EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018IP0055

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (2018/2541(RSP))

ĠU C 129, 5.4.2019, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/13


P8_TA(2018)0055

Deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (2018/2541(RSP))

(2019/C 129/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta motivata tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja: Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (COM(2017)0835),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/103 tal-20 ta' Diċembru 2017 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni (UE) 2016/1374, (UE) 2017/146 u (UE) 2017/1520 (1),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirreferi lill-Polonja għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni permezz tal-liġi li temenda l-liġi dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja (3) u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-suġġett,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja tiddikjara li s-sitwazzjoni attwali fil-Polonja tirrappreżenta riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE;

1.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 biex tattiva l-Artikolu 7(1) tat-TUE fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Polonja u jappoġġa l-appell tal-Kummissjoni lill-awtoritajiet Pollakki biex jindirizzaw il-problemi;

2.

Jistieden lill-Kunsill jieħu azzjoni rapida skont id-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 7(1) tat-TUE;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżommu lill-Parlament informat b'mod sħiħ u regolari dwar il-progress magħmul u l-azzjoni meħuda f'kull stadju tal-proċedura;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Polonja, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

(1)  ĠU L 17, 23.1.2018, p. 50.

(2)  SEC(2017)0560.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2017)0442.


Top