiġu stabbiliti għanijiet dettaljati u riżultati mistennija inkluż indikaturi tal-prestazzjoni permezz tal-programm ta’ ħidma annwali, filwaqt li l-programm ta’ ħidma pluriennali se jistabbilixxi l-għanijiet strateġiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni kumplessivi. L-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin għall-Aġenziji żviluppati mill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu rispettati.

    Addizzjonalment, fir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja l-proposta hemm deskritt qafas ta’ monitoraġġ dedikat li jinkludi għadd ta’ indikaturi. Il-qafas se jkun suġġett għal aġġustament ulterjuri skont ir-rekwiżiti legali u ta’ implimentazzjoni finali u l-perjodu ta’ żmien.

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fit-terminu ta’ żmien qasir jew twil

    Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 46, 48, 53(1), 62 u 91(1) TFUE, u tiffoka fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, il-bidu u s-segwitu ta’ attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, il-libertà ta’ forniment ta’ servizzi u regoli komuni applikabbli għat-trasport internazzjonali.

    L-għażla ta’ bażi ġuridika tirrifletti l-għanijiet ewlenin u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-inizjattiva, li tiffoka fuq il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, inkluż l-istazzjonar tal-ħaddiema. Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija konformi wkoll ma’ dik tal-atti tal-Unjoni li se jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tal-Awtorità. Ir-riżultat immedjat huwa li tinħoloq Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li se tappoġġa l-forniment tal-informazzjoni u tas-servizzi lill-individwi u lil min iħaddem, u tappoġġa lill-Istati Membri fil-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni, tal-ispezzjonijiet konġunti, tal-valutazzjonijiet tar-riskju, tal-bini tal-kapaċità, tal-medjazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, u tal-kooperazzjoni fil-każijiet ta’ tfixkil fis-suq tax-xogħol. Fit-terminu itwal ta’ żmien il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Aġenzija jista’ jiġi modifikat, soġġett għal evalwazzjoni li għandha titwettaq mhux iktar tard minn 5 snin mid-dħul fis-seħħ tar-regolament fondatur.

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadanji ta’ koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività ikbar jew kumplimentaritajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt “valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervenzjoni tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li, li kieku kien jinħoloq mod ieħor mill-Istati Membri weħidhom.

    Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex-ante)

    L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, u jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni għar-raġunijiet li ġejjin:

    (a) il-forniment lill-pubbliku ta’ informazzjoni u servizzi ta’ kwalità għolja u aġġornati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom f’sitwazzjonijiet transfruntiera jridu jkunu koordinati fil-livell tal-Unjoni sabiex ikun żgurat approċċ konsistenti, ċar u effiċjenti,

    (b) l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali transfruntiera tiddependi mill-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, li tfisser li l-ebda Stat Membru ma jista’ jaġixxu waħdu,

    (c) sabiex jiżdiedu s-sinerġiji u l-kooperazzjoni ta’ appoġġ bejn l-Istati Membri fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali għall-amministrazzjonijiet u l-individwi bl-istess mod u sabiex naslu għal fehim kondiviż tal-ħtiġijiet tal-infurzar, huwa neċessarju wkoll li jiġi żviluppat approċċ koordinat u konġunt fil-livell tal-Unjoni minflok ma niddependu fuq dak li jista’ jkun netwerk kumpless ta’ ftehimiet bilaterali u multilaterali.

    Valur miżjud tal-Unjoni ġġenerat mistenni (ex-post)

    L-istabbiliment tal-Awtorità se jiffaċilita l-applikazzjoni ġusta, sempliċi u effettiva tad-dritt tal-Unjoni fl-Unjoni. Se jtejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambju f’waqtu tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, u jżid it-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni u għas-servizzi għall-individwi u għal min iħaddem. Se jappoġġa l-ispezzjonijiet konġunti bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri differenti. Se jipprovdi lill-Istati Membri analiżi tas-suq tax-xogħol dedikata u servizzi tal-bini tal-kapaċità.

    1.5.3.Lezzjonijiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

    L-inizjattiva tqis il-proposti leġiżlattivi riċenti u li għaddejjin fl-oqsma relatati tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol, tal-istazzjonar u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, u l-istabbiliment ta’ Gateway Diġitali Unika. Il-Valutazzjoni tal-Impatt u l-proposta tibni fuq il-progress u l-lezzjonijiet mitgħallma minn dawn l-attivitajiet li għaddejjin, li aċċennaw il-ħtieġa għal appoġġ operattiv, f’termini ta’ kooperazzjoni transfruntiera mtejba u trasparenza u sensibilizzazzjoni ikbar, sabiex jitiebu l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dritt rilevanti tal-Unjoni.

