EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8741

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8741 — KSS Holdings/Takata Corporation) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 33, 30.1.2018, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8741 — KSS Holdings/Takata Corporation)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 33/09)

1.

Fis-17 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Joyson KSS Auto Safety SA (“KSS”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

Takata Corporation (“Takata”, il-Ġappun).

KSS takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Takata kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   KSS: attiva fir-riċerka u l-iżvilupp, id-disinn, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ sistemi ta’ sikurezza tal-karozzi, u b’mod aktar speċifiku ta’ prodotti ta’ sikurezza passiva bħaċ-ċinturini tas-sikurezza, l-airbags u r-roti tal-istering,

—   Takata: kumpanija tas-sistemi ta’ sikurezza tal-karozzi li tforni klijenti kbar tal-karozzi b’firxa ta’ prodotti li jinkludu ċ-ċinturini tas-sikurezza, is-sistemi tal-airbags, roti tal-istering, siġġijiet għat-tfal u apparat elettroniku bħal sensuri tas-satellita u unitajiet ta’ kontroll elettroniku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8741 — KSS Holdings/Takata Corporation

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top