This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018M9178
Prior notification of a concentration (Case M.9178 — Cargill/ADM/Grainbridge JV) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9178 — Cargill/ADM/Grainbridge JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9178 — Cargill/ADM/Grainbridge JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 460, 21.12.2018, pp. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 460/40 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9178 — Cargill/ADM/Grainbridge JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 460/23)
1.
Fit-13 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cargill, Incorporated (“Cargill”, l-Istati Uniti tal-Amerika) |
|
— |
Archer Daniels Midland Company (“ADM”, l-Istati Uniti tal-Amerika) |
|
— |
Joint venture (JV) li għadha kif twaqqfet (“Grainbridge JV”, l-Istati Uniti tal-Amerika) |
Cargill u ADM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture) li għadha kif ġiet iffurmata
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Cargill: il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni internazzjonali tal-ikel, u prodotti u servizzi agrikoli u tal-ġestjoni tar-riskju; inkluż il-kummerċ tal-ġwież u l-komoditajiet, l-ipproċessar u r-raffinar taż-żerriegħa taż-żejt u ċ-ċereali, tħin tad-dqiq, l-ipproċessar tal-laħam u s-servizzi finanzjarji;
— ADM: l-ipproċessar ta’ żrieragħ taż-żejt, qamħirrum, zokkor, qamħ u prodotti agrikoli oħra u l-manifattura ta’ żjut u xaħmijiet veġetali, proteini veġetali, dqiq, qamħirrum, ħlewwiet, dqiq, biodiesel, etanol, u ingredjenti oħra b’valur miżjud tal-ikel u l-għalf; kif ukoll
— il-Grainbridge JV: l-iżvilupp ta’ offerti tat-teknoloġija tas-sofware biex jiġu użati mill-bdiewa, inkluż, fost l-oħrajn, il-ġestjoni tal-kontijiet, il-forniment ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet tas-suq tal-ġwież awtomatizzati, ġestjoni tar-riskju finanzjarju għas-suq tal-ġwież, u l-iffaċilitar ta’ transazzjonijiet elettroniċi għal kuntratti fiżiċi tal-ġwież kif ukoll attivitajiet inċidentali. Il-Grainbridge JV se tipprovdi tali offerti biss u esklussivament fl-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9178 — Cargill/ADM/Grainbridge JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).