    Il-proposta qieset ukoll l-evalwazzjoni li għaddejja ta’ erba’ Aġenziji tal-UE fil-qasam tal-politika tal-impjiegi 80 . Din l-evalwazzjoni tikkonsisti minn valutazzjoni individwali ta’ kull aġenzija, perspettiva komparattiva u valutazzjoni tal-prospettiva fir-rigward tal-funzjonament futur tal-erba’ aġenziji. In-natura tal-erba’ aġenziji hija pjuttost distinta minn dik tal-Awtorità proposta għaliex huma predominament iċċentrati fuq ir-riċerka u ma għandhomx fokus transfruntier. Madankollu, ċerti elementi rilevanti preliminari tal-evalwazzjoni kkontribwew għal din il-proposta, b’mod notevoli l-iktar fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-kompiti u tal-amministrazzjoni. Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja din il-proposta jeżamina l-interazzjoni possibbli bejn Awtorità Ewropea tax-Xogħol ġdida u l-erba’ aġenziji eżistenti.

    1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti adattati oħrajn

    L-Awtorità jenħtieġ li tikkoopera u tippromwovi sinerġiji ma’ servizzi tal-informazzjoni oħrajn tal-Unjoni, bħall-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, u tieħu vantaġġ sħiħ u tiżgura konsistenza mal-Portal l-Ewropa Tiegħek, li se jifforma l-pedament għall-gateway diġitali unika futura 81 . L-Awtorità jenħtieġ li tikkoopera wkoll ma’ inizjattivi u netwerks rilevanti oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari in-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) 82 , in-Netwerk Enterprise Europe 83 , il-Punt Fokali tal-Fruntieri 84 u SOLVIT 85 , kif ukoll mas-servizzi nazzjonali rilevanti bħall-korpi biex tippromwovi trattament ekwu u biex tappoġġa lill-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom, maħtura mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2014/54/UE, u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali maħtura skont id-Direttiva 2011/24/UE biex jipprovdu informazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa.

    L-Awtorità se twettaq uħud mill-kompiti li bħalissa jitwettqu mill-Kummissjoni taħt il-programm EaSI, b’mod partikolari l-kompiti tekniċi u operattivi. Il-programmi ta’ ħidma rispettivi kemm ta’ EaSI kif ukoll tal-Awtorità se jkunu żguri li jikkumplimentaw lil xulxin u li ma jkunx hemm trikkib bejniethom.

    Se tikkoopera ma’ Aġenziji oħrajn tal-UE li jaħdmu f’oqsma relatati, b’mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (EUROFOUND).

    1.6.Durata u impatt finanzjarju

     Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

       Proposta/inizjattiva b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

       Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

     Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata 86

    L-implimentazzjoni b’perjodu tat-tnedija mill-2019 sal-2023,

    segwit minn operazzjoni fuq skala sħiħa mill-2023 ’il quddiem.

    1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

     Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz tal-

       aġenziji eżekuttivi

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

    ◻organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    ◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

    ⌧il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209;

    ◻korpi tal-liġi pubblika;

    ◻korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni tas-servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    ◻korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    ◻persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Kummenti

    Sabiex tiġi ffinanzjata din l-inizjattiva l-ġdida, huma meħtieġa kemm ir-riallokazzjoni tal-finanzi kif ukoll finanzi ġodda. Attivitajiet eżistenti li bħalissa huma implimentati skont ir-Regolament EaSI kif ukoll skont il-prerogattiva tal-Kummissjoni “Moviment Liberu tal-Ħaddiema” se jiċċaqalqu bir-riżorsi finanzjarji tagħhom. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-prerogattivi “Attivitajiet ta’ appoġġ għall-politika Ewropea tat-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri inkluż attivitajiet ta’ komunikazzjoni” u “Sigurtà tat-trasport” se jikkumplimentaw l-isforzi tar-riallokazzjoni tal-Kummissjoni biex tiffinanzja din l-inizjattiva l-ġdida. Il-bqija se jkun magħmul disponibbli permezz tal-marġni disponibbli tal-Intestatura 1A.

