Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8957

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8957 — Silver Lake/ZPG) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU C 196, 8.6.2018, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 196/32


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8957 — Silver Lake/ZPG)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2018/C 196/11)

    1.   

    Fl-1 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Silver Lake Group L.P. (“Silver Lake”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

    ZPG Plc (“ZPG”, ir-Renju Unit)

    Silver Lake takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku indirett ta’ ZPG, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   Silver Lake: kumpanija ta' investiment dinjija ffukata fuq industriji tat-teknoloġija, industriji li jaħdmu bit-teknoloġija u industriji bi tkabbir relatat mat-teknoloġija;

    —   ZPG: hija s-sid u tħaddem proprjetà u marki diġitali marbuta mad-djar, l-aktar fir-Renju Unit, inkluż il-portal tal-proprjetà Zoopla u l-website tat-tqabbil uSwitch.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

    M.8957 — Silver Lake/ZPG

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top