Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8756

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8756 — Avis Budget Group/Koç Holding/Olympic Commercial and Tourist Enterprises) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 19, 19.1.2018, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/18


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8756 — Avis Budget Group/Koç Holding/Olympic Commercial and Tourist Enterprises)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2018/C 19/07)

    1.

    Fl-10 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Avis Budget Group Inc. (“ABG”, l-Istati Uniti tal-Amerika);

    Koç Holding A.Ş. (“Koç”, it-Turkija); kif ukoll

    Olympic Commercial and Tourist Enterprises SA (“OCTE”, il-Greċja).

    ABG u Koç jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ OCTE kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   ABG: Il-forniment ta’ karozzi tal-kiri b’mod partikolari permezz tal-marki Avis u Budget. ABG tħaddem ukoll network ta’ car sharing permezz tal-marka tagħha Zipcar,

    —   Koç: kumpanija azzjonarja dinjija ta’ investiment, attiva f’firxa ta’ setturi, fosthom l-enerġija, oġġetti għall-konsum li jservu fit-tul, il-karozzi u l-finanzi,

    —   OCTE: il-forniment ta’ servizzi tal-kiri tal-karozzi fil-Greċja. OCTE tikkummerċja bħala Avis Hellas u, sa mill-2010, kienet maħtura bħala l-franchisee tal-ABG fil-Greċja għall-marki Avis u Budget.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.8756 — Avis Budget Group/Koç Holding/Olympic Commercial and Tourist Enterprises

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks: +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top