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

    L-Aġenziji tal-Unjoni kollha jaħdmu taħt sistema stretta ta’ monitoraġġ li tinvolvi koordinatur ta’ kontroll intern, is-Servizz tal-Awditu Intern tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-Awtorità Baġitarja. Din is-sistema hija riflessa u stabbilita fir-regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

    F’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE, il-programm ta’ ħidma annwali tal-Awtorità għandu jinkludi għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija inkluż l-indikaturi tal-prestazzjoni. L-Awtorità se takkumpanja l-attivitajiet tagħha inkluż fil-programm ta’ ħidma tagħha minn indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin. L-attivitajiet tal-Awtorità wara se jiġu mkejla ma’ dawk l-indikaturi fir-Rapport tal-Attività Annwali. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta’ ħidma pluriennali u t-tnejn li huma għandhom ikunu inklużi f’dokument uniku ta’ programmazzjoni annwali li għandu jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    Il-Bord Amministrattiv tal-Awtorità se jkun responsabbli għas-superviżjoni tal-ġestjoni effiċjenti amministrattiva, operattiva u baġitarja tal-Awtorità.

    Sa mhux iktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament fondatur tal-Awtorità, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija f’rabta mal-għanijiet, mal-mandat u mal-kompiti tagħha. L-evalwazzjoni għandha, b’mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibbli li timmodifika l-mandat tal-Awtorità, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe tali modifika. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord Amministrattiv dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.2.1.Riskju/i identifika(i)

    L-Awtorità minħabba l-fatt li hija aġenzija totalment ġdida, tista’ tiġi affettwata l-kapaċità operattiva tagħha, jekk il-proċess ta’ reklutaġġ ma jsirx fil-ħin. L-appoġġ tad-DĠ ġenitur se jkun kruċjali biex jaqdi r-rwoli ta’ Uffiċjal Awtorizzanti u tal-AIPN sakemm l-Awtorità tingħata awtonomija amministrattiva.

    Se jkunu meħtieġa laqgħat frekwenti u kuntatti regolari bejn id-DĠ ġenitur u l-Awtorità matul il-fażi tal-bidu, sabiex ikun żgurat li l-Awtorità tista’ tkun awtonoma u operattiva malajr kemm jista’ jkun.

    2.2.2.Metodu/i ta’ kontroll imbassar/imbassra

    L-Awtorità se tkun soġġetta għall-kontrolli amministrattivi inkluż kontroll baġitarju, awditu intern, rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-kwittanza annwali għall-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE u investigazzjonijiet possibbli mwettqa minn OLAF biex jiżgura, b’mod partikolari, li r-riżorsi allokati lill-aġenziji jintużaw kif suppost. L-attivitajiet tal-Awtorità se jkunu soġġetti wkoll għas-superviżjoni tal-Ombudsman f’konformità mal-Artikolu 228 tat-Trattat. Dawn il-kontrolli amministrattivi jipprovdu għadd ta’ salvagwardji proċedurali biex jiżguraw li qed jitqiesu l-interessi tal-partijiet ikkonċernati.

    2.3.Miżuri ta’ prevenzjoni mill-frodi u mill-irregolaritajiet

    Il-miżuri ta’ kontra l-frodi huma previsti fl-Artikolu 38 tal-proposta għal regolament li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol u d-Direttur Eżekuttiv u l-Bord Amministrattiv se jieħdu l-miżuri xierqa f’konformità mal-Istandards ta’ Kontroll Intern applikati fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE. F’konformità mal-Approċċ Komuni se tiġi żviluppata mill-Awtorità strateġija kontra l-frodi.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    L-impatt stmat fuq in-nefqa u l-ingaġġ tal-persunal għas-snin 2021 u lil hinn f’din id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva qed jiġi miżjud għal finijiet illustrattivi u ma jippreġudikax il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

    ·Linji tal-baġit ġodda mitluba

    Skont l-intestaturi u l-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja tal-baġit

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Intestatura 1A – Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi

    Diff./Mhux diff.

    minn pajjiżi EFTA

    minn pajjiżi kandidati

    minn pajjiżi terzi

    fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    1a

    04 03 15

    Diff./Mhux diff.

    IVA

    LE

    IVA

    LE

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    1A

    Awtorità Ewropea tax-Xogħol (l-Awtorità)

    Awtorità Ewropea tax-Xogħol (l-Awtorità)

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    Sena
    2021

    Sena
    2022

    Sena
    2023

    Sena
    2024

    Eċċ.

    Titolu 1:- Spejjeż tal-persunal

    Impenji

    (1)

    2.416

    6.658

    11.071

    15.125

    17.349

    17.696

    Pagamenti

    (2)

    2.416

    6.658

    11.071

    15.125

    17.349

    17.696

    Titolu 2:- Spejjeż amministrattivi

    Impenji

    (1a)

    0.568

    1.115

    6.470

    5.160

    5.650

    5.763

    Pagamenti

    (2a)

    0.568

    1.115

    6.470

    5.160

    5.650

    5.763

    Titolu 3:- Spejjeż operattivi

    Impenji

    (3a)

    8.088

    14.172

    21.390

    24.695

    28.000

    28.560

    Pagamenti

    (3b)

    8.088

    14.172

    21.390

    24.695

    28.000

    28.560

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    għall-Awtorità

    Impenji

    =1+1a +3a

    11.072

    21.945

    38.930

    44.980

    50.999

    52.019

    Pagamenti

    =2+2a

    +3b

    11.072

    21.945

    38.930

    44.980

    50.999

    52.019

    Il-kalkoli kollha saru fuq suppożizzjoni ta’ bażi fi Brussell, għaliex is-sede tal-Awtorità għadu mhux determinat. Il-perjodu tat-tnedija ġie vvalutat għal ħames snin, b’kapaċità operattiva sħiħa fl-2023. Minn dak il-mument ’il quddiem, il-baġit kumplessiv tal-Awtorità jiżdied bi 2 % kull sena biex ikopri l-inflazzjoni. Il-pagamenti huma allinjati mal-impenji għaliex, f’dan l-istadju, għadu mhux deċiż s’issa jekk it-Titolu 3 hux se jkun approprjazzjonijiet mhux differenzjati jew inkella differenzjati.

    Fis-snin 2019 u 2020, l-attivitajiet eżistenti li bħalissa huma implimentati mill-Kummissjoni skont il-programm EaSI se jmorru għand l-Aġenzija. Il-portal EURES fil-fatt se jiċċaqlaq biss fl-2020. L-ammonti korrispondenti magħmula disponibbli lill-Awtorità minn EaSI huma EUR 6,300 miljun fl-2019 u EUR 10,187 miljun fl-2020, jew ammont totali ta’ EUR 16,487 miljun sal-aħħar tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. L-ammont magħmul disponibbli lill-Awtorità mill-Moviment Liberu tal-Ħaddiema kemm fl-2019 kif ukoll fl-2020 huwa EUR 1,287 miljun kull sena jew ammont totali ta’ EUR 2,574 miljun sal-aħħar tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020.

    Addizzjonalment, sabiex tiffinanzja l-attivitajiet marbuta mat-trasport li l-Awtorità se timplimenta, l-ammonti magħmula disponibbli lill-Awtorità mid-DĠ MOVE huma EUR 1,360 miljun fl-2019 u EUR 2,720 miljun fl-2020, jew ammont totali ta’ EUR 4,080 miljun sal-aħħar tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020.

    Dettalji dwar is-sorsi tar-riallokazzjoni

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI)

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    Total 2014-2020 MFF

    04.010402 – Appoġġ għan-nefqa għall-programm Impjiegi u Innovazzjoni Soċjali

    Impenji = Pagamenti

    (1)

    0,450

    0,450

    0,900

    04.030201 – Progress – Appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-impjiegi u l-politika soċjali u l-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol

    Impenji

    (2)

    1,500

    1,500

    3,000

    04.030202 – EURES – Promozzjoni tal-mobbiltà ġeografika volontarja tal-ħaddiema u t-tisħiħ tal-opportunitajiet ta’ impjieg

    Impenji

    (3)

    4;350

    8,237

    12,587

    TOTAL EaSI

    Impenji

    (1) + (2) + (3)

    6,300

    10,187

    16,487

    DĠ EMPL - Linji tal-baġit awtonomi

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    Total 2014-2020 MFF

    04.030103 – Moviment liberu tal-ħaddiema, koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-emigranti, inkluż emigranti minn pajjiżi terzi

    Impenji

    (1)

    1,287

    1,287

    2,574

    DĠ MOVE - Linji tal-baġit awtonomi

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    Total 2014-2020 MFF

    06 02 05 – Appoġġ għal attivitajiet tal-politika Ewropea tat-trasport u tad-drittijiet tal-passiġġiera inkluż attivitajiet ta’ komunikazzjoni

    Impenji

    (1)

    1,360

    2,576

    3,936

    06 02 06 - Sigurtà tat-trasport

    Impenji

    (2)

    -

    0,144

    0,144

    TOTAL tal-linji awtonomi tat-trasport

    Impenji

    (1) + (2)

    1,360

    2,720

    4,080

    Intestatura tal-Marġni 1a

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    Total 2014-2020 MFF

    Impenji

    (1)

    2,125

    7,750

    9,875





    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    5

    “Nefqa amministrattiva”

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    Sena
    2021

    Sena
    2022

    Sena
    2023

    Sena
    2024

    Eċċ.

    DĠ: EMPL

    •Riżorsi Umani

    3.289

    2.860

    2.860

    2.860

    2.860

    2.860

    •Nefqa amministrattiva oħra

    0.400

    0.400

    1.420

    1.420

    1.420

    1.420

    TOTAL DĠ EMPL

    Approprjazzjonijiet

    3.689

    3.260

    4.280

    4.280

    4.280

    4.280

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    taħt l-INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

    3.689

    3.260

    4.280

    4.280

    4.280

    4.280

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    Sena
    2021

    Sena
    2022

    Sena
    2023

    Sena
    2024

    Eċċ.

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    Impenji

    14.761

    25.205

    43.210

    49.260

    55.279

    56.299

    Pagamenti

    14.761

    25.205

    43.210

    49.260

    55.279

    56.299

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-Awtorità

       Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

       Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet tal-impenji f’EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    Indika l-għanijiet u l-outputs  

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    ò

    Tip[1]

    Kost medju

    Numru

    Kost

    Numru

    Kost

    Numru

    Kost

    Numru

    Kost

    Numru

    Kost

     

    Għan speċifiku Nru 1 - Tiffaċilita l-aċċess għall-individwi u għal min iħaddem għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom kif ukoll is-servizzi rilevanti

    - Output

    Servizzi għall-individwi u għal min iħaddem

     

     

    1.267

     

    2.220

     

    3.351

     

    3.869

     

    4.387

    - Output

    Attivitajiet ta’ komunikazzjoni

     

     

    0.679

     

    1.189

     

    1.795

     

    2.073

     

    2.350

    Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

     

     

    1.946

     

    3.410

     

    5.146

     

    5.942

     

    6.737

    Għanijiet speċifiċi Nru 2 u 3 - tappoġġa kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-infurzar transfruntier tad-dritt rilevanti tal-Unjoni, inkluż l-iffaċilitar tal-ispezzjonijiet konġunti, u timmedja u tiffaċilita soluzzjoni f’każijiet ta’ tilwim transfruntier bejn l-awtoritajiet nazzjonali jew tfixkil fis-suq tax-xogħol.

    - Output

    Qafas għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri

     

     

    0.404

     

    0.709

     

    1.069

     

    1.235

     

    1.400

    - Output

    Laqgħat (ta’ kooperazzjoni) prattiċi

     

     

    1.357

     

    2.378

     

    3.589

     

    4.144

     

    4.699

    - Output

    Appoġġ analitiku/forniment ta’ għarfien espert lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni

     

     

    1.026

     

    1.798

     

    2.714

     

    3.134

     

    3.553

    - Output

    Taħriġ u skambji tal-persunal

     

     

    1.733

     

    3.037

     

    4.583

     

    5.292

     

    6.000

    - Output

    Appoġġ tekniku u loġistiku għall-kooperazzjoni, inkluż gwida

     

     

    1.621

     

    2.840

     

    4.287

     

    4.949

     

    5.612

    Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

     

     

    6.142

     

    10.762

     

    16.243

     

    18.753

     

    21.263

    Total

     

     

    8.088

     

    14.172

     

    21.390

     

    24.695

     

    28.000

    L-Awtorità futura għandha 3 għanijiet ewlenin: (a) li tiffaċilita aċċess għall-individwi u għal min iħaddem għal informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom kif ukoll is-servizzi rilevanti, (b) li tappoġġa kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-infurzar transfruntier tad-dritt rilevanti tal-Unjoni, inkluż l-iffaċilitar tal-ispezzjonijiet konġunti, u (c) timmedja u tiffaċilita soluzzjoni f’każijiet ta’ tilwim transfruntier bejn l-awtoritajiet nazzjonali jew tfixkil fis-suq tax-xogħol.

    Għal finijiet operattivi u finanzjarji, dawn huma ggruppati f’żewġ kategoriji:

    ·Għan speċifiku Nru 1 - Tiffaċilita l-aċċess għall-individwi u għal min iħaddem għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom kif ukoll is-servizzi rilevanti,

    ·Għanijiet speċifiċi Nru 2 u 3 - Tappoġġa kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-infurzar transfruntier tad-dritt rilevanti tal-Unjoni, inkluż l-iffaċilitar tal-ispezzjonijiet konġunti, u timmedja u tiffaċilita soluzzjoni f’każijiet ta’ tilwim transfruntier bejn l-awtoritajiet nazzjonali jew tfixkil fis-suq tax-xogħol.

    3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-Awtorità

    3.2.3.1.Sommarju

       Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    Sena
    2021

    Sena
    2022

    Sena
    2023

    Sena
    2024

    Eċċ.

    Uffiċjali (Gradi AD)

    Uffiċjali (Gradi AST)

    Persunal kuntrattwali

    0.259

    0.814

    1.110

    1.110

    1.110

    1.138

    Persunal temporanju

    1.144

    3.504

    5.935

    8.509

    9.867

    10.114

    Esperti Nazzjonali Sekondati

    0.615

    1.845

    3.075

    4.305

    4.920

    5.043

    TOTAL

    2.018

    6.1625

    10.1195

    13.9235

    15.897

    16.294

    Postijiet tax-xogħol

    Uffiċjali (Gradi AD)

    Uffiċjali (Gradi AST)

    Persunal kuntrattwali

    7

    15

    15

    15

    15

    15

    Persunal temporanju

    16

    33

    50

    69

    69

    69

    Esperti Nazzjonali Sekondati

    15

    30

    45

    60

    60

    60

    TOTAL

    38

    78

    110

    144

    144

    144

    Ġie nnutat li ċ-ċaqliqa lejn l-Awtorità ta’ attivitajiet eżistenti li bħalissa qed jiġu implimentati mill-Kummissjoni għandhom il-probabbiltà li jinvolvu ċ-ċaqliq ta’ madwar 10 impjiegi lejn l-Awtorità. Madankollu, id-data taċ-ċaqliqa kif ukoll il-kategorija tal-persunal ma tistax tiġi vvalutata f’dan l-istadju. L-għadd ta’ persunal jitnaqqas skont dan, filwaqt li jirrispetta l-kategorija tal-persunal.



    Impatt stmat fuq il-persunal (FTE addizzjonali) – pjan tal-istabbiliment

    Grupp u grad ta’ funzjonijiet

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    AD16

    AD15

    AD14

    AD13

    AD12

    AD11

    AD10

    AD9

    AD8

    AD7

    AD6

    AD5

     

    Total AD

    12

    24

    36

    52

    52

    AST11

    AST10

    AST9

    AST8

    AST7

    AST6

    AST5

    AST4

    AST3

    AST2

    AST1

    Total AST

    4

    9

    14

    17

    17

    AST/SC 6

    AST/SC 5

    AST/SC 4

    AST/SC 3

    AST/SC 2

    AST/SC 1

    Total AST/SC

    0

    0

    0

    0

    0

    TOTAL GLOBALI

    16

    33

    50

    69

    69



    Impatt stmat fuq il-persunal (addizzjonali) – persunal estern

    Aġenti kuntrattwali

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    Grupp ta’ funzjonijiet IV

    Grupp ta’ funzjonijiet III

    Grupp ta’ funzjonijiet II

    Grupp ta’ funzjonijiet I

    Total

    7

    15

    15

    15

    15

    Esperti Nazzjonali Sekondati

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    Total

    15

    30

    45

    60

    60

    L-ispejjeż tal-persunal ġew aġġustati f’tali mod li l-persunal ġdid impjegat huwa magħdud għal 6 xhur matul is-sena tar-reklutaġġ. Ir-ritmu kostanti huwa skedat għall-2023, b’100 % tal-persunal magħdud mill-1 ta’ Jannar 2023.

    L-ippjanar tar-reklutaġġ huwa differenzjat skont il-kategorija tal-persunal:

    ·Għall-Aġenti Temporanji, ġie vvalutat li r-reklutaġġ ta’ 69 individwu se jieħu erba’ snin, li jibdew fl-2019;

    ·Għall-Aġenti Kuntrattwali, ġie vvalutat li r-reklutaġġ ta’ 15-il individwu se jiġi finalizzat f’sentejn, li jibdew fl-2019;

    ·Għall-Esperti Nazzjonali Sekondati, ġie vvalutat li r-reklutaġġ ta’ 60 espert se jibda fl-2019 u se jiġi finalizzat fi żmien 4 snin.

    3.2.3.2.Rekwiżit stmati tar-riżorsi umani mid-DĠ ġenitur

       Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew tal-inqas sa punt deċimali wieħed)

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    ·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

    04 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

    23

    20

    20

    20

    20

    XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    10 01 05 01 (Riċerka diretta)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) 87

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-Delegazzjonijiet)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    XX 01 04 yy

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Linji tal-baġit oħrajn (speċifika)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    TOTAL

    23

    20

    20

    20

    20

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien jekk meħtieġ ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti tal-baġit.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u persunal temporanju

    Jirrappreżentaw lill-Kummissjoni fil-Bord Amministrattiv tal-Awtorità. Ifasslu l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-programm ta’ ħidma annwali u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tiegħu. Iwettqu superviżjoni tat-tħejjija tal-baġit tal-Awtorità u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-baġit. Jassistu lill-Awtorità fl-iżvilupp tal-attivitajiet tagħha f’konformità mal-politiki tal-UE inkluż il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-esperti.

    Persunal estern

    M/A

    Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ispiża għall-unitajiet FTE jenħtieġ li tiġi inkluża fl-Anness V, it-taqsima 3.

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

       Il-proposta hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali u tista’ tinvolvi l-użu ta’ strumenti speċjali kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 88 .

    Il-proposta/L-inizjattiva se tinvolvi l-programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali.

    Spjega x’riprogrammazzjoni hija meħtieġa, fejn tispjega l-linji tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

    […]

    Il-proposta/L-inizjattiva se tirrikjedi l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 89 .

    Spjega x’inhu meħtieġ, speċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

    […]

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet tal-parti terza

    Il-proposta/L-inizjattiva tipprevedi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    2024

    Eċċ.

    Pajjiżi ŻEE EFTA (NO, LI, IC)

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    L-Iżvizzera

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.



    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

    Il-proposta/L-inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

    Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

    fuq ir-riżorsi proprji

    fuq dħul mixxellanju

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    Linja tad-dħul tal-baġit:

    Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja preżenti

    Impatt tal-proposta/inizjattiva 90

    Sena
    N

    Sena
    N+1

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Artikolu ………….

    Għal dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati.

    […]

    Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

    […]

    (1)    Bidu ġdid għall-Ewropa: L-Aġenda Tiegħi għall-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u t-Tibdil Demokratiku, 10 prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-2015-19: https://ec.europa.eu/commission/priorities_mt .
    (2)    Ħarsa ġenerali lejn il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali hija disponibbli hawnhekk: https://ec.europa.eu/commission/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/european-pillar-social-rights_mt .
    (3)    Ewrobarometru Standard 88 - L-opinjoni pubblika fl-Unjoni Ewropea, Diċembru 2017.
    (4)    COM(2016) 128 final, COM(2016) 815 final, COM(2017) 278 final, COM(2017) 277 final u COM(2017) 281.
    (5)    Rapport Annwali dwar il-Mobbiltà tal-Forza tax-Xogħol Intra-UE tal-2016, it-tieni edizzjoni Mejju 2017.
    (6)    Rapport Annwali dwar il-Mobbiltà tal-Forza tax-xogħol Intra-UE tal-2017.
    (7)    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar id-dumping soċjali fl-Unjoni Ewropea (2015/2255(INI)).
    (8)    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Jannar 2014 dwar spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa (2013/2112(INI)).
    (9)    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2016/2095(INI)).
    (10)    Il-Kunsill, Approċċ ġenerali dwar il-proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema, 13612/17, 24 ta’ Ottubru 2017.
    (11)    L-indirizz tal-Istat tal-Unjoni għall-2017 huwa disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/commission/state-union-2017_mt  
    (12)    COM(2016) 128 final.
    (13)    COM(2016) 815 final.
    (14)    COM(2017) 0278 final.
    (15)    COM(2017) 277 final u COM(2017)281.
    (16)    Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 159, 28.05.2014, p. 11).
    (17)    Id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 8).
    (18)    Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016 dwar netwerk Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.04.2016, p. 1).
    (19)    Id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta’ xogħol mhux iddikjarat (ĠU L 65, 11.03.2016, p. 12).
    (20)    “Bidu ġdid għall-Ewropa: L-Aġenda Tiegħi għall-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u t-Tibdil Demokratiku - Il-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss” hija disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/commission/publications/president-junckers-political-guidelines_mt
    (21)    Ħarsa ġenerali lejn il-prijoritajiet ewlenin tas-suq uniku hija disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/commission/priorities/internal-market_mt  
    (22)    Proposta COM(2017)256 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ portal diġitali unika li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012.
    (23)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/461/UE tas-17 ta’ Settembru 2013 fuq il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVIT (ĠU L 249, 19.9.2013, p. 10).
    (24)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE, COM(2017)534.
    (25)    SWD(2018)68.
    (26)    Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati: https://europa.eu/european-union/sites/europaeu/files/docs/body/joint_statement_and_common_approach_2012_mt.pdf .
    (27)    Ir-Rapport Speċjali Nru 6/2018 “Moviment Liberu tal-Ħaddiema – il-libertà fundamentali hija żgurata iżda orjentament aħjar tal-fondi tal-UE jkun ta’ għajnuna għall-mobbiltà tal-ħaddiema” huwa disponibbli fuq is-sit web tal-QEA: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=44964  
    (28)    SEC(2018)144.
    (29)    Ara l-Anness 1 tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt SWD(2018)68 għad-dettalji dwar il-konsultazzjoni tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju.
    (30)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
    (31)    Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
    (32)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 07.12.2013, p. 42).
    (33)    Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, SWD (2017) 350.
    (34)    ĠU C […], […], p. […].
    (35)    ĠU C […], […], p. […].
    (36)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (COM (2016) 815 final.
    (37)    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (COM(2017) 11 final).
    (38)    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (COM (2016) 128 final).
    (39)    Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1).
    (40)    Id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 8).
    (41)    Ir-Regolament (UE) 589/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016 dwar netwerk Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.04.2016, p. 1).
    (42)    Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).
    (43)    Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 159, 28.05.2014, p. 11).
    (44)    Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p.1, corrigendum ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1).
    (45)    Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).
    (46)    Ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom (ĠU L 344, 29.12.2010, p. 1). 
    (47)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, 5.7.1971 p. 2).
    (48)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1).
    (49)    Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
    (50)    Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).
    (51)    Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
    (52)    COM(2017)278 – Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq.
    (53)    Ir-Regolament [Gateway Diġitali Unika – COM(2017)256]
    (54)    Id-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 32).
    (55)    Netwerk Enterprise Europe, https://een.ec.europa.eu/
    (56)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE, COM(2017)534.
    (57)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2013 fuq il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVIT (ĠU L 249, 19.9.2011, p. 10).
    (58)    Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
    (59)    COM(2016) 824 final u COM(2016) 823 final.
    (60)    Il-Kunsill, Approċċ ġenerali parzjali tas-26 ta’ Ottubru 2017 dwar il-proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 13645/1/17.
    (61)    Każ C-236/88 EU:C:1990:303, il-paragrafu 17; Każ C-202/97 EU:C:2000:75 il-paragrafi 57-58; Każ C-178/97 EU:C:2000:169 il-paragrafi 44-45; Każ C-2/05 EU:C:2006:69 il-paragrafi 28-29; Każ C-12/14 EU:C:2016:135, il-paragrafi 39-41; Każ C-359/16 EU:C:2018:63, il-paragrafi 44-45.
    (62)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà – l-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni - COM(2017) 134 final.
    (63)    Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1).
    (64)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
    (65)

       Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1), bħalissa taħt reviżjoni minn COM (2017) 8 final.

    (66)    Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
    (67)    Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
    (68)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/17/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar it-twaqqif tal-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 26).
    (69)    Id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta’ xogħol mhux iddikjarat (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 12).
    (70)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà – l-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni - COM(2017) 134 final.
    (71)    Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1).
    (72)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
    (73)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
    (74)    ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
    (75)    Ir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU L 17, 6.10.1958, p. 385).
    (76)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
    (77)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
    (78)    Kif jissemma fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (79)     https://ec.europa.eu/commission/publications/president-junckers-political-guidelines_mt
    (80)    [Trid tiżdied referenza għall-evalwazzjoni fejn disponibbli]
    (81)    Ir-Regolament [Gateway Diġitali Unika – COM(2017)256]
    (82)    Id-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 32).
    (83)    Ħarsa ġenerali dwar in-Netwerk Enterprise Europe hija disponibbli fuq: https://een.ec.europa.eu/
    (84)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE, COM(2017)534.
    (85)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/461/UE tas-17 ta’ Settembru 2013 fuq il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVIT (ĠU L 249, 19.9.2011, p. 10).
    (86)    L-aspetti finanzjarji ta’ din il-proposta mhux se jippreġudikaw il-proposta tal-Kummissjoni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.
    (87)    AC = Persunal kuntrattwali; AL = Persunal lokali; END = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = Persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
    (88)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
    (89)    Ara l-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
    (90)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.
    